Proċedura : 2018/0435(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0071/2019

Testi mressqa :

A8-0071/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2019 - 11.1
CRE 13/03/2019 - 11.1

Testi adottati :

P8_TA(2019)0165

RAPPORT     ***I
PDF 173kWORD 54k
8.2.2019
PE 634.545v01-00 A8-0071/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 billi tingħata Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni ta' Esportazzjoni fir-rigward ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

(COM(2018)0891 – C8-0513/2018 – 2018/0435(COD))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Klaus Buchner

(Simplified procedure – Rule 50(1) of the Rules of Procedure)

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 billi tingħata Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni ta' Esportazzjoni fir-rigward ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

(COM(20180)0891 – C8-0513/2018 – 2018/0435(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0891,

– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0513/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0071/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


OPINJONI

Ref.: D(2019)4005

Is-Sur Bernd Lange

Il-President

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

BRUSSELL

Suġġett:  Opinjoni dwar ir-rapport dwar l-Awtorizzazzjoni Ġenerali ta' Esportazzjoni tal-Unjoni għall-esportazzjoni ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (COM(2018)0891 – C8-0513/2018 – 2018/0435(COD))

Is-Sur President,

Skont il-proċedura inkwistjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin ingħata l-istruzzjoni li jippreżenta opinjoni lill-Kumitat tiegħek. Fil-laqgħa tiegħu tal-24 ta' Jannar 2019, iddeċieda li jibgħat din l-opinjoni fil-forma ta' ittra.

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin eżamina l-kwistjoni, iddeċieda li jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu ta' hawn taħt:

A.  Billi fil-kuntest tal-irtirar tar-Renju Unit mill-UE, il-Kummissjoni adottat ħames proposti leġiżlattivi fl-eventwalità ta' xenarju ta' ebda ftehim. Il-miżuri proposti huma speċifiċi, limitati u mmirati biex jirrimedjaw l-impatt negattiv ta' rtirar diżordinat jew jippermettu l-adattament neċessarju tal-leġiżlazzjoni. Kif ġie nnutat fil-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati aktar kmieni dan ix-xahar, il-PE għandu jiżgura l-adozzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni rilevanti malajr kemm jista' jkun;

B.   Billi l-Kumitat AFET għandu jforni opinjoni dwar ir-Rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (INTA) dwar ir-regolament propost li jżid lir-Renju Unit mal-lista ta' pajjiżi li għalihom hija valida awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju fl-UE kollha, skont l-Artikoli 50(3) u 53 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew;

C.   Billi l-għan ewlieni tar-regolament propost huwa li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 billi tingħata Awtorizzazzjoni Ġenerali ta' Esportazzjoni tal-Unjoni għall-esportazzjoni ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, permezz ta' żewġ emendi għall-Anness IIa, Parti 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009;

1.   Il-Kumitat AFET jirrakkomanda li r-regolament propost [2018/0435 (COD)] ma jiġix immodifikat (jiġifieri li tiġi approvata l-proposta tal-Kummissjoni).

Dejjem tiegħek,

David McAllister  


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Awtorizzazzjoni Ġenerali ta’ Esportazzjoni tal-Unjoni għall-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti b’użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Referenzi

COM(2018)0891 – C8-0513/2018 – 2018/0435(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

20.12.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

14.1.2019

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

14.1.2019

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Klaus Buchner

23.1.2019

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

23.1.2019

Eżami fil-kumitat

4.2.2019

 

 

 

Data tal-adozzjoni

4.2.2019

 

 

 

Data tat-tressiq

8.2.2019

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Frar 2019Avviż legali