Proċedura : 2018/0330A(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0076/2019

Testi mressqa :

A8-0076/2019

Dibattiti :

PV 17/04/2019 - 13
CRE 17/04/2019 - 13

Votazzjonijiet :

PV 17/04/2019 - 16.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0415

RAPPORT     ***I
PDF 862kWORD 262k
12.2.2019
PE 630.451v01-00 A8-0076/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill Nru 98/700/ĠAI, ir-Regolament Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2018)0631 – C8-0406/2018 – 2018/0330(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Roberta Metsola

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill Nru 98/700/ĠAI, ir-Regolament Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2018)0631 – C8-0406/2018 – 2018/0330(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0631),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 77(2)(b) u (d), u l-Artikolu 79(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0406/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta' ...(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ta' ...(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0076/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill Nru 98/700/ĠAI, ir-Regolament Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Kontribut tal-Kummissjoni Ewropea għal-laqgħa tal-Mexxejja f'Salzburg fid-19-20 ta' Settembru 2018

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill Nru 98/700/ĠAI, ir-Regolament Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/200417 . Minn meta ħadet ir-responsabbiltajiet tagħha fl-1 ta' Mejju 2005, din irnexxielha tgħin lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-aspetti operazzjonali tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni permezz ta' operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntiera, fl-analiżi tar-riskju, fl-iskambju ta' informazzjoni, fir-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u fir-ritorn ta' persuni rimpatrijati.

(2)  L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/200417 . Minn meta ħadet ir-responsabbiltajiet tagħha fl-1 ta' Mejju 2005, l-Aġenzija rnexxielha tgħin lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-aspetti operazzjonali tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni permezz ta' operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntiera, fl-analiżi tar-riskju, fl-iskambju ta' informazzjoni, fir-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u fil-koordinazzjoni tar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi soġġetti għal deċiżjoni ta' ritorn maħruġa minn Stat Membru.

__________________

__________________

17 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1).

17 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1).

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea nbidlilha isimha għal Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (l-"Aġenzija") u l-kompiti tagħha ġew estiżi b'kontinwità sħiħa tal-attivitajiet u l-proċeduri tagħha. Jenħtieġ li r-rwol ewlieni tal-Aġenzija jkun li tistabbilixxi strateġija teknika u operazzjonali bħala parti miċ-ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-implimentazzjoni ta' ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-livell tal-Unjoni, biex tissorvelja l-funzjonament effettiv tal-kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri esterni, biex twettaq analiżi tar-riskju u valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà, biex tipprovdi aktar assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri permezz ta' operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntiera, biex tiżgura l-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri f'każ ta' sitwazzjoni li tkun teħtieġ azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni, biex tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali fl-appoġġ ta' operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ ta' persuni li jkunu jinsabu f'diffikultajiet fuq il-baħar, u biex torganizza, tikkoordina u twettaq operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn u tipprovdi assistenza operazzjonali għal attivitajiet ta' ritorn f'pajjiżi terzi.

(3)  L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ingħatat l-isem ġdid ta' Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (l-"Aġenzija") u l-kompiti tagħha ġew estiżi b'kontinwità sħiħa tal-attivitajiet u l-proċeduri tagħha. Jenħtieġ li r-rwol ewlieni tal-Aġenzija jkun li tistabbilixxi strateġija teknika u operazzjonali żviluppata taħt iċ-ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-implimentazzjoni ta' ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, biex tissorvelja l-funzjonament effettiv tal-kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri esterni, biex twettaq analiżi tar-riskju u valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà, biex tipprovdi aktar assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi permezz ta' operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntiera, biex tiżgura l-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri f'każ ta' sitwazzjoni li tkun teħtieġ azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni, biex tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali fl-appoġġ ta' operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ ta' persuni li jkunu jinsabu f'diffikultà fuq il-baħar, u biex torganizza, tikkoordina u twettaq operazzjonijiet ta' ritorn.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-Kummissjoni ilha tieħu inizjattivi li jsaħħu l-protezzjoni tal-frtuntieri esterni tal-Unjoni sa mill-bidu tal-kriżi migratorja fl-2015. F'Diċembru tal-2015 tressqet proposta għal titjib sinifikanti tal-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni li ġiet negozjata fi żmien rekord matul l-2016. Ir-Regolament dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta daħal fis-seħħ fis-6 ta' Ottubru tal-2016.

(4)  Il-Kummissjoni ilha tieħu inizjattivi importanti sa mill-bidu tal-kriżi migratorja fl-2015 u proponiet sensiela ta' miżuri bil-għan li ssaħħaħ il-protezzjoni tal-fruntieri tal-Unjoni u tirkupra l-funzjonament normali taż-żona Schengen. F'Diċembru tal-2015 tressqet proposta għal titjib sinifikanti tal-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni li ġiet negozjata rapidament matul l-2016. Ir-Regolament dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta daħal fis-seħħ fis-6 ta' Ottubru tal-2016.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Madankollu, il-qafas tal-Unjoni fil-qasam tal-kontroll tal-fruntieri esterni, tar-ritorn u tal-ażil għad irid jittejjeb aktar. Għal dan il-għan, u biex l-isforzi operazzjonali attwali u previsti fil-ġejjieni jintrifdu aħjar, jenħtieġ li ssir riforma tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta billi l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tingħata mandat aktar b'saħħtu u, b'mod partikolari, billi tingħata l-kapaċitajiet meħtieġa fis-sura ta' korp permanenti tal-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta ta' 10 000 persuna f'persunal operazzjonali b'setgħat eżekuttivi biex tkun tista' tgħin lill-Istati Membri b'mod effettiv fl-isforzi tagħhom għall-protezzjoni tal-fruntieri esterni, fil-ġlieda kontra l-movimenti sekondarji u biex ir-ritorn ta' migranti irregolari jissaħħaħ b'mod sinifikanti.

(5)  Madankollu, il-qafas tal-Unjoni fil-qasam tal-kontroll tal-fruntieri esterni, tar-ritorn u tal-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera għad irid jittejjeb aktar. Għal dan il-għan, u biex l-isforzi operazzjonali attwali u previsti fil-ġejjieni jintrifdu aħjar, jenħtieġ li ssir riforma tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta billi l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tingħata mandat aktar b'saħħtu u, b'mod partikolari, billi tingħata l-kapaċitajiet meħtieġa fis-sura ta' korp permanenti tal-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta biex tkun tista' tgħin lill-Istati Membri b'mod effettiv fl-isforzi tagħhom għall-protezzjoni tal-fruntieri esterni, il-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera u biex ir-ritorn effettiv u sostenibbli ta' migranti irregolari jissaħħaħ b'mod sinifikanti.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Huwa meħtieġ li l-qsim tal-fruntieri esterni jiġi mmonitorjat b'mod effiċjenti, li jiġu indirizzati sfidi migratorji u theddidiet futuri potenzjali fil-fruntieri esterni, li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà interna fl-Unjoni, li jiġi salvagwardjat il-funzjonament taż-żona Schengen u l-prinċipju ġenerali tas-solidarjetà jiġi rrispettat. Jenħtieġ li dan ikun akkumpanjat minn ġestjoni proattiva tal-migrazzjoni, inkluż il-miżuri meħtieġa f'pajjiżi terzi. Fid-dawl ta' dak li ntqal, huwa meħtieġ li l-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tissaħħaħ u li l-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jiġi estiż aktar. Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun magħmula prinċipalment minn korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li jkun jikkonsisti minn 10 000 ruħ bħala persunal operazzjonali.

(7)  Huwa meħtieġ li l-qsim tal-fruntieri esterni jiġi mmonitorjat b'mod effiċjenti, li jiġu indirizzati sfidi migratorji u theddidiet futuri potenzjali fil-fruntieri esterni, li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà interna fl-Unjoni, li jiġi salvagwardjat il-funzjonament taż-żona Schengen u l-prinċipju ġenerali tas-solidarjetà jiġi rrispettat. Fid-dawl ta' dak li ntqal, huwa meħtieġ li l-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tissaħħaħ u li l-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jiġi estiż aktar. Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun magħmula prinċipalment minn korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li jinkludi riżerva ta' reazzjoni rapida.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Sabiex it-titjib kwalittattiv ulterjuri tal-mandat jiġi rifless, partikolarment billi l-Aġenzija tingħata l-fergħa operazzjonali tagħha, jiġifieri l-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li jikkonsisti minn 10 000 ruħ bħala persunal operazzjonali, jenħtieġ li minn issa 'l quddiem l-Aġenzija li kienet magħrufa bħala Frontex tibda tiġi magħrufa bħala l-"Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (EBCG, European Border and Coast Guard )". Din il-bidla jenħtieġ li tiġi riflessa f'kull ċirkostanza, fosthom fil-viżwalizzazzjoni tal-isem fil-materjal ta' komunikazzjoni esterna.

(8)  Sabiex it-titjib kwalitattiv ulterjuri tal-mandat jiġi rifless, partikolarment billi l-Aġenzija tingħata l-fergħa operazzjonali tagħha, jiġifieri l-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li jinkludi r-riżerva ta' reazzjoni rapida, jenħtieġ li minn issa 'l quddiem l-Aġenzija li kienet magħrufa bħala Frontex tibda tiġi magħrufa bħala "l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (EBCG, European Border and Coast Guard)" u topera esklużivament taħt dan l-isem. Din il-bidla jenħtieġ li tiġi riflessa f'kull ċirkostanza, fosthom fil-viżwalizzazzjoni tal-isem fil-materjal ta' komunikazzjoni esterna.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Meta tkun qed tiġi implimentata l-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, jenħtieġ li tiġi żgurata l-koerenza ma' objettivi oħra ta' politika, inkluż it-tħaddim xieraq tat-trasport transfruntier.

(9)  Meta tkun qed tiġi implimentata l-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, jenħtieġ li tiġi żgurata l-koerenza ma' objettivi oħra ta' politika, inkluż il-moviment liberu tal-persuni, id-dritt għall-ażil u t-tħaddim xieraq tat-trasport transfruntier.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Il-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri jenħtieġ li tiġi implimentata bħala responsabbiltà kondiviża tal-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu operazzjonijiet ta' sorveljanza tal-fruntieri marittimi u kwalunkwe kompitu ieħor ta' kontroll tal-fruntieri, u dawk responsabbli mir-ritorni. Filwaqt li r-responsabbiltà primarja għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni tagħhom tibqa' tal-Istati Membri, fl-interess tagħhom u fl-interess tal-Istati Membri kollha u huma responsabbli mill-ħruġ ta' deċiżjonijiet ta' ritorn, jenħtieġ li l-Aġenzija tappoġġa l-applikazzjoni tal-miżuri tal-Unjoni li għandhom x'jaqsmu mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u mar-ritorni billi ssaħħaħ, tivvaluta u tikkoordina l-azzjonijiet tal-Istati Membri li jimplimentaw dawk il-miżuri.

(10)  Il-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri jenħtieġ li tiġi implimentata bħala responsabbiltà kondiviża tal-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu operazzjonijiet ta' sorveljanza tal-fruntieri marittimi u ta' tfittxija u salvataġġ u kwalunkwe kompitu ieħor ta' kontroll tal-fruntieri, u dawk responsabbli mir-ritorni. Filwaqt li r-responsabbiltà primarja għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni tagħhom tibqa' tal-Istati Membri, fl-interess tagħhom u fl-interess tal-Istati Membri kollha u huma responsabbli mill-ħruġ ta' deċiżjonijiet ta' ritorn, jenħtieġ li l-Aġenzija tappoġġa l-applikazzjoni tal-miżuri tal-Unjoni li għandhom x'jaqsmu mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u mar-ritorni billi ssaħħaħ u tikkoordina l-azzjonijiet tal-Istati Membri li jimplimentaw dawk il-miżuri. Jenħtieġ li ma jkun hemm ebda duplikazzjoni operazzjonali mhux meħtieġa bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri u tiżdied l-effiċjenza tal-politika komuni ta' ritorn, jenħtieġ li tiġi stabbilita Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Jenħtieġ li din tingħata r-riżorsi finanzjarji u umani u t-tagħmir li teħtieġ. Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li tkun magħmula mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inklużi l-gwardji tal-kosta sal-punt li dawn iwettqu kompiti ta' kontroll tal-fruntieri, kif ukoll l-awtoritajiet responsabbli mir-ritorni. Bħala tali hija se tiddependi fuq l-użu komuni ta' informazzjoni, kapaċitajiet u sistemi fil-livell nazzjonali u r-rispons tal-Aġenzija fil-livell tal-Unjoni.

(11)  Biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri, jenħtieġ li tiġi stabbilita Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Jenħtieġ li din tingħata r-riżorsi finanzjarji u umani u t-tagħmir li teħtieġ. Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li tkun magħmula mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inklużi l-gwardji tal-kosta sa fejn dawn iwettqu kompiti ta' kontroll tal-fruntieri, kif ukoll l-awtoritajiet responsabbli mir-ritorni. Bħala tali hija se tiddependi fuq l-użu komuni ta' informazzjoni, kapaċitajiet u sistemi fil-livell nazzjonali u r-rispons tal-Aġenzija fil-livell tal-Unjoni.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-implimentazzjoni effettiva tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li żgurata permezz ta' ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-Ġesjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. Iċ-ċiklu pluriennali jenħtieġ li jistabbilixxi proċess integrat, unifikat u kontinwu li jipprovdi linji gwida strateġiċi lill-atturi rilevanti kollha fil-livell tal-Unjoni u fl-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u tar-ritorni sabiex dawk l-atturi jimplimentaw il-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri b'mod koordinat. Dan għandu wkoll jindirizza l-interazzjonijiet rilevanti kollha tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta mal-Kummissjoni, ma' istituzzjonijiet u ma' korpi oħrajn kif ukoll il-kooperazzjoni ma' sħab rilevanti oħrajn, fosthom pajjiżi terzi u partijiet terzi skont kif xieraq.

(14)  L-implimentazzjoni effettiva tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li tiġi żgurata permezz ta' ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. Iċ-ċiklu pluriennali jenħtieġ li jistabbilixxi proċess integrat, unifikat u kontinwu li jipprovdi linji gwida strateġiċi lill-atturi rilevanti kollha fil-livell tal-Unjoni u fl-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u tar-ritorni sabiex dawk l-atturi jimplimentaw il-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri b'mod koordinat u f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali. B'mod partikolari, jenħtieġ li ċ-ċiklu ta' politika pluriennali jippermetti lill-Aġenzija tistabbilixxi l-istrateġija teknika u operazzjonali tagħha. Dan irid ukoll jindirizza l-interazzjonijiet rilevanti kollha tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta mal-Kummissjoni, ma' istituzzjonijiet u ma' korpi oħrajn kif ukoll il-kooperazzjoni ma' sħab rilevanti oħrajn, fosthom pajjiżi terzi u partijiet terzi skont kif xieraq.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Il-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri tirrekjedi ppjanar integrat bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija għal operazzjonijiet li jikkonċernaw il-fruntieri u r-ritorn, għat-tħejjija ta' risponsi għal impatti akbar fil-fruntieri esterni, għall-ippjanar ta' kontinġenza u għall-koordinazzjoni fit-tul tal-iżvilupp ta' kapaċitajiet kemm f'termini ta' reklutaġġ u taħriġ iżda wkoll għall-akkwiżizzjoni u l-iżvilupp ta' tagħmir.

(15)  Il-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri tirrekjedi ppjanar integrat bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija għal operazzjonijiet li jikkonċernaw il-fruntieri u r-ritorn, għal risponsi għall-isfidi fil-fruntieri esterni, għall-ippjanar ta' kontinġenza u għall-koordinazzjoni fit-tul tal-iżvilupp ta' kapaċitajiet kemm f'termini ta' reklutaġġ u taħriġ iżda wkoll għall-akkwiżizzjoni u l-iżvilupp ta' tagħmir.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament ma taffettwax id-diviżjoni tal-kompetenza bejn l-Unjoni u l-Istati Membri jew l-obbligi tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar, il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Tfittxija u s-Salvataġġ Marittimi, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Tranżnazzjonali u l-Protokoll tagħha kontra t-Traffikar tal-Immigranti bl-Art, bil-Baħar u bl-Ajru, il-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u strumenti internazzjonali rilevanti oħra.

(16)  L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament ma taffettwax id-diviżjoni tal-kompetenza bejn l-Unjoni u l-Istati Membri jew l-obbligi tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar, il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Tfittxija u s-Salvataġġ Marittimi, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Tranżnazzjonali u l-Protokoll tagħha kontra l-Faċilitazzjoni ta' Dħul Klandestin ta' Migranti bl-Art, bil-Baħar u bl-Ajru, il-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istatus ta' Persuni Apolidi u strumenti internazzjonali rilevanti oħra.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  Il-mandat ta' azzjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd kiber u l-kooperazzjoni tagħhom mal-Aġenzija ssaħħaħ; il-Kummissjoni Ewropea jenħtieġ li għalhekk tressaq proposta biex tinkludi dawn l-aġenziji, flimkien ma' kwalunkwe attur ieħor rilevanti bħall-Istati Membri, fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament 656/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi regoli dwar is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Jenħtieġ li l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-ħarsien tal-liġi u tal-ordni u s-salvagwardja tas-sigurtà interna.

(18)  Jenħtieġ li l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha b'rispett sħiħ għar-responsabbiltajiet, il-kompetenza u l-prinċipju tas-sussidjarjetà tal-Istati Membri fir-rigward tal-ħarsien tal-liġi u tal-ordni u s-salvagwardja tas-sigurtà interna.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Jenħtieġ li l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward tad-difiża.

(19)  Jenħtieġ li l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha b'rispett sħiħ għar-responsabbiltajiet u għall-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward tad-difiża.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Jenħtieġ li l-kompiti u l-kompetenza estiżi tal-Aġenzija jkunu bbilanċjati b'salvagwardji msaħħa tad-drittijiet fundamentali u aktar responsabbiltà.

(20)  Jenħtieġ li l-kompiti u l-kompetenza estiżi tal-Aġenzija jkunu bbilanċjati b'salvagwardji msaħħa tad-drittijiet fundamentali, aktar responsabbiltà, inkluż mil-lat ġuridiku u b'mod partikolari f'termini tal-eżerċizzju tas-setgħat eżekuttivi mill-persunal statutorju.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri, fl-interess tagħhom u fl-interess tal-Istati Membri l-oħra, jagħtu d-data rilevanti neċessarja għall-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija, inkluż għat-tħejjija ta' għarfien tas-sitwazzjoni, l-analiżi tar-riskju, il-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà u l-ippjanar integrat. Bl-istess mod, jenħtieġ li jiżguraw li d-data tkun preċiża, aġġornata u miksuba u mdaħħla legalment.

(22)  Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri, fl-interess tagħhom u fl-interess tal-Istati Membri l-oħra, jagħtu d-data rilevanti meħtieġa għall-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija, inkluż għat-tħejjija ta' għarfien tas-sitwazzjoni, l-analiżi tar-riskju, il-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà u l-ippjanar integrat. Bl-istess mod, jenħtieġ li jiżguraw li d-data tkun preċiża, aġġornata u miksuba u mdaħħla legalment. Meta din id-data tkun tinkludi data personali, id-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data jenħtieġ li japplika bis-sħiħ.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)  In-Netwerk ta' Komunikazzjoni previst f'dan ir-Regolament diġà ġie żviluppat fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u huwa kapaċi jiskambja informazzjoni klassifikata tal-UE bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija. Jenħtieġ li dak in-Netwerk ta' Komunikazzjoni preeżistenti jintuża għall-iskambji kollha ta' informazzjoni bejn il-komponenti differenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-livell ta' klassifikazzjoni tiegħu jenħtieġ li jiżdied sabiex titjieb is-sigurtà tal-informazzjoni.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur) (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 11).

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Is-sistema Ewropea ta' sorveljanza tal-fruntieri (EUROSUR) hija neċessarja għall-funzjonament tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta sabiex tikkontestwalizza l-iskambu ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri u mal-Aġenzija. L-EUROSUR qed tipprovdi l-infrastruttura u l-għodod meħtieġa lil dawk l-awtoritajiet u lill-Aġenzija biex itejbu l-għarfien tas-sitwazzjoni u l-kapaċità ta' reazzjoni tagħhom fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri għall-fini tal-kxif, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera u jikkontribwixxu għas-salvataġġ u għall-iżgurar tal-protezzjoni u tal-ħajjiet tal-migranti.

(23)  Is-sistema Ewropea ta' sorveljanza tal-fruntieri (EUROSUR) hija meħtieġa għall-funzjonament tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta sabiex tikkontestwalizza l-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri u mal-Aġenzija. L-EUROSUR qed tipprovdi l-infrastruttura u l-għodod meħtieġa lil dawk l-awtoritajiet u lill-Aġenzija biex itejbu l-għarfien tas-sitwazzjoni u jżidu l-kapaċità ta' reazzjoni tagħhom fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri għall-fini tad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-kriminalità transfruntiera u jikkontribwixxu għas-salvataġġ u għall-iżgurar tal-protezzjoni u tal-ħajjiet tal-migranti.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jtellifx lill-Istati Membri milli jagħmlu ċ-ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni tagħhom responsabbli wkoll mill-koordinazzjoni tal-iskambju tal-informazzjoni u mill-kooperazzjoni fir-rigward ta' komponenti oħrajn tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri bħar-ritorn.

(25)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jtellifx lill-Istati Membri milli jagħmlu ċ-ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni tagħhom responsabbli wkoll għall-koordinazzjoni tal-iskambju tal-informazzjoni u għall-kooperazzjoni fir-rigward ta' komponenti oħrajn tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Il-kwalità tal-informazzjoni skambjata bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija hija prerekwiżit għall-funzjonament tajjeb tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri. Filwaqt li tkompli tibni fuq is-suċċess tal-EUROSUR, jenħtieġ li dik il-kwalità tiġi żgurata permezz tal-istandardizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni bejn in-netwerks u s-sistemi, l-assigurazzjoni tal-informazzjoni u l-kontroll tal-kwalità tad-data u tal-informazzjoni li jiġu trażmessi.

(26)  Il-kwalità tal-informazzjoni skambjata bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija kif ukoll it-tempestività li biha tiġi skambjata tali informazzjoni huma prerekwiżiti għall-funzjonament tajjeb tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri. Filwaqt li tkompli tibni fuq is-suċċess tal-EUROSUR, jenħtieġ li dik il-kwalità tiġi żgurata permezz tal-istandardizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni bejn in-netwerks u s-sistemi, l-assigurazzjoni tal-informazzjoni u l-kontroll tal-kwalità tad-data u tal-informazzjoni li jiġu trażmessi.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tipprovdi l-assistenza meħtieġa għall-iżvilupp u l-operazzjoni tal-EUROSUR inkluża l-interoperabbiltà tas-sistemi, b'mod partikolari permezz tat-twaqqif, iż-żamma u l-koordinazzjoni tal-qafas tal-EUROSUR.

(27)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tipprovdi l-assistenza meħtieġa għall-iżvilupp u l-operazzjoni tal-EUROSUR inkluża l-interoperabbiltà tas-sistemi fil-qafas ta' ambjent komuni għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, b'mod partikolari permezz tal-istabbiliment, iż-żamma u l-koordinazzjoni tal-qafas tal-EUROSUR.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Jenħtieġ li l-EUROSUR tipprovdi stampa sħiħa tas-sitwazzjoni fil-fruntieri iżda wkoll fiż-żona Schengen u fiż-żona prefruntiera. Din jenħtieġ li tkopri s-sorveljanza fil-fruntieri tal-art, tal-baħar u tal-ajru iżda kontrolli fil-punti tal-qsim tal-fruntiera wkoll.

(28)  Jenħtieġ li l-EUROSUR tipprovdi stampa sħiħa tas-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni iżda wkoll fiż-żona Schengen u fiż-żona prefruntiera. Din jenħtieġ li tkopri s-sorveljanza fil-fruntieri tal-art, tal-baħar u tal-ajru iżda wkoll kontrolli fil-punti tal-qsim tal-fruntiera. Jenħtieġ li l-forniment ta' għarfien tas-sitwazzjoni fi ħdan l-Unjoni bl-ebda mod ma jippermetti lill-Aġenzija twettaq azzjonijiet fil-fruntieri interni tal-Istati Membri.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Il-prassi tal-ivvjaġġar f'dgħajjes żgħar mhux tajbin għat-tbaħħir wassal għal żieda kbira fin-numru ta' migranti li jegħrqu fil-fruntieri esterni marittimi fin-Nofsinhar tal-Istati Membri. L-EUROSUR jenħtiġilha ttejjeb b'mod konsiderevoli l-kapaċità operazzjonali u teknika tal-Aġenzija u tal-Istati Membri li jidentifikaw tali dgħajjes żgħar u li jtejbu l-kapaċità ta' reazzjoni tal-Istati Membri, b'hekk tikkntribwixxi għal tnaqqis fl-imwiet ta' migranti.

(31)  Il-prassi tal-ivvjaġġar f'dgħajjes żgħar mhux tajbin għat-tbaħħir wassal għal żieda kbira fin-numru ta' migranti li jegħrqu fil-fruntieri esterni marittimi tan-nofsinhar. Jenħtieġ li l-EUROSUR ittejjeb b'mod konsiderevoli l-kapaċità operazzjonali u teknika tal-Aġenzija u tal-Istati Membri li jidentifikaw tali dgħajjes żgħar u li jtejbu l-kapaċità ta' reazzjoni tal-Istati Membri biex iwettqu operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ, b'hekk tikkontribwixxi għal tnaqqis fl-imwiet ta' migranti.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tipprepara analiżi tar-riskju ġenerali u mfassla apposta bbażata fuq mudell ta' analiżi ta' riskju komuni u integrat, li għandha titwettaq mill-Aġenzija nnifisha u mill-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Aġenzija, abbażi wkoll tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, tipprovdi informazzjoni adegwata li tkopri l-aspetti kollha rilevanti għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, speċjalment il-kontroll tal-fruntieri, ir-ritorn, il-movimenti irregolari sekondarji ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-Unjoni, il-prevenzjoni tal-kriminalità transfruntiera inkluż il-faċilitazzjoni tal-qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri, it-traffikar tal-bnedmin, it-terroriżmu u t-theddid ta' natura ibrida kif ukoll is-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi rilevanti, sabiex ikun hemm lok għal miżuri xierqa li għandhom jittieħdu jew biex jindirizzaw it-theddid u r-riskji identifikati sabiex tittejjeb il-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni.

(33)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tipprepara analiżi tar-riskju ġenerali u mfassla apposta bbażata fuq mudell ta' analiżi ta' riskju komuni u integrat, li trid titwettaq mill-Aġenzija nnifisha u mill-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Aġenzija, abbażi wkoll tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, tipprovdi informazzjoni adegwata li tkopri l-aspetti kollha rilevanti għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri, speċjalment il-kontroll tal-fruntieri, ir-ritorn, il-fenomenu tal-movimenti irregolari sekondarji ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-Unjoni f'termini ta' xejriet, rotot u volum fil-każ li l-Istati Membri jkunu pprovdew dik l-informazzjoni, il-prevenzjoni tal-kriminalità transfruntiera inkluż il-faċilitazzjoni tal-qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri, it-traffikar tal-bnedmin, il-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u t-theddid ta' natura ibrida kif ukoll is-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi rilevanti, sabiex ikun hemm lok għal miżuri xierqa li għandhom jittieħdu jew biex jindirizzaw it-theddid u r-riskji identifikati sabiex tittejjeb il-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Minħabba l-attivitajiet tagħha fil-fruntieri esterni, jenħtieġ li l-Aġenzija tikkontribwixxi għall-prevenzjoni u d-detezzjoni ta' reati serji b'dimensjoni transfruntiera, bħalma huma l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu, meta huwa xieraq li taġixxi u meta tkun kisbet informazzjoni rilevanti permezz tal-attivitajiet tagħha. Jenħtieġ li hija tikkoordina l-attivitajiet tagħha mal-Europol bħala l-aġenzija responsabbli biex tappoġġa u ssaħħaħ l-azzjonijiet tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot lil żewġ Stati Membri jew aktar. Reati transfruntiera jinvolvu neċessarjament dimensjoni transfruntiera. Tali dimensjoni transfruntiera hija kkaratterizzata minn reati marbuta direttament ma' qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri esterni, inkluż it-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' dħul ta' migranti. Minkejja dan, l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE jippermetti lill-Istati Membri li ma jimponux sanzjonijiet fejn l-għan tal-imġiba hu li tipprovdi assistenza umanitarja lil migranti.

