Proċedura : 2018/0433(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0062/2019

Testi mressqa :

A8-0062/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2019 - 16.4
CRE 13/02/2019 - 16.4
PV 13/03/2019 - 11.18

Testi adottati :

P8_TA(2019)0106
P8_TA(2019)0182

RAPPORT     ***I
PDF 205kWORD 83k
4.2.2019
PE 634.475v01-00 A8-0062/2019

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni biex tiġi żgurata konnettività bażika fl-ajru fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni

(COM(2018)0893 – C8‑0510/2018 – 2018/0433(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Pavel Telička

(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(2) tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni biex tiġi żgurata konnettività bażika fl-ajru fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni

(COM(2018)0893 – C8‑0510/2018 – 2018/0433(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0893),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0510/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta' ... (1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ta' ...(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0062/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal Regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Sabiex jiġi rifless il-karattru temporanju tiegħu, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun limitata għal perjodu qasir ta' żmien, mingħajr preġudizzju għan-negozjar possibbli u għad-dħul fis-seħħ ta' ftehim fil-ġejjieni li jkopri l-ftehim dwar il-provvista ta' servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni u r-Renju Unit.

(5)   Sabiex jiġi rifless il-karattru temporanju tiegħu, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun limitata għal perjodu qasir ta' żmien. Sa ... [jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata mandat li tiftaħ negozjati mar-Renju Unit rigward ftehim komprensiv dwar it-trasport bl-ajru.

Emenda    2

Proposta għal Regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)   Sabiex jinżammu livelli ta' konnettività, li jkunu ta' benefiċċju reċiproku, għandhom jiġu previsti arranġamenti kooperattivi ta' kummerċjalizzazzjoni, bħall-kodiċi kondiviżi, kemm għal trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit kif ukoll għal trasportaturi tal-ajru tal-UE 27 skont il-prinċipju ta' reċiproċità.

Emenda    3

Proposta għal Regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta' miżuri biex jiġi ggarantit livell ġust ta' reċiproċità bejn id-drittijiet mogħtija b'mod unilaterali mill-Unjoni u mir-Renju Unit lit-trasportaturi tal-ajru ta' xulxin, u biex jiġi żgurat li t-trasportaturi tal-Unjoni jkunu jistgħu jikkompetu mat-trasportaturi tar-Renju Unit b'kundizzjonijiet ġusti fil-provvista ta' servizzi tal-ajru. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(6)  Sabiex jiġi ggarantit livell ġust ta' reċiproċità bejn id-drittijiet mogħtija b'mod unilaterali mill-Unjoni u mir-Renju Unit lit-trasportaturi tal-ajru ta' xulxin, u biex jiġi żgurat li t-trasportaturi tal-Unjoni jkunu jistgħu jikkompetu mat-trasportaturi tar-Renju Unit b'kundizzjonijiet ġusti fil-provvista ta' servizzi tal-ajru, is-setgħa li ta' adozzjoni tal-atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward li tingħata ekwivalenza jew soluzzjoni għas-sitwazzjonijiet ta' kompetizzjoni inġusta permezz ta' miżuri xierqa. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet1a. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

 

_________________

 

1a ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    4

Proposta għal Regolament

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

Eżenzjoni temporanja mir-rekwiżit ta' sjieda

 

1.  Il-Kummissjoni tista' tagħti eżenzjoni temporanja mir-rekwiżit ta' sjieda stabbilit fl-Artikolu 4(f) tar-Regolament 1008/2008 fuq talba ta' trasportatur tal-ajru, diment li t-trasportatur tal-ajru jikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

 

(a)  ikollu liċenzja operattiva valida f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 fil-jum qabel dak tal-ewwel jum ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 12(2);

 

(b)  ir-Renju Unit jew ċittadini tar-Renju Unit, jew taħlita tat-tnejn, ikollhom sjieda ta' inqas minn 50 % tal-impriża;

 

(c)  l-Istati Membri tal-Unjoni jew ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni, jew taħlita tat-tnejn, ikollhom kontroll effikaċi tal-impriża, kemm direttament kif ukoll indirettament permezz ta' impriża intermedja waħda jew aktar; kif ukoll

 

(d)  jippreżenta pjanijiet kredibbli biex jibdel l-istruttura ta' sjieda tiegħu fl-iqsar żmien possibbli biex jikkonforma mar-rekwiżit ta' sjieda stabbilit fl-Artikolu 4(f) tar-Regolament 1008/2008.

