Proċedura : 2018/0194(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0069/2019

Testi mressqa :

A8-0069/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2019 - 8.5

Testi adottati :

P8_TA(2019)0087

RAPPORT     ***I
PDF 231kWORD 84k
7.2.2019
PE 625.589v03-00 A8-0069/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021-2027 (il-"programm Pericles IV")

(COM(2018)0369 – C8-0240/2018 – 2018/0194(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Dennis de Jong

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021-2027 (il-"programm Pericles IV")

(COM(2018)0369 – C8-0240/2018 – 2018/0194(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0369),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 133 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-240/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0069/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Unjoni u l-Istati Membri intrabtu bl-għan li jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-użu tal-euro bħala munita unika. Dawn il-miżuri jinkludu l-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar u l-frodi relatata biex b'hekk tissaħħaħ l-effettività tal-ekonomija tal-Unjoni u tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.

(1)  L-Unjoni u l-Istati Membri intrabtu bl-għan li jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-użu tal-euro bħala munita unika. Dawn il-miżuri jinkludu l-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar u l-frodi relatata biex jiżguraw l-effettività tal-ekonomija tal-Unjoni u jiżguraw is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  L-azzjonijiet li għandhom l-għan li jippromwovu l-iskambji tal-informazzjoni u tal-persunal, assistenza teknika u xjentifika u taħriġ speċjalizzat jgħinu b'mod sinifikanti biex jipproteġu l-munita unika tal-Unjoni kontra l-iffalsifikar u l-frodi relatata biex b'hekk jintlaħaq livell għoli u ekwivalenti ta' protezzjoni madwar l-Unjoni, filwaqt li tintwera l-kapaċità tal-Unjoni li tindirizza l-kriminalità organizzata serja.

(3)  L-azzjonijiet li għandhom l-għan li jippromwovu skambji tal-informazzjoni u tal-persunal, assistenza teknika u xjentifika u taħriġ speċjalizzat jgħinu b'mod sinifikanti biex jipproteġu l-munita unika tal-Unjoni kontra l-iffalsifikar u l-frodi relatata biex b'hekk jintlaħaq livell għoli u ekwivalenti ta' protezzjoni madwar l-Unjoni, filwaqt li tintwera l-kapaċità tal-Unjoni li tindirizza l-kriminalità organizzata serja. Tali azzjonijiet jgħinu wkoll biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni u r-rabtiet mal-ħasil tal-flus u l-kriminalità organizzata.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-programm għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar jikkontribwixxi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni, filwaqt li jtejjeb il-protezzjoni tal-euro, speċjalment permezz tad-disseminazzjoni kontinwa tar-riżultati ta' azzjonijiet appoġġati minn dan il-programm.

(4)  Il-programm għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar jikkontribwixxi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni, filwaqt li jżid il-fiduċja tagħhom f'dik il-munita u jtejjeb il-protezzjoni tal-euro, speċjalment permezz tad-disseminazzjoni kontinwa tar-riżultati ta' azzjonijiet appoġġati minn dak il-programm.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Il-protezzjoni b'saħħitha tal-euro kontra l-iffalsifikar hija komponent ewlieni ta' ekonomija tal-UE sigura u kompetittiva, u hija marbuta direttament mal-objettiv tal-UE li ttejjeb il-funzjonament effiċjenti tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Fil-Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm Pericles 2020, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-kontinwazzjoni tal-programm Pericles 2020 lil hinn mill-2020 għandha tkun appoġġata, minħabba l-valur miżjud tiegħu lill-UE, l-impatt tiegħu fit-tul u s-sostenibbiltà tal-azzjonijiet tiegħu.