(34)  Minħabba l-attivitajiet tagħha fil-fruntieri esterni, jenħtieġ li l-Aġenzija tikkontribwixxi għall-prevenzjoni u d-detezzjoni ta' kriminalità serja b'dimensjoni transfruntiera, bħall-faċilitazzjoni ta' migrazzjoni irregolari, it-traffikar tal-bnedmin, il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, meta huwa xieraq li taġixxi u meta tkun kisbet informazzjoni rilevanti permezz tal-attivitajiet tagħha. Jenħtieġ li hija tikkoordina l-attivitajiet tagħha mal-Europol bħala l-aġenzija responsabbli biex tappoġġa u ssaħħaħ l-azzjonijiet tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot lil żewġ Stati Membri jew aktar. Reati transfruntiera jinvolvu neċessarjament dimensjoni transfruntiera. Tali dimensjoni transfruntiera hija kkaratterizzata minn delitti marbuta direttament ma' qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri esterni, inkluż it-traffikar tal-bnedmin jew il-faċilitazzjoni ta' migrazzjoni irregolari. F'konformità mal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE19, li jipprevedi li Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma jimponix sanzjonijiet meta l-għan tal-imġiba jkun li tingħata assistenza umanitarja lill-persuna kkonċernata, jenħtieġ li l-Aġenzija tfakkar lill-Istati Membri dwar l-implikazzjonijiet potenzjali għad-drittijiet fundamentali meta huma jqisu li jimponu tali sanzjonijiet.

__________________

__________________

19 Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE tat-28 ta' Novembru 2002 li tiddefinixxi l-iffaċilitar ta' dħul, tranżitu u residenza mhux awtorizzati (ĠU L 328, 5.12.2002, p. 17).

19 Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE tat-28 ta' Novembru 2002 li tiddefinixxi l-iffaċilitar ta' dħul, tranżitu u residenza mhux awtorizzati (ĠU L 328, 5.12.2002, p. 17).

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Fi spirtu ta' responsabbiltà kondiviża, ir-rwol tal-Aġenzija jenħtieġ li jkun il-monitoraġġ regolari tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni. L-Aġenzija jenħtiġilha tiżgura monitoraġġ sew u effettiv mhux biss permezz ta' għarfien tas-sitwazzjoni u analiżi tar-riskju, iżda anki permezz tal-preżenza ta' esperti mill-persunal tagħha stess fl-Istati Membri. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Aġenzija tkun tista' tibgħat uffiċjali ta' kollegament fi Stati Membri għal perjodu ta' żmien li matulu l-uffiċjal ta' kollegament jirrapporta lid-direttur eżekuttiv. Jenħtieġ li r-rapport tal-uffiċjali ta' kollegament jifforma parti mill-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà.

(35)  Fi spirtu ta' responsabbiltà kondiviża filwaqt li jittejbu l-istandards tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri, ir-rwol tal-Aġenzija jenħtieġ li jkun il-monitoraġġ regolari tal-fruntieri esterni, inkluż ir-rispett għad-drittijiet fundamentali bħala parti mill-attivitajiet tal-ġestjoni tal-fruntieri u ta' ritorn. Jenħtieġ li l-Aġenzija tiżgura monitoraġġ xieraq u effettiv mhux biss permezz ta' għarfien tas-sitwazzjoni u analiżi tar-riskju, iżda wkoll permezz tal-preżenza ta' esperti mill-persunal tagħha stess fl-Istati Membri. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Aġenzija tkun tista' tibgħat uffiċjali ta' kollegament fi Stati Membri għal perjodu ta' żmien li matulu l-uffiċjal ta' kollegament jirrapporta lid-direttur eżekuttiv u lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali. Jenħtieġ li r-rapport tal-uffiċjali ta' kollegament jifforma parti mill-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Jenħtieġ li l-Aġenzija twettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, ibbażata fuq kriterji oġġettivi, biex tivvaluta l-kapaċità u l-livell ta' tħejjija tal-Istati Membri li jiffaċċjaw sfidi fil-fruntieri esterni tagħhom u li jikkontribwixxu għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u għall-ġabra ta' tagħmir tekniku. Il-valutazzjoni tat-tagħmir jenħtieġ li tinkludi valutazzjoni tat-tagħmir, tal-infrastruttura, tal-persunal, tal-baġit u tar-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri kif ukoll il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom sabiex jiġu indirizzati kriżijiet possibbli fil-fruntieri esterni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jindirizzaw kwalunkwe nuqqas identifikat f'din il-valutazzjoni. Jenħtieġ li d-direttur eżekuttiv jidentifika l-miżuri li għandhom jittieħdu u jirrakkomandahom lill-Istat Membru kkonċernat. Id-direttur eżekuttiv jenħtieġlu wkoll jistabbilixxi limitu ta' żmien li fih għandhom jittieħdu dawn il-miżuri u jwettaq monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni f'waqtha. Fejn il-miżuri meħtieġa ma jittiħdux sal-limitu ta' żmien stabbilit, il-kwistjoni jenħtieġ li tiġi riferuta lill-bord maniġerjali għal deċiżjoni ulterjuri.

(36)  Jenħtieġ li l-Aġenzija twettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, ibbażata fuq kriterji oġġettivi, biex tivvaluta l-kapaċità u l-livell ta' tħejjija tal-Istati Membri li jiffaċċjaw sfidi fil-fruntieri esterni tagħhom u li jikkontribwixxu għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u għar-riżerva ta' tagħmir tekniku. Il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà jenħtieġ li tinkludi valutazzjoni tat-tagħmir, tal-infrastruttura, tal-persunal, tal-baġit u tar-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri kif ukoll il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom sabiex jiġu indirizzati kriżijiet possibbli fil-fruntieri esterni b'rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jindirizzaw kwalunkwe nuqqas identifikat f'din il-valutazzjoni. Jenħtieġ li d-direttur eżekuttiv jidentifika l-miżuri li jridu jittieħdu u jirrakkomandahom lill-Istat Membru kkonċernat. Jenħtieġ ukoll li d-direttur eżekuttiv jistabbilixxi limitu ta' żmien li fih jenħtieġ li jittieħdu dawn il-miżuri u jwettaq monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni f'waqtha tagħhom. Meta l-miżuri meħtieġa ma jittiħdux sal-limitu ta' żmien stabbilit, il-kwistjoni jenħtieġ li tiġi riferuta lill-bord maniġerjali għal deċiżjoni ulterjuri.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/201320 huma żewġ mekkaniżmi kumplementari li jiggarantixxu l-kontroll tal-kwalità Ewropew tal-funzjonament xieraq taż-żona ta' Schengen u jiżguraw it-tħejjija kostanti fil-livell tal-Unjoni u fil-livell nazzjonali li jingħata rispons għal kwalunkwe sfida fil-fruntieri esterni. Is-sinerġiji bejn dawn iż-żewġ mekkaniżmi jenħtieġ li jiġu mmassimmizati bil-għan li tinkiseb stampa mtejba tas-sitwazzjoni dwar il-funzjonament taż-żona Schengen, filwaqt li tiġi evitata, sa fejn ikun possibbli, id-duplikazzjoni tal-isforzi min-naħa tal-Istati Membri, u jiġi żgurat użu aktar koordinat tal-istrumenti finanzjarji rilevanti tal-Unjoni li jappoġġjaw il-ġestjoni tal-fruntieri esterni. Għaldaqstant jenħtieġ li jiġi stabbilit skambju ta' informazzjoni regolari bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni dwar ir-riżultati taż-żewġ mekkaniżmi.

(38)  Il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/201320 huma żewġ mekkaniżmi komplementari li jiggarantixxu l-kontroll tal-kwalità Ewropew tal-funzjonament xieraq taż-żona Schengen u jiżguraw it-tħejjija kostanti fil-livell tal-Unjoni u fil-livell nazzjonali li jingħata rispons għal kwalunkwe sfida fil-fruntieri esterni. Waqt li l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen huwa l-metodu primarju għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fl-Istati Membri u l-konformità magħha, is-sinerġiji bejn dawn iż-żewġ mekkaniżmi jenħtieġ li jiġu mmassimmizati bil-għan li tinkiseb stampa mtejba tas-sitwazzjoni dwar il-funzjonament taż-żona Schengen, filwaqt li tiġi evitata, sa fejn ikun possibbli, id-duplikazzjoni tal-isforzi min-naħa tal-Istati Membri, u jiġi żgurat użu aktar koordinat tal-istrumenti finanzjarji rilevanti tal-Unjoni li jappoġġaw il-ġestjoni tal-fruntieri esterni. Għaldaqstant jenħtieġ li jiġi stabbilit skambju ta' informazzjoni regolari bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni dwar ir-riżultati taż-żewġ mekkaniżmi.

__________________

__________________

20 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).

20 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Billi l-Istati Membri jistabbilixxu taqsimiet tal-fruntiera li l-Aġenzija tattribwilhom livelli ta' impatt, u l-kapaċitajiet ta' reazzjoni tal-Istati Membriu tal-Aġenzija jenħtieġ li jkunu marbuta ma' dawn il-livelli ta' impatt, jenħtieġ li jiġi stabbilit ir-raba' livell ta' impatt li jkun jikkorrispondi għal sitwazzjoni fejn iż-żona Schengen tkun f'riskju u fejn l-Aġenzija ikun jenħtiġilha tintervjeni.

imħassar

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  L-Aġenzija jenħtiġilha torganizza l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa għall-Istati Membri sabiex issaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jimplimentaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-kontroll tal-fruntieri esterni u li jiffaċċjaw sfidi fil-fruntieri esterni li jirriżultaw mill-immigrazzjoni illegali jew kriminalità transfruntiera. Jenħtieġ li tali assistenza tkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti biex jibdew investigazzjonijiet kriminali. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Aġenzija, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, torganizza u tikkoordina operazzjonijiet konġunti għal Stat Membru wieħed jew aktar u tiskjera korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta kif ukoll tipprovdi t-tagħmir tekniku meħtieġ.

(40)  Jenħtieġ li l-Aġenzija torganizza l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa għall-Istati Membri sabiex issaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jimplimentaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-kontroll tal-fruntieri esterni u li jiffaċċjaw sfidi fil-fruntieri esterni li jirriżultaw mill-migrazzjoni irregolari jew il-kriminalità transfruntiera. Jenħtieġ li tali assistenza tkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti biex jibdew investigazzjonijiet kriminali. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Aġenzija, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja bil-qbil tal-Istat Membru kkonċernat, torganizza u tikkoordina operazzjonijiet konġunti għal Stat Membru wieħed jew aktar u tiskjera korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta kif ukoll tipprovdi t-tagħmir tekniku meħtieġ.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  F'każijiet fejn ikun hemm sfida speċifika u sproporzjonata fil-fruntieri esterni, jenħtieġ li l-Aġenzija, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, torganizza u tikkoordina interventi rapidi fil-fruntiera u tiskjera kemm timijiet mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta kif ukoll tagħmir tekniku, inkluż mir-Riżerva ta' Tagħmir tar-Reazzjoni Rapida. Interventi rapidi fil-fruntiera jenħtieġ li jipprovdu rinforz għal perjodu limitat ta' żmien f'sitwazzjonijiet fejn tkun meħtieġa azzjoni immedjata u fejn tali intervent jipprovdi rispons effettiv. Sabiex tiġi żgurata l-operazzjoni effettiva ta' tali interventi, jenħtieġ li l-Istati Membri joffru d-disponibbiltà ta' persunal operazzjonali tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta biex jifformaw timijiet rilevanti u jipprovdu t-tagħmir tekniku meħtieġ. Jenħtieġ li l-Aġenzija u l-Istat Membru kkonċernat jiftiehmu dwar pjan operazzjonali.

(41)  F'każijiet meta jkun hemm sfida speċifika u sproporzjonata fil-fruntieri esterni, jenħtieġ li l-Aġenzija, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja bil-qbil tal-Istat Membru kkonċernat, torganizza u tikkoordina interventi rapidi fil-fruntiera u tiskjera kemm timijiet mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta kif ukoll tagħmir tekniku, inkluż mir-Riżerva ta' Tagħmir tar-Reazzjoni Rapida. Interventi rapidi fil-fruntiera jenħtieġ li jipprovdu rinforz għal perjodu limitat ta' żmien f'sitwazzjonijiet meta tkun meħtieġa azzjoni immedjata u meta tali intervent jipprovdi rispons effettiv. Sabiex tiġi żgurata l-operazzjoni effettiva ta' tali interventi, jenħtieġ li l-Istati Membri joffru d-disponibbiltà ta' persunal operazzjonali tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta biex jifformaw timijiet rilevanti u jipprovdu t-tagħmir tekniku meħtieġ. Meta l-ekwipaġġ skjerat bit-tagħmir tekniku ta' Stat Membru joriġina minn dak l-Istat Membru, jenħtieġ li l-ekwipaġġ jitqies bħala parti mill-kontribuzzjoni ta' dak l-Istat Membru lill-korp permanenti. Jenħtieġ li l-Aġenzija u l-Istat Membru kkonċernat jiftiehmu dwar pjan operazzjonali.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Meta Stat Membru jiffaċċja sfidi migratorji speċifiċi u sproporzjonati f'żoni partikolari tal-fruntieri esterni kkaratterizzati mill-wasla ta' flussi migratorji kbar u mħallta, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jserrħu fuq rinforzi tekniċi u operazzjonali. Dawn ir-rinforzi jenħtieġ li jiġu pprovduti fiż-żoni hotspot minn timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. Jenħtieġ li t-timijiet ikunu magħmula minn persunal operazzjonali li jiġi skjerat mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u esperti mill-Istati Membri skjerati mill-EASO, l-Europol u aġenziji rilevanti oħrajn tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni fil-koordinazzjoni bejn l-aġenziji differenti fuq il-post.

(42)  Meta Stat Membru jiffaċċja sfidi migratorji speċifiċi u sproporzjonati f'żoni partikolari tal-fruntieri esterni kkaratterizzati mill-wasla ta' flussi migratorji kbar u mħallta, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jserrħu fuq rinforzi tekniċi u operazzjonali. Dawn ir-rinforzi jenħtieġ li jiġu pprovduti fiż-żoni hotspot minn timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. Jenħtieġ li t-timijiet ikunu magħmula minn persunal operazzjonali li jiġi skjerat mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u esperti mill-Istati Membri skjerati mill-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil], l-Europol u aġenziji rilevanti oħrajn tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Aġenzija tassisti lill-Kummissjoni fil-koordinazzjoni bejn l-aġenziji differenti fuq il-post. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istat Membru ospitanti u mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, tistabbilixxi t-termini tal-kooperazzjoni fiż-żona hotspot u tkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li kwalunkwe awtorità li x'aktarx tirċievi applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali bħall-pulizija, il-gwardji tal-fruntiera, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni u l-persunal tal-faċilitajiet ta' detenzjoni, ikollha l-informazzjoni rilevanti. Jenħtieġ ukoll li dawn jiżguraw li l-persunal ta' dawn l-awtoritajiet jirċievi l-livell meħtieġ ta' taħriġ li jkun xieraq għall-kompiti u r-responsabbiltajiet tiegħu u struzzjonijiet biex jinformaw lill-applikanti fejn u kif l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jistgħu jiġu ppreżentati.

(43)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li kwalunkwe awtorità li x'aktarx tirċievi applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali bħall-pulizija, il-gwardji tal-fruntiera, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni u l-persunal tal-faċilitajiet ta' detenzjoni, ikollha l-informazzjoni rilevanti. Jenħtieġ ukoll li dawn jiżguraw li l-persunal ta' dawn l-awtoritajiet jirċievi l-livell meħtieġ ta' taħriġ li jkun xieraq għall-kompiti u r-responsabbiltajiet tiegħu, istruzzjonijiet biex jinformaw lill-applikanti fejn u kif l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jistgħu jiġu ppreżentati u istruzzjonijiet dwar kif il-persuni f'sitwazzjoni vulnerabbli u t-tfal mhux akkumpanjati jiġu riferuti għall-mekkaniżmi ta' riferiment xierqa. Jenħtieġ li jiġu implimentati mekkaniżmi ta' monitoraġġ kif ukoll evalwazzjoni indipendenti biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni fil-prattika.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 43a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(43a)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun tista' tipprovdi u tiggarantixxi taħriġ speċjalizzat dwar il-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri lill-membri tal-persunal tagħha u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri. It-taħriġ tal-korp permanenti jenħtieġ li jsir f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, filwaqt li jiġi żgurat li l-programmi ta' taħriġ jiġu armonizzati u jrawmu l-fehim reċiproku u kultura Ewropea komuni bbażata fuq il-valuri minquxa fit-Trattati. L-iżvilupp tal-istrateġija ta' taħriġ tal-Aġenzija, bl-approvazzjoni tal-bord maniġerjali, jista' jwassal għall-istabbiliment ta' ċentru ta' taħriġ tal-Aġenzija biex jiffaċilita aktar l-inklużjoni ta' kultura Ewropea komuni fit-taħriġ provdut.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  F'Ġunju tal-2018, il-Kunsill Ewropew ikkonferma mill-ġdid l-importanza ta' approċċ komprensiv għall-migrazzjoni u kkunsidra li l-migrazzjoni mhijiex sfida għal Stat Membru wieħed, iżda għall-Ewropa kollha kemm hi. F'dan ir-rigward, enfasizza l-importanza li l-Unjoni tipprovdi appoġġ sħiħ biex tiżgura ġestjoni ordnata tal-flussi migratorji. Dak l-appoġġ huwa possibbli permezz tal-ħolqien ta' ċentri kkontrollati fejn iċ-ċittadini ta' pajjiż terz li jiżbarkaw fl-Unjoni jkunu jistgħu jiġu proċessati malajr biex jiġi żgurat aċċess għall-protezzjoni lil dawk li huma bżonnha, u r-ritorn rapidu ta' dawk li mhumiex. Filwaqt li ċ-ċentri kkontrollati se jiġu stabbiliti fuq bażi volontarja, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Unjoni tipprovdi sostenn finanzjarju u operazzjonali sħiħ lill-Istati Membri permezz tal-Aġenziji tal-Unjoni fosthom l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.

(44)  F'Ġunju tal-2018, il-Kunsill Ewropew ikkonferma mill-ġdid l-importanza ta' approċċ komprensiv għall-migrazzjoni u kkunsidra li l-migrazzjoni mhijiex sfida għal Stat Membru wieħed biss, iżda għall-Ewropa kollha kemm hi. F'dan ir-rigward, enfasizza l-importanza li l-Unjoni tipprovdi appoġġ sħiħ biex tiżgura ġestjoni ordnata tal-flussi migratorji.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] jenħtiġilhom jikkooperaw mill-qrib biex jindirizzaw l-isfidi migratorji b'mod effettiv, partikolarment l-isfidi fil-fruntieri esterni li huma kkaratterizzati mill-wasla ta' flussi migratorji kbar u mħallta. B'mod partikolari, jenħtieġ li ż-żewġ Aġenziji jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom u jappoġġaw lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw il-proċedura ta' protezzjoni internazzjonali u l-proċedura ta' ritorn fir-rigward taċ-ċittadin ta' pajjiż terz li l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali ma tintlaqax. Jenħtieġ ukoll li l-Aġenzija u [l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] jikkooperaw f'attivitajiet operazzjonali komuni oħrajn bħal fl-analiżi tar-riskju, il-ġbir ta' data statistika, it-taħriġ u l-appoġġ lill-Istati Membri dwar ippjanar ta' kontinġenza.

(45)  Jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] jikkooperaw mill-qrib biex jindirizzaw l-isfidi migratorji b'mod effettiv, b'mod partikolari l-isfidi fil-fruntieri esterni li huma kkaratterizzati mill-wasla ta' flussi migratorji kbar u mħallta. B'mod partikolari, jenħtieġ li ż-żewġ Aġenziji jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom u jappoġġaw lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw il-proċedura ta' protezzjoni internazzjonali Jenħtieġ ukoll li l-Aġenzija u [l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] jikkooperaw f'attivitajiet operazzjonali komuni oħrajn bħal fl-analiżi tar-riskju, il-ġbir ta' data statistika, it-taħriġ u l-appoġġ lill-Istati Membri dwar ippjanar ta' kontinġenza.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 45a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(45a)  L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li tikkoopera mill-qrib mal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali biex tiżgura li d-drittijiet fundamentali jiġu salvagwardjati fl-implimentazzjoni tal-oqsma kollha koperti mir-Regolament.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)  L-Istati Membri jenħtiġilhom ikunu f'pożizzjoni li jiddependu fuq aktar rinforzi operazzjonali u tekniċi mit-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f'żoni hotspot jew ċentri kkontrollati partikolari. Jenħtieġ li t-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jkunu magħmula minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija u esperti ssekondanti mill-Istati Membri, u esperti tal-persunal jew esperti mill-Istati Membri skjerati mill-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil], mill-Europol u mill-aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura l-koordinazzjoni neċessarja fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet u fl-operazzjonijiet fuq il-post fid-dawl tal-involviment ta' diversi aġenziji tal-Unjoni.

(46)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu f'pożizzjoni li jiddependu fuq aktar rinforzi operazzjonali u tekniċi mit-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f'żoni hotspot. Jenħtieġ li t-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jkunu magħmula minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija u esperti sekondati mill-Istati Membri, u esperti tal-persunal jew esperti mill-Istati Membri skjerati mill-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil], mill-Europol, mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali jew mill-aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura l-kooperazzjoni meħtieġa tal-aġenziji rilevanti u tistabbilixxi t-termini ta' kooperazzjoni għall-operazzjonijiet fuq il-post fid-dawl tal-involviment ta' diversi aġenziji tal-Unjoni.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  F'żoni hotspot, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkooperaw mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni li jenħtieġ li jaġixxu f'konformità mal-mandati u s-setgħat rispettivi tagħhom u taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, jenħtieġ li tiżgura li l-attivitajiet fiż-żoni hotspot ikunu konformi mal-liġi rilevanti tal-Unjoni.

(47)  F'żoni hotspot, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkooperaw mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni li jenħtieġ li jaġixxu f'konformità mal-mandati u s-setgħat rispettivi tagħhom u taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, jenħtieġ li tiżgura li l-attivitajiet fiż-żoni hotspot ikunu konformi mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u mad-drittijiet fundamentali.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  F'ċentri kkontrollati jenħtieġ li l-aġenziji tal-Unjoni, fuq talba tal-Istat Membru li jospita tali ċentri u taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni, jaġixxu ta' appoġġ għall-Istat Membru ospitanti fl-applikazzjoni ta' proċeduri rapidi għall-protezzjoni internazzjonali u/jew ir-ritorn. F'tali ċentri, jenħtieġ li jkun possibbli li ssir distinzjoni rapida bejn ċittadini ta' pajjiż terz fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali u dawk li ma jkunux bżonn tali protezzjoni, li jitwettqu kontrolli ta' sigurtà u li titwettaq il-proċedura kollha għal protezzjoni internazzjonali u/jew ritorn, jew parti minnha.

imħassar

Emenda    43

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49)  Jenħtieġ li d-Direttur eżekuttiv tal-Aġenzija jirrakkomanda lill-Istat Membru kkonċernat biex jinbdew u jitwettqu operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntieri meta dawn ikunu ġġustifikati mir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, tal-analiżi tar-riskju jew fejn taqsima waħda jew aktar tal-fruntiera jiġu attribwiti impatt kritiku.

(49)  Id-Direttur eżekuttiv tal-Aġenzija jista' jirrakkomanda lill-Istat Membru kkonċernat biex jinbdew u jitwettqu operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntieri meta dawn ikunu ġustifikati mir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà jew tal-analiżi tar-riskju.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50)  Fejn il-kontroll tal-fruntieri esterni jsir ineffettiv sa tali punt li jirriskja li jpoġġi fil-periklu l-funzjonament taż-żona Schengen, jew minħabba li Stat Membru ma jiħux il-miżuri meħtieġa f'konformità ma' valutazzjoni tal-vulnerabbiltà jew minħabba li Stat Membru li jkun qed jiffaċċja sfidi sproporzjonati u speċifiċi fil-fruntieri esterni, ma jkunx talab appoġġ suffiċjenti mill-Aġenzija jew ma jkunx qed jimplimenta tali appoġġ, jenħtieġ li jingħata rispons unifikat, rapidu u effettiv fil-livell tal-Unjoni. Għall-fini tal-mitigazzjoni ta' dawn ir-riskji, u sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tidentifika l-miżuri li jkunu jridu jiġu implimentati mill-Aġenzija u titlob lill-Istat Membru kkonċernat jikkoopera mal-Aġenzija fl-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri. Jenħtieġ imbagħad li l-Aġenzija tiddetermina l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu għall-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri indikati fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni. L-Aġenzija jenħtieġ li tfassal pjan operazzjonali flimkien mal-Istat Membru kkonċernat. L-Istat Membru kkonċernat jenħtieġ li jiffaċilita l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni u l-pjan operazzjonali permezz tal-implimentazzjoni, fost l-oħrajn, tal-obbligi previsti fl-Artikoli 44, 83 u 84. Jekk Stat Membru ma jikkonformax fi żmien 30 jum ma' dik id-deċiżjoni tal-Kummissjoni u ma jikkooperax mal-Aġenzija fl-implementazzjoni tal-miżuri li jinsabu f'dik id-deċiżjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tagħti lok għall-proċedura speċifika prevista fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 biex jiġu ffaċċati ċirkostanzi eċċezzjonali li jqiegħdu l-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni f'riskju.

(50)  Meta l-kontroll tal-fruntieri esterni jsir ineffettiv sa tali punt li jirriskja li jpoġġi fil-periklu l-funzjonament taż-żona Schengen, jew minħabba li Stat Membru ma jiħux il-miżuri meħtieġa f'konformità ma' valutazzjoni tal-vulnerabbiltà jew minħabba li Stat Membru li jkun qed jiffaċċja sfidi sproporzjonati u speċifiċi fil-fruntieri esterni, ma jkunx talab appoġġ suffiċjenti mill-Aġenzija jew ma jkunx qed jimplimenta tali appoġġ, jenħtieġ li jingħata rispons unifikat, rapidu u effettiv fil-livell tal-Unjoni. Għall-fini tal-mitigazzjoni ta' dawn ir-riskji, u sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi lill-Kunsill deċiżjoni li tidentifika l-miżuri li jkunu jridu jiġu implimentati mill-Aġenzija u li fl-istess ħin jirrikjedu li l-Istat Membru kkonċernat jikkoopera mal-Aġenzija fl-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri. Is-setgħa ta' implimentazzjoni biex tiġi adottata tali deċiżjoni jenħtieġ li tingħata lill-Kunsill minħabba n-natura potenzjalment sensittiva mil-lat politiku tal-miżuri, li x'aktarx jolqtu s-setgħat eżekuttivi u ta' infurzar nazzjonali. Jenħtieġ imbagħad li l-Aġenzija tiddetermina l-azzjonijiet li jridu jittieħdu għall-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri indikati fid-deċiżjoni tal-Kunsill. L-Aġenzija jenħtieġ li tfassal pjan operazzjonali flimkien mal-Istat Membru kkonċernat. L-Istat Membru kkonċernat jenħtieġ li jiffaċilita l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill u l-pjan operazzjonali permezz tal-implimentazzjoni, fost l-oħrajn, tal-obbligi previsti fl-Artikoli 44, 83 u 84. Jekk Stat Membru ma jikkonformax fi żmien 30 jum ma' dik id-deċiżjoni tal-Kunsill u ma jikkooperax mal-Aġenzija fl-implementazzjoni tal-miżuri li jinsabu f'dik id-deċiżjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tagħti lok għall-proċedura speċifika prevista fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 biex jiġu ffaċċjati ċirkostanzi eċċezzjonali li jqiegħdu l-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni f'riskju.

__________________

__________________

21 Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).

21 Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).

Emenda    45

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51)  Il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li jkun korp permanenti magħmul minn 10 000 ruħ f'persunal operazzjonali li jkunu gwardji tal-fruntiera, skorta għar-ritorn, speċjalisti tar-ritorn u persunal ieħor rilevanti. Il-korp permanenti jenħtieġ li jkun magħmul minn tliet kategoriji ta' persunal operazzjonali, jiġifieri membri tal-persunal statutorju impjegati mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, persunal issekondat għal perjodi twal u persunal ipprovdut mill-Istati Membri għal skjeramenti qosra. Il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li jiġi skjerat fil-qafas tat-timijiet tal-ġestjoni tal-fruntiera, timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u timijiet tar-ritorn.