 

2.  L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista' tingħata għal perjodu li jmurx lil hinn mit-30 ta' Marzu 2020 u din ma tistax tiġġedded.

Emenda    5

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  iwettqu servizzi internazzjonali tat-trasport bl-ajru bi skeda u mingħajr skeda għall-passiġġieri, għal kombinazzjoni ta' passiġġieri u merkanzija u għas-servizzi kollha tal-merkanzija bejn kwalunkwe żewġ punti, fejn wieħed minnhom ikun jinsab fit-territorju tar-Renju Unit u l-ieħor ikun jinsab fit-territorju tal-Unjoni;

(c)  iwettqu servizzi internazzjonali tat-trasport bl-ajru bi skeda u mingħajr skeda, inkluż għall-kodiċi kondiviżi, għall-passiġġieri, għal kombinazzjoni ta' passiġġieri u merkanzija u għas-servizzi kollha tal-merkanzija bejn kwalunkwe żewġ punti, fejn wieħed minnhom ikun jinsab fit-territorju tar-Renju Unit u l-ieħor ikun jinsab fit-territorju tal-Unjoni;

Emenda    6

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Soġġett għall-Artikoli 4 u 5, fil-provvista ta' servizzi tat-trasport bl-ajru bi skeda skont dan ir-Regolament, il-kapaċità staġonali totali li trid tiġi pprovduta mit-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit għal rotot bejn ir-Renju Unit u kull Stat Membru ma għandhiex taqbeż in-numru totali ta' frekwenzi operati minn dawk it-trasportaturi fuq dawk ir-rotot matul l-istaġuni tax-xitwa u tas-sajf tal-IATA tal-2018 rispettivament.

imħassar

Emenda    7

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn il-Kummissjoni tiddetermina li d-drittijiet mogħtija mir-Renju Unit lit-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni mhumiex de iure jew de facto ekwivalenti għal dawk mogħtija lit-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit skont dan ir-Regolament, jew li dawk id-drittijiet mhumiex disponibbli b'mod ugwali għat-trasportaturi kollha tal-Unjoni, sabiex twassal l-ekwivalenza u permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tista':

2.  Fejn il-Kummissjoni tiddetermina li d-drittijiet mogħtija mir-Renju Unit lit-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni mhumiex de jure jew de facto ekwivalenti għal dawk mogħtija lit-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit skont dan ir-Regolament, jew li dawk id-drittijiet mhumiex disponibbli b'mod ugwali għat-trasportaturi kollha tal-Unjoni, hija għandha s-setgħa li, sabiex twassal l-ekwivalenza, tadotta l-atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a biex:

Emenda    8

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  taġġusta l-kapaċità disponibbli għat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit skont il-limitu stabbilit fl-Artikolu 3(2) u tirrikjedi li l-Istati Membri jadattaw l-awtorizzazzjonijiet operattivi tat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, kemm dawk eżistenti u kemm dawk ġodda li jkunu għadhom kemm ingħataw, skont dan;

(a)  tipproponi limitu fuq il-kapaċità għar-rotot bejn ir-Renju Unit u kull Stat Membru u tirrikjedi li l-Istati Membri jadattaw l-awtorizzazzjonijiet operattivi tat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, kemm dawk eżistenti u kemm dawk ġodda li jkunu għadhom kemm ingħataw, skont dan;

Emenda    9

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn tiddetermina li, bħala riżultat ta' xi sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dawn il-kundizzjonijiet u ferm inqas favorevoli minn dawk li jgawdu t-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, il-Kummissjoni, sabiex tirrimedja għal dik is-sitwazzjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tista':

2.  Fejn tiddetermina li, bħala riżultat ta' xi sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dawn il-kundizzjonijiet u ferm inqas favorevoli minn dawk li jgawdu t-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, il-Kummissjoni għandha s-setgħa, sabiex tirrimedja għal dik is-sitwazzjoni, tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a, biex:

Emenda    10

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  taġġusta l-kapaċità disponibbli għat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit skont il-limitu stabbilit fl-Artikolu 3(2) u tirrikjedi li l-Istati Membri jadattaw l-awtorizzazzjonijiet operattivi tat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, kemm dawk eżistenti u kemm dawk ġodda li jkunu għadhom kemm ingħataw, skont dan;

(a)  tipproponi limitu fuq il-kapaċità għar-rotot bejn ir-Renju Unit u kull Stat Membru u tirrikjedi li l-Istati Membri jadattaw l-awtorizzazzjonijiet operattivi tat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, kemm dawk eżistenti u kemm dawk ġodda li jkunu għadhom kemm ingħataw, skont dan;

Emenda    11

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-atti ta' implimentazzjoni skont il-paragrafu 2 jistgħu jiġu adottati biex jirrimedjaw għas-sitwazzjonijiet li ġejjin:

3.  L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2 għandhom b'mod partikolari jfittxu li jirrimedjaw is-sitwazzjonijiet li ġejjin:

Emenda    12

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-applikazzjoni mir-Renju Unit ta' standards tal-protezzjoni tal-ħaddiema, tas-sikurezza, tas-sigurtà jew tal-ambjent li jkunu inferjuri għal dawk stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet rilevanti fil-liġi tal-Unjoni, ikunu inferjuri għal dawk applikati mill-Istati Membri kollha jew, fi kwalunkwe każ, ikunu inferjuri għall-istandards internazzjonali rilevanti;

(d)  l-applikazzjoni mir-Renju Unit ta' standards tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri, tal-ħaddiema, tas-sikurezza, tas-sigurtà jew tal-ambjent li jkunu inferjuri għal dawk stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet rilevanti fil-liġi tal-Unjoni, ikunu inferjuri għal dawk applikati mill-Istati Membri kollha jew, fi kwalunkwe każ, ikunu inferjuri għall-istandards internazzjonali rilevanti;

Emenda    13

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li jirrifjutaw jew jirrevokaw l-awtorizzazzjoni operattiva ta' trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit skont il-paragrafi 1 u 2.

4.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li jirrifjutaw jew jirrevokaw l-awtorizzazzjoni operattiva ta' trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit skont il-paragrafi 1 u 2, mingħajr ebda dewmien.

Emenda    14

Proposta għal Regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkonsultaw u jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit kif ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni u tal-Istati Membri għandhom jikkonsultaw u jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit kif ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    15

Proposta għal Regolament

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11

imħassar

Kumitat

 

Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat stabbilit fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008.

 

Emenda    16

Proposta għal Regolament

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.   Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 4 u 5 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

 

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 4 u 5 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4.  Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

 

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 4 u 5 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    17

Proposta għal Regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  id-data li fiha jidħol fis-seħħ ftehim bejn l-Unjoni u r-Renju Unit li jirregola l-provvista tat-trasport bl-ajru bejniethom, jew, skont il-każ, id-data li fiha jiġi applikat b'mod proviżorju; jew

(a) id-data li fiha jidħol fis-seħħ ftehim komprensiv bejn l-Unjoni u r-Renju Unit li jirregola l-provvista tat-trasport bl-ajru bejniethom, jew, skont il-każ, id-data li fiha jiġi applikat b'mod proviżorju; jew

(1)

(2)


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Regoli komuni biex tiġi żgurata konnettività bażika fl-ajru fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni

Referenzi

COM(2018)0893 – C8-0510/2018 – 2018/0433(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

20.12.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

14.1.2019

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Pavel Telička

10.1.2019

 

 

 

Proċedura simplifikata – data tad-deċiżjoni

10.1.2019

Eżami fil-kumitat

22.1.2019

 

 

 

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

 

 

 

Data tat-tressiq

4.2.2019

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Frar 2019Avviż legali