(6)  Kuntrarju għall-proċedura standard, ma twettqitx valutazzjoni tal-impatt separata tal-Programm. Dan jista' jiġi spjegat parzjalment bil-fatt li fl-2017 il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm, appoġġata minn rapport indipendenti1a. Minkejja li r-rapport huwa b'mod ġenerali pożittiv dwar il-Programm, jesprimi tħassib dwar l-għadd limitat ta' awtoritajiet kompetenti li qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Programm u dwar il-kwalità tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni użati biex jitkejlu r-riżultati tal-Programm. Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm Pericles 2020 u l-evalwazzjoni ex ante tiegħu fil-forma ta' Dokument ta' Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja l-proposta tagħha (COM(2018)0369), il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-kontinwazzjoni tal-programm Pericles 2020 lil hinn mill-2020 jenħtieġ li tkun appoġġata, minħabba l-valur miżjud tal-Unjoni tiegħu, l-impatt tiegħu fit-tul u s-sostenibbiltà tal-azzjonijiet tiegħu u l-kontribuzzjoni għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata.

 

__________________

 

1a SWD(2017)444 final u Ares(2917)3289297 '30/06/2017

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-parir li kien hemm fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu kien li l-azzjonijiet iffinanzjati taħt il-Programm Pericles 2020 jenħtieġ li jitkomplew, filwaqt li jitqiesu l-possibbiltajiet li tiġi ssimplifikata l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, li tkun inkoraġġuta d-differenzjazzjoni tal-benefiċjarji, li jitkompla l-iffukar fuq it-theddidiet ta' falsifikar emerġenti u rikorrenti u li jiġu ssimplifikati l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni.

(7)  Il-parir li kien hemm fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu kien li l-azzjonijiet iffinanzjati taħt il-Programm Pericles 2020 jenħtieġ li jitkomplew, filwaqt li tiġi indirizzata l-ħtieġa li tiġi ssimplifikata l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, li tkun inkoraġġuta d-differenzjazzjoni tal-benefiċjarji u l-parteċipazzjoni tal-akbar għadd ta' awtoritajiet kompetenti minn pajjiżi varji fl-attivitajiet tal-Programm, li jitkompla l-iffukar fuq it-theddidiet ta' falsifikar emerġenti u rikorrenti u li jiġu ssimplifikati l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Ġew identifikati hotspots tal-iffalsifikar f'pajjiżi terzi u l-iffalsifikar tal-euro qed jakkwista dimensjoni internazzjonali li qed tikber; għalhekk, il-bini tal-kapaċità u l-attivitajiet ta' taħriġ li jinvolvu l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi jenħtieġ li jitqiesu essenzjali għall-kisba tal-protezzjoni effettiva tal-munita unika tal-Unjoni u jenħtieġ li jiġu inkoraġġuti aktar fil-kuntest tal-Programm.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Għalhekk jenħtieġ li jiġi adottat Programm ġdid għall-perjodu 2021-2027 (il-programm "Pericles IV"). Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-programm Pericles IV ikun konsistenti u komplimentari ma' programmi u azzjonijiet rilevanti oħra. Jenħtieġ għalhekk li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet kollha meħtieġa fir-rigward tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għall-protezzjoni tal-euro mal-partijiet prinċipali involuti, partikolarment mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti maħtura mill-Istati Membri, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Europol, fil-kumitat imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1338/2001, partikolarment fir-rigward tal-iskambju, l-assistenza u t-taħriġ, bl-iskop li jiġi applikat il-programm Pericles IV.

(8)  Għalhekk jenħtieġ li jiġi adottat Programm ġdid għall-perjodu 2021-2027 (il-programm "Pericles IV"). Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-programm Pericles IV ikun konsistenti u komplementari ma' programmi u azzjonijiet rilevanti oħra. Jenħtieġ għalhekk li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet kollha meħtieġa fir-rigward tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għall-protezzjoni tal-euro mal-partijiet prinċipali involuti, partikolarment mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti maħtura mill-Istati Membri, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Europol, fil-kumitat imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1338/2001, partikolarment fir-rigward tal-iskambju, l-assistenza u t-taħriġ, bl-iskop li jiġi applikat il-programm Pericles IV. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża l-esperjenza vasta tal-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tat-twettiq tat-taħriġ u l-għoti ta' informazzjoni dwar l-iffalsifikar tal-karti tal-flus tal-euro waqt l-implimentazzjoni tal-Programm.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Dan ir-Regolament jikkonforma mal-prinċipji tal-valur miżjud u tal-proporzjonalità. Il-programm Pericles IV għandu jiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex l-euro jkun protett mill-iffalsifikar, mingħajr ma jiġu mimsusa r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri, u b'użu iktar effiċjenti tar-riżorsi minn dak li seta' jsir fil-livell nazzjonali. Azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija meħtieġa u ġġustifikata għax tgħin b' mod ċar lill-Istati Membri biex kollettivament jipproteġu l-euro u tinkoraġġixxi l-użu ta' strutturi komuni tal-Unjoni sabiex tiżdied il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