(51)  Il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li jkun korp permanenti magħmul minn gwardji tal-fruntiera, skorta għar-ritorn, speċjalisti tar-ritorn, kontrolluri tar-ritorn, kontrolluri tad-drittijiet fundamentali u persunal ieħor rilevanti. Il-korp permanenti jenħtieġ li jkun magħmul minn erba' kategoriji ta' persunal operazzjonali, jiġifieri membri tal-persunal statutorju impjegati mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, persunal sekondat lill-Aġenzija mill-Istati Membri għal perjodi twal, persunal provdut mill-Istati Membri għal skjeramenti qosra u persunal li jifforma parti mir-riżerva ta' reazzjoni rapida għal interventi rapidi fil-fruntieri. Il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li jiġi skjerat fil-qafas tat-timijiet tal-ġestjoni tal-fruntiera, timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u timijiet tar-ritorn.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52)  Il-persunal operazzjonali tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta skjerat bħala membri tat-timijiet jenħtieġ li jkollhom is-setgħat neċessarji kollha sabiex iwettqu kompiti ta' kontroll fuq il-fruntiera u ta' ritorn, fosthom il-kompiti li jkunu jirrekjedu setgħat eżekuttivi definiti fil-liġijiet nazzjonali rilevanti jew, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, f'konformità mal-Anness V.

(52)  Il-persunal operazzjonali tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta skjerat bħala membri tat-timijiet jenħtieġ li jkollhom is-setgħat meħtieġa kollha, awtorizzati mill-Istat Membru ospitanti jew minn pajjiż terz, sabiex iwettqu kompiti ta' kontroll fuq il-fruntiera, ta' monitoraġġ tad-drittijiet fundamentali u ta' ritorn, fosthom il-kompiti li jkunu jirrekjedu setgħat eżekuttivi definiti fil-liġijiet nazzjonali rilevanti jew, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, f'konformità mal-Anness V. Meta l-persunal statutorju tal-Aġenzija jeżerċita setgħat eżekuttivi, l-Aġenzija jenħtieġ li tkun responsabbli għal kwalunkwe ħsara li ssir.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Premessa 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54)  Il-funzjonament tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-kompożizzjoni tagħha jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rieżami ta' nofs it-terminu mwettaq mill-Kummissjoni.

(54)  Il-funzjonament tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-kompożizzjoni tagħha jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rieżami ta' nofs it-terminu mwettaq mill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55)  L-iżvilupp fit-tul tar-riżorsi umani biex jiġu żgurati l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li jiġi appoġġat minn sistema ta' appoġġ finanzjarju. Għal dan il-għan, huwa xieraq li l-Aġenzija tawtorizza l-użu ta' għotjiet lill-Istati Membri mingħajr sejħa għal proposti taħt "il-finanzjament mhux marbut ma' kosti" f'konformità mal-Artikolu 125(1)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jippermetti lill-Istati Membri jimpjegaw u jħarrġu persunal addizzjonali li jagħtihom il-flessibbiltà neċessarja li jkkonformaw mal-kontribuzzjoni obbligatorja għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Jenħtieġ li s-sistema ta' finanzjament dedikata tilħaq l-aħjar bilanċ bejn ir-riskju ta' irregolaritajiet u l-frodi u l-kosti ta' kontroll. Ir-Regolament jistipula l-kundizzjonijiet essenzjali li jwasslu għall-appoġġ finanzjarju, jiġifieri r-reklutaġġ u t-taħriġ tal-għadd xieraq ta' gwardi tal-fruntiera jew speċjalisti oħra li jikkorrispondu għall-għadd ta' uffiċjali ssekondati mal-Aġenzija fit-tul jew l-iskjerament effettiv ta' uffiċjali matul l-attivitajiet operazzjonali tal-Aġenzija għal tal-anqas erba' xhur. Meta jitqies in-nuqqas ta' data rilevanti u paragunabbli dwar il-kosti attwali fl-Istati Membri, l-iżvilupp ta' skema ta' finanzjament abbażi tal-kost ikun kumpless wisq u ma jindirizzax il-ħtieġa għal skema ta' finanzjament sempliċi, rapida, effiċjenti u effettiva. Għal dan il-għan, huwa xieraq li l-Aġenzija tiġi awtorizzata li tagħmel għotjiet lill-Istati Membri mingħajr sejħa għal proposti fis-sura ta' "finanzjament mhux marbut ma' kosti" li jkun soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 125(1)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Bl-iskop li jiġi stabbilit ammont għal tali finanzjament lil Stati Membri differenti, ikun xieraq li bħala ammont ta' referenza jintuża s-salarju annwali ta' aġent kuntrattwali tal-Grupp ta' Funzjonijiet III grad 8 skala 1 tal-Istituzzjonijiet Ewropej modulati b'koeffiċjent korrettiv għal kull Stat Membru skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba u fl-ispirtu ta' trattament indaqs. Fl-implimentazzjoni ta' dan l-appoġġ finanzjarju l-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità mal-prinċipji ta' kofinanzjament u l-ebda finanzjament doppju.

(55)  L-iżvilupp fit-tul tar-riżorsi umani biex jiġu żgurati l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li jiġi appoġġat minn sistema ta' appoġġ finanzjarju. Għal dan il-għan, huwa xieraq li l-Aġenzija tawtorizza l-użu ta' għotjiet lill-Istati Membri mingħajr sejħa għal proposti taħt "il-finanzjament mhux marbut ma' kosti" f'konformità mal-Artikolu 125(1)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jippermetti lill-Istati Membri jimpjegaw u jħarrġu persunal addizzjonali li jagħtihom il-flessibbiltà meħtieġa biex jikkonformaw mal-kontribuzzjoni obbligatorja għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-appoġġ finanzjarju jieħu l-forma ta' pagament bil-quddiem qabel il-pagament annwali. Jenħtieġ li s-sistema ta' finanzjament dedikata tilħaq l-aħjar bilanċ bejn ir-riskju ta' irregolaritajiet u l-frodi u l-kosti ta' kontroll. Ir-Regolament jistipula l-kundizzjonijiet essenzjali li jwasslu għall-appoġġ finanzjarju, jiġifieri r-reklutaġġ u t-taħriġ tal-għadd xieraq ta' gwardji tal-fruntiera jew speċjalisti oħra li jikkorrispondu għall-għadd ta' uffiċjali sekondati mal-Aġenzija fit-tul jew l-iskjerament effettiv ta' uffiċjali matul l-attivitajiet operazzjonali tal-Aġenzija għal perjodu konsekuttiv jew mhux konsekuttiv ta' mill-anqas erba' xhur jew fuq bażi pro rata għal skjeramenti għal perjodu konsekuttiv jew mhux konsekuttiv ta' inqas minn erba' xhur. Meta jitqies in-nuqqas ta' data rilevanti u paragunabbli dwar il-kostijiet attwali fl-Istati Membri, l-iżvilupp ta' skema ta' finanzjament abbażi tal-kost ikun kumpless wisq u ma jindirizzax il-ħtieġa għal skema ta' finanzjament sempliċi, rapida, effiċjenti u effettiva. Għal dan il-għan, huwa xieraq li l-Aġenzija tiġi awtorizzata li tagħmel għotjiet lill-Istati Membri mingħajr sejħa għal proposti fis-sura ta' "finanzjament mhux marbut ma' kostijiet" li jkun soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 125(1)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Bl-iskop li jiġi stabbilit ammont għal tali finanzjament lil Stati Membri differenti, ikun xieraq li bħala ammont ta' referenza jintuża s-salarju annwali ta' aġent kuntrattwali tal-Grupp ta' Funzjonijiet III grad 8 skala 1 tal-Istituzzjonijiet Ewropej modulati b'koeffiċjent korrettiv għal kull Stat Membru skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba u fl-ispirtu ta' trattament indaqs. Fl-implimentazzjoni ta' dan l-appoġġ finanzjarju, l-Aġenzija u l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw il-konformità mal-prinċipji ta' kofinanzjament u l-ebda finanzjament doppju.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Premessa 56

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(56)  Fid-dawl tal-iskjerament tal-korp permamenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fit-territorju ta' pajjiżi terzi, l-Aġenzija jenħtieġ li tiżviluppa l-kapaċitajiet għall-istrutturi ta' kmand u kontroll tagħha stess.

(56)  Fid-dawl tal-iskjerament tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fit-territorju ta' pajjiżi terzi, l-Aġenzija jenħtieġ li tiżviluppa l-kapaċitajiet għall-istrutturi ta' kmand u kontroll tagħha stess u proċedura xierqa biex tiżgura r-responsabbiltà ċivili u kriminali tal-korp permanenti.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Premessa 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(57)  Sabiex il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jkun jista' jiġi skjerat b'mod effettiv mill-1 ta' Jannar tal-2020, jenħtieġ li jittieħdu ċerti deċiżjonijiet u miżuri ta' implimentazzjoni malajr kemm jista' jkun. B'mod partikolari, b'deroga mill-iskadenza normali stipulata fir-Regolament, id-deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali kif imsemmi fl-Artikolu 55(4) dwar il-profili tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li tiġi adottata fi żmien sitt ġimgħat mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Din id-deċiżjoni jenħtieġ li tiġi segwita mill-ħatriet mill-Istati Membri previsti fl-Artikolu 56(4) u l-Artikolu 57(1) fi żmien 12-il ġimgħa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

(57)  Sabiex il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jkun jista' jiġi skjerat b'mod effettiv f'konformità mal-iskadenzi stabbiliti fl-Anness I, jenħtieġ li jittieħdu ċerti deċiżjonijiet u miżuri ta' implimentazzjoni malajr kemm jista' jkun. B'mod partikolari, b'deroga mill-iskadenza normali stipulata fir-Regolament, id-deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali kif imsemmi fl-Artikolu 55(4) dwar il-profili tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li tiġi adottata fi żmien sitt ġimgħat mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Din id-deċiżjoni jenħtieġ li tiġi segwita mill-ħatriet mill-Istati Membri previsti fl-Artikolu 56(4) u l-Artikolu 57(1) fi żmien 12-il ġimgħa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Premessa 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58)  Barra minn hekk, b'deroga mill-iskadenza normali stipulata fir-Regolament, id-deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali dwar l-għadd minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-Aġenzija fl-2020 kif imsemmi fl-Artikolu 64(4) jenħtieġ li tiġi adottata fi żmien sitt ġimgħat mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

(58)  Barra minn hekk, b'deroga mill-iskadenza normali stipulata fir-Regolament, id-deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali dwar l-għadd minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-Aġenzija, kif imsemmi fl-Artikolu 64(4), sa kull waħda mill-iskadenzi stabbiliti fl-Anness I fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-korp permanenti, jenħtieġ li tiġi adottata fi żmien sitt ġimgħat mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Premessa 59

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(59)  Fl-istess waqt, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-appoġġ għall-attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija, l-iskjeramenti kollha sal-31 ta' Diċmebru 2019 jenħtieġ li jiġu ppjananti u implimentati, fosthom ir-Riżerva ta' Reazzjoni Rapida, f'konformità mal-Artikoli 20, 30 u 31 tar-Regolament (UE) 2016/1624 u skont in-negozjati bilaterali annwali li saru fl-2018. Għal dan il-għan, jenħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet jitħassru biss b'effett mill-1 ta' Jannar 2020.

(59)  Fl-istess waqt, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-appoġġ għall-attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija, l-iskjeramenti kollha sal-31 ta' Diċmebru 2019 jenħtieġ li jiġu ppjananti u implimentati, fosthom tar-Riżerva ta' Reazzjoni Rapida, f'konformità mal-Artikoli 20, 30 u 31 tar-Regolament (UE) 2016/1624 u skont in-negozjati bilaterali annwali li saru fl-2018. Għal dak il-għan, jenħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet jitħassru biss ladarba l-korp permanenti jkun operattiv b'effett minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Premessa 60

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(60)  Il-forza tax-xogħol tal-Aġenzija se tikkonsisti minn persunal li jwettaq kompiti għall-Aġenzija, jew fil-Kwartieri Ġenerali, jew bħala parti mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jista' jinkludi persunal statutorju kif ukoll persunal issekondat fit-tul jew ipprovdut mill-awtoritajiet nazzjonali għal skjeramenti qosra. Il-persunal statutorju tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta se jiġi skjerat primarjament bħala membri tat-timijiet; se tkun biss parti limitata u definita b'mod ċar minn dan il-persunal li se tkun tista' tiġi rreklutata biex twettaq funzjonijiet ta' appoġġ għall-ħolqien tal-korp permanenti, prinċipalment fil-kwartieri ġenerali.

(60)  Il-forza tax-xogħol tal-Aġenzija se tikkonsisti minn persunal li jwettaq kompiti għall-Aġenzija, jew fil-Kwartieri Ġenerali, jew bħala parti mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jista' jinkludi persunal statutorju kif ukoll persunal sekondat fit-tul jew ipprovdut mill-awtoritajiet nazzjonali għal skjeramenti qosra u r-riżerva ta' reazzjoni rapida. Il-persunal statutorju tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta se jiġi skjerat primarjament bħala membri tat-timijiet; se tkun biss parti limitata u definita b'mod ċar minn dan il-persunal li se tkun tista' tiġi reklutata biex twettaq funzjonijiet ta' appoġġ għall-ħolqien tal-korp permanenti, prinċipalment fil-kwartieri ġenerali.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Premessa 61

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(61)  Biex jingħelbu n-nuqqasijiet persistenti fl-ippuljar volontarju tat-tagħmir tekniku mill-Istati Membri, b'mod partikolari fir-rigward ta' assi fuq skala kbira, jenħtieġ li l-Aġenzija jkollha t-tagħmir neċessarju tagħha li jkun jista' jiġi skjerat f'operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntieri jew fi kwalunkwe attività operazzjonali oħra. Filwaqt li legalment l-Aġenzija ilha sa mill-2011 tista' takkwista jew tikri t-tagħmir tekniku tagħha, din il-possibbiltà kienet ostakolata b'mod sinifikanti bin-nuqqas ta' riżorsi baġitarji.

(61)  Biex jingħelbu n-nuqqasijiet persistenti fl-akkomunament volontarju tat-tagħmir tekniku mill-Istati Membri, b'mod partikolari fir-rigward ta' assi fuq skala kbira, jenħtieġ li l-Aġenzija jkollha t-tagħmir meħtieġ tagħha li jkun jista' jiġi skjerat f'operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntieri jew fi kwalunkwe attività operazzjonali oħra. Jenħtieġ li dawk l-assi jiġu awtorizzati mill-Istati Membri bħala li qegħdin fis-servizz tal-gvern. Filwaqt li legalment l-Aġenzija ilha sa mill-2011 tista' takkwista jew tikri t-tagħmir tekniku tagħha, din il-possibbiltà kienet ostakolata b'mod sinifikanti min-nuqqas ta' riżorsi baġitarji.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Premessa 62

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(62)  Konsegwentement, sabiex jintlaħaq il-livell ta' ambizzjoni fil-bażi tal-ħolqien tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, il-Kummissjoni allokat pakkett sinifikanti taħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 sabiex l-Aġenzija tkun tista' takkwista, iżżomm u topera l-assi tal-ajru, tal-baħar u tal-art li jikkorrispondu mal-ħtiġijiet operazzjonali tagħha. Filwaqt li l-akkwiżizzjoni tal-assi neċessarji jista' jkun proċess twil, speċjalment għal assi kbar, fl-aħħar mill-aħħar it-tagħmir proprju tal-Aġenzija jrid isir is-sinsla tal-iskjerament operazzjonali b'kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-Istati Membri li jingħataw f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni. Fil-biċċa l-kbira tiegħu t-tagħmir tal-Aġenzija jrid jiġi operat minn ekwipaġġ tekniku tal-Aġenzija li jkun parti mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv tar-riżorsi finanzjarji proposti, jenħtieġ li l-proċess ikun imsejjes fuq strateġija pluriennali li tiġi deċiża mill-bord maniġerjali kmieni kemm jista' jkun.

(62)  Konsegwentement, sabiex jintlaħaq il-livell ta' ambizzjoni sottostanti għall-istabbiliment tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, il-Kummissjoni allokat pakkett sinifikanti taħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 sabiex l-Aġenzija tkun tista' takkwista, iżżomm u topera l-assi tal-ajru, tal-baħar u tal-art li jikkorrispondu mal-ħtiġijiet operazzjonali tagħha. Filwaqt li l-akkwiżizzjoni tal-assi meħtieġa jista' jkun proċess twil, speċjalment għal assi kbar, fl-aħħar mill-aħħar it-tagħmir proprju tal-Aġenzija jenħtieġ li jsir is-sinsla tal-iskjeramenti operazzjonali b'kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-Istati Membri li jintalbu f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni. L-ekwipaġġ skjerat bit-tagħmir tekniku ta' Stat Membru, anke f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni, jenħtieġ li jitqies bħala parti mill-kontribuzzjoni ta' dak l-Istat Membru partikolari lill-korp permanenti. It-tagħmir tal-Aġenzija jenħtieġ li jiġi operat mill-ekwipaġġ tekniku tal-Aġenzija li jkun parti mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv tar-riżorsi finanzjarji proposti, jenħtieġ li l-proċess ikun imsejjes fuq strateġija pluriennali li tiġi deċiża mill-bord maniġerjali kmieni kemm jista' jkun. Huwa meħtieġ li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-Aġenzija permezz ta' oqfsa finanzjarji pluriennali futuri u li tinżamm Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri komprensiva.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Premessa 64

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(64)  L-iżvilupp fit-tul ta' kapaċitajiet ġodda fil-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li tiġi koordinata bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija f'konformità maċ-ċiklu ta' politika strateġiku pluriennali, b'kunsiderazzjoni li ċerti proċessi jistgħu jieħdu fit-tul. Dan jinkludi r-reklutaġġ u t-taħriġ ta' gwardji tal-fruntiera ġodda (li matul il-karriera tagħhom jistgħu jservu kemm fl-Istati Membri kif ukoll bħala parti mill-korp permanenti), l-akkwiżizzjoni, il-manutenzjoni u d-disponiment ta' tagħmir (li fir-rigward tiegħu jenħtieġ li jkun hemm opportunitajiet għal interoperabbiltà u ekonomiji ta' skala) iżda wkoll l-iżvilupp ta' tagħmir ġdid u teknoloġiji relatati fosthom permezz tar-riċerka.

(64)  L-iżvilupp fit-tul ta' kapaċitajiet ġodda fil-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jenħtieġ li jiġi koordinat bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija f'konformità maċ-ċiklu ta' politika strateġiku pluriennali, b'kunsiderazzjoni li ċerti proċessi jistgħu jieħdu fit-tul. Dan jinkludi r-reklutaġġ u t-taħriġ, inkluż dwar id-drittijiet fundamentali u l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu tal-ilmenti u tal-istrateġija dwar id-drittijiet fundamentali, ta' gwardji tal-fruntiera ġodda (li matul il-karriera tagħhom jistgħu jservu kemm fl-Istati Membri kif ukoll bħala parti mill-korp permanenti), l-akkwiżizzjoni, il-manutenzjoni u d-disponiment ta' tagħmir (li fir-rigward tiegħu jenħtieġ li jkun hemm opportunitajiet għal interoperabbiltà u ekonomiji ta' skala) iżda wkoll l-iżvilupp ta' tagħmir ġdid u teknoloġiji relatati fosthom permezz tar-riċerka.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Premessa 67

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(67)  Ir-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiż terz li ma jissodisfawx, jew li ma jkunux għadhom jissodisfaw, il-kundizzjonijiet tad-dħul, tas-soġġorn jew tar-residenza fl-Istati Membri, f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22 , huwa komponent essenzjali mill-isforzi komprensivi għall-indirizzar tal-immigrazzjoni illegali u jirrappreżenta kwistjoni importanti ta' interess pubbliku sostanzjali.

(67)  Ir-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiż terz li ma jissodisfawx, jew li ma jkunux għadhom jissodisfaw, il-kundizzjonijiet tad-dħul, tas-soġġorn jew tar-residenza fl-Istati Membri, f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22 , huwa komponent essenzjali tal-isforzi komprensivi għall-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari u jirrappreżenta kwistjoni importanti ta' interess pubbliku sostanzjali.

__________________

__________________

22 Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

22 Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

Emenda    58

Proposta għal regolament

Premessa 68

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(68)  Jenħtieġ li l-Aġenzija żżid l-assistenza tagħha lill-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, soġġett għall-politika ta' ritorn tal-Unjoni u f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE. B'mod partikolari, jenħtieġ li din tikkoordina u torganizza operazzjonijiet ta' ritorn minn Stat Membru wieħed jew aktar u torganizza u twettaq interventi ta' ritorn sabiex issaħħaħ is-sistemi ta' ritorn ta' Stati Membri li jeħtieġu aktar assistenza teknika u operazzjonali biex jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jirritornaw ċittadini minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva.

(68)  Jenħtieġ li l-Aġenzija żżid l-assistenza tagħha lill-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, soġġett għall-politika ta' ritorn tal-Unjoni u f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE. B'mod partikolari, jenħtieġ li din tikkoordina u torganizza operazzjonijiet ta' ritorn minn Stat Membru wieħed jew aktar, fuq talba ta' Stat Membru, u torganizza u twettaq interventi ta' ritorn sabiex issaħħaħ is-sistemi ta' ritorn ta' Stati Membri li jeħtieġu aktar assistenza teknika u operazzjonali biex jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jirritornaw ċittadini minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Premessa 69

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(69)  Jenħtieġ li l-Aġenzija, fir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati Membri li joħorġu deċiżjonijiet ta' ritorn, tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri fil-proċess ta' ritorn, inkluż it-tħejjija ta' deċiżjonijiet ta' ritorn, l-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiż terz u attivitajiet oħra ta' qabel ir-ritorn jew relatati mar-ritorn tal-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Aġenzija tassisti lill-Istati Membri fil-kisba ta' dokumenti tal-ivvjaġġar għar-ritorn, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi rilevanti.

(69)  Jenħtieġ li l-Aġenzija, fir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati Membri li joħorġu deċiżjonijiet ta' ritorn, tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri fil-proċess ta' ritorn, inkluż l-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiż terz u attivitajiet oħra ta' qabel ir-ritorn jew relatati mar-ritorn tal-Istati Membri. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Aġenzija tassisti lill-Istati Membri fil-kisba ta' dokumenti tal-ivvjaġġar għar-ritorn, meta dan ma jiksirx il-prinċipju ta' non-refoulement, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi rilevanti.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Premessa 70

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(70)  L-assistenza lill-Istati Membri fit-twettiq ta' proċeduri ta' ritorn jenħtieġ li tinkludi l-għoti ta' informazzjoni prattika dwar pajjiżi terzi ta' ritorn rilevanti għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, bħall-għoti ta' dettalji ta' kuntatt u informazzjoni loġistika oħra meħtieġa għall-ġestjoni tajba ta' operazzjonijiet ta' ritorn. L-assistenza jenħtieġ ukoll li tinkludi t-twaqqif, l-operazzjoni u ż-żamma ta' sistema ċentrali għall-ipproċessar tal-informazzjoni kollha u d-data neċessarja għall-Aġenzija biex tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali skont ir-Regolament, ikkomunikati awtomatikament mis-sistemi nazzjonali ta' ġestjoni tar-ritorn tal-Istati Membri.

(70)  L-assistenza lill-Istati Membri fit-twettiq ta' proċeduri ta' ritorn jenħtieġ li tinkludi l-għoti ta' informazzjoni prattika dwar pajjiżi terzi ta' ritorn rilevanti għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, bħall-għoti ta' dettalji ta' kuntatt u informazzjoni loġistika oħra meħtieġa għall-ġestjoni tajba u dinjituża ta' operazzjonijiet ta' ritorn. L-assistenza jenħtieġ ukoll li tinkludi l-operat u ż-żamma tal-Applikazzjoni tal-Ġestjoni Integrata tar-Ritorni (IRMA) li hija diġà ġestita mill-Aġenzija bħala pjattaforma għall-ipproċessar tal-informazzjoni kollha u d-data meħtieġa għall-Aġenzija biex tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali skont ir-Regolament, ikkomunikati awtomatikament mis-sistemi nazzjonali ta' ġestjoni tar-ritorn tal-Istati Membri.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Premessa 71

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(71)  Jenħtieġ li l-Aġenzija tipprovdi wkoll assistenza teknika u operazzjonali għal attivitajiet ta' ritorn ta' pajjiżi terzi, partikolarment meta tali assistenza tkun iġġustifikata mill-prijoritajiet tal-politika dwar il-migrazzjoni irregolari tal-Unjoni.

imħassar

Emenda    62

Proposta għal regolament

Premessa 72

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(72)  L-eżistenza potenzjali ta' ftehim bejn Stat Membru u stat terz ma tistax teħles lill-Aġenzija jew l-Istati Membri mill-obbligi tagħhom li jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni jew internazzjonali, b'mod partikolari l-ħarsien tal-prinċipju tan-non-refoulement.

(72)  L-eżistenza potenzjali ta' ftehim bejn Stat Membru u pajjiż terz ma tistax teħles lill-Aġenzija jew l-Istati Membri mill-obbligi jew mir-responsabbiltà tagħhom li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni jew internazzjonali, b'mod partikolari l-ħarsien tal-prinċipju tan-non-refoulement, il-projbizzjoni tat-tortura u t-trattament inuman jew degradanti kif ukoll id-drittijiet fundamentali kif minquxa fid-dritt internazzjonali u Ewropew.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Premessa 73

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(73)  L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkooperaw f'livell operazzjonali ma' Stati Membri oħra u/jew pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, inklużi operazzjonijiet militari għal fini ta' infurzar tal-liġi, sa fejn din il-kooperazzjoni tkun kompatibbli mal-azzjonijiet tal-Aġenzija.

(73)  L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkooperaw f'livell operazzjonali ma' Stati Membri oħra u/jew pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, inklużi operazzjonijiet militari għal fini ta' infurzar tal-liġi, sa fejn din il-kooperazzjoni tkun kompatibbli ma' valutazzjoni tad-drittijiet fundamentali li għandha titwettaq qabel kwalunkwe kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi u mal-azzjonijiet tal-Aġenzija.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Premessa 74

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(74)  L-Aġenzija jenħtieġ li ttejjeb l-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni mal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji l-oħra tal-Unjoni, bħall-EUROPOL, l-EASO, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u ċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jew il-Maniġer tan-Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru sabiex isir l-aħjar użu possibbli mill-informazzjoni, il-kapaċitajiet u s-sistemi li huma diġà disponibbli fil-livell Ewropew, bħall-programm Ewropew ta' monitoraġġ tad-dinja Copernicus.

(74)  L-Aġenzija jenħtieġ li ttejjeb l-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni mal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji l-oħra tal-Unjoni, bħall-EUROPOL, [l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil], l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u ċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jew il-Maniġer tan-Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru sabiex isir l-aħjar użu possibbli mill-informazzjoni, il-kapaċitajiet u s-sistemi li huma diġà disponibbli fil-livell Ewropew, bħall-programm Ewropew ta' monitoraġġ tad-dinja Copernicus.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Premessa 75

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(75)  Il-kooperazzjoni attiva ma' pajjiżi terzi hija element ewlieni fil-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. Din jenħtieġ li sservi biex tippromwovi l-ġestjoni tal-fruntieri u l-istandards ta' ritorn, għall-iskambju ta' informazzjoni u tal-analiżi tar-riskju, għall-faċilitazzjoni tal-implimentazzjoni tar-ritorni bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza tagħhom u għall-appoġġ ta' pajjiżi terzi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u tal-migrazzjoni, inkluż l-iskjerament tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta meta tali appoġġ ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-fruntieri esterni u l-ġestjoni effettiva tal-politika dwar il-migrazzjoni tal-Unjoni.

(75)  Il-kooperazzjoni attiva ma' pajjiżi terzi, wara li jiġi konkluż ftehim dwar l-istatus bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat, hija element importanti fil-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. Din jenħtieġ li sservi biex tippromwovi l-ġestjoni tal-fruntieri u l-istandards ta' ritorn, għall-iskambju ta' informazzjoni u tal-analiżi tar-riskju, għall-faċilitazzjoni tal-implimentazzjoni tar-ritorni bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza tagħhom u għall-appoġġ ta' pajjiżi terzi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u tal-migrazzjoni, inkluż l-iskjerament tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta meta tali appoġġ ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-fruntieri esterni u l-ġestjoni effettiva tal-politika dwar il-migrazzjoni tal-Unjoni.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Premessa 76

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(76)  Jenħtieġ li l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi ssir fil-qafas tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u konformi mal-prinċipju u l-objettivi tal-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni se tiżgura l-konsistenza bejn il-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri u politiki oħrajn tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun assistita mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni u s-servizzi tiegħu. Jenħtieġ li tali kooperazzjoni tapplika b'mod partikolari għall-attivitajiet tal-Aġenzija li jseħħu fit-territorju ta' pajjiżi terzi jew li jinvolvu uffiċjali ta' pajjiżi terzi f'oqsma bħall-analiżi tar-riskju, l-ippjanar u t-twettiq ta' operazzjonijiet, it-taħriġ, l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni.

