Proċedura : 2018/0384(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0067/2019

Testi mressqa :

A8-0067/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2019 - 16.6

Testi adottati :

P8_TA(2019)0108

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 179kWORD 57k
6.2.2019
PE 632.765v03-00 A8-0067/2019

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet rilevanti skont l-Artikolu XXI tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi mal-Arġentina, l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu (it-Taipei Ċiniża), il-Kolumbja, Kuba, l-Ekwador, Hong Kong iċ-Ċina, l-Indja, il-Ġappun, il-Korea, New Zealand, il-Filippini, l-Iżvizzera, u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta’ kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni taċ-Ċekja, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja mal-Unjoni Ewropea

(14020/2018 – C8-0509/2018 – 2018/0384(NLE))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet rilevanti skont l-Artikolu XXI tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi mal-Arġentina, l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu (it-Taipei Ċiniża), il-Kolumbja, Kuba, l-Ekwador, Hong Kong iċ-Ċina, l-Indja, il-Ġappun, il-Korea, New Zealand, il-Filippini, l-Iżvizzera, u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta’ kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni taċ-Ċekja, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja mal-Unjoni Ewropea

(14020/2018 – C8-0509/2018 – 2018/0384(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14020/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehimiet rilevanti skont l-Artikolu XXI tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi mal-Arġentina, l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu (it-Taipei Ċiniża), il-Kolumbja, Kuba, l-Ekwador, Hong Kong iċ-Ċina, l-Indja, il-Ġappun, il-Korea, New Zealand, il-Filippini, l-Iżvizzera, u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta’ kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni taċ-Ċekja, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja mal-Unjoni Ewropea (14020/2018 ADD 1-17),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 207(4), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0509/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0067/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehimiet;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


NOTA SPJEGATTIVA

L-iskeda tal-impenji tal-UE u l-Istati Membri tagħha fil-GATS (Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi) tmur lura għall-1994 u tkopri biss lit-12-il Stat Membru li kienu Membri tal-UE dak iż-żmien. It-tlettax-il Stat Membru li ngħaqdu mal-UE minn dak iż-żmien 'il hawn, jiġifieri fl-1995 u fl-2004, baqgħu jżommu l-impenji individwali proprji tagħhom tal-GATS, li ġew adottati qabel l-adeżjoni tagħhom mal-UE.

Skont it-termini tal-Artikolu XXI tal-GATS, il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha ppreżentaw komunikazzjoni skont l-Artikolu V tal-GATS, li fiha nnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jimmodifikaw l-impenji speċifiċi sabiex dawn ikopru t-tlettax-il Stat Membru li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1995 u fl-2004.

Wara l-preżentazzjoni tan-notifika, tmintax-il membru tad-WTO ressqu dikjarazzjoni ta' interess. Wara negozjati mal-membri tad-WTO u f'konformità mal-konklużjoni tal-Kunsill ta' Lulju 2006, l-Unjoni Ewropea qablet dwar aġġustamenti ta' kumpens, li jistgħu jinstabu fl-annessi mehmuża mal-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill 2018/0384.

Il-ftehimiet ma jeżiġux li l-Unjoni Ewropea tagħmel xi emendi ta' regoli, regolamenti jew standards. Il-Ftehimiet huma konformi mal-politiki eżistenti tal-Unjoni Ewropea u m'għandhom l-ebda impatt fuq id-dritt tal-gvernijiet li jirregolaw fl-interess pubbliku.

Fis-27 ta' Marzu 2007, il-Kummissjoni ressqet proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet, approvata mill-Kunsill f'Lulju u mill-Parlament f'Ottubru 2007. Madankollu, minħabba ħafna dewmien fil-proċess ta' ratifika mill-Istati Membri, il-Ftehimiet għadhom ma ġewx konklużi formalment.

Permezz tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u skont l-Opinjoni 2/15 tas-16 ta' Mejju 2017 tal-QĠUE, il-ftehimiet issa jistgħu jiġu konklużi mill-Unjoni Ewropea skont deċiżjoni tal-Kunsill ibbażata fuq l-Artikolu 218(6) tat-TFUE, wara l-kunsens tal-Parlament Ewropew, peress li l-ftehimiet ma jkopru l-ebda kwistjoni li taqa' barra mill-ambitu tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea.

Jeħtieġ li l-iskeda tidħol fis-seħħ sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha kkonċernati jkunu koperti bl-istess limitazzjonijiet orizzontali, li l-impenji tagħhom ma jkunux qed jiksru l-acquis communautaire u biex isir progress fi proċessi ta' konsolidazzjoni ulterjuri. Ir-rapporteur huwa tal-fehma li l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill hija ta' natura purament teknika u għandha tiġi konkluża mingħajr dewmien, biex l-UE tkun tista' tkompli n-negozjati għal Skeda tal-GATS li tkopri l-Istati Membri attwali kollha tal-Unjoni Ewropea.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehimiet rilevanti skont l-Artikolu XXI GATS mal-Arġentina, l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu (it-Tajpej Ċiniża), il-Kolombja, Kuba, l-Ekwador, Hong Kong (Ċina), l-Indja, il-Ġappun, il-Korea, New Zealand, il-Filippini, l-Iżvizzera, u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta’ kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Iżvezja mal-Unjoni Ewropea

Referenzi

14020/2018 – C8-0509/2018 – COM(2018)07332018/0384(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

18.12.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

14.1.2019

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra

19.11.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.1.2019

 

 

 

Data tal-adozzjoni

4.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, David Campbell Bannerman, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Eleonora Forenza, Karoline Graswander-Hainz, Christophe Hansen, Heidi Hautala, France Jamet, Patricia Lalonde, Bernd Lange, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Klaus Buchner, Ralph Packet, Paul Rübig, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Lola Sánchez Caldentey

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Stefan Gehrold, Ingeborg Gräßle

Data tat-tressiq

6.2.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

27

+

ALDE

Patricia Lalonde

ECR

David Campbell Bannerman, Ralph Packet, Jan Zahradil

GUE/NGL

Eleonora Forenza, Anne-Marie Mineur, Lola Sánchez Caldentey, Helmut Scholz

PPE

Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Stefan Gehrold, Ingeborg Gräßle, Christophe Hansen, Sorin Moisă, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Paul Rübig, Tokia Saïfi, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Iuliu Winkler

S&D

Maria Arena, Karoline Graswander-Hainz, Bernd Lange, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Heidi Hautala

0

-

 

 

1

0

ENF

France Jamet

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Frar 2019Avviż legali