(10)  Dan ir-Regolament jikkonforma mal-prinċipji tal-valur miżjud u tal-proporzjonalità. Il-programm Pericles IV jenħtieġ li jiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex l-euro jkun protett mill-iffalsifikar, mingħajr ma jiġu mimsusa r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri, u b'użu iktar effiċjenti tar-riżorsi minn dak li seta' jsir fil-livell nazzjonali. Azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija meħtieġa u ġġustifikata għax tgħin b'mod ċar lill-Istati Membri biex kollettivament jipproteġu l-euro u tinkoraġġixxi l-użu ta' strutturi komuni tal-Unjoni sabiex tiżdied il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni f'waqtu u komprensiv bejn l-awtoritajiet kompetenti.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-programm Pericles IV, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta programmi ta' ħidma annwali li jistipulaw il-prijoritajiet, it-tqassim tal-baġit u l-kriterji ta' evalwazzjoni għall-għotjiet għall-azzjonijiet. Il-każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, li fihom iż-żieda fil-kofinanzjament tkun neċessarja sabiex l-Istati Membri jingħataw flessibilità ekonomika ikbar, biex b'hekk ikunu jistgħu jwettqu u jlestu proġetti biex jipproteġu u jissalvagwardjaw l-euro b'mod sodisfaċenti, jenħtieġ li jkunu parti mill-programmi ta' ħidma annwali.

(12)   Sabiex jiġu ssupplementati u emendati elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' programmi ta' ħidma kif previst fl-Artikolu 10 u indikaturi kif previst fl-Artikolu 12 u fl-Anness. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta programmi ta' ħidma annwali li jistipulaw il-prijoritajiet, it-tqassim tal-baġit u l-kriterji ta' evalwazzjoni għall-għotjiet għall-azzjonijiet. Il-każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, li fihom iż-żieda fil-kofinanzjament tkun neċessarja sabiex l-Istati Membri jingħataw flessibilità ekonomika ikbar, biex b'hekk ikunu jistgħu jwettqu u jlestu proġetti biex jipproteġu u jissalvagwardjaw l-euro b'mod sodisfaċenti, jenħtieġ li jkunu parti mill-programmi ta' ħidma annwali. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż f'livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Li jipprevjeni u jiġġieled kontra l-iffalsifikar u l-frodi relatata, biex b'hekk tissaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni u tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.

Li jipprevjeni u jiġġieled kontra l-iffalsifikar u l-frodi relatata, biex b'hekk tiġi ppreservata l-integrità tal-muniti u tal-karti tal-flus tal-euro, u dan isaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini u tan-negożji fil-ġenwinità ta' dawn il-muniti u l-karti tal-flus, u għalhekk isaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni, filwaqt li jiżgura s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027 għandu jkun ta' EUR 7 700 000 (fi prezzijiet attwali).

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027 għandu jkun ta' EUR 7 700 0001a (fi prezzijiet attwali).

 

__________________

 

1a Ammont indikattiv biss, skont il-QFP ġenerali.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Programm għandu jkun implimentat mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, permezz ta' konsultazzjonijiet regolari fi stadji differenti tal-implimentazzjoni tal-Programm, b'kunsiderazzjoni tal-miżuri rilevanti meħuda minn entitajiet kompetenti oħrajn, b'mod partikolari l-Bank Ċentrali Ewropew u l-Europol.