(76)  Jenħtieġ li l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi ssir fil-qafas tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u f'konformità mal-prinċipji u l-objettivi tal-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u soġġetta għat-twettiq ta' valutazzjoni tad-drittijiet fundamentali qabel ma tinbeda tali kooperazzjoni. Il-Kummissjoni se tiżgura l-konsistenza bejn il-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri u politiki oħrajn tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun assistita mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni u s-servizzi tiegħu. Jenħtieġ li tali kooperazzjoni tapplika b'mod partikolari għall-attivitajiet tal-Aġenzija li jseħħu fit-territorju ta' pajjiżi terzi jew li jinvolvu uffiċjali ta' pajjiżi terzi f'oqsma bħall-analiżi tar-riskju, l-ippjanar u t-twettiq ta' operazzjonijiet, it-taħriġ, l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Premessa 83

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(83)  Tul il-perjodu tranżizzjonali, jenħtieġ li jiġi żgurat li s-sistema FADO tibqa' taħdem kollha kemm hi sa ma t-trasferiment jitwettaq effettivament u d-data eżistenti tiġi trasferita għas-sistema l-ġdida. Jenħtieġ imbagħad li s-sjieda tad-data eżistenti tiġi ttrasferita lill-Aġenzija.

(83)  Tul il-perjodu tranżizzjonali, jenħtieġ li jiġi żgurat li s-sistema FADO tibqa' taħdem kollha kemm hi sa ma t-trasferiment jitwettaq effettivament u d-data eżistenti tiġi trasferita għas-sistema l-ġdida. Jenħtieġ imbagħad li l-kontroll fuq id-data eżistenti jiġi trasferit lill-Aġenzija.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Premessa 86

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(86)  Sabiex twettaq tajjeb il-kompiti tagħha fil-qasam tar-ritorn, inkluż billi tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tajba tal-proċeduri tar-ritorn u l-infurzar b'suċċess ta' deċiżjoni ta' ritorn, kif ukoll biex tiffaċilita l-operazzjonijiet ta' ritorn, jista' jkun li l-Aġenzija jkun jeħtiġilha tittrasferixxi data personali lejn pajjiżi terzi. Il-pajjiżi terzi tar-ritorn mhumiex ta' spiss soġġetti għal deċiżjonijiet ta' adegwatezza adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679, jew skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2016/680, u bosta drabi ma jkunux ikkonkludew jew ma jkunx beħsiebhom jikkonkludu ftehim ta' riammissjoni mal-Unjoni jew jipprevedu salvagwardji xierqa b'xi mod ieħor skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-[Regolament (UE) 45/2001] jew skont it-tifsira tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 37 tad-Direttiva (UE) 2016/680. Madankollu, minkejja l-isforzi estensivi tal-Unjoni biex tikkoopera mal-pajjiżi ewlenin ta' oriġini ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment soġġetti għal obbligu ta' ritorn, mhuwiex dejjem possibbli li jiġi żgurat li pajjiżi terzi bħal dawn sistematikament jissodisfaw l-obbligu stabbilit mid-dritt internazzjonali biex jieħdu lura ċ-ċittadini tagħhom stess. Il-ftehimiet ta' riammissjoni, li ġew konklużi jew li qed jiġu nnegozjati mill-Unjoni jew mill-Istati Membri u li jipprevedu salvagwardj xierqa għad-data personali, ikopru għadd limitat ta' pajjiżi terzi bħal dawn. Fis-sitwazzjoni fejn ftehimiet ta' din ix-xorta jkunu għadhom ma jeżistux, id-data personali jenħtieġ li tiġi ttrasferita mill-Aġenzija għall-finijiet tal-faċilitazzjoni tal-operazzjonijiet ta' ritorn tal-Unjoni, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 49(1)(d) tar-[Regolament (UE) 45/2001].

(86)  Sabiex twettaq tajjeb il-kompiti tagħha fil-qasam tar-ritorn, inkluż billi tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni xierqa tal-proċeduri tar-ritorn u l-infurzar b'suċċess ta' deċiżjoni ta' ritorn, kif ukoll biex tiffaċilita l-operazzjonijiet ta' ritorn, jista' jkun li l-Aġenzija tkun teħtieġ li tittrasferixxi data personali lejn pajjiżi terzi. Il-pajjiżi terzi tar-ritorn mhumiex ta' spiss soġġetti għal deċiżjonijiet ta' adegwatezza adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679, jew skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2016/680, u bosta drabi ma jkunux ikkonkludew jew ma jkunx beħsiebhom jikkonkludu ftehim ta' riammissjoni mal-Unjoni jew jipprevedu salvagwardji xierqa b'xi mod ieħor skont it-tifsira tal-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2018/1725 jew skont it-tifsira tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 37 tad-Direttiva (UE) 2016/680. Madankollu, minkejja l-isforzi estensivi tal-Unjoni biex tikkoopera mal-pajjiżi ewlenin ta' oriġini ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż b'mod irregolari soġġetti għal obbligu ta' ritorn, mhuwiex dejjem possibbli li jiġi żgurat li pajjiżi terzi bħal dawn sistematikament jissodisfaw l-obbligu stabbilit mid-dritt internazzjonali biex jieħdu lura ċ-ċittadini tagħhom stess. Il-ftehimiet ta' riammissjoni, li ġew konklużi jew li qed jiġu nnegozjati mill-Unjoni jew mill-Istati Membri u li jipprevedu salvagwardji xierqa għad-data personali, ikopru għadd limitat ta' pajjiżi terzi bħal dawn. Fis-sitwazzjoni meta tali ftehimiet ma jkunux għadhom inħolqu, id-data personali jenħtieġ li tiġi trasferita mill-Aġenzija għall-finijiet tal-faċilitazzjoni tal-operazzjonijiet ta' ritorn tal-Unjoni.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Premessa 88

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(88)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu tal-ilmenti għall-Aġenzija b'kooperazzjoni mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, biex jissalvagwardja l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija. Dan jenħtieġ li jkun mekkaniżmu amministrattiv li permezz tiegħu l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali jkun responsabbli biex jimmaniġġja l-ilmenti rċevuti mill-Aġenzija skont il-dritt għal amministrazzjoni tajba. Jenħtieġ li l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali jeżamina l-ammissibbiltà ta' lment, jirreġistra l-ilmenti ammissibbli, jibgħat l-ilmenti rreġistrati kollha lid-direttur eżekuttiv, jibgħat l-ilmenti li jikkonċernaw lil membri tat-timijiet lill-Istat Membru ta' oriġini, u jirreġistra s-segwitu mill-Aġenzija jew dak l-Istat Membru. Il-mekkaniżmu jenħtieġ li jkun effettiv, u jiżgura li l-ilmenti jkunu segwiti kif xieraq. Jenħtieġ li l-mekkaniżmu tal-ilmenti jkun mingħajr preġudizzju għall-aċċess għal rimedji amministrattivi u ġudizzjarji u li ma jkunx rekwiżit biex isir rikors għal tali rimedji. L-investigazzjonijiet kriminali jenħtieġ li jitwettqu mill-Istati Membri. Sabiex ikun hemm iktar trasparenza u responsabbiltà, jenħtieġ li l-Aġenzija tirraporta dwar il-mekkaniżmu tal-ilmenti fir-rapport annwali tagħha. B'mod partikolari, jenħtieġ li tkopri l-għadd ta' lmenti li tkun laqgħet, it-tipi ta' ksur tad-drittijiet fundamentali involuti, l-operazzjonijiet ikkonċernati u, fejn possibbli, il-miżuri ta' segwitu meħuda mill-Aġenzija u mill-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha rigward ir-rispett għad-drittijiet fundamentali b'rabta mal-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.

(88)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu tal-ilmenti għall-Aġenzija b'kooperazzjoni mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, biex jissalvagwardja l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija. Dan jenħtieġ li jkun mekkaniżmu amministrattiv li permezz tiegħu l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali jkun responsabbli biex jittratta l-ilmenti rċevuti mill-Aġenzija skont id-dritt għal amministrazzjoni tajba. Jenħtieġ li l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali jeżamina l-ammissibbiltà ta' lment, jirreġistra l-ilmenti ammissibbli, jibgħat l-ilmenti rreġistrati kollha lid-direttur eżekuttiv, jibgħat l-ilmenti li jikkonċernaw lil membri tat-timijiet lill-Istat Membru ta' oriġini, u jirreġistra s-segwitu mill-Aġenzija jew dak l-Istat Membru. Il-mekkaniżmu jenħtieġ li jkun effettiv, u jiżgura li l-ilmenti jkunu segwiti kif xieraq. Jenħtieġ li l-mekkaniżmu tal-ilmenti jkun mingħajr preġudizzju għall-aċċess għal rimedji amministrattivi u ġudizzjarji u li ma jkunx rekwiżit biex isir rikors għal tali rimedji. L-investigazzjonijiet kriminali jenħtieġ li jitwettqu mill-Istati Membri. Sabiex ikun hemm aktar trasparenza u responsabbiltà, jenħtieġ li l-Aġenzija tirrapporta dwar il-mekkaniżmu tal-ilmenti fir-rapport annwali tagħha. B'mod partikolari, jenħtieġ li tkopri l-għadd ta' lmenti li tkun laqgħet, it-tipi ta' ksur tad-drittijiet fundamentali involuti, l-operazzjonijiet ikkonċernati u, meta jkun possibbli, il-miżuri ta' segwitu meħuda mill-Aġenzija u mill-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha rigward ir-rispett għad-drittijiet fundamentali b'rabta mal-attivitajiet kollha tal-Aġenzija. Jenħtieġ li l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali jingħata r-riżorsi u l-persunal meħtieġa biex ikun jista' jwettaq b'mod effettiv il-kompiti kollha skont dan ir-Regolament. Il-persunal ipprovdut lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali jenħtieġ li jkollu l-ħiliet u l-anzjanità li jikkorrispondu għall-espansjoni tal-attivitajiet u s-setgħat tal-Aġenzija. Kwalunkwe żieda regolari jew straordinarja tal-persunal allokat lill-Aġenzija jenħtieġ li tiġi diretta f'appoġġ għall-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Premessa 90

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(90)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkunu rappreżentati fi ħdan bord maniġerjali sabiex jeżerċitaw sorveljanza fuq l-Aġenzija. Fejn ikun possibbli, jenħtieħ li l-bord maniġerjali jkun magħmul mill-kapijiet operazzjonali tas-servizzi nazzjonali responsabbli mill-ġestjoni tal-gwardji tal-fruntiera jew mir-rappreżentanti tagħhom. Jenħtieġ li l-partijiet rappreżentati fil-bord maniġerjali jagħmlu sforz biex jillimitaw il-bdil tar-rappreżentanti tagħhom, sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-ħidma tal-bord maniġerjali. Jenħtieġ li l-bord maniġerjali jkun fdat bis-setgħat meħtieġa biex jistabbilixxi l-baġit tal-aġenzija, biex jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta regoli finanzjarji xerqa, jistabbilixxi proċeduri ta' ħidma trasparenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-Aġenzija u jaħtar lid-direttur eżekuttiv u tliet deputati diretturi eżekuttivi, li kull wieħed minnhom jista' jiġi assenjat responsabbiltajiet f'qasam partikolari ta' kompetenzi tal-Aġenzija, bħall-immaniġjar tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, is-sorveljanza tal-kompiti tal-Aġenzija rigward ir-ritorn jew il-ġestjoni tal-involviment fis-sistemi tal-IT fuq skala kbira. Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun irregolata u operata billi jitqiesu l-prinċipji tal-approċċ komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni adottati fid-19 ta' Lulju 2012 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni.

(90)  Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jkunu rappreżentati fi ħdan bord maniġerjali sabiex jeżerċitaw sorveljanza fuq l-Aġenzija. Fejn ikun possibbli, jenħtieġ li l-bord maniġerjali jkun magħmul mill-kapijiet operazzjonali tas-servizzi nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-gwardji tal-fruntiera jew għar-rappreżentanti tagħhom. Jenħtieġ li l-partijiet rappreżentati fil-bord maniġerjali jagħmlu sforzi biex jillimitaw il-bdil tar-rappreżentanti tagħhom sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-ħidma tal-bord maniġerjali. Ir-rappreżentanti nominati mill-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom għarfien tal-pożizzjonijiet politiċi fil-pajjiżi rispettivi tagħhom dwar il-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. Jenħtieġ li l-bord maniġerjali jkun fdat bis-setgħat meħtieġa biex jistabbilixxi l-baġit tal-aġenzija, biex jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċeduri ta' ħidma trasparenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-Aġenzija u jaħtar lid-direttur eżekuttiv u tliet deputati diretturi eżekuttivi, li kull wieħed minnhom jista' jiġi assenjat responsabbiltajiet f'qasam partikolari ta' kompetenzi tal-Aġenzija, bħall-immaniġjar tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, is-sorveljanza tal-kompiti tal-Aġenzija rigward ir-ritorn jew il-ġestjoni tal-involviment fis-sistemi tal-IT fuq skala kbira. Jenħtieġ li l-Aġenzija tkun irregolata u operata billi jitqiesu l-prinċipji tal-approċċ komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni adottati fid-19 ta' Lulju 2012 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Premessa 91

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(91)  Biex tkun garantita l-awtonomija tal-Aġenzija, jenħtieġ li tingħata baġit awtonomu bi dħul li fil-biċċa l-kbira tiegħu jiġi minn kontribuzzjoni mill-Unjoni. Jenħtieġ li l-proċedura baġitarja tal-Unjoni tkun applikabbli sa fejn għandhom x'jaqsmu l-kontribuzzjoni tal-Unjoni u kwalunkwe sussidju ieħor debitabbli lill-baġit tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-awditjar tal-kontijiet isir mill-Qorti tal-Awdituri.

(91)  Biex tkun garantita l-awtonomija tal-Aġenzija, jenħtieġ li tingħata baġit awtonomu bi dħul li fil-biċċa l-kbira tiegħu jiġi minn kontribuzzjoni mill-Unjoni. Il-baġit tal-Aġenzija jenħtieġ li jitħejja f'konformità mal-prinċipju ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-Aġenzija u r-riżultati mistennija tal-kompiti tagħha. Jenħtieġ li l-proċedura baġitarja tal-Unjoni tkun applikabbli sa fejn għandhom x'jaqsmu l-kontribuzzjoni tal-Unjoni u kwalunkwe sussidju ieħor debitabbli lill-baġit tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-awditjar tal-kontijiet isir mill-Qorti tal-Awdituri. F'sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn il-baġit disponibbli jitqies insuffiċjenti u l-proċedura baġitarja ma tippermettix rispons adegwat għal sitwazzjonijiet ta' żvilupp veloċi, l-Aġenzija jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tirċievi għotjiet minn fondi tal-Unjoni biex twettaq il-kompiti tagħha.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Premessa 92a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(92a)  Bis-suppożizzjoni ta' responsabbiltà kondiviża, jenħtieġ li l-Aġenzija tirrkjedi li l-persunal li timpjega, b'mod partikolari l-korp permanenti, inkluż il-persunal statutorju skjerat f'attivitajiet operazzjonali, ikollu l-istess livell ta' taħriġ, għarfien espert speċjali u professjonaliżmu bħall-persunal sekondat jew impjegat mill-Istati Membri. Għalhekk, jenħtieġ li l-Aġenzija taċċerta, permezz ta' rieżami u evalwazzjoni, li l-persunal statutorju tagħha jġib ruħu sew f'dak li jikkonċerna l-attivitajiet operazzjonali fil-qasam tal-kontroll tal-fruntieri u r-ritorn.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Premessa 93

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(93)  Fid-dawl tal-mandat tal-Aġenzija u l-mobbiltà sinifikanti tal-membri tal-persunal tagħha minn naħa waħda u, sabiex jiġu evitati differenzi fit-trattament tal-persunal tal-Aġenzija min-naħa l-oħra, billi l-post tal-impjieg tal-persunal fil-prinċipju għandu jkun Varsavja, jenħtieġ li l-bord maniġerjali, għal perjodu ta' ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jingħata l-possibbiltà li jagħti pagament "differenzjali" ta' kull xahar lill-membri tal-persunal tal-Aġenzija, b'kont dovut meħud tar-remunerazzjoni ġenerali rċevuta minn membri tal-persunal individwali, inkluż ir-rimborż tal-ispejjeż tal-missjonijiet. Il-modalitajiet biex isir tali ħlas jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, li jenħtieġ li tiżgura li dawn ikunu proporzjonali għall-importanza tal-għanijiet mixtieqa u li ma jwasslux għal trattament mhux ugwali fost il-persunal tal-istituzzjonijiet, tal-aġenziji u ta' korpi oħra tal-UE. Jenħtieġ li dawn il-modalitajiet jiġu rieżaminati sal-2024 biex tiġi vvalutata l-kontribuzzjoni tal-pagamenti għall-objettivi mixtieqa.

(93)  Fid-dawl tal-mandat tal-Aġenzija u l-mobbiltà sinifikanti tal-membri tal-persunal tagħha minn naħa waħda u, sabiex jiġu evitati differenzi fit-trattament tal-persunal tal-Aġenzija min-naħa l-oħra, billi l-post tal-impjieg tal-persunal fil-prinċipju għandu jkun Varsavja, jenħtieġ li l-bord maniġerjali, għal perjodu ta' ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jingħata l-possibbiltà li jagħti pagament "differenzjali" ta' kull xahar lill-membri tal-persunal tal-Aġenzija, meta jiffaċċja diffikultajiet fl-issodisfar tal-missjoni tiegħu u fit-twettiq tal-kompiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-modalitajiet biex isir tali ħlas jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, li jenħtieġ li tiżgura li dawn ikunu proporzjonali għall-importanza tal-għanijiet mixtieqa u li ma jwasslux għal trattament mhux ugwali fost il-persunal tal-istituzzjonijiet, tal-aġenziji u ta' korpi oħra tal-UE. Jenħtieġ li dawn il-modalitajiet jiġu rieżaminati sal-2024 biex tiġi vvalutata l-kontribuzzjoni tal-pagamenti għall-objettivi mixtieqa.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Premessa 98

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(98)  Kwalunkwe proċessar ta' data personali mill-Aġenzija fi ħdan il-qafas ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(98)  Kwalunkwe proċessar ta' data personali mill-Aġenzija fi ħdan il-qafas ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

Emenda    75

Proposta għal regolament

Premessa 113a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(113a)    Fir-rigward tal-Bulgarija u r-Rumanija, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen jew li huwa b'xi mod ieħor relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2005 u jenħtieġ li jinqara flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2007/20041a.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1).

Emenda    76

Proposta għal regolament

Premessa 113b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(113b)    Fir-rigward tal-Kroazja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen jew li huwa b'xi mod ieħor relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-2011 u jenħtieġ li jinqara flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2007/20041a.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1 u ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 136).

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta biex tiżgura Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri fil-fruntieri esterni bil-ħsieb li jiġi ġestit il-qsim ta' dawk il-fruntieri esterni b'mod effiċjenti, kif ukoll biex iżżid l-effiċjenza tal-politika komuni tar-ritorn bħala element ewlieni tal-ġestjoni tal-migrazzjoni sostenibbli.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta biex tiżgura Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri fil-fruntieri esterni tal-Unjoni bil-ħsieb li tappoġġa l-kapaċità tal-Istati Membri biex jiġġestixxu dawk il-fruntieri b'mod effiċjenti, filwaqt li tiżgura s-salvataġġ tal-ħajjiet ta' persuni f'diffikultà, kif ukoll biex tiżgura l-konformità mad-drittijiet fundamentali u żżid l-effiċjenza tal-politika komuni tar-ritorn.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-Regolament jindirizza sfidi migratorji, inkluż ir-ritorn, u theddid futur potenzjali f'dawn il-fruntieri, biex b'hekk jikkontribwixxi biex tiġi indirizzata l-kriminalità serja b'dimensjoni transfruntiera, biex jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà interna fl-Unjoni b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali, filwaqt li jiġi salvagwardjat il-moviment liberu tal-persuni fiha.

Dan ir-Regolament jindirizza sfidi migratorji u ta' sigurtà u sfidi u theddid futuri potenzjali fil-fruntieri esterni u fiż-żona prefruntiera biex b'hekk jikkontribwixxi biex tiġi indirizzata l-kriminalità serja b'dimensjoni transfruntiera, biex jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà interna fl-Unjoni b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali, filwaqt li jiġi salvagwardjat il-moviment liberu tal-persuni fiha.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "fruntieri esterni" tfisser il-fruntieri esterni kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399, li għalih japplika t-Titolu II ta' dak ir-Regolament;

(1)  "fruntieri esterni" tfisser il-fruntieri esterni tal-Unjoni kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399, li għalih japplika t-Titolu II ta' dak ir-Regolament;

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  "stampa tas-sitwazzjoni" tfisser aggregazzjoni ta' data ġeoreferenzjata qrib il-ħin reali u informazzjoni rċevuta minn awtoritajiet, sensuri u pjattaformi differenti u sorsi oħrajn, li tiġi trażmessa permezz ta' kanali ta' komunikazzjoni u informazzjoni u li tista' tiġi pproċessata u murija u kondiviża selettivament ma' awtoritajiet rilevanti oħrajn sabiex jinkiseb għarfien tas-sitwazzjoni u tiġi appoġġjata l-kapaċità ta' reazzjoni ma', matul jew qrib il-fruntieri esterni u fiż-żona prefruntiera;

(10)  "stampa tas-sitwazzjoni" tfisser aggregazzjoni ta' data ġeoreferenzjata qrib il-ħin reali u informazzjoni rċevuta minn awtoritajiet, sensuri u pjattaformi differenti u sorsi oħrajn, li tiġi trażmessa permezz ta' kanali ta' komunikazzjoni u informazzjoni u li tista' tiġi pproċessata u murija u kondiviża selettivament ma' awtoritajiet rilevanti oħrajn fl-Unjoni sabiex jinkiseb għarfien tas-sitwazzjoni u tiġi appoġġata l-kapaċità ta' reazzjoni ma', matul jew qrib il-fruntieri esterni u ż-żona prefruntiera;

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  "żona prefruntiera" tfisser iż-żona ġeografika lil hinn mill-fruntieri esterni;

(13)  "żona prefruntiera" tfisser iż-żona ġeografika lil hinn mill-fruntieri esterni li tkun rilevanti għall-analiżi tar-riskju, għas-sorveljanza tal-fruntieri u għall-kontrolli fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni;

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  "pajjiż ġar" tfisser pajjiż li jikkondividi fruntiera komuni tal-art ma' Stat Membru wieħed jew aktar u li jkun irratifika u implimenta b'mod sħiħ il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Konvenzjoni tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u l-Protokoll tal-1967 tagħha;

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  "inċident" tfisser sitwazzjoni marbuta ma' immigrazzjoni illegali, kriminalità transfruntiera jew riskju għall-ħajjiet ta' migranti ma', matul jew qrib il-fruntieri esterni;

(14)  "inċident" tfisser sitwazzjoni marbuta ma' migrazzjoni irregolari, kriminalità transfruntiera, bħal kuntrabandu ta' drogi jew armi, jew riskju għall-ħajjiet ta' migranti ma', matul jew qrib il-fruntieri esterni;

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  "persunal operazzjonali" tfisser il-gwardji tal-fruntiera, l-akkumpanjaturi tar-ritorn, l-ispeċjalisti tar-ritorn u persunal rilevanti ieħor li jikkostitwixxi il-"korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta". F'konformità mat-tliet kategoriji definiti skont l-Artikolu 55(1), il-persunal operazzjonali jew jiġi impjegat mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala persunal statutorju (kategorija 1), jew jiġi ssekondat lill-Aġenzija mill-Istati Membri (kategorija 2) jew ikun ipprovdut għal stazzjonament fil-qosor mill-Istati Membri (kategorija 3). Il-persunal operazzjonali għandu jaġixxi bħala membru ta' timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri, timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jew timijiet tar-ritorn li għandhom setgħat eżekuttivi. Il-persunal operazzjonali jinkludi wkoll il-persunal statutorju responsabbli għall-funzjonament tal-unità ċentrali tal-ETIAS;

(16)  "persunal operazzjonali" tfisser il-gwardji tal-fruntiera, l-iskorti għar-ritorn, il-kontrolluri tar-ritorn, il-persunal statutorju responsabbli għall-funzjonament tal-unità ċentrali tal-ETIAS u persunal rilevanti ieħor li jikkostitwixxi l-"korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta" f'konformità mal-erba' kategoriji stabbiliti fl-Artikolu 55(1); il-persunal operazzjonali jew jiġi impjegat mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala persunal statutorju (kategorija 1), jew jiġi ssekondat lill-Aġenzija mill-Istati Membri (kategorija 2), jew ikun ipprovdut għal skjerament għal perjodu qasir mill-Istati Membri (kategorija 3) jew jifforma r-riżerva ta' reazzjoni rapida għal interventi rapidi fil-fruntieri (kategorija 4);

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  "tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni" tfisser tim ta' esperti li jipprovdu rinforzi tekniċi u operazzjonali lill-Istati Membri, inkluż f'żoni hotspot jew ċentri kkontrollati, magħmul minn persunal operazzjonali mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, esperti stazzjonati mill-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil], mill-Europol, jew minn aġenziji rilevanti oħrajn tal-Unjoni kif ukoll minn Stati Membri;

(19)  "tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni" tfisser tim ta' esperti li jipprovdu rinforzi tekniċi u operazzjonali lill-Istati Membri, inkluż f'żoni hotspot jew ċentri kkontrollati, magħmul minn persunal operazzjonali mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, esperti skjerati mill-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil], mill-Europol, mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali jew minn aġenziji rilevanti oħrajn tal-Unjoni kif ukoll minn Stati Membri;

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  "żona hotspot" tfisser żona li fiha l-Istat Membru ospitanti, il-Kummissjoni, l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri parteċipanti jikkooperaw, bil-għan li tiġi ġestita sfida migratorja sproporzjonata eżistenti jew potenzjali kkaratterizzata minn żieda sinifikanti fl-għadd ta' migranti li jaslu fil-fruntieri esterni;

(23)  "żona hotspot" tfisser żona maħluqa fuq talba tal-Istat Membru ospitanti, li fiha l-Istat Membru ospitanti, il-Kummissjoni, l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri parteċipanti jikkooperaw, bil-għan li tiġi ġestita sfida migratorja sproporzjonata eżistenti jew potenzjali kkaratterizzata minn żieda sinifikanti fl-għadd ta' migranti li jaslu fil-fruntieri esterni;

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  "ċentru kkontrollat" tfisser ċentru, stabbilit fuq talba tal-Istat Membru, li fih l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti f'appoġġ tal-Istat Membru ospitanti u mal-Istati Membri parteċipanti, jiddistingwu bejn ċittadini ta' pajjiżi terzi li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u dawk li ma jeħtiġux tali protezzjoni, kif ukoll jagħmlu kontrolli ta' sigurtà u li fih japplikaw proċeduri rapidi għall-protezzjoni internazzjonali u/jew ir-ritorn;

imħassar

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  "deċiżjoni ta' ritorn" tfisser deċiżjoni ta' ritorn kif definit fil-punt 4 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;

(26)  "deċiżjoni ta' ritorn" tfisser deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja jew att, li tgħid jew tiddikjara li s-soġġorn ta' ċittadin ta' pajjiż terz huwa irregolari u li timponi jew tiddikjara l-obbligu ta' ritorn f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE kif definit fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2008/115/KE;

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  "persuna rimpatrijata" tfisser ċittadin ta' pajjiż terz f'soġġorn illegali li jkun is-suġġett ta' deċiżjoni ta' ritorn jew l-ekwivalenti tagħha f'pajjiż terz;

(27)  "persuna rimpatrijata" tfisser ċittadin ta' pajjiż terz f'soġġorn irregolari li jkun is-suġġett ta' deċiżjoni ta' ritorn li ma tkunx qed tiġi appellata;

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  "operazzjoni ta' ritorn" tfisser operazzjoni organizzata jew koordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u li tinvolvi rinforz tekniku u operazzjonali pprovdut lil Stat Membru jew iktar jew lil pajjiż terz, li biha persuni rimpatrijati minn Stat Membru jew aktar jew minn pajjiż terz jiġu ritornati, jew fuq bażi furzata jew volontarja, irrispettivament mill-mezz ta' trasport;

(28)  "operazzjoni ta' ritorn" tfisser operazzjoni organizzata jew koordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u li tinvolvi rinforz tekniku u operazzjonali pprovdut lil Stat Membru wieħed jew aktar, li biha persuni rimpatrijati minn Stat Membru wieħed jew aktar jiġu ritornati, jew fuq bażi furzata jew volontarja, irrispettivament mill-mezz ta' trasport;

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  "intervent ta' ritorn" tfisser attività tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta li tipprovdi lill-Istati Membri jew lil pajjiżi terzi b'assistenza teknika u operazzjonali msaħħa li tikkonsisti fl-iskjerar ta' timijiet tar-ritorn u l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn;

(29)  "intervent ta' ritorn" tfisser attività tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta li tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali msaħħa għall-Istati Membri li tikkonsisti fl-iskjerament ta' timijiet tar-ritorn u l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn;

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  "timijiet tar-ritorn" tfisser timijiet iffurmati mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li għandhom jiġu skjerati tul operazzjonijiet ta' ritorn, interventi ta' ritorn fi Stati Membri u pajjiżi terzi jew attivitajiet operazzjonali marbutin mal-implimentazzjoni ta' kompiti relatati mar-ritorn;

(30)  "timijiet tar-ritorn" tfisser timijiet iffurmati mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li jridu jiġu skjerati tul operazzjonijiet ta' ritorn, interventi ta' ritorn fi Stati Membri jew attivitajiet operazzjonali marbutin mal-implimentazzjoni ta' kompiti relatati mar-ritorn;

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri għandha tikkonsisti mill-komponenti li ġejjin:

Il-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri għandha tikkonsisti minn komponenti settorjali u orizzontali. Il-komponenti settorjali huma:

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-kontroll fuq il-fruntieri, inklużi miżuri biex jiġi ffaċilitat il-qsim leġittimu tal-fruntieri u, fejn xieraq, miżuri relatati mal-prevenzjoni u l-qbid tal-kriminalità transfruntiera, bħall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu, u miżuri relatati mar-riferiment ta' persuni li jkollhom bżonn, jew li jixtiequ japplikaw għal, protezzjoni internazzjonali;

(a)  il-kontroll fuq il-fruntieri, inklużi miżuri biex jiġi ffaċilitat il-qsim leġittimu tal-fruntieri u, meta jkun xieraq, miżuri relatati mal-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-kriminalità transfruntiera, u miżuri relatati mar-riferiment ta' persuni li jkollhom bżonn, jew li jkunu jixtiequ japplikaw għal, protezzjoni internazzjonali, b'rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem;

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  l-istabbiliment u ż-żamma ta' mekkaniżmi u proċeduri ċari, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti, għall-identifikazzjoni, għall-għoti ta' informazzjoni u għar-riferiment ta' persuni li jistgħu jeħtieġu protezzjoni internazzjonali jew għar-riferiment ta' persuni vulnerabbli u minorenni mhux akkumpanjati għall-mekkaniżmi u l-awtoritajiet ta' riferiment rilevanti;

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ għal persuni f'diffikultà fil-baħar varati u mwettqa f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 656/2014 u mad-dritt internazzjonali, li jsiru f'sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu tul operazzjonijiet ta' sorveljanza fuq il-fruntiera fil-baħar;

(b)  operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ għal persuni f'diffikultà fil-baħar li saru f'konformità mad-dritt internazzjonali, inklużi dawk imwettqa f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 656/2014;

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fost l-awtoritajiet nazzjonali f'kull Stat Membru li jkunu responsabbli għall-kontroll fuq il-fruntiera jew għal kompiti oħra mwettqa mal-fruntiera, kif ukoll bejn l-awtoritajiet responsabbli għar-ritorn f'kull Stat Membru, inkluż l-iskambju regolari ta' informazzjoni permezz ta' għodod għall-iskambju tal-informazzjoni eżistenti;

(e)  il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fost l-awtoritajiet nazzjonali f'kull Stat Membru li jkunu responsabbli għall-kontroll fuq il-fruntiera jew għal kompiti oħra mwettqa mal-fruntiera, inklużi korpi nazzjonali u internazzjonali inkarigati li jipproteġu d-drittijiet fundamentali, kif ukoll bejn l-awtoritajiet responsabbli għar-ritorn f'kull Stat Membru, inkluż l-iskambju regolari ta' informazzjoni permezz ta' għodod għall-iskambju tal-informazzjoni eżistenti;

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni fl-oqsma koperti b'dan ir-Regolament, inkluż permezz tal-iskambju regolari ta' informazzjoni;

(f)  il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, inkluża kriminalità transfruntiera, inkluż permezz tal-iskambju regolari ta' informazzjoni;

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 1 - punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fl-oqsma koperti b'dan ir-Regolament;

(g)  il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fl-oqsma koperti b'dan ir-Regolament, b'iffukar b'mod partikolari fuq pajjiżi ġirien u fuq dawk il-pajjiżi terzi li ġew identifikati permezz tal-analiżi tar-riskju bħala pajjiżi ta' oriġini u/jew ta' tranżitu għall-immigrazzjoni illegali, kif ukoll fl-iskjerament tal-operazzjonijiet ta' ritorn u ta' żjara fuq il-post;

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  miżuri tekniċi u operazzjonali fiż-żona Schengen li huma relatati mal-kontroll fuq il-fruntieri u mfassla biex jindirizzaw l-immigrazzjoni illegali u biex jiġġieldu r-reati transfruntiera aħjar;

(h)  miżuri tekniċi u operazzjonali fl-Unjoni li huma relatati mal-kontroll fuq il-fruntieri u mfassla biex jindirizzaw il-migrazzjoni irregolari u biex jiġġieldu r-reati transfruntiera aħjar;

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ka (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ka)  il-kapaċità u t-tħejjija, permezz tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltajiet, sabiex tiġi vvalutata l-ħila tal-Istati Membri li jindirizzaw sfidi attwali u futuri u theddid fil-fruntieri esterni, inkluża pressjoni migratorja sproporzjonata;

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-drittijiet fundamentali, l-edukazzjoni u t-taħriġ, u r-riċerka u l-innovazzjoni għandhom ikunu komponenti orizzontali li jridu jkunu preżenti fl-implimentazzjoni ta' kull wieħed mill-komponenti settorjali elenkati fl-ewwel subparagrafu.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-aġenzija għandha tinkludi l-10 000 membru tal-persunal operazzjonali tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta kif imsemmi fl-Artikolu 55.

(2)  L-Aġenzija għandha tinkludi l-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta kif imsemmi fl-Artikolu 55.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-Aġenzija se tikkontribwixxi għall-applikazzjoni kontinwa u uniformi tad-dritt tal-Unjoni, inkluż l-acquis tal-Unjoni dwar id-drittijiet fundamentali, fil-fruntieri esterni kollha. Il-kontribuzzjoni tagħha għandha tinkludi l-iskambju ta' prattiki tajbin.

(4)  L-Aġenzija se tikkontribwixxi għall-applikazzjoni kontinwa u uniformi tad-dritt tal-Unjoni, inkluż l-acquis tal-Unjoni dwar id-drittijiet fundamentali, u tiżgura l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fl-attivitajiet kollha tagħha (il-"Karta") fil-fruntieri esterni kollha. Il-kontribuzzjoni tagħha għandha tinkludi l-iskambju ta' prattiki tajbin.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-Aġenzija għandha tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali fl-implimentazzjoni tal-miżuri marbutin mal-infurzar tad-deċiżjonijiet ta' ritorn. L-Istati Membri għandhom iżommu r-responsabbiltà li joħorġu d-deċiżjonijiet ta' ritorn u l-miżuri marbutin mad-detenzjoni tal-persuni rimpatrijati f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE.

(2)  L-Aġenzija għandha tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali fl-implimentazzjoni tal-miżuri marbutin mal-infurzar tad-deċiżjonijiet ta' ritorn, bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati. L-Istati Membri għandhom iżommu r-responsabbiltà li joħorġu d-deċiżjonijiet ta' ritorn u l-miżuri marbutin mad-detenzjoni tal-persuni rimpatrijati f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tagħhom u l-infurzar tad-deċiżjonijiet ta' ritorn, fl-interess tagħhom stess u fl-interess komuni tal-Istati Membri kollha, f'konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni u skont iċ-ċiklu ta' politika strateġiku pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri msemmija fl-Artikolu 8, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija.

(3)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tagħhom u l-infurzar tad-deċiżjonijiet ta' ritorn, fl-interess tagħhom stess u fl-interess komuni tal-Istati Membri kollha, f'konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni, inkluż dwar ir-rispett għad-drittijiet fundamentali, u skont iċ-ċiklu ta' politika strateġiku pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri msemmija fl-Artikolu 8 u l-istrateġija teknika u operazzjonali msemmija fl-Artikolu 8(5), f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-Aġenzija għandha tappoġġa l-applikazzjoni ta' miżuri tal-Unjoni relatati mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u l-infurzar tad-deċiżjonijiet ta' ritorn billi ssaħħaħ, tivvaluta u tikkoordina l-azzjonijiet tal-Istati Membri, kif ukoll billi tipprovdi assistenza diretta teknika u operazzjonali fl-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri u fi kwistjonijiet ta' ritorn.

(4)  L-Aġenzija għandha tappoġġa l-applikazzjoni ta' miżuri tal-Unjoni relatati mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u l-infurzar tad-deċiżjonijiet ta' ritorn billi ssaħħaħ, tivvaluta u tikkoordina l-azzjonijiet tal-Istati Membri, kif ukoll billi tipprovdi assistenza diretta teknika u operazzjonali fl-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri u fi kwistjonijiet ta' ritorn. L-Aġenzija ma għandha tappoġġa l-ebda miżura jew tkun involuta f'ebda attività relatata mal-kontrolli fil-fruntieri interni. L-Aġenzija għandha tkun kompletament responsabbli u obbligata tagħti rendikont għall-attivitajiet kollha tagħha, u għal kwalunkwe deċiżjoni li tieħu, taħt dan ir-Regolament.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-Istati Membri jistgħu jkomplu l-kooperazzjoni fil-livell operazzjonali ma' Stati Membri oħra u/jew pajjiżi terzi, fejn tali kooperazzjoni tkun kompatibbli mal-kompiti tal-Aġenzija. L-Istati Membri għandhom joqogħdu lura minn kwalunkwe attività li tista' tipperikola l-funzjonament tal-Aġenzija jew il-kisba tal-objettivi tagħhom. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija dwar dik il-kooperazzjoni operazzjonali ma' Stati Membri oħra u/jew pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni u fil-qasam tar-ritorn. Id-direttur eżekuttiv għandu jinforma lill-bord maniġerjali dwar dawk il-kwistjonijiet fuq bażi regolari u mill-anqas darba fis-sena.

(5)  L-Istati Membri jistgħu jkomplu l-kooperazzjoni fil-livell operazzjonali ma' Stati Membri oħra u/jew pajjiżi terzi, meta tali kooperazzjoni tkun kompatibbli mal-valutazzjoni tad-drittijiet fundamentali li trid titwettaq qabel kwalunkwe kooperazzjoni ma' pajjiż terz u mal-kompiti tal-Aġenzija. L-Istati Membri għandhom joqogħdu lura minn kwalunkwe attività li tista' tipperikola l-funzjonament tal-Aġenzija jew il-kisba tal-objettivi tagħha. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija u lill-Parlament Ewropew dwar dik il-kooperazzjoni operazzjonali ma' Stati Membri oħra u/jew pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni u fil-qasam tar-ritorn. Id-direttur eżekuttiv għandu jinforma lill-bord maniġerjali u lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali dwar dawk il-kwistjonijiet fuq bażi regolari u mill-anqas darba fis-sena.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-Kummissjoni u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jiżguraw l-effettività tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri permezz ta' ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri.

(1)  L-effettività tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri għandha tiġi żgurata permezz ta' ċiklu ta' politika strateġika pluriennali li trid tiġi adottata f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4. L-implimentazzjoni effettiva ta' dak iċ-ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta skont il-paragrafu 5 u l-Istati Membri skont il-paragrafu 6.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri għandha tiddefinixxi kif l-isfidi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn għandhom jiġu indirizzati b'mod koerenti, integrat u sistematiku.

(2)  Il-politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri għandha tiddefinixxi kif l-isfidi relatati mal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri jridu jiġu indirizzati b'mod koerenti, integrat u sistematiku f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar, il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Tfittxija u s-Salvataġġ Marittimi, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Tranżnazzjonali u l-Protokoll tagħha kontra l-Faċilitazzjoni ta' Dħul Klandestin ta' Migranti bl-Art, bil-Baħar u bl-Ajru, il-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istatus ta' Persuni Apolidi u strumenti internazzjonali rilevanti oħra. Hija għandha tiddefinixxi l-prijoritajiet politiċi u tipprovdi l-linji gwida strateġiċi għal perjodu ta' erba' snin sussegwenti b'rabta mal-komponenti settorjali u orizzontali stabbiliti fl-Artikolu 3.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Abbażi tal-analiżi tar-riskju strateġika għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri msemmija fl-Artikolu 30(2), il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 118 li jiżviluppaw politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri. Dan l-att delegat għandu jiddefinixxi prijoritajiet politiċi u jipprovdu l-linji gwida strateġiċi għall-erba' snin sussegwenti b'rabta mal-komponenti stipulati fl-Artikolu 3.

(4)  Sa... [xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill abbozz ta' politika strateġika pluriennali għall-ewwel ċiklu ta' politika strateġika pluriennali filwaqt li titqies l-analiżi tar-riskju strateġika għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri msemmija fl-Artikolu 30(2), ir-riżultati tal-valutazzjoni ta' vulnerabbiltà msemmija fl-Artikolu 33 u analiżi tar-riskju mitluba mill-aġenziji msemmija fl-Artikolu 69(1), meta jkun xieraq. Fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni tiegħu mill-Kummissjoni, għandha ssir laqgħa bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni biex jiġi diskuss l-abbozz ta' politika strateġika pluriennali. Wara dik id-diskussjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 118 biex jissupplementaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Sabiex jimplimentaw l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali kollha responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn. Dawn l-istrateġiji nazzjonali għandhom jimxu mal-Artikolu 3, mal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 4 u l-istrateġija teknika u operazzjonali msemmija fil-paragrafu 5.

(6)  Sabiex jimplimentaw l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali kollha responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn. Dawn l-istrateġiji nazzjonali għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 3, mal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 4 u mal-istrateġija teknika u operazzjonali msemmija fil-paragrafu 5. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom u jikkomunikawhom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Tnejn u erbgħin xahar wara l-adozzjoni tal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija, għandha tagħmel evalwazzjoni bir-reqqa tal-implimentazzjoni tagħha. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni se jitqiesu huwa u jitħejja ċ-ċiklu li jkun imiss.

(7)  Tnejn u erbgħin xahar wara l-adozzjoni tal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni bir-reqqa tal-implimentazzjoni tagħha. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom jitqiesu waqt it-tħejjija taċ-ċiklu li jkun imiss. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-riżultati tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa fil-ħin sabiex tkun tista' tipproduċi l-evalwazzjoni ġenerali.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Fejn is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni jew fil-qasam tar-ritorn tkun teħtieġ bidla tal-prijoritajiet ta' politika, il-Kummissjoni għandha temenda l-politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4. Barra minn hekk, l-istrateġiji msemmija fil-paragrafi 5 u 6 għandhom jiġu adattati fejn meħtieġ.

(8)  Matul il-perjodu ta' validità tal-politika strateġika pluriennali msemmi fil-paragrafu 4, meta l-isfidi fil-fruntieri esterni jew fil-qasam tar-ritorn jevolvu sa' tali punt li l-politika strateġika pluriennali tkun teħtieġ adattament, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 118 biex temenda l-politika strateġika pluriennali tagħha. L-istrateġija teknika u operazzjonali tal-Aġenzija u tal-Istati Membri jistgħu mbagħad jiġu adattati meta jkun meħtieġ.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Abbażi taċ-ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri msemmija fl-Artikolu 8, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tistabbilixxi pjan integrat għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn.

(1)  Abbażi taċ-ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri msemmija fl-Artikolu 8, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tistabbilixxi pjan integrat għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Kull pjan tal-ippjanar integrat għandu jkun fih ix-xenarju skont liem ikun qed jiġi żviluppat. Ix-xenarji għandhom jiġu derivati mill-analiżi tar-riskju u għandhom jirriflettu l-evoluzzjoni possibbli fil-fruntieri esterni u fil-qasam mal-migrazzjoni illegali u l-isfidi identifikati fiċ-ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri.

(3)  Kull pjan tal-ippjanar integrat għandu jkun fih ix-xenarju skont liema jkun qed jiġi żviluppat. Ix-xenarji għandhom jiġu derivati mill-analiżi tar-riskju u għandhom jirriflettu l-evoluzzjoni possibbli fis-sitwazzjoni tal-fruntieri esterni, l-iżviluppi f'kull wieħed mill-komponenti tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri kif stabbilit fl-Artikolu 3, u l-isfidi identifikati fiċ-ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri.

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kompiti tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti li ġejjin bil-ħsieb li tikkontribwixxi għal livell effiċjenti, għoli u uniformi ta' kontroll fuq il-fruntieri u r-ritorn:

(1)  L-Aġenzija, filwaqt li tevita duplikazzjoni mhux meħtieġa tax-xogħol operazzjonali tal-Istati Membri, għandha tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri u għandha twettaq il-kompiti li ġejjin bil-ħsieb li tikkontribwixxi għal livell effiċjenti, għoli u uniformi ta' kontroll tal-fruntieri, biex tiffaċilita l-moviment ta' vjaġġaturi bona fide, biex tidentifika u tipprevjeni l-kriminalità transfruntiera fir-rigward tas-sigurtà interna, il-ġestjoni tal-migrazzjoni u r-ritorn:

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  timmonitorja l-konformità mad-drittijiet fundamentali fil-fruntieri esterni u f'operazzjonijiet ta' ritorn permezz tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u kontrolluri ta' ritorn indipendenti b'kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali;

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  tassisti lill-Istati Membri f'ċirkostanzi li jeħtieġu aktar assistenza teknika u operazzjonali fil-fruntieri esterni, billi tvara interventi rapidi fil-fruntieri esterni ta' dawk l-Istati Membri li jaffaċċjaw sfidi speċifiċi u sproporzjonati, filwaqt li tikkunsidra li ċerti sitwazzjonijiet jistgħu jinvolvu emerġenzi umanitarji u ta' salvataġġ fuq il-baħar f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali;

7.  tassisti lill-Istati Membri, fuq talba tagħhom, f'ċirkostanzi li jirrikjedu aktar assistenza teknika u operazzjonali fil-fruntieri esterni, billi tvara interventi rapidi fil-fruntieri esterni ta' dawk l-Istati Membri li jaffaċċjaw sfidi speċifiċi u sproporzjonati, filwaqt li tikkunsidra li ċerti sitwazzjonijiet jistgħu jinvolvu emerġenzi umanitarji u ta' salvataġġ fuq il-baħar f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali;

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi, skont ir-Regolament (UE) Nru 656/2014 u d-dritt internazzjonali, b'appoġġ ta' operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ għal persuni li jinsabu f'diffikultà fuq il-baħar li jistgħu jseħħu matul operazzjonijiet ta' sorveljanza tal-fruntieri fil-baħar;

8.  tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi b'appoġġ ta' operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ għal persuni li jinsabu f'diffikultà fuq il-baħar f'konformità mad-dritt internazzjonali, inkluż dawk li jsiru taħt ir-Regolament (UE) Nru 656/2014;

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  tiskjera l-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-qafas tat-timijiet tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u timijiet tar-ritorni matul operazzjonijiet konġunti u f'interventi rapidi fil-fruntieri, operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn;

9.  tistabbilixxi l-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluż it-tisħiħ tar-riżerva ta' reazzjoni rapida kif previst f'dan ir-Regolament, u tiskjerah fil-qafas tat-timijiet tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u timijiet tar-ritorni matul operazzjonijiet konġunti u f'interventi rapidi fil-fruntieri, operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn;

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

11a.  toħloq mekkaniżmu intern ta' kontroll tal-kwalità sabiex tiżgura l-livell ta' taħriġ, għarfien espert speċjali u professjonaliżmu li jkollu l-persunal tal-Aġenzija, b'mod partikolari, il-persunal statutorju involut fil-kontroll tal-fruntieri u r-ritorn;

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

12.  fil-qafas tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f'żoni hotspot jew f'ċentri kkontrollati;

12.  fil-qafas tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f'żoni hotspot, jiġu skjerati l-persunal operattiv u t-tagħmir tekniku biex tingħata assistenza fl-iskrinjar, fil-ġbir ta' informazzjoni, fl-identifikazzjoni u fit-teħid tal-marki tas-swaba';

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13.  tistazzjona persunal operazzjonali u tagħmir tekniku biex jassistu fl-iskrinjar, il-ġbir ta' informazzjoni, l-identifikazzjoni u t-teħid tal-marki tas-swaba';

imħassar

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

14.  tistabbilixxi proċedura għar-riferiment u biex tingħata l-informazzjoni inizjali lil persuni li jkunu jeħtieġu l-protezzjoni internazzjonali jew li jixtiequ japplikaw għaliha, b'kooperazzjoni mal-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

14.  tistabbilixxi proċedura għar-riferiment u biex tingħata l-informazzjoni inizjali lil persuni li jkunu jeħtieġu l-protezzjoni internazzjonali jew li jixtiequ japplikaw għaliha, inkluża proċedura għall-identifikazzjoni ta' gruppi vulnerabbli, b'kooperazzjoni mal-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

15.  tagħti assistenza f'kull stadju tal-proċess tar-ritorn u fil-koordinazzjoni u l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn, kif ukoll ta' interventi ta' ritorn;

15.  tagħti assistenza, u timmonitorja l-konformità mad-drittijiet fundamentali, f'kull stadju tal-proċess tar-ritorn mingħajr ma tidħol fil-merti ta' deċiżjonijiet ta' ritorn li jibqgħu r-responsabbiltà unika tal-Istati Membri u tassisti fil-koordinazzjoni u l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn u tipprovdi appoġġ tekniku u operazzjonali biex timplimenta l-obbligu li tirritorna lill-persuni rimpatrijati, kif ukoll appoġġ tekniku u operazzjonali għal operazzjonijiet u interventi ta' ritorn;

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

16.  tassisti lill-Istati Membri f'ċirkostanzi li jkunu jeħtieġu assistenza teknika u operazzjonali miżjuda biex jimplimentaw l-obbligu li jirritornaw migranti irregolari, inkluż il-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn;

imħassar

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

17.  tistabbilixxi grupp ta' kontrolluri tar-ritorn furzat;

17.  tistabbilixxi grupp ta' kontrolluri tar-ritorn furzat b'kooperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, u riżervi ta' skorti tar-ritorn imġiegħel u speċjalisti tar-ritorn;

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

19.  fil-qafas tal-mandati rispettivi tal-aġenziji kkonċernati, tikkoopera mal-Europol u l-Eurojust u tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri f'ċirkostanzi li jkunu jeħtieġu assistenza teknika u operazzjonali miżjuda fil-fruntieri esterni fil-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera u t-terroriżmu;

19.  fil-qafas tal-mandati rispettivi tal-aġenziji kkonċernati, tikkoopera mal-Europol u l-Eurojust u tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri f'ċirkostanzi li jirrikjedu assistenza teknika u operazzjonali miżjuda fil-fruntieri esterni fil-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera;

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

20.  tikkoopera mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil b'mod partikolari biex tiffaċilita miżuri fejn ċittadini ta' pajjiżi terzi, li l-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni internazzjonali tkun ġiet miċħuda permezz ta' deċiżjoni finali, ikunu soġġetti għar-ritorn;

20.  tikkoopera mal-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil];

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

20a.  tikkoopera mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, sabiex tiżgura l-applikazzjoni kontinwa u uniformi tal-acquis tal-Unjoni dwar id-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tagħha;

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

21.  tikkoopera mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, fil-mandati rispettivi tagħhom, biex jappoġġaw lill-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu l-funzjonijiet ta' gwardji tal-kosta stipulati fl-Artikolu 70, billi tipprovdi servizzi, informazzjoni, tagħmir, u taħriġ, kif ukoll billi tikkoordina operazzjonijiet bi skopijiet multipli;

21.  tikkoopera mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, fil-mandati rispettivi tagħhom, biex jappoġġaw lill-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu l-funzjonijiet ta' gwardji tal-kosta stipulati fl-Artikolu 70, inkluż is-salvataġġ tal-ħajjiet tal-migranti u tar-rifuġjati, billi tipprovdi servizzi, informazzjoni, tagħmir, u taħriġ, kif ukoll billi tikkoordina operazzjonijiet bi skopijiet multipli;

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

22.  tikkoopera ma' pajjiżi terzi fl-oqsma koperti mir-regolament, inkluż permezz tal-istazzjonament operazzjonali possibbli ta' timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri u timijiet tar-ritorn fil-pajjiżi terzi;

22.  tikkoopera ma' pajjiżi terzi fl-oqsma koperti mir-Regolament, inkluż permezz tal-iskjerament operazzjonali possibbli ta' timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri fil-pajjiżi terzi;

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

23.  tappoġġa pajjiżi terzi fil-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni ta' attivitajiet ta' ritorn lejn pajjiżi terzi oħrajn, inkluż il-kondiviżjoni ta' data personali għal finijiet ta' ritorn;

imħassar

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

25.  tassisti lill-Istati Membri u lil pajjiżi terzi fit-taħriġ ta' gwardji tal-fruntiera nazzjonali, persunal rilevanti ieħor u esperti dwar ir-ritorn, inkluż l-istabbiliment ta' standards tat-taħriġ komuni;

25.  tassisti lill-Istati Membri u lil pajjiżi terzi fit-taħriġ ta' gwardji tal-fruntiera nazzjonali, persunal rilevanti ieħor u esperti dwar ir-ritorn, inkluż permezz tal-istabbiliment ta' standards u programmi tat-taħriġ komuni li għandhom jinkludu d-drittijiet fundamentali;

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

26.  tipparteċipa fl-iżvilupp u l-ġestjoni ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni rilevanti għall-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni, inkluż l-użu ta' teknoloġija ta' sorveljanza avvanzata, u tiżviluppa proġetti pilota dwar kwistjonijiet koperti b'dan ir-Regolament;

26.  tipparteċipa fl-iżvilupp u l-ġestjoni ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni rilevanti għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni, inkluż l-użu ta' teknoloġija ta' sorveljanza avvanzata, u tiżviluppa proġetti pilota meta jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' attivitajiet, previsti f'dan ir-Regolament;

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

27.  tappoġġa l-iżvilupp ta' standards tekniċi tat-tagħmir fil-qasam tal-kontroll fuq il-fruntiera u r-ritorn, inkluż għall-interkonnessjoni tas-sistemi u n-netwerks;

27.  tappoġġa l-iżvilupp ta' standards tekniċi tat-tagħmir fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn, inkluż għall-interkonnessjoni tas-sistemi u n-netwerks;

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

29.  tiżviluppa u topera, f'konformità mar-[Regolament (KE) Nru 45/2001], sistemi ta' informazzjoni li jippermettu skambji rapidi u affidabbli ta' informazzjoni dwar riskji emerġenti fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni, l-immigrazzjoni illegali u r-ritorn, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, ma' korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni kif ukoll man-Netwerk Ewropew tal-Migrazzjoni stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE;

29.  tiżviluppa u topera, f'konformità mar-[Regolament (UE) 2018/1725, sistemi ta' informazzjoni li jippermettu skambji rapidi u affidabbli ta' informazzjoni dwar riskji emerġenti fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni, il-migrazzjoni irregolari u r-ritorn, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, ma' korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni kif ukoll man-Netwerk Ewropew tal-Migrazzjoni stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE;

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

30.  tipprovdi, kif ikun xieraq, l-assistenza meħtieġa għall-iżvilupp ta' ambjent komuni għall-qsim tal-informazzjoni, inkluża l-interoperabbiltà tas-sistemi;

30.  tipprovdi l-assistenza meħtieġa fil-qafas ta' sorveljanza marittima integrata għall-iżvilupp ta' ambjent komuni għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, inkluża l-interoperabbiltà tas-sistemi;

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 30a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

30a.  tadotta u tippromwovi l-ogħla standards għall-prattiki tal-ġestjoni tal-fruntieri, sabiex ikun hemm trasparenza u skrutinju pubbliku u jiġu żgurati r-rispett, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt;

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

32.  tissodisfa l-kompiti u l-obbligi fdati lill-Aġenzija msemmijin fir-[Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)] u tiżgura li titwaqqaf u taħdem Unità Ċentrali tal-ETIAS f'konformità mal-Artikolu 7 tar-[Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)].

32.  tissodisfa l-kompiti u l-obbligi fdati lill-Aġenzija msemmijin fir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u tiżgura l-istabbiliment u t-tħaddim tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS f'konformità mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament;

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 32a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

32a.  tassisti lill-Istati Membri fil-prevenzjoni u d-detezzjoni ta' kriminalità transfruntiera, bħall-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni irregolari, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu fil-fruntieri esterni u fiż-żona prefruntiera;

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt 32b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

32b.  tassisti lill-Istati Membri fil-faċilitazzjoni tal-qsim tal-fruntieri esterni minn vjaġġaturi bona fide (leġittimi).

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha tikkomunika fuq inizjattiva tagħha stess dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-mandat tagħha. Hija għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku informazzjoni preċiża u dettaljata dwar l-attivitajiet tagħha.

L-Aġenzija għandha tikkomunika dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-mandat tagħha. Hija għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku informazzjoni preċiża, dettaljata, f'waqtha u komprensiva dwar l-attivitajiet u l-analiżijiet tagħha.

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sabiex iwettqu l-kompiti konferiti lilhom minn dan ir-Regolament, b'mod partikolari biex l-Aġenzija timmonitorja l-flussi migratorji lejn u fl-Unjoni, biex twettaq analiżi tar-riskju u biex twettaq il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, kif ukoll biex tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali fil-qasam tar-ritorn, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu l-kompiti ta' kontroll tal-fruntieri għandhom, f'konformità ma' dan ir-Regolament u d-dritt tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti ieħor fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni, jaqsmu fil-ħin u b'mod preċiż l-informazzjoni kollha meħtieġa.

1.  Sabiex iwettqu l-kompiti konferiti lilhom minn dan ir-Regolament, biex iwettqu analiżi tar-riskju u biex iwettqu l-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, kif ukoll biex jipprovdu assistenza teknika u operazzjonali fil-qasam tar-ritorn, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu l-kompiti ta' kontroll tal-fruntieri għandhom, f'konformità ma' dan ir-Regolament u d-dritt tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti ieħor fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni, jaqsmu fil-ħin u b'mod preċiż l-informazzjoni kollha meħtieġa.

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri xierqa sabiex tiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti għall-kompiti tagħha mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri u, fejn ikun xieraq, mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni.

2.  L-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri xierqa sabiex tiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti għall-kompiti tagħha mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri u, fejn ikun xieraq, informazzjoni rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħha mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, f'konformità mal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data rilevanti.

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija u l-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] għandhom jiskambjaw l-informazzjoni għall-analiżi tar-riskju, għall-ġbir tad-data statistika, għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni f'pajjiżi terzi, u għat-taħriġ u l-appoġġ lill-Istati Membri għall-ippjanar ta' kontinġenza. Għal dawn l-għanijiet, għandhom jiġu żviluppati l-għodod u l-istrutturi meħtieġa bejn l-Aġenziji.

3.  Għall-fini tal-iskambju ta' informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, l-għodod u l-istrutturi meħtieġa għandhom jiġu żviluppati bejn l-Aġenziji.

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jaħtru punt ta' kuntatt nazzjonali għall-komunikazzjoni mal-Aġenzija dwar il-kwistjonijiet kollha li jkollhom x'jaqsmu mal-attivitajiet tal-Aġenzija. Il-punt ta' kuntatt nazzjonali għandu jkun jista' jintlaħaq f'kull ħin u għandu jiżgura t-tixrid f'waqtu tal-informazzjoni kollha mill-Aġenzija lill-awtoritajiet rilevanti kollha fl-Istat Membru kkonċernat, partikolarment lill-membri tal-bord maniġerjali u ċ-Ċentru Nazzjonali ta' Koordinazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jaħtru punt ta' kuntatt nazzjonali għall-komunikazzjoni mal-Aġenzija dwar il-kwistjonijiet kollha li jkollhom x'jaqsmu mal-attivitajiet tal-Aġenzija. Il-punt ta' kuntatt nazzjonali għandu jinħatar għal finijiet amministrattivi biex jiffaċilita komunikazzjoni regolari bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. Għall-fini tal-iżgurar tat-tixrid ta' informazzjoni urġenti u operazzjonali, iċ-Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni għandhom jaġixxu bħala punti ta' kuntatt.

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm netwerk ta' komunikazzjoni sabiex tipprovdi għodod ta' komunikazzjoni u għodod analitiċi u tippermetti l-iskambju tal-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u l-informazzjoni klassifikata b'manjiera sigura u kważi fil-ħin reali ma', u bejn, iċ-ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni. In-netwerk għandu jopera erbgħa u għoxrin siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa u għandu jippermetti:

1.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm netwerk ta' komunikazzjoni sabiex tipprovdi għodod ta' komunikazzjoni u għodod analitiċi u tippermetti l-iskambju tal-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u l-informazzjoni klassifikata b'manjiera sigura u kważi fil-ħin reali ma', u bejn, iċ-ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni. In-netwerk għandu jikkonforma mal-liġi kollha tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu. In-netwerk għandu jopera erbgħa u għoxrin siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa u għandu jippermetti:

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija tista' tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti għall-kompiti tagħha mal-Kummissjoni u l-Istati Membri u, fejn xieraq, partijiet terzi u pajjiżi terzi kif imsemmi fl-Artikolu 69 u l-Artikolu 71.

1.  L-Aġenzija tista' tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti għall-kompiti tagħha mal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Istati Membri u, meta jkun xieraq, mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 69 u mal-pajjiżi terzi, kif imsemmi fl-Artikolu 72.

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija għandha tiżviluppa, tiskjera u topera sistema ta' informazzjoni kapaċi li tiskambja informazzjoni klassifikata u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata ma' dawk l-atturi, u li tiskambja d-data personali msemmija fl-Artikolu 80 u l-Artikolu 87 sa 91 f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/44439, mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2015/44340 u r-[Regolament (KE) Nru 45/2001].

2.  L-Aġenzija għandha tiżviluppa, tiskjera u topera sistema ta' informazzjoni kapaċi tiskambja informazzjoni klassifikata u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata ma' dawk l-atturi, u li tiskambja d-data personali msemmija fl-Artikolu 80 u fl-Artikoli 87 sa 91 f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/44439, mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2015/44340 u mar-[Regolament (UE) 2018/1725.

__________________

__________________

39 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

39 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

40 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

40 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  B'rabta mar-ritorn, l-Aġenzija għandha tiżviluppa u topera sistema ċentrali tal-ġestjoni tar-ritorn biex tipproċessa l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-Aġenzija biex tagħti assistenza operazzjonali f'konformità mal-Artikolu 49 ikkomunikata awtomatikament mis-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri, inkluża data dwar ir-ritorn operazzjonali.

4.  B'rabta mar-ritorn, l-Aġenzija għandha topera u żżomm l-Applikazzjoni tal-Ġestjoni Integrata tar-Ritorni tal-UE bħala pjattaforma biex tipproċessa l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-Aġenzija biex tagħti assistenza operazzjonali f'konformità mal-Artikolu 49 ikkomunikata awtomatikament mis-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri, inkluża data dwar ir-ritorn operazzjonali.

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikollhom aċċess xieraq għas-sistemi u għan-netwerks rilevanti;

(a)  ikollhom aċċess xieraq u kontinwu għas-sistemi u għan-netwerks rilevanti;

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi lill-EUROSUR bħala qafas integrat għall-iskambju tal-informazzjoni u għall-kooperazzjoni fil-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta sabiex jitjieb l-għarfien tas-sitwazzjoni u sabiex tiżdied il-kapaċità ta' reazzjoni għall-ġestjoni tal-fruntieri tal-Unjoni għall-fini tad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera u sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni u s-salvataġġ ta' ħajjet il-migranti.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi lill-EUROSUR bħala qafas integrat għall-iskambju tal-informazzjoni u għall-kooperazzjoni fil-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta sabiex jitjieb l-għarfien tas-sitwazzjoni u sabiex tiżdied il-kapaċità ta' reazzjoni għall-fini ta' ġestjoni tal-fruntieri, inklużi d-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-kriminalità transfruntiera u sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni u s-salvataġġ ta' ħajjet il-migranti.

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-EUROSUR għandha tapplika għall-kontrolli tal-fruntieri f'punti ta' qsim tal-fruntiera awtorizzati, u għas-sorveljanza tal-fruntieri esterni fuq l-art, fil-baħar u fl-ajru, inklużi l-monitoraġġ, id-detezzjoni, l-identifikazzjoni, it-traċċar, il-prevenzjoni u l-interċettazzjoni tal-qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri għall-fini tad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera, u sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni u s-salvataġġ ta' ħajjet il-migranti.

(1)  L-EUROSUR għandha tapplika għall-kontrolli tal-fruntieri f'punti ta' qsim tal-fruntiera awtorizzati, u għas-sorveljanza tal-fruntieri esterni fuq l-art, fil-baħar u fl-ajru, inklużi l-monitoraġġ, id-detezzjoni, l-identifikazzjoni, it-traċċar, il-prevenzjoni u l-interċettazzjoni tal-qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri għall-fini tad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-kriminalità transfruntiera, u sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni u s-salvataġġ ta' ħajjet il-migranti. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu lill-EUROSUR informazzjoni dwar il-fenomenu ta' movimenti sekondarji fl-Unjoni f'termini ta' xejriet, volum u rotot migratorji bil-għan li jitjieb l-għarfien tas-sitwazzjoni.

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Iċ-ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni għandhom jipprovdu lill-Aġenzija permezz tan-netwerk ta' komunikazzjoni u tas-sistemi rilevanti b'informazzjoni, mill-istampi tas-sitwazzjoni nazzjonali tagħhom u adegwatament minn stampi tas-sitwazzjoni speċifiċi, li hija meħtieġa għall-istabbiliment u ż-żamma tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea.

(2)  Iċ-ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni għandhom jipprovdu lill-Aġenzija permezz tan-netwerk ta' komunikazzjoni, informazzjoni, mill-istampi tas-sitwazzjoni nazzjonali tagħhom u adegwatament minn stampi tas-sitwazzjoni speċifiċi, li hija meħtieġa għall-istabbiliment u ż-żamma tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea.

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-Aġenzija għandha timmonitorja b'mod kostanti l-kwalità tas-servizz offrut min-netwerk ta' komunikazzjoni u l-kwalità tad-data kondiviża fil-istampa tas-sitwazzjoni tal-EUROSUR.

(2)  L-Aġenzija għandha timmonitorja b'mod kostanti u kontinwu l-kwalità tas-servizz offrut min-netwerk ta' komunikazzjoni u l-kwalità tad-data kondiviża fl-istampa tas-sitwazzjoni tal-EUROSUR.

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istampi tas-sitwazzjoni nazzjonali, l-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea u l-istampi tas-sitwazzjoni speċifiċi għandhom jinħolqu permezz tal-ġbir, l-evalwazzjoni, ir-relazzjoni, l-analiżi, l-interpretazzjoni, il-ġenerazzjoni, il-viżwalizzazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni.

L-istampi tas-sitwazzjoni nazzjonali, l-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea u l-istampi tas-sitwazzjoni speċifiċi għandhom jinħolqu permezz tal-ġbir, l-evalwazzjoni, il-kollazzjoni, l-analiżi, l-interpretazzjoni, il-ġenerazzjoni, il-viżwalizzazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni meta din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-Istati Membri.

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  livell ta' każijiet li jinkludi l-każijiet kollha relatati ma' qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri, il-kriminalità transfruntiera, u d-detezzjoni ta' movimenti sekondarji mhux awtorizzati;

(a)  livell ta' każijiet li jinkludi l-każijiet u l-inċidenti kollha relatati ma' qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri u l-kriminalità transfruntiera. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu informazzjoni dwar movimenti sekondarji mhux awtorizzati f'termini ta' xejriet, volumi u rotot;

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Iċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni għandu jattribwixxi livell tal-impatt indikattiv wieħed, li jvarja minn wieħed "baxx" u "medju" sa "għoli" u "kritiku", għal kull inċident imdaħħal fil-livell tal-każijiet tal-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali. L-inċidenti kollha għandhom ikunu kondiviżi mal-Aġenzija.

(3)  Iċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni għandu jattribwixxi livell tal-impatt indikattiv wieħed, li jvarja minn wieħed "baxx" u "medju" sa "għoli", għal kull inċident imdaħħal fil-livell tal-każijiet tal-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali. L-inċidenti kollha għandhom ikunu kondiviżi mal-Aġenzija.

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  delegazzjonijiet tal-Unjoni u missjonijiet u operazzjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni;

(c)  delegazzjonijiet u missjonijiet tal-Unjoni;

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  inċidenti fil-qasam operazzjonali ta' operazzjoni konġunta jew ta' intervent rapidu kkoordinat mill-Aġenzija, jew f'hotspot jew f'ċentru kkontrollat.

(c)  inċidenti fiż-żona operazzjonali ta' operazzjoni konġunta jew ta' intervent rapidu kkoordinat mill-Aġenzija, jew f'hotspot.

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-livell ta' operazzjonijiet tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea għandu jkun fih informazzjoni dwar l-operazzjonijiet konġunti u l-interventi rapidi kkoordinati mill-Aġenzija, u dwar hotspots u ċentri kkontrollati, inkluż l-istqarrija tal-missjoni, il-pożizzjoni, l-istatus, it-tul taż-żmien, l-informazzjoni dwar l-Istati Membri u l-atturi l-oħra involuti, ir-rapporti tas-sitwazzjoni ta' kuljum u ta' kull ġimgħa, id-data statistika u l-pakketti ta' informazzjoni għall-midja;

(4)  Il-livell ta' operazzjonijiet tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea għandu jkun fih informazzjoni dwar l-operazzjonijiet konġunti u l-interventi rapidi kkoordinati mill-Aġenzija, u dwar hotspots, inkluż l-istqarrija tal-missjoni, il-pożizzjoni, l-istatus, it-tul taż-żmien, l-informazzjoni dwar l-Istati Membri u l-atturi l-oħra involuti, ir-rapporti tas-sitwazzjoni ta' kuljum u ta' kull ġimgħa, id-data statistika u l-pakketti ta' informazzjoni għall-midja;

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Aġenzija u l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu u jżommu stampi tas-sitwazzjoni speċifiċi sabiex jappoġġaw attivitajiet operazzjonali speċifiċi fil-fruntieri esterni jew biex jaqsmu informazzjoni ma' partijiet terzi msemmija fl-Artikolu 69 jew ma' pajjiżi terzi kif previst fl-Artikolu 76, jew mat-tnejn li huma.

(1)  L-Aġenzija u l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu u jżommu stampi tas-sitwazzjoni speċifiċi sabiex jappoġġaw attivitajiet operazzjonali speċifiċi fil-fruntieri esterni jew biex jaqsmu informazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 69 jew ma' pajjiżi terzi kif previst fl-Artikolu 76.

Emenda    166

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  monitoraġġ selettiv ta' portijiet u kosti ta' pajjiż terz magħżula li jkunu ġew identifikati permezz tal-analiżi tar-riskju u informazzjoni bħala punti ta' imbarkazzjoni jew ta' tranżitu għal bastimenti jew mezzi oħra li jintużaw għal immigrazzjoni illegali jew il-kriminalità transfruntiera;

(a)  monitoraġġ selettiv ta' portijiet u kosti ta' pajjiż terz magħżula li jkunu ġew identifikati permezz tal-analiżi tar-riskju u informazzjoni bħala punti ta' imbarkazzjoni jew ta' tranżitu għal bastimenti jew mezzi oħra li jintużaw għal migrazzjoni irregolari jew il-kriminalità transfruntiera;

Emenda    167

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  traċċar ta' bastimenti jew mezzi oħra fl-ibħra miftuħa li jkunu ssuspettati jew li jkunu ġew identifikati bħala li jkunu qed jintużaw għall-immigrazzjoni illegali jew kriminalità transfruntiera;

(b)  traċċar ta' bastimenti jew mezzi oħra fl-ibħra miftuħa li jkunu ssuspettati jew li jkunu ġew identifikati bħala li jkunu qed jintużaw għall-migrazzjoni irregolari, biex iġorru persuni f'diffikultà fuq il-baħar li jkun jirrikjedi t-tnedija ta' operazzjoni ta' tfittxija u salvataġġ, jew li jkunu qed jintużaw għall-kriminalità transfruntiera;

Emenda    168

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  monitoraġġ ta' żoni magħżula fil-qasam marittimu sabiex jiġu skoperti, identifikati u traċċati bastimenti u mezzi oħra li jkunu qed jintużaw jew li jkunu ssuspettati li jkunu qed jintużaw għall-immigrazzjoni illegali jew għall-kriminalità transfruntiera;

(c)  monitoraġġ ta' żoni magħżula fil-qasam marittimu sabiex jiġu skoperti, identifikati u traċċati bastimenti u mezzi oħra li jkunu qed jintużaw jew li jkunu ssuspettati li jkunu qed jintużaw għall-migrazzjoni irregolari, għall-ġarr ta' persuni f'diffikultà fuq il-baħar li jkun jirrikjedi t-tnedija ta' operazzjoni ta' tfittxija u salvataġġ, jew li jkunu qed jintużaw għall-kriminalità transfruntiera;

Emenda    169

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  monitoraġġ ta' żoni deżinjati ta' fruntieri tal-ajru sabiex jiġu skoperti, identifikati u traċċati inġenji tal-ajru u forom oħra ta' tagħmir li jkunu qed jintużaw, jew li jkun issuspettat li jkunu qed jintużaw, għall-migrazzjoni irregolari jew għall-kriminalità transfruntiera;

Emenda    170

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  valutazzjoni ambjentali ta' żoni magħżula fil-qasam marittimu u fil-fruntieri esterni fuq l-art u tal-ajru sabiex jitjiebu kemm jista' jkun l-attivitajiet ta' monitoraġġ u ta' pattulji;

(d)  valutazzjoni ambjentali ta' żoni magħżula fil-qasam marittimu u fil-fruntieri esterni fuq l-art u tal-ajru sabiex jitjiebu kemm jista' jkun l-attivitajiet ta' tfittxija u salvataġġ, ta' monitoraġġ u ta' pattulji;

Emenda    171

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  monitoraġġ selettiv ta' żoni prefruntiera magħżula fil-fruntieri esterni, li jkunu ġew identifikati permezz tal-analiżi tar-riskju u informazzjoni bħala żoni ta' tluq jew ta' tranżitu potenzjali għall-immigrazzjoni illegali jew il-kriminalità transfruntiera;

(e)  monitoraġġ selettiv ta' żoni prefruntiera magħżula fil-fruntieri esterni, li jkunu ġew identifikati permezz tal-analiżi tar-riskju u informazzjoni bħala żoni ta' tluq jew ta' tranżitu potenzjali għall-migrazzjoni irregolari jew il-kriminalità transfruntiera;

Emenda    172

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  il-monitoraġġ tal-flussi migratorji lejn u fl-Unjoni;

(f)  il-monitoraġġ tax-xejriet, il-volum u r-rotot tal-flussi migratorji lejn u fl-Unjoni;

Emenda    173

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  il-monitoraġġ tal-midja, l-intelligence minn sorsi miftuħa u l-analiżi ta' attivitajiet tal-internet f'konformità mad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42 għall-prevenzjoni tal-immigrazzjoni illegali jew tal-kriminalità transfruntiera;

(g)  il-monitoraġġ tal-midja, l-intelligence minn sorsi miftuħa u l-analiżi ta' attivitajiet tal-internet f'konformità mad-Direttiva (UE) 2016/68042 jew mar-Regolament (UE) 2016/679 kif applikabbli għall-prevenzjoni tal-migrazzjoni irregolari jew tal-kriminalità transfruntiera;

__________________

__________________

42 Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

42 Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

Emenda    174

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  analiżi ta' sistemi ta' informazzjoni fuq skala kbira bil-għan li jiġu skoperti rotot u metodi li jinbidlu użati għall-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera.

(h)  analiżi ta' sistemi ta' informazzjoni fuq skala kbira għall-fini ta' detezzjoni ta' rotot u metodi li jinbidlu użati għall-migrazzjoni irregolari u l-kriminalità transfruntiera.

Emenda    175

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha timmonitorja l-flussi migratorji lejn u fi ħdan l-Unjoni, xejriet u sfidi oħra possibbli fil-fruntieri esterni tal-Unjoni u li għandhom x'jaqsmu mar-ritorn. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha, permezz ta' deċiżjoni tal-bord maniġerjali bbażata fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, tistabbilixxi mudell ta' analiżi tar-riskju komuni u integrat, li għandu jiġi applikat mill-Aġenzija u mill-Istati Membri. Il-mudell integrat komuni għall-analiżi tar-riskju għandu jiġi aġġornat abbażi tal-eżitu tal-evalwazzjoni taċ-ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri msemmija fl-Artikolu 8(7). L-Aġenzija għandha wkoll twettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà skont l-Artikolu 33.

1.  L-Aġenzija għandha timmonitorja l-flussi migratorji lejn l-Unjoni u, meta l-Istati Membri jipprovdulha tali informazzjoni, timmonitorja xejriet, volum u rotot migratorji fl-Unjoni, kif ukoll xejriet u sfidi oħra possibbli fil-fruntieri esterni tal-Unjoni u li għandhom x'jaqsmu mar-ritorn. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha, permezz ta' deċiżjoni tal-bord maniġerjali bbażata fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, tistabbilixxi mudell ta' analiżi tar-riskju komuni u integrat, li għandu jiġi applikat mill-Aġenzija u mill-Istati Membri. Il-mudell integrat komuni għall-analiżi tar-riskju għandu jiġi stabbilit u aġġornat abbażi tal-eżitu tal-evalwazzjoni taċ-ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri msemmija fl-Artikolu 8(7). L-Aġenzija għandha wkoll twettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà skont l-Artikolu 33.

Emenda    176

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-analiżi tar-riskju msemmija fil-paragrafu 2 imħejjija mill-Aġenzija għandha tkopri l-aspetti kollha rilevanti għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri bil-ħsieb li jiġi żviluppat mekkaniżmu ta' twissija minn qabel.

3.  L-analiżi tar-riskju msemmija fil-paragrafu 2 imħejjija mill-Aġenzija għandha tkopri l-komponenti tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri bil-ħsieb li jiġi żviluppat mekkaniżmu ta' twissija minn qabel.

Emenda    177

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Aġenzija għandha tiżviluppa u tippubblika l-metodoloġija u l-kriterji tagħha għall-analiżi tar-riskju.

Emenda    178

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Aġenzija bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-sitwazzjoni, ix-xejriet u t-theddid possibbli fil-fruntieri esterni u fil-qasam tar-ritorn. L-Istati Membri għandhom regolarment, jew fuq talba tal-Aġenzija, jipprovdulha l-informazzjoni kollha rilevanti bħal data statistika u operazzjonali miġbura b'rabta mal-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen kif ukoll informazzjoni mil-livell tal-analiżi tal-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali kif previst fl-Artikolu 26.

4.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Aġenzija l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-sitwazzjoni, ix-xejriet u r-riskji possibbli fil-fruntieri esterni u fil-qasam tar-ritorn. L-Istati Membri għandhom regolarment, jew fuq talba tal-Aġenzija, jipprovdulha l-informazzjoni kollha rilevanti bħal data statistika u operazzjonali miġbura b'rabta mal-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen kif ukoll informazzjoni mil-livell tal-analiżi tal-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali kif previst fl-Artikolu 26.

Emenda    179

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Fir-riżultati tal-analiżijiet ta' riskju, id-data għandha tiġi anonimizzata.

Emenda    180

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha tiżgura monitoraġġ regolari tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u tar-ritorn tal-Istati Membri kollha permezz ta' uffiċjali ta' kollegament tal-Aġenzija fl-Istati Membri.

L-Aġenzija għandha tiżgura monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri tal-Istati Membri kollha permezz ta' uffiċjali ta' kollegament tal-Aġenzija.

Emenda    181

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jappoġġaw il-ġbir ta' informazzjoni meħtieġ mill-Aġenzija għall-monitoraġġ tal-immigrazzjoni illegali u l-analiżi tar-riskju msemmija fl-Artikolu 30;

(b)  jappoġġaw il-ġbir ta' informazzjoni meħtieġ mill-Aġenzija għall-monitoraġġ tal-migrazzjoni irregolari u l-analiżi tar-riskju msemmija fl-Artikolu 30;

Emenda    182

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jimmonitorjaw il-miżuri meħuda mill-Istat Membru f'taqsimiet tal-fruntiera li jkunu ġew attribwiti livell ta' impatt għoli jew kritiku skont l-Artikolu 35;

(d)  jimmonitorjaw il-miżuri meħuda mill-Istat Membru f'taqsimiet tal-fruntiera li jkunu ġew attribwiti livell ta' impatt għoli skont l-Artikolu 35;

Emenda    183

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  jirrapportaw lid-direttur eżekuttiv u lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali kwalunkwe tħassib jew ksur relatat mad-drittijiet fundamentali b'rabta mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u r-ritorn u b'rabta mas-segwitu ta' kwalunkwe lment li jinvolvi Stat membru wieħed jew aktar;

Emenda    184

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)  jikkooperaw mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, meta jkun hemm bżonn, bil-ħsieb li jagħtu kontribut għall-promozzjoni tar-rispett għad-drittijiet fundamentali fil-ħidma tal-Aġenzija f'konformità mas-subparagrafu (e);

Emenda    185

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  jimonitorjaw il-miżuri meħuda mill-Istat Membru fir-rigward tar-ritorn u jappoġġaw il-ġbir tal-informazzjoni li huwa meħtieġ mill-Aġenzija biex twettaq l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 49.

(j)  jimmonitorjaw il-miżuri meħuda mill-Istat Membru u jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn l-Istat Membru u l-Aġenzija fir-rigward tar-ritorn u jappoġġaw il-ġbir tal-informazzjoni li huwa meħtieġ mill-Aġenzija biex twettaq l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 49.

Emenda    186

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Jekk ir-rapporti tal-uffiċjal ta' kollegament imsemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 3 jqajmu tħassib dwar il-konformità mad-drittijiet fundamentali għall-Istat Membru kkonċernat, l-Ombudsman tal-UE u l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali jiġu infurmati mingħajr dewmien mill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali.

Emenda    187

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Ir-rapport tal-uffiċjal ta' kollegament għandu jifforma parti mill-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà hekk kif imsemmi fl-Artikolu 33. Ir-rapport għandu jiġi trażmess lill-Istat Membru kkonċernat.

6.  Ir-rapport tal-uffiċjal ta' kollegament għandu jifforma parti mill-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà hekk kif imsemmi fl-Artikolu 33.

Emenda    188

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija għandha timmonitorja u tivvaluta d-disponibbiltà ta' tagħmir tekniku, sistemi, kapaċitajiet, riżorsi, infrastruttura, persunal ikkwalifikat u mħarreġ b'mod adegwat tal-Istati Membri meħtieġa għall-kontroll fuq il-fruntieri kif definit fl-Artikolu 3(1)(a). F'dan il-kuntest, l-Aġenzija għandha tivvaluta l-pjanijiet għall-iżvilupp tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 67(4) fir-rigward tal-fattibilità u tal-implimentazzjoni tagħhom. Bħala ppjanar għall-futur hija għandha tagħmel hekk bħala miżura preventiva fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju mħejjija skont l-Artikolu 30(2). L-Aġenzija għandha twettaq dan il-monitoraġġ u l-valutazzjoni mill-anqas darba fis-sena, ħlief jekk id-direttur eżekuttiv, fuq il-bażi ta' valutazzjonijiet tar-riskju jew valutazzjoni tal-vulnerabbiltà preċedenti, jiddeċiedi mod ieħor.

2.  L-Aġenzija għandha timmonitorja u tivvaluta d-disponibbiltà ta' tagħmir tekniku, sistemi, kapaċitajiet, riżorsi, infrastruttura, persunal ikkwalifikat u mħarreġ b'mod adegwat tal-Istati Membri meħtieġa għall-kontroll fil-fruntieri kif definit fl-Artikolu 3(1)(a) b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali. F'dan il-kuntest, l-Aġenzija għandha tivvaluta l-pjanijiet għall-iżvilupp tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 67(4) fir-rigward tal-fattibbiltà u tal-implimentazzjoni tagħhom. Bħala ppjanar għall-futur hija għandha tagħmel hekk bħala miżura preventiva fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju mħejjija skont l-Artikolu 30(2). L-Aġenzija għandha twettaq dan il-monitoraġġ u l-valutazzjoni mill-anqas darba fis-sena, ħlief jekk id-direttur eżekuttiv, fuq il-bażi ta' valutazzjonijiet tar-riskju jew valutazzjoni tal-vulnerabbiltà preċedenti, jiddeċiedi mod ieħor. Ikun x'ikun il-każ, kull Stat Membru għandu jkun soġġett għal monitoraġġ u valutazzjoni mill-inqas darba kull tliet snin.

Emenda    189

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà għandha tkun ibbażata fuq indikaturi oġġettivi. Il-bord maniġerjali għandu jiddeċiedi fuq l-indikaturi.

Emenda    190

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  L-indikaturi oġġettivi msemmija fil-paragrafu 2a għandhom jinkludu, inter alia, valutazzjoni tar-rispett tad-drittijiet fundamentali. Il-metodoloġija għal dak l-aspett tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà għandha tiġi stabbilita f'konsultazzjoni mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u l-forum konsultattiv, kif ukoll ma' aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni, bħall-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] u l-Aġenżija għad-Drittijiet Fundamentali.

Emenda    191

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 9 u 67, l-Istati Membri għandhom fuq talba tal-Aġenzija jipprovdu informazzjoni rigward it-tagħmir tekniku, il-persunal u sa fejn huwa possibbli r-riżorsi finanzjarji disponibbli fil-livell nazzjonali biex iwettqu l-kontroll tal-fruntieri. L-Istati Membri għandhom ukoll jipprovdu informazzjoni dwar il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom dwar il-ġestjoni tal-fruntieri fuq talba tal-Aġenzija.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 9 u 67, l-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Aġenzija, jipprovdu informazzjoni – li la tkun sensittiva u lanqas klassifikata fil-livell nazzjonali – meħtieġa għall-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, b'mod partikolari rigward l-istat tal-funzjonament tal-proċeduri kollha fil-fruntiera skont il-Kapitolu II tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, it-tagħmir tekniku, il-persunal u sa fejn huwa possibbli r-riżorsi finanzjarji disponibbli fil-livell nazzjonali biex iwettqu l-kontroll tal-fruntieri. L-Istati Membri għandhom ukoll jipprovdu informazzjoni – li la tkun sensittiva u lanqas klassifikata fil-livell nazzjonali – dwar il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom dwar il-ġestjoni tal-fruntieri fuq talba tal-Aġenzija.

Emenda    192

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-għan tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà huwa li l-Aġenzija tivvaluta l-kapaċità u l-prontezza tal-Istati Membri biex jiffaċċjaw l-isfidi li ġejjin, inklużi t-theddid u l-isfidi attwali u futuri fil-fruntieri esterni; li tidentifika, speċjalment għal dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw sfidi speċifiċi u sproporzjonati, il-konsegwenzi immedjati possibbli fil-fruntieri esterni u l-konsegwenzi ta' wara għall-funzjonament taż-żona Schengen; u biex tiġi vvalutata l-kapaċità tagħhom li jikkontribwixxu għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u għall-Ġabra ta' Tagħmir Tekniku, inkluża l-Ġabra ta' Tagħmir għal Reazzjoni Rapida. Din il-valutazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen.

4.  L-għan tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà huwa li l-Aġenzija tivvaluta l-kapaċità u l-prontezza tal-Istati Membri biex jiffaċċjaw ir-riskju tas-sitwazzjoni, inklużi t-theddid u l-isfidi attwali u futuri fil-fruntieri esterni; li tidentifika, speċjalment għal dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw sfidi speċifiċi u sproporzjonati, il-konsegwenzi immedjati possibbli fil-fruntieri esterni u l-konsegwenzi ta' wara għall-funzjonament taż-żona Schengen; u biex tiġi vvalutata l-kapaċità tagħhom li jikkontribwixxu għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u għar-Riżerva ta' Tagħmir Tekniku, inkluża r-Riżerva ta' Tagħmir għal Reazzjoni Rapida. Din il-valutazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen.

Emenda    193

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fil-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, l-Aġenzija għandha tqis il-kapaċità tal-Istati Membri li jitwettqu l-kompiti kollha tal-ġestjoni tal-fruntieri, inkluża l-kapaċità tagħhom li jittrattaw il-wasla potenzjali ta' għadd kbir ta' persuni fuq it-territorju tagħhom.

5.  Fil-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, l-Aġenzija għandha tivvaluta l-kapaċità tal-Istati Membri, f'termini kwalitattivi u kwantitattivi, li jitwettqu l-kompiti kollha tal-ġestjoni tal-fruntieri, inkluża l-kapaċità tagħhom li jittrattaw il-wasla potenzjali ta' għadd kbir ta' persuni fuq it-territorju tagħhom. Għal dak il-fini, l-Aġenzija għandha, kif xieraq, tikkonsulta lill-Aġenziji tal-Unjoni rilevanti, b'mod partikolari l-[Aġenzija Ewropea għall-Ażil].

Emenda    194

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà għandhom jiġu ppreżentati lill-Istati Membri kkonċernati. L-Istat Membru kkonċernat jista' jikkummenta dwar din il-valutazzjoni.

6.  Ir-riżultati preliminari tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà għandhom jiġu ppreżentati lill-Istati Membri kkonċernati. L-Istat Membru kkonċernat jista' jikkummenta dwar din il-valutazzjoni.

Emenda    195

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 8 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-direttur eżekuttiv għandu jirrakkomanda miżuri lill-Istati Membri abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-analiżi tar-riskju tal-Aġenzija, il-kummenti tal-Istat Membru kkonċernat u r-riżultati tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen.

Id-direttur eżekuttiv għandu jirrakkomanda miżuri lill-Istati Membri abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-analiżi tar-riskju tal-Aġenzija, il-kummenti tal-Istat Membru kkonċernat u r-riżultati tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew.

Emenda    196

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 8 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jenħtieġ li l-miżuri jkollhom l-għan li jeliminaw il-vulnerabbiltajiet identifikati fil-valutazzjoni sabiex l-Istati Membri jżidu l-preparazzjoni tagħhom biex jiffaċċjaw l-isfidi li ġejjin billi jsaħħu jew itejbu l-kapaċitajiet, it-tagħmir tekniku, is-sistemi, ir-riżorsi u l-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom.

Il-miżuri għandu jkollhom l-għan li jeliminaw il-vulnerabbiltajiet identifikati fil-valutazzjoni sabiex l-Istati Membri jżidu l-prontezza tagħhom biex jiffaċċjaw ir-riskju tas-sitwazzjoni billi jsaħħu jew itejbu l-kapaċitajiet, it-tagħmir tekniku, is-sistemi, ir-riżorsi u l-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom.

Emenda    197

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  Meta Stat Membru ma jimplimentax il-miżuri meħtieġa tar-rakkomandazzjoni sal-limitu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, id-direttur eżekuttiv għandu jirreferi l-kwistjoni lill-bord maniġerjali u jinnotifika lill-Kummissjoni. Il-bord maniġerjali għandu jadotta deċiżjoni fuq proposta tad-direttur eżekuttiv li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa li għandhom jittieħdu mill-Istat Membru kkonċernat u l-limitu ta' żmien li fih għandhom jiġu implimentati dawn il-miżuri. Id-deċiżjoni tal-bord maniġerjali għandha tkun vinkolanti fuq l-Istat Membru. Jekk l-Istat Membru ma jimplimentax il-miżuri sal-limitu ta' żmien previst f'din id-deċiżjoni, il-bord maniġerjali għandu jinnotifika lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u skont l-Artikolu 43 tista' tittieħed azzjoni ulterjuri.

10.  Meta Stat Membru ma jimplimentax il-miżuri meħtieġa tar-rakkomandazzjoni sal-limitu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, id-direttur eżekuttiv għandu jirreferi l-kwistjoni lill-bord maniġerjali u jinnotifika lill-Kummissjoni. Il-bord maniġerjali għandu jadotta deċiżjoni fuq proposta tad-direttur eżekuttiv li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa li għandhom jittieħdu mill-Istat Membru kkonċernat u l-limitu ta' żmien li fih għandhom jiġu implimentati dawn il-miżuri. Id-deċiżjoni tal-bord maniġerjali għandha tkun vinkolanti fuq l-Istat Membru. Jekk l-Istat Membru ma jimplimentax il-miżuri sal-limitu ta' żmien previst f'din id-deċiżjoni, il-bord maniġerjali għandu jinnotifika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u tista' tittieħed azzjoni ulterjuri skont l-Artikoli 43 u 47.

Emenda    198

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11.  F'konformità mal-Artikolu 91 ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà għandhom jintbagħtu fuq bażi regolari, u mill-inqas darba f'sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

11.  F'konformità mal-Artikolu 91, ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, inkluża deskrizzjoni dettaljata tal-eżitu tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, il-miżuri mittieħda mill-Istati Membri u l-istatus tal-implimentazzjoni ta' kwalunkwe rakkomandazzjoni preċedenti, għandhom jintbagħtu fuq bażi regolari, u mill-inqas darba f'sena lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Jekk ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà li tkun saret fir-rigward ta' Stat Membru partikolari jiżvelaw nuqqas serju meqjus li jikkostitwixxi theddida serja għall-funzjonament taż-żona Schengen, il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, il-politika pubblika jew is-sigurtà interna fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni, il-Kummissjoni għandha minnufih tinforma b'dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    199

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-fini msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti meħtieġa biex jaqsmu ma' xulxin b'mod regolari, sigur u f'waqtu, l-informazzjoni kollha relatata mar-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà u tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri. Il-mekkaniżmu ta' skambju għandu jkopri r-rapporti tal-valutazzjonijiet ta' vulnerabbiltà u taż-żjarat ta' evalwazzjoni ta' Schengen, rakkomandazzjonijiet sussegwenti, pjanijiet ta' azzjoni u kull aġġornament dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni pprovduti mill-Istati Membri.

2.  Għall-fini msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni, flimkien mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Aġenzija, għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa biex jikkondividu bejniethom b'mod regolari, sigur u f'waqtu, l-informazzjoni kollha relatata mar-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà u tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri. Il-mekkaniżmu ta' skambju għandu jkopri r-rapporti tal-valutazzjonijiet ta' vulnerabbiltà u taż-żjarat ta' evalwazzjoni ta' Schengen, rakkomandazzjonijiet sussegwenti, pjanijiet ta' azzjoni u kull aġġornament dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni pprovduti mill-Istati Membri.

Emenda    200

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  livell tal-impatt baxx fejn l-inċidenti relatati mal-immigrazzjoni illegali jew mal-kriminalità transfruntiera li jseħħu fit-taqsima tal-fruntiera rilevanti jkollhom impatt insinifikanti fuq is-sigurtà tal-fruntiera;

(a)  livell tal-impatt baxx meta l-inċidenti jkollhom impatt insinifikanti fuq is-sigurtà tal-fruntiera;

Emenda    201

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  livell tal-impatt medju fejn l-inċidenti relatati mal-immigrazzjoni illegali jew il-kriminalità tranfruntiera li jseħħu fitaqsima tal-fruntiera rilevanti jkollhom impatt moderat fuq is-sigurtà tal-fruntiera;

(b)  livell tal-impatt medju meta l-inċidenti jkollhom impatt moderat fuq is-sigurtà tal-fruntiera;

Emenda    202

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  livell tal-impatt għoli fejn l-inċidenti relatati mal-immigrazzjoni illegali jew il-kriminalità transfruntiera li sseħħ fit-taqsima tal-fruntiera rilevanti jkollhom impatt sinifikanti fuq is-sigurtà tal-fruntiera;

(c)  livell tal-impatt għoli meta l-inċidenti jkollhom impatt sinifikanti fuq is-sigurtà tal-fruntiera;

Emenda    203

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  livell tal-impatt kritiku fejn l-inċidenti relatati mal-immigrazzjoni illegali jew il-kriminalità transfruntiera li jseħħu fit-taqsima tal-fruntiera rilevanti jkollhom impatt deċisiv fuq is-sigurtà tal-fruntiera sal-punt li jipperikolaw il-funzjonament taż-Żona Schengen;

imħassar

Emenda    204

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  meta jiġi attribwit livell ta' impatt kritiku għal taqsima tal-fruntiera esterna, l-Aġenzija għandha tinnotifikah lill-Kummissjoni. L-Istat Membru kkonċernat u l-Aġenzija għandhom, apparti l-miżuri meħuda skont il-punt (c), jimplimentaw ir-rakkomandazzjoni maħruġa mid-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija skont l-Artikolu 42.

imħassar

Emenda    205

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Iċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni għandu jinforma regolarment lill-Aġenzija dwar il-miżuri meħuda fil-livell nazzjonali skont il-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1.

2.  Iċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni għandu jinforma regolarment lill-Aġenzija dwar il-miżuri meħuda fil-livell nazzjonali skont il-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1.

Emenda    206

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta jiġi attribwit livell tal-impatt medju, għoli jew kritiku lil taqsima tal-fruntiera esterna li tkun tinsab maġenb it-taqsima tal-fruntiera ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz li miegħu hemm ftehimiet jew netwerks reġjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 73 u fl-Artikolu 74, iċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni għandu jikkuntattja liċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni tal-Istat Membru jew lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ġar u flimkien mal-Aġenzija għandu jipprova jikkoordina l-miżuri transfruntiera meħtieġa.

3.  Meta jiġi attribwit livell tal-impatt medju jew għoli lil taqsima tal-fruntiera esterna li tkun tinsab maġenb it-taqsima tal-fruntiera ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz li miegħu ikun hemm ftehimiet jew netwerks reġjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 73 u fl-Artikolu 74, iċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni għandu jikkuntattja liċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni tal-Istat Membru jew lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ġar u flimkien mal-Aġenzija għandu jipprova jikkoordina l-miżuri transfruntiera meħtieġa.

Emenda    207

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Stat Membru jista' jitlob l-assistenza tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tal-obbligi tiegħu fir-rigward tal-kontroll tal-fruntieri esterni. L-Aġenzija għandha twettaq ukoll miżuri f'konformità mal-Artikolu 42 u mal-Artikolu 43.

1.  Stat Membru jista' jitlob l-assistenza tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tal-obbligi tiegħu fir-rigward tal-kontroll tal-fruntieri esterni u l-ħarsien u s-salvataġġ ta' ħajjet il-migranti u r-rifuġjati. L-Aġenzija għandha twettaq ukoll miżuri f'konformità mal-Artikolu 42 u mal-Artikolu 43.

Emenda    208

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  tiskjera l-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-qafas tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, fost l-oħrajn f'żoni hotspot jew f'ċentri kkontrollati, inkluż jekk ikun meħtieġ biex tingħata assistenza teknika u operazzjonali f'attivitajiet ta' ritorn;

(d)  tiskjera l-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-qafas tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, fost l-oħrajn f'żoni hotspot, inkluż jekk ikun meħtieġ biex tingħata assistenza teknika u operazzjonali f'attivitajiet ta' ritorn;

Emenda    209

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  fil-qafas tal-operazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu u f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 656/2014 u d-dritt internazzjonali, tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi, biex jiġu appoġġati operazzjonijiet ta' tfittix u salvataġġ għal persuni li jinsabu f'diffikultà fuq il-baħar, li jistgħu jseħħu waqt operazzjonijiet ta' sorveljanza fuq il-baħar;

(e)  fil-qafas tal-operazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu u f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 656/2014 u d-dritt internazzjonali, tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi ġirien, biex jiġu appoġġati operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ għall-persuni li jkunu f'diffikultà fuq il-baħar;

Emenda    210

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Stat Membru jista' jitlob li l-Aġenzija tniedi operazzjonijiet konġunti biex jiffaċċja l-isfidi li jkunu ġejjin, inkluż l-immigrazzjoni irregolari, it-theddid fil-preżent jew fil-futur fil-fruntieri esterni tiegħu jew il-kriminalità transfruntiera, jew biex hija tipprovdi aktar assistenza teknika u operazzjonali meta dan jimplimenta l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-kontroll fil-fruntieri esterni.

1.  Stat Membru jista' jitlob li l-Aġenzija tniedi operazzjonijiet konġunti biex jiffaċċja l-isfidi li jkunu ġejjin, inkluża l-migrazzjoni irregolari, it-theddid fil-preżent jew fil-futur fil-fruntieri esterni tiegħu jew il-kriminalità transfruntiera, jew biex hija tipprovdi aktar assistenza teknika u operazzjonali meta dan jimplimenta l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-kontroll fil-fruntieri esterni.

Emenda    211

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-objettivi ta' operazzjoni konġunta jew ta' intervent rapidu fil-fruntieri jistgħu jintlaħqu bħala parti minn operazzjoni b'diversi skopijiet. Dawn l-operazzjonijiet jistgħu jinvolvu funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta u l-prevenzjoni tal-kriminalità transfruntiera, inkluża l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali jew it-traffikar tal-bnedmin, u l-ġestjoni tal-migrazzjoni inklużi l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, il-ġbir ta' informazzjoni u r-ritorn.

4.  L-objettivi ta' operazzjoni konġunta jew ta' intervent rapidu fil-fruntieri jistgħu jintlaħqu bħala parti minn operazzjoni b'diversi skopijiet. Dawn l-operazzjonijiet jistgħu jinvolvu funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta u l-prevenzjoni tal-kriminalità transfruntiera u l-ġestjoni tal-migrazzjoni.

Emenda    212

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-direttur eżekuttiv għandu jfassal pjan operazzjonali għall-operazzjonijiet konġunti fil-fruntieri esterni. Id-direttur eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri parteċipanti, għandhom jaqblu dwar il-pjan operazzjonali li jispjega l-aspetti organizzattivi u proċedurali tal-operazzjoni konġunta.

2.  Id-direttur eżekuttiv għandu jfassal pjan operazzjonali għall-operazzjonijiet konġunti fil-fruntieri esterni. Id-direttur eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri parteċipanti, għandhom jaqblu dwar il-pjan operazzjonali li jispjega l-aspetti organizzattivi u proċedurali tal-operazzjoni konġunta. L-Istati Membri parteċipanti jistgħu jannettu l-osservazzjonijiet jew ir-riżervi tagħhom mal-pjan operazzjonali.

Emenda    213

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-pjan operazzjonali għandu jorbot lill-Aġenzija, l-Istat Membru ospitanti u l-Istati Membri parteċipanti. Għandu jkopri l-aspetti kollha li jitqiesu meħtieġa għat-twettiq tal-operazzjoni konġunta, inklużi dawn li ġejjin:

3.  Il-pjan operazzjonali għandu jorbot lill-Aġenzija, l-Istat Membru ospitanti u l-Istati Membri parteċipanti. Għandu jkopri l-aspetti kollha li jitqiesu meħtieġa għat-twettiq tal-operazzjoni konġunta, inkluż meta jkun hemm kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, inklużi dawn li ġejjin:

Emenda    214

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  deskrizzjoni tal-kompiti, tar-responsabbiltajiet, inkluż fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, u tal-istruzzjonijiet speċjali għat-timijiet, inkluż dwar il-konsultazzjoni permessa ta' bażijiet ta' data u l-armi tas-servizz, il-munizzjon u t-tagħmir permessi fl-Istat Membru ospitanti;

(d)  deskrizzjoni tal-kompiti, tas-setgħat u tal-limitazzjonijiet tagħhom, tar-responsabbiltajiet, inkluż fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, u tal-istruzzjonijiet speċjali għat-timijiet u għall-uffiċjali involuti fl-attivitajiet tal-Aġenzija, inkluż dwar il-konsultazzjoni ta' bażijiet ta' data u ż-żamma tal-armi tas-servizz, il-munizzjon u t-tagħmir awtorizzati fl-Istat Membru ospitanti;

Emenda    215

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 3 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m)  il-proċeduri li jistabbilixxu mekkaniżmu biex jirċievu u jittrażmettu lill-Aġenzija lment kontra kull persuna li tipparteċipa f'operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fil-fruntieri, inkluż gwardji tal-fruntieri jew persunal rilevanti ieħor tal-Istat Membru ospitanti u l-membri tat-timijiet b'allegat ksur tad-drittijiet fundamentali fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tagħhom f'operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fil-fruntieri;

(m)  il-proċeduri li jistabbilixxu mekkaniżmu biex jirċievu u jittrażmettu lill-Aġenzija lment kontra kull persuna li tipparteċipa f'operazzjoni konġunta, inkluż operazzjoni ma' pajjiżi terzi, f'intervent rapidu fil-fruntieri, f'timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f'żoni hotspot, f'operazzjoni jew intervent ta' ritorn, inkluż gwardji tal-fruntieri jew persunal rilevanti ieħor tal-Istat Membru ospitanti u l-membri tat-timijiet b'allegat ksur tad-drittijiet fundamentali fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tagħhom f'operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fil-fruntieri;

Emenda    216

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt na (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(na)  dispożizzjonijiet dettaljati dwar is-salvagwardji tad-drittijiet fundamentali;

Emenda    217

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 3 – punt nb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(nb)  dispożizzjonijiet dwar ir-riskju ta' ksur tad-drittijiet fundamentali u l-passi meħuda biex dan il-ksur jiġi evitat, tiġi żgurata r-responsabbiltà għalih u ma jiġix ripetut, anki b'rabta mas-setgħat biex tiġi sospiża u mitmuma operazzjoni skont l-Artikolu 47.

Emenda    218

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Id-direttur eżekuttiv flimkien mal-Istat Membru ospitanti għandu jfassal immedjatament pjan operazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 39(3) u, f'kull każ, sa mhux aktar tard minn tlett ijiem ta' xogħol mid-data tad-deċiżjoni.

6.  Id-direttur eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti għandhom ifasslu u jaqblu fuq pjan operazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 39(3) immedjatament u, f'kull każ, sa mhux aktar tard minn tlett ijiem ta' xogħol mid-data tad-deċiżjoni.

Emenda    219

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a.  Jekk tinqala' sitwazzjoni li fiha l-miżuri deskritti fil-paragrafi 5 u 8 ta' dan l-Artikolu ma jkunux biżżejjed, id-direttur eżekuttiv jista' jitlob mingħand kull Stat Membru l-għadd u l-profili tal-persunal addizzjonali li jrid jiġi skjerat mir-riżerva ta' reazzjoni rapida kif previst fl-Artikolu 58a. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta, bil-miktub lill-punti ta' kuntatt nazzjonali u għandha tindika d-data li fiha jrid iseħħ l-iskjerament. Kopja tal-pjan operazzjonali għandha tiġi pprovduta wkoll lilhom.

Emenda    220

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għadd u l-profili tal-persunal operazzjonali jkunu immedjatament disponibbli għall-Aġenzija biex jiġi ggarantit skjerament komplut f'konformità mal-Artikolu 58(5) u (7).

9.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għadd u l-profili tal-persunal operazzjonali jkunu immedjatament disponibbli għall-Aġenzija biex jiġi ggarantit skjerament komplut f'konformità mal-Artikolu 58(5), (7) u (8).

Emenda    221

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jistgħu jiġu skjerati timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tal-Aġenzija u bil-qbil tal-Istat Membru kkonċernat, biex jipprovdu tisħiħ tekniku u operazzjonali lil dan l-Istat Membru, b'mod partikolari f'żoni hotspot u f'ċentri kkontrollati.

Meta Stat Membru jkun qed jiffaċċja sfidi migratorji sproporzjonati f'żoni hotspot partikolari tal-fruntieri esterni tiegħu, ikkaratterizzati mill-wasla ta' flussi migratorji kbar u mħallta, dak l-Istat Membru jista' jitlob tisħiħ tekniku u operazzjonali min-naħa tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. Dak l-Istat Membru għandu jippreżenta talba għal tisħiħ u għal valutazzjoni ta' ħtiġijietu lill-Aġenzija u lil aġenziji oħra rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] u l-Europol.

Emenda    222

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru msemmi fl-ewwel paragrafu għandu jippreżenta talba lill-Kummissjoni għal tisħiħ mit-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u għal valutazzjoni tal-ħtiġijiet tiegħu. Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' dan l-Istat Membru, tittrażmetti t-talba lill-Aġenzija, lill-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil], lill-Europol jew lil aġenziji oħra tal-Unjoni rilevanti, skont il-każ.

imħassar

Emenda    223

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-aġenziji tal-Unjoni rilevanti għandhom jivvalutaw it-talba ta' Stat Membru għat-tisħiħ u għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tiegħu biex jiddefinixxu, taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni, il-miżuri meħtieġa, inkluż l-użu ta' tagħmir tekniku, li għandhom jiġu miftiehma mal-Istat Membru kkonċernat.

2.  Id-direttur eżekuttiv, f'koordinazzjoni ma' aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni, għandu jivvaluta t-talba ta' Stat Membru għat-tisħiħ u għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tiegħu għall-fini li jiġi definit il-pakkett komprensiv ta' tisħiħ li jikkonsisti f'diversi attivitajiet koordinati mill-aġenziji tal-Unjoni rilevanti, li jridu jiġu miftiehma mal-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    224

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-Istat Membru ospitanti u l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti, tistabbilixxi t-termini ta' kooperazzjoni għall-iskjerament tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni kif ukoll l-użu ta' tagħmir tekniku, u għandha tkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta' dawn it-timijiet.

3.  Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-Istat Membru ospitanti u l-aġenziji rilevanti, tistabbilixxi t-termini tal-kooperazzjoni fiż-żona hotspot u tkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni.

Emenda    225

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  It-tisħiħ tekniku u operazzjonali pprovdut mit-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, filwaqt li jiġu rrispettati bi sħiħ id-drittijiet fundamentali, jista' jinkludi:

4.  It-tisħiħ tekniku u operazzjonali provdut mit-timijiet tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, it-timijiet ta' intervent Ewropew għar-ritorn u l-esperti mill-persunal tal-Aġenzija fil-qafas tal-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, jista' jinkludi:

Emenda    226

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  assistenza fl-iskrinjar ta' ċittadini minn pajjiżi terzi li jaslu fil-fruntieri esterni, inkluż l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, u l-ġbir ta' informazzjoni ta' dawn iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u, fejn mitlub mill-Istat Membru, il-marki tas-swaba ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, il-kontrolli tas-sigurtà u l-għoti ta' informazzjoni dwar l-iskop ta' dawn il-proċeduri;

(a)  b'rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali, l-għoti ta' assistenza fl-iskrinjar ta' ċittadini minn pajjiżi terzi li jaslu fil-fruntieri esterni, inkluż l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, u l-ġbir ta' informazzjoni ta' dawk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u, meta mitlub mill-Istat Membru, il-marki tas-swaba' ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u l-għoti ta' informazzjoni dwar l-iskop ta' dawn il-proċeduri;

Emenda    227

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  informazzjoni inizjali lill-persuni li jixtiequ japplikaw għal protezzjoni internazzjonali u r-riferiment tagħhom lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-esperti stazzjonati mill-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil];

(b)  l-għoti ta' informazzjoni inizjali lill-persuni li jixtiequ japplikaw għal protezzjoni internazzjonali u r-riferiment tagħhom lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew l-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil];

Emenda    228

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  assistenza teknika u operazzjonali fil-proċess ta' ritorn, inkluż fit-tħejjija ta' deċiżjonijiet ta' ritorn, l-akkwist ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, it-tħejjija u l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn, inkluż fir-rigward tar-ritorni volontarji;

(c)  assistenza teknika u operazzjonali fil-qasam tar-ritorn, inkluż it-tħejjija u l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn.

Emenda    229

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  it-tagħmir tekniku meħtieġ.

imħassar

Emenda    230

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] biex tiffaċilita l-miżuri għal riferiment ta' proċedura għall-protezzjoni internazzjonali u, għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li l-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni internazzjonali tkun ġiet miċħuda, permezz ta' deċiżjoni finali għall-proċedura ta' ritorn.

imħassar

Emenda    231

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  It-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni għandhom jinkludu, fejn meħtieġ, esperti fil-protezzjoni tat-tfal, fit-traffikar tal-bnedmin, fil-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u fil-persekuzzjoni bbażata fuq is-sess.

6.  It-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni għandhom jinkludu, meta jkun meħtieġ, esperti fil-protezzjoni tat-tfal, fit-traffikar tal-bnedmin, fil-protezzjoni kontra l-persekuzzjoni bbażata fuq is-sess u/jew fid-drittijiet fundamentali.

Emenda    232

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-Direttur eżekuttiv għandu, abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà jew meta impatt kritiku jiġi attribwit lil taqsima waħda jew aktar tal-fruntieri esterni, u filwaqt li jqis l-elementi rilevanti fil-pjanijiet ta' kontinġenza tal-Istat Membru, l-analiżi tar-riskju tal-Aġenzija u l-livell ta' analiżi tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea, jirrakkomanda lill-Istat Membru kkonċernat biex jibda u jwettaq operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntiera jew kull azzjoni rilevanti oħra mill-Aġenzija, kif definit fl-Artikolu 37.

1.  Id-direttur eżekuttiv jista', abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u filwaqt li jqis l-elementi rilevanti fil-pjanijiet ta' kontinġenza tal-Istat Membru, l-analiżi tar-riskju tal-Aġenzija u l-livell ta' analiżi tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea, jirrakkomanda lill-Istat Membru kkonċernat biex jibda u jwettaq operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntiera jew kwalunkwe azzjoni rilevanti oħra mill-Aġenzija, kif definit fl-Artikolu 37.

Emenda    233

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istat Membru konċernat għandu jirrispondi għar-rakkomandazzjoni tad-direttur eżekuttiv fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol. F'każ ta' tweġiba negattiva dwar l-azzjonijiet proposti, l-Istat Membru għandu jipprovdi wkoll il-ġustifikazzjonijiet li fuqhom hija bbażata din it-tweġiba. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar l-azzjonijiet proposti u jiġġustifika tweġiba negattiva, sabiex jiġi vvalutat jekk hijiex meħtieġa azzjoni urġenti f'konformità mal-Artikolu 43.

2.  L-Istat Membru konċernat għandu jirrispondi għar-rakkomandazzjoni tad-direttur eżekuttiv fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol. F'każ ta' tweġiba negattiva dwar l-azzjonijiet proposti, l-Istat Membru għandu jipprovdi wkoll il-ġustifikazzjonijiet li fuqhom hija bbażata din it-tweġiba. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar l-azzjonijiet proposti u jiġġustifika tweġiba negattiva sabiex jiġi vvalutat jekk hijiex meħtieġa azzjoni ulterjuri.

Emenda    234

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Aġenzija, tista' tadotta mingħajr dewmien deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 117(3), u tidentifika l-miżuri biex jittaffew dawk ir-riskji li għandhom jiġu implimentati mill-Aġenzija u li jesiġu li l-Istat Membru kkonċernat jikkoopera mal-Aġenzija fl-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri.

il-Kunsill, abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni, jista' jadotta mingħajr dewmien deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li tidentifika l-miżuri biex jittaffew dawk ir-riskji li għandhom jiġu implimentati mill-Aġenzija u li teżiġi li l-Istat Membru kkonċernat jikkoopera mal-Aġenzija fl-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija qabel ma tagħmel il-proposta tagħha.

Emenda    235

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal raġunijiet imperattivi u debitament ġustifikati ta' urġenza relatata mal-funzjonament taż-żona Schengen, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li japplikaw immedjatament skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 117(4).

imħassar

Emenda    236

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Jekk tinqala' sitwazzjoni li teħtieġ azzjoni urġenti, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati mingħajr dewmien u għandhom jiġu infurmati wkoll dwar il-miżuri u d-deċiżjonijiet sussegwenti kollha meħuda b'reazzjoni.

2.  Meta tinqala' sitwazzjoni li teħtieġ azzjoni urġenti, il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat mingħajr dewmien u għandu jiġi infurmat ukoll dwar il-miżuri u d-deċiżjonijiet sussegwenti kollha meħuda b'reazzjoni.

Emenda    237

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Biex jitnaqqas ir-riskju li tiġi pperikolata ż-żona Schengen, id-deċiżjoni tal-Kumissjoni msemmija fil-paragrafu 1, għandha tipprevedi waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin li għandhom jittieħdu mill-Aġenzija:

3.  Biex jitnaqqas ir-riskju li tiġi pperikolata ż-żona Schengen, id-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprevedi waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin li għandhom jittieħdu mill-Aġenzija:

Emenda    238

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  torganizza u tikkoordina interventi rapidi fil-fruntieri u tiskjera l-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta;

(a)  torganizza u tikkoordina interventi rapidi fil-fruntieri u tiskjera l-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, inklużi timijiet mir-riżervi ta' reazzjoni rapida għal interventi rapidi fil-fruntieri;

Emenda    239

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tiskjera lill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta; fil-qafas tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestoni tal-migrazzjoni f'żoni hotspot;

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    240

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Id-direttur eżekuttiv għandu, fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1,

4.  Id-direttur eżekuttiv għandu, fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1,

Emenda    241

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jippreżenta l-abbozz tal-pjan operazzjonali lill-Istati Membri kkonċernati.

(b)  ifassal abbozz ta' pjan operazzjonali u jippreżentah lill-Istati Membri kkonċernati.

Emenda    242

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Id-direttur eżekuttiv u l-Istat Membru konċernat għandhom jfasslu l-pjan operazzjonali fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tas-sottomissjoni tiegħu.

5.  Id-direttur eżekuttiv u l-Istat Membru kkonċernat għandhom jaqblu dwar il-pjan operazzjonali fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tal-preżentazzjoni tiegħu.

Emenda    243

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Aġenzija għandha, mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-istabbiliment tal-pjan operazzjonali, tibgħat lill-persunal operazzjonali mill-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta msemmija fl-Artikolu 55 għat-twettiq prattiku tal-miżuri identifikati fid-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Timijiet addizzjonali għandhom jintbagħtu kif meħtieġ fit-tieni stadju u fi kwalunkwe każ fi żmien sebat ijiem ta' xogħol mill-iskjerament tal-ewwel timijiet fiż-żona ta' operazzjonijiet.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    244

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 7 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha, mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem ta' xogħol mill-istabbiliment tal-pjan operazzjonali, tuża t-tagħmir meħtieġ għall-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri identifikati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1.

L-Aġenzija għandha, mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem ta' xogħol mill-istabbiliment tal-pjan operazzjonali, tuża t-tagħmir meħtieġ għall-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri identifikati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1.

Emenda    245

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1. Għal dak il-għan dan għandu immedjatament jikkoopera mal-Aġenzija u jieħu l-azzjoni meħtieġa, b'mod partikolari bl-implimentazzjoni tal-obbligi li jinsabu fl-Artikoli 44, 83 u 84, biex jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dik id-deċiżjoni u l-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri stabbiliti f'din id-deċiżjoni u fil-pjan operazzjonali miftiehem mad-direttur eżekuttiv.

8.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1. Għal dak il-għan dan għandu immedjatament jikkoopera mal-Aġenzija u jieħu l-azzjoni meħtieġa, b'mod partikolari bl-implimentazzjoni tal-obbligi li jinsabu fl-Artikoli 44, 83 u 84, biex jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dik id-deċiżjoni u l-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri stabbiliti f'din id-deċiżjoni u fil-pjan operazzjonali miftiehem mad-direttur eżekuttiv.

Emenda    246

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 9 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jikkonformax mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien 30 jum u ma jikkooperax mal-Aġenzija kif previst f'konformità mal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tiskatta l-proċedura prevista fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/399.

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati fid-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1, u l-azzjonijiet meħuda għal dak il-fini, mill-Aġenzija. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jikkonformax mad-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1 fi żmien 30 jum u ma jikkooperax mal-Aġenzija kif previst f'konformità mal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tiskatta l-proċedura prevista fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/399.

Emenda    247

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Waqt l-iskjerament tat-timijiet ta' mmaniġġar tal-fruntiera, it-timijiet ta' ritorn u t-timijiet ta' appoġġ għal immaniġġar ta' migrazzjoni, l-Istat Membru ospitanti għandu jagħti struzzjonijiet lit-timijiet f'konformità mal-pjan operazzjonali.

1.  Waqt l-iskjerament tat-timijiet għall-ġestjoni tal-fruntiera, it-timijiet ta' ritorn u t-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, l-Istat Membru ospitanti , jew – fil-każ ta' kooperazzjoni ma' pajjiż terz f'konformità mal-ftehim dwar l-istatus – il-pajjiż terz ikkonċernat għandu jagħti istruzzjonijiet lit-timijiet f'konformità mal-pjan operazzjonali.

Emenda    248

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija, permezz tal-uffiċjal tal-koordinazzjoni tagħha, tista' tikkomunika l-opinjonijiet tagħha lill-Istat Membru ospitanti dwar l-istruzzjonijiet mogħtija lit-timijiet. F'dak il-każ, l-Istat Membru ospitanti għandu jikkunsidra dawn il-fehmiet u jsegwihom sa fejn ikun possibbli.

2.  L-Aġenzija, permezz tal-uffiċjal tal-koordinazzjoni tagħha, tista' tikkomunika l-opinjonijiet tagħha lill-Istat Membru ospitanti dwar l-istruzzjonijiet mogħtija lit-timijiet, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni, ir-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali. F'dak il-każ, l-Istat Membru ospitanti għandu jikkunsidra dawn il-fehmiet u jsegwihom sa fejn ikun possibbli.

Emenda    249

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-membri tat-timijiet għandhom, fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom, iħarsu b'mod sħiħ id-drittijiet fundamentali, fosthom l-aċċess għall-proċeduri tal-ażil, u d-dinjità umana. Kwalunkwe miżura meħuda fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom għandha tkun proporzjonata mal-objettivi li dawn il-miżuri jippruvaw jiksbu. Waqt it-twettiq tal-kompiti tagħhom u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom, ma għandhomx jiddiskriminaw kontra persuni fuq bażi ta' sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali.

4.  Il-membri tat-timijiet għandhom, fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom, iħarsu b'mod sħiħ id-drittijiet fundamentali, fosthom l-aċċess għall-proċeduri tal-ażil, u d-dinjità umana u għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-persuni vulnerabbli. Kwalunkwe miżura meħuda fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom għandha tkun proporzjonata mal-objettivi li dawn il-miżuri jippruvaw jiksbu. Waqt it-twettiq tal-kompiti tagħhom u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom, ma għandhomx jiddiskriminaw kontra persuni fuq kwalunkwe bażi bħal sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali f'konformità mal-Artikolu 21 tal-Karta.

Emenda    250

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-membri tat-timijiet li mhumiex persunal statutorju tal-Aġenzija, għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri dixxiplinari tal-Istat Membru ta' oriġini tagħhom. L-Istat Membru ta' oriġini għandu jipprevedi miżuri dixxiplinari jew oħrajn adatti f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet fundamentali jew obbligi ta' protezzjoni internazzjonali matul operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fuq il-fruntiera.

5.  Il-membri tat-timijiet li mhumiex persunal statutorju tal-Aġenzija, għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri dixxiplinari tal-Istat Membru ta' oriġini tagħhom. L-Istat Membru ta' oriġini għandu jipprevedi miżuri dixxiplinari jew oħrajn adatti f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet fundamentali jew obbligi ta' protezzjoni internazzjonali matul l-operazzjonijiet jew l-interventi kollha.

Emenda    251

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  spejjeż marbuta mat-tagħmir tekniku tal-Aġenzija.

(f)  spejjeż marbuta mat-tagħmir tekniku tal-Aġenzija, inkluż it-tagħmir ta' tfittxija u salvataġġ.

Emenda    252

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Wara approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni, il-bord maniġerjali se jistabbilixxi regoli dettaljati, u jaġġornahom kif meħtieġ, fir-rigward tal-pagament tal-ispejjeż imġarrba minn persunal skjerat għal żmien qasir f'konformità mal-Artikolu 58. Ir-regoli dettaljati se jkunu bbażati sa fejn possibbli fuq opzjonijiet relatati mal-kostijiet simplifikati. Fejn rilevanti, il-Bord Maniġerjali għandu jimmira li jiżgura koerenza mar-regoli applikabbli għar-rimborż ta' spejjeż ta' missjoni ta' membri tal-persunal statutorji.

2.  Wara approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni, il-bord maniġerjali se jistabbilixxi regoli dettaljati, u jaġġornahom kif meħtieġ, fir-rigward tal-pagament tal-ispejjeż imġarrba minn persunal skjerat għal żmien qasir f'konformità mal-Artikolu 58. Pagament bil-quddiem li jippreċedi l-pagament annwali jista' jingħata f'konformità mal-Artikolu 61. Ir-regoli dettaljati se jkunu bbażati sa fejn possibbli fuq opzjonijiet relatati mal-kostijiet simplifikati. Il-Bord Maniġerjali għandu jimmira li jiżgura koerenza mar-regoli applikabbli għar-rimborż ta' spejjeż ta' missjoni ta' membri tal-persunal statutorji.

Emenda    253

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-direttur eżekuttiv għandu jtemm l-attivitajiet tal-Aġenzija jekk il-kundizzjonijiet biex jitwettqu dawk l-attivitajiet ma jibqgħux issodisfati. Id-direttur eżekuttiv għandu jinforma lill-Istat Membru kkonċernat qabel tali terminazzjoni.

1.  Id-direttur eżekuttiv għandu jtemm l-attivitajiet tal-Aġenzija, inkluż meta tkun qed tikkoopera ma' pajjiżi terzi, jekk il-kundizzjonijiet biex jitwettqu dawk l-attivitajiet ma jibqgħux issodisfati. Id-direttur eżekuttiv għandu jinforma lill-Istat Membru kkonċernat qabel tali terminazzjoni.

Emenda    254

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri li jipparteċipaw f'operazzjoni konġunta, f'intervent rapidu fuq il-fruntiera jew fl-iskjerament ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jistgħu jitolbu lid-direttur eżekuttiv itemm dik l-operazzjoni konġunta, jew intervent rapidu fuq il-fruntiera jew l-iskjerament ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni.

2.  L-Istati Membri li jipparteċipaw fi kwalunkwe attività operazzjonali mill-Aġenzija jistgħu jitolbu li d-direttur eżekuttiv itemm dik l-attività operazzjonali.

Emenda    255

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Id-direttur eżekuttiv, wara li jikkonsulta l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u jinforma lill-Istat Membru kkonċernat, għandu jirtira l-finanzjament ta' operazzjoni konġunta, jew ta' intervent rapidu fil-fruntiera, proġett pilota, l-iskjerament ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, operazzjoni ta' ritorn, intervent ta' ritorn jew arranġament ta' ħidma jew jissospendi jew itemm, kompletament jew parzjalment tali attivitajiet, jekk huwa jqis li hemm ksur ta' drittijiet fundamentali jew tal-obbligi ta' protezzjoni internazzjonali li huma ta' natura gravi jew li x'aktarx jippersistu. Id-direttur eżekuttiv għandu jinforma lill-bord maniġerjali b'tali deċiżjoni.

4.  Id-direttur eżekuttiv, wara li jikkonsulta l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u jinforma lill-Istat Membru kkonċernat, għandu jirtira jew jissospendi jew itemm, kompletament jew parzjalment, il-finanzjament ta' operazzjoni konġunta, jew ta' intervent rapidu fil-fruntiera, proġett pilota, l-iskjerament ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, operazzjoni ta' ritorn, intervent ta' ritorn jew arranġament ta' ħidma jekk huwa jqis li hemm ksur ta' drittijiet fundamentali jew tal-obbligi ta' protezzjoni internazzjonali li huma ta' natura gravi jew li x'aktarx jippersistu. Tali deċiżjoni għandha tittieħed abbażi ta' kriterji oġġettivi. Id-direttur eżekuttiv għandu jinforma lill-bord maniġerjali b'tali deċiżjoni. Meta jkun qed jieħu tali deċiżjonijiet, id-direttur eżekuttiv għandu, fost fatturi oħra, iqis l-informazzjoni rilevanti bħall-għadd u s-sustanza tal-ilmenti rreġistrati, rapporti ta' inċidenti serji, rapporti mill-uffiċjali ta' kollegament u l-uffiċjali ta' koordinazzjoni stazzjonati fl-Istat Membru ospitanti kif ukoll minn organizzazzjonijiet internazzjonali, istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni rilevanti oħra fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament.

Emenda    256

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  F'każ li d-direttur eżekuttiv jiddeċiedi li jissospendi jew itemm skjerament mill-Aġenzija ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, huwa għandu jinforma lill-aġenziji rilevanti l-oħra attivi f' dik iż-żona hotspot kew ċentru kkontrollat ta' dik id-deċiżjoni.

5.  F'każ li d-direttur eżekuttiv jiddeċiedi li jissospendi jew itemm skjerament mill-Aġenzija ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, huwa għandu jinforma lill-aġenziji rilevanti l-oħra attivi f'dik iż-żona hotspot b'dik id-deċiżjoni.

Emenda    257

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-direttur eżekuttiv għandu jevalwa r-riżultati tal-operazzjonijiet konġunti u l-interventi rapidi fil-fruntiera, il-proġetti pilota, l-iskjermenti ta' timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-kooperazzjoni operazzjonali ma' pajjiżi terzi. Huwa għandu jibgħat ir-rapporti dettaljati tal-evalwazzjoni fi żmien 60 jum wara t-tmiem ta' dawk l-attivitajiet lill-bord maniġerjali flimkien mal-osservazzjonijiet tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali. Id-direttur eżekuttiv għandu jagħmel analiżi komparattiva u komprensiva ta' dawk ir-riżultati bl-iskop li tittejjeb il-kwalità, il-koerenza u l-effettività tal-attivitajiet futuri, u għandu jinkludi dik l-analiżi fir-rapport ta' attività annwali tal-Aġenzija.

Id-direttur eżekuttiv għandu jevalwa r-riżultati tal-attivitajiet operazzjonali u l-proġetti pilota kollha tal-Aġenzija. Huwa għandu jibgħat ir-rapporti dettaljati tal-evalwazzjoni fi żmien 60 jum wara t-tmiem ta' dawk l-attivitajiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-bord maniġerjali flimkien mal-osservazzjonijiet tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali. Id-direttur eżekuttiv għandu jagħmel analiżi komparattiva u komprensiva ta' dawk ir-riżultati bil-ħsieb li tittejjeb il-kwalità, il-koerenza u l-effettività tal-attivitajiet futuri, u għandu jinkludi dik l-analiżi fir-rapport ta' attività annwali tal-Aġenzija.

Emenda    258

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha, fir-rigward tar-ritorn, u skont ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji ġenerali mad-dritt tal-Unjoni kif ukoll għad-dritt internazzjonali, inkluża l-protezzjoni tar-refuġjati u d-drittijiet tat-tfal, b'mod partikolari:

1.  Mingħajr ma tidħol fil-merti tad-deċiżjonijiet ta' ritorn li jibqgħu unikament responsabbiltà tal-Istati Membri, l-Aġenzija għandha, fir-rigward tar-ritorn, u f'konformità mar-rispett għad-drittijiet fundamentali, il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u tad-dritt internazzjonali, inkluża l-protezzjoni tar-rifuġjati, ir-rispett tal-prinċipju ta' non-refoulement u d-drittijiet tat-tfal:

Emenda    259

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lil Stati Membri fir-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiż terz, inkluża t-tħejjija għal deċiżjonijiet ta' ritorn, l-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiż terz u attivitajiet oħrajn relatati ma' ritorn minn qabel u ma' ritorn tal-Istati Membri, fosthom it-tluq volontarju, sabiex tinħoloq sistema integrata ta' ġestjoni tar-ritorn bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiżi terzi u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra;

(a)  tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri li jitolbuha espressament fir-ritorn ta' persuni rimpatrijati, inkluż l-għoti ta' assistenza fil-ġbir ta' informazzjoni għall-fini ta' deċiżjonijiet ta' ritorn, l-identifikazzjoni ta' persuni rimpatrijati u l-akkwist ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, inkluż permezz ta' kooperazzjoni konsulari, mingħajr ma tiġi żvelata informazzjoni relatata mal-fatt li tkun saret applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew kwalunkwe informazzjoni oħra li mhijiex strettament rilevanti għall-fini tal-eżekuzzjoni tar-ritorn tal-persuni rimpatrijati kkonċernati u ta' attivitajiet oħra ta' qabel ir-ritorn u relatati mar-ritorn tal-Istati Membri; torganizza u tikkoordina l-operazzjonijiet ta' ritorn u tipprovdi appoġġ għat-tluq volontarju, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri sabiex tinħoloq sistema integrata ta' ġestjoni tar-ritorn bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiżi terzi u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra;

Emenda    260

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  tikkoordina fil-livell tekniku u operazzjonali ritorni volontarji assistiti mill-Istati Membri, tipprovdi assistenza matul il-fażi ta' qabel it-tluq, tal-ivvjaġġar u ta' wara l-wasla, filwaqt li tqis il-ħtiġijiet tal-migranti vulnerabbli u f'kooperazzjoni mal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni;

Emenda    261

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lil Stati Membri li jesperjenzaw sfidi fir-rigward tar-ritorn jew pressjoni migratorja, inkluż bl-iskjerament ta' timijiet ta' ġestjoni tal-migrazzjoni;

(b)  tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lil Stati Membri li jesperjenzaw sfidi fir-rigward tas-sistemi ta' ritorn tagħhom;

Emenda    262

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tiżviluppa mudell ta' referenza għal sistema ta' ġestjoni ta' kazijiet ta' ritorn li jippreskrivu l-istruttura tas-sistemi ta' ġestjoni ta' ritorn nazzjonali, kif ukoll jipprovdu assistenza teknika u operazzjonali lil Stati Membri fl-iżvilupp ta' sistemi ta' ġestjoni ta' ritorn nazzjonali allinjati mal-mudell;

[(c)  tiżviluppa, f'konsultazzjoni mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u mal-forum konsultattiv, mudell ta' referenza għal sistema ta' ġestjoni ta' kazijiet ta' ritorn li jippreskrivu l-istruttura tas-sistemi ta' ġestjoni ta' ritorn nazzjonali, kif ukoll jipprovdu assistenza teknika u operazzjonali lil Stati Membri fl-iżvilupp ta' sistemi ta' ġestjoni ta' ritorn nazzjonali allinjati mal-mudell;]

Emenda    263

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  tiżviluppa u topera sistema ċentrali u infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn sistemi ta' ġestjoni ta' ritorn nazzjonali tal-Istati Membri u s-sistema ċentrali, kif ukoll tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lil Stati Membri biex jikkolegaw ruħhom mal-istruttura ta' komunikazzjoni;

(d)  topera u żżomm l-IRMA bħala pjattaforma u infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn sistemi ta' ġestjoni ta' ritorn nazzjonali tal-Istati Membri u l-pjattaforma, kif ukoll tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lil Stati Membri biex jikkolegaw ruħhom mal-istruttura ta' komunikazzjoni;

Emenda    264

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiż terz u l-akkwiżizzjoni ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, inkluż permezz ta' kooperazzjoni konsulari mingħajr ma tiġi żvelata informazzjoni relatata mal-fatt li tkun saret applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali; torganizza u tikkoordina operazzjonijiet ta' ritorn u tipprovdi appoġġ bit-tluq volontarju, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri;

imħassar

Emenda    265

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-assistenza teknika u operazzjonali msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha tinkludi attivitajiet biex tgħin lill-Istati Membri jwettqu proċeduri ta' ritorn mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti billi jipprovdu, b'mod partikolari:

2.  L-assistenza teknika u operazzjonali msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha tinkludi attivitajiet biex tgħin lill-Istati Membri jwettqu proċeduri ta' ritorn mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti billi:

Emenda    266

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  servizzi ta' interpretazzjoni;

(a)  tipprovdi servizzi ta' interpretazzjoni;

Emenda    267

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  informazzjoni prattika, analiżi u rakkomandazzjonijiet dwar pajjiżi terzi ta' ritorn rilevanti għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, f'kooperazzjoni, fejn xieraq, ma' korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni inkluż l-EASO;

(b)  tipprovdi informazzjoni prattika, analiżi u rakkomandazzjonijiet dwar pajjiżi terzi ta' ritorn rilevanti għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, f'kooperazzjoni, meta jkun xieraq, ma' korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni inkluża [l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali;

Emenda    268

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  pariri fuq u asisstenza operazzonali fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' proċeduri ta' ritorn f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE, inkluż fit-tħejjija ta' deċiżjonijiet ta' ritorn, fl-identifikazzjoni u fl-akkwiżizzjoni ta' dokumenti tal-ivvjaġġar;

imħassar

Emenda    269

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  pariri u assistenza, f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE u d-dritt internazzjonali, dwar il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw id-disponibbiltà ta' persuni rimpatrijati għal skopijiet ta' ritorn u jevitaw li dawn il-persuni milli jaħarbu;

(d)  tipprovdi pariri u assistenza, f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE u d-dritt internazzjonali, dwar miżuri meħuda mill-Istati Membri li jkunu leġittimi, proporzjonati u meħtieġa biex jiżguraw id-disponibbiltà ta' persuni rimpatrijati għal skopijiet ta' ritorn kif ukoll jevitaw li dawn il-persuni rimpatrijati jaħarbu u dwar alternattivi għad-detenzjoni;

Emenda    270

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  tagħmir, kapaċitajiet u għarfien espert għall-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet ta' ritorn u għall-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiż terz.

(e)  tipprovdi tagħmir, kapaċitajiet u għarfien espert għall-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet ta' ritorn u għall-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.

Emenda    271

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Aġenzija tista' b'eċċezzjoni tirċievi għotjiet minn fondi tal-Unjoni dedikati għal attivitajiet ta' ritorn f'konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tiżgura li fil-ftehimiet tagħha ta' għotja mal-Istati Membri kull appoġġ finanzjarju jingħata bil-kundizzjoni li jkun hemm rispett sħiħ tal-Karta.

imħassar

Emenda    272

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija se tiżviluppa, tiskjera u topera sistemi ta' informazzjoni u applikazzjonijiet ta' softwer li jippermettu l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata u sensittiva mhux klassifikata għall-għan ta' ritorn fi ħdan il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u għall-għan ta' skambju ta' data personali kif hemm referenza fl-Artikoli 87-89 f'konformità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 u r-[Regolament (KE) Nru 45/2001].

L-Aġenzija se tiżviluppa, tiskjera u topera sistemi ta' informazzjoni u applikazzjonijiet ta' softwer li jippermettu l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata u sensittiva mhux klassifikata għall-għan ta' ritorn fi ħdan il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u għall-għan ta' skambju ta' data personali kif hemm referenza fl-Artikoli 87-89 f'konformità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 u r-Regolament (UE) 2018/1725.

Emenda    273

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'mod partikolari, l-Aġenzija se tistabbilixxi, topera u żżomm sistema ċentrali għall-ipproċessar tal-informazzjoni u d-data kollha, komunikata b'mod awtomatiku mis-sistemi ta' ġestjoni ta' ritorn nazzjonali tal-Istati Membri, meħtieġa għall-Aġenzija biex tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali f'konformità mal-Artikolu 49.

B'mod partikolari, l-Aġenzija għandha topera u żżomm l-IRMA bħala pjattaforma għall-ipproċessar tal-informazzjoni u d-data kollha, komunikata mis-sistemi ta' ġestjoni ta' ritorn nazzjonali tal-Istati Membri, meħtieġa għall-Aġenzija biex tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali f'konformità mal-Artikoli 49, 51 u 54.

Emenda    274

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr ma toqgħod tidħol fil-mertu tad-deċiżjonijiet ta' ritorn, l-Aġenzija għandha tipprovdi l-assistenza teknika u operazzjonali meħtieġa u tiżgura l-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet ta' ritorn, inkluż permezz tal-kiri ta' inġenji tal-ajru għall-fini ta' tali operazzjonijiet jew l-organizzazzjoni ta' ritorni fuq titjiriet skedati. L-Aġenzija tista', fuq inizjattiva proprja, tikkoordina jew torganizza operazzjonijiet ta' ritorn.

1.  Mingħajr ma toqgħod tidħol fil-mertu tad-deċiżjonijiet ta' ritorn, li jibqgħu unikament responsabbiltà tal-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tipprovdi l-assistenza teknika u operazzjonali u tiżgura l-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni biex tkun tista' twettaq l-operazzjonijiet ta' ritorn. L-Aġenzija tista', fuq inizjattiva proprja bil-qbil tal-Istat membru kkonċernat, tikkoordina jew torganizza operazzjonijiet ta' ritorn f'konformità mal-Artikolu 7(2).

 

Meta l-Aġenzija tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri fl-organizzazzjoni ta' persuni rimpatrijati, l-Aġenzija, permezz tal-uffiċjal għall-koordinazzjoni tagħha, għandha tivverifika li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jitilgħu abbord titjiriet organizzati jew ikkoordinati mill-Aġenzija, ikunu ngħataw deċiżjoni ta' ritorn finali. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu kopja tad-deċiżjoni ta' ritorn lill-Aġenzija fir-rigward ta' kwalunkwe persuna rimpatrijata li jkollha tiġi ritornata bl-assistenza teknika u operazzjonali tal-Aġenzija.

 

L-Aġenzija ma għandhiex tikkoordina, torganizza jew tipproponi operazzjonijiet ta' ritorn għal pajjiżi terzi meta jkunu ġew identifikati riskji ta' ksur tad-drittijiet fundamentali jew nuqqasijiet serji fil-liġijiet u fil-proċeduri ċivili u kriminali rilevanti. Dan għandu jiġi determinat, fost l-oħrajn, fuq il-bażi tar-rapporti verifikati mill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali.

Emenda    275

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom fuq bażi ta' kull xahar jipprovdu d-data operazzjonali fuq ritorn meħtieġa għall-valutazzjoni ta' ħtiġijiet ta' ritorn mill-Aġenzija u jinformaw lill-