Proċedura : 2018/0436(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0063/2019

Testi mressqa :

A8-0063/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2019 - 16.3
CRE 13/02/2019 - 16.3
PV 13/03/2019 - 11.17

Testi adottati :

P8_TA(2019)0105
P8_TA(2019)0181

RAPPORT     ***I
PDF 188kWORD 74k
4.2.2019
PE 634.477v01-00 A8-0063/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni

(COM(2018)0895 – C8-0511/2018 – 2018/0436(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Isabella De Monte

(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(2) tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni

(COM(2018)0895 – C8-0511/2018 – 2018/0436(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0895),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0511/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta' …(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ta' …(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0063/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Sabiex jiġi evitat tfixkil serju kawża ta' dan, inkluż fir-rigward tal-ordni pubbliku, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi stabbilit sett temporanju ta' miżuri li jippermettu lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq liċenzjati fir-Renju Unit iġorru merkanzija bit-triq bejn it-territorju ta' dan tal-aħħar u l-bqija tas-sebgħa u għoxrin Stat Membru. Sabiex jiġi żgurat ekwilibriju ġust bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri li jifdal, jenħtieġ li d-drittijiet mogħtija jkunu soġġetti għall-għoti ta' drittijiet ekwivalenti u għal ċerti kundizzjonijiet li jiżguraw il-kompetizzjoni ġusta.

(4)  Sabiex jiġi evitat tfixkil serju kawża ta' dan, inkluż fir-rigward tal-ordni pubbliku, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi stabbilit sett temporanju ta' miżuri li jippermettu lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq liċenzjati fir-Renju Unit iġorru merkanzija bit-triq bejn it-territorju ta' dan tal-aħħar u l-bqija tas-sebgħa u għoxrin Stat Membru jew minn territorju tar-Renju Unit għal territorju tar-Renju Unit bi tranżitu fi Stat Membru wieħed jew aktar. Sabiex jiġi żgurat ekwilibriju ġust bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri li jifdal, jenħtieġ li d-drittijiet mogħtija jkunu soġġetti għall-għoti ta' drittijiet ekwivalenti u għal ċerti kundizzjonijiet li jiżguraw il-kompetizzjoni ġusta.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "trasport bilaterali" tfisser:

(2)  "trasport awtorizzat" tfisser:

(a)  vjaġġ mgħobbi li jsir minn vettura li l-postijiet tat-tluq u tal-wasla tagħha jkunu fit-territorju tal-Unjoni u fit-territorju tar-Renju Unit rispettivament, li jgħaddi jew bla ma jgħaddi minn xi Stat Membru wieħed jew aktar jew minn pajjiżi terzi;

(a)  vjaġġ mgħobbi li jsir minn vettura minn territorju tal-Unjoni għal territorju tar-Renju Unit jew viċe versa, li jgħaddi jew bla ma jgħaddi minn xi Stat Membru wieħed jew aktar jew minn pajjiżi terzi;

(b)  vjaġġ bla tagħbija li huwa involut ma' trasport imsemmi fil-punt (a);

(b)  vjaġġ mgħobbi li jsir minn vettura minn territorju tar-Renju Unit għal territorju tar-Renju Unit bi tranżitu f'territorju tal-Unjoni;

(ba)  vjaġġ bla tagħbija li huwa involut ma' trasport imsemmi fil-punti (a) u (b);

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  "liċenzja tar-Renju Unit" tfisser liċenzja maħruġa mir-Renju Unit għall-finijiet ta' trasport internazzjonali, inkluż it-trasport bilaterali;

(5)  "liċenzja tar-Renju Unit" tfisser liċenzja maħruġa mir-Renju Unit għall-finijiet ta' trasport internazzjonali, fir-rigward ta' trasport awtorizzat;

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dritt li jitwettaq it-trasport bilaterali

Id-dritt li jitwettaq it-trasport awtorizzat

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  l-operaturi tat-trasport ta' merkanzija bit-triq tar-Renju Unit jistgħu, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, iwettqu t-trasport bilaterali.

1.  l-operaturi tat-trasport ta' merkanzija bit-triq tar-Renju Unit jistgħu, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, iwettqu t-trasport awtorizzat.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-trasport bilaterali tat-tipi li ġejjin jistgħu jitwettqu minn persuni naturali jew ġuridiċi stabbiliti fir-Renju Unit, mingħajr il-ħtieġa għal liċenzja tar-Renju Unit fis-sens tal-Artikolu 2(5):

2.  It-trasport awtorizzat tat-tipi li ġejjin jistgħu jitwettqu minn persuni naturali jew ġuridiċi stabbiliti fir-Renju Unit, mingħajr il-ħtieġa għal liċenzja tar-Renju Unit fis-sens tal-Artikolu 2(5):

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Matul it-trasport bilaterali skont dan ir-Regolament, ir-regoli li ġejjin għandhom jiġu osservati:

Matul it-trasport awtorizzat skont dan ir-Regolament, ir-regoli li ġejjin għandhom jiġu osservati:

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn tiddetermina li d-drittijiet mogħtija mir-Renju Unit lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni mhumiex, de jure jew de facto, ekwivalenti għal dawk mogħtija lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit skont dan ir-Regolament, jew li dawk id-drittijiet mhumiex disponibbli b'mod ekwu għall-operaturi kollha tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista', sabiex terġa' tiġi stabbilita l-ekwivalenza, permezz ta' atti delegati:

(a)  tistabbilixxi limiti permissibbli tal-kapaċità disponibbli għall-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit jew għall-għadd ta' vjaġġi jew għat-tnejn;

(a)  tissospendi l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) u (2) ta' dan ir-Regolament meta l-ebda dritt ekwivalenti ma jingħata lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni jew meta d-drittijiet mogħtija jkunu minimi; jew

(b)  tissospendi l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament; jew

(b)  tistabbilixxi limiti permissibbli tal-kapaċità disponibbli għall-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit jew għall-għadd ta' vjaġġi jew għat-tnejn; jew

(c)  tadotta kwalunkwe miżura oħra xierqa.

(c)  tadotta kwalunkwe miżura oħra xierqa bħal dazji finanzjarji jew restrizzjonijiet operattivi.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Meta tiddeċiedi li, bħala riżultat ta' kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3, l-imsemmija kundizzjonijiet huma sostanzjalment inqas favorevoli minn dawk li jgawdu minnhom l-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit, il-Kummissjoni tista', sabiex tirrimedja dik is-sitwazzjoni, permezz ta' atti delegati:

(1)

[ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0 / Għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali]

(2)

[ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0 / Għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali]

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni

Referenzi

COM(2018)0895 – C8-0511/2018 – 2018/0436(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

20.12.2018

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

14.1.2019

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Isabella De Monte

17.1.2019

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

10.1.2019

Eżami fil-kumitat

22.1.2019

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

Data tat-tressiq

4.2.2019

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Frar 2019Avviż legali