2.  Il-Programm għandu jkun implimentat mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, permezz ta' konsultazzjonijiet regolari fi stadji differenti tal-implimentazzjoni tal-Programm, filwaqt li tiġi żgurata l-konsistenza mal-miżuri rilevanti meħuda minn entitajiet kompetenti oħrajn, b'mod partikolari l-Bank Ċentrali Ewropew u l-Europol u tiġi evitata duplikazzjoni mhux meħtieġa tal-istess miżuri. Għal dan il-għan, meta tkun qed tħejji l-programmi ta' ħidma skont l-Artikolu 10, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-attivitajiet eżistenti u ppjanati tal-BĊE u tal-Europol kontra l-falsifikazzjoni u l-frodi relatati mal-euro.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – inċiż -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  l-aħjar prattiki fil-prevenzjoni tal-iffalsifikar u l-frodi relatati mal-euro;

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

—  l-użu ta' għodda ta' sejbien bl-għajnuna tal-kompjuter;

—  l-użu ta' għodda ta' sejbien;

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi żgurat li tkun koperta l-għodda kollha possibbli.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

—  appoġġ għall-kooperazzjoni f'operazzjonijiet li jinvolvu mill-inqas żewġ Stati meta dan l-appoġġ ma jkunx disponibbli minn programmi oħrajn tal-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej;

—  appoġġ għall-kooperazzjoni f'operazzjonijiet li jinvolvu mill-inqas żewġ Stati meta dan l-appoġġ ma jkunx jista' jsir disponibbli minn programmi oħrajn tal-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej;

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-gruppi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jinkludu parteċipanti minn pajjiżi terzi, jekk dan ikun importanti għat-twettiq tal-għanijiet previsti fl-Artikolu 2.

3.  Il-gruppi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jinkludu parteċipanti minn pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

L-objettivi tal-Artikolu 2 (u tar-Regolament kollu) iridu jiġu segwiti xorta waħda.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 11, biex tadotta programmi ta' ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12(2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.

2.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 10(1) u 12(2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 12(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 10(1) u 12(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti magħżula minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti magħżula minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, kif ukoll rappreżentanti mill-BĊE u mill-Europol.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni annwali dwar ir-riżultati tal-Programm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, filwaqt li tqis l-indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi stabbiliti fl-Anness ta' din il-proposta.

3.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni annwali dwar ir-riżultati tal-Programm lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Europol, lill-Eurojust u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), filwaqt li tqis l-indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi stabbiliti fl-Anness ta' din il-proposta.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bank Ċentrali Ewropew.

3.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Europol, lill-Eurojust u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku.

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw it-trasparenza u l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Programm se jiġi mmonitorjat mill-qrib fuq il-bażi ta' sett ta' indikaturi maħsuba biex ikejlu safejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu. Għal dan il-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin:

Il-Programm se jiġi mmonitorjat mill-qrib fuq il-bażi ta' sett ta' indikaturi maħsuba biex ikejlu, b'kostijiet u piżijiet amministrattivi minimi, safejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu. Għal dan il-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin:

Emenda    26

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  L-għadd ta' euro foloz misjuba;

(a)  L-għadd ta' Stati Membri u pajjiżi terzi, li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom ipparteċipaw fl-attivitajiet taħt il-Programm;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  L-għadd ta' workshops illegali żarmati; kif ukoll

(b)  L-għadd ta' parteċipanti u r-rata ta' sodisfazzjon tagħhom kif ukoll kwalunkwe feedback ieħor li setgħu taw dwar l-utilità tal-attivitajiet taħt il-Programm;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Il-feedback tal-parteċipanti fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm.

(c)  L-informazzjoni li tkun waslet mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar l-għadd ta' euro foloz individwati u l-għadd ta' workshops illegali żarmati b'konsegwenza diretta ta' kooperazzjoni mtejba permezz tal-Programm.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-data u l-informazzjoni dwar l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għandhom jinġabru kull sena mill-atturi li ġejjin:

Id-data u l-informazzjoni dwar l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għandhom jinġabru kull sena mill-Kummissjoni u mill-benefiċjarji tal-Programm.


NOTA SPJEGATTIVA

Ir-Rapporteur ibbaża l-emendi tiegħu fuq kunsiderazzjoni mill-qrib tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm Pericles 2020, li tikkonsisti f'rapport estern, segwit mill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2017)0741 final) u Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (SWD(2017)444 final). Għalkemm l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu fiha ħafna informazzjoni rilevanti, fil-fehma tar-Rapporteur, ma tistax tissostitwixxi valutazzjoni tal-impatt xierqa, bis-salvagwardji kollha inerenti għal tali valutazzjoni. Madankollu, ir-Rapporteur ma riedx itawwal il-proċeduri billi jinsisti fuq tali Ftehim Interistituzzjonali.

L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu wriet li b'mod ġenerali l-Programm Pericles 2020 jissodisfa l-objettivi tiegħu. Ġie espress tħassib fir-rigward tan-nuqqas ta' parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-Programm mill-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti, peress li fil-prattika jidher li huma prinċipalment l-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti Franċiżi, Spanjoli u Taljani li jibbenefikaw mill-attivitajiet tal-Programm.

It-tieni punt ta' tħassib kien in-nuqqas ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni rilevanti. Dawk użati jkejlu n-numru ta' euro foloz identifikati u n-numru ta' workshops illegali żarmati, iżda dawn l-indikaturi ma jipprovdu l-ebda informazzjoni dwar ir-rabta bejn din l-istatistika u l-kontribut tal-programm għalihom.

Ir-Rapporteur jikkondividi dan it-tħassib. Permezz tal-involviment iktar mill-qrib tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fit-twaqqif tal-programmi ta' ħidma annwali, ir-Rapporteur jittama li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom.

Fir-rigward tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, ir-Rapporteur issostitwixxa dawk elenkati fil-proposta tal-Kummissjoni (l-Anness) b'sett ta' indikaturi li jkejlu direttament l-effettività tal-attivitajiet tal-Programm.

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur eżamina fid-dettall l-opinjoni tal-BĊE. Huwa jaqbel mal-BĊE li l-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-BĊE taħt il-Programm Pericles IV il-ġdid għandha tissaħħaħ. Fl-opinjoni tiegħu, l-istess jgħodd għall-kooperazzjoni mal-Europol. Il-proposta attwali tal-Kummissjoni tħalli ambitu wiesa' wisq għal azzjonijiet li jimxu b'mod parallel, u b'hekk hemm riskju ta' trikkib. Għalhekk, fl-Artikoli 4, 10, 12 u 13, ir-Rapporteur introduċa referenzi għall-BĊE u, fejn rilevanti, għall-Europol.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment ta’ programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021-2027 (il-”programm Pericles IV”)

Referenzi

COM(2018)0369 – C8-0240/2018 – 2018/0194(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

31.5.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

11.6.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Dennis de Jong

27.9.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

11.10.2018

7.1.2019

29.1.2019

4.2.2019

Data tal-adozzjoni

4.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Michał Boni, Daniel Dalton, Laura Ferrara, Romeo Franz, Kinga Gál, Ana Gomes, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Péter Niedermüller, Judith Sargentini, Giancarlo Scottà, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Dennis de Jong, Gérard Deprez, Anna Hedh, Lívia Járóka, Petr Ježek, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Barbara Spinelli, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Birgit Collin-Langen, Pascal Durand, Stefan Eck, Stefan Gehrold, Françoise Grossetête, John Howarth, Ramón Jáuregui Atondo, Paul Rübig, Julie Ward, Tiemo Wölken, Gabriele Zimmer

Data tat-tressiq

7.2.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

43

+

ALDE

Gérard Deprez, Filiz Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Petr Ježek, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

ECR

Daniel Dalton, Helga Stevens, Kristina Winberg

EFDD

Laura Ferrara

ENF

Giancarlo Scottà

GUE/NGL

Stefan Eck, Dennis de Jong, Barbara Spinelli, Gabriele Zimmer

PPE

Asim Ademov, Michał Boni, Carlos Coelho, Birgit Collin-Langen, Kinga Gál, Stefan Gehrold, Françoise Grossetête, Lívia Járóka, Roberta Metsola, József Nagy, Paul Rübig, Traian Ungureanu, Axel Voss

S&D

Ana Gomes, Anna Hedh, John Howarth, Ramón Jáuregui Atondo, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Julie Ward, Josef Weidenholzer, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Pascal Durand, Romeo Franz, Eva Joly, Judith Sargentini

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Frar 2019Avviż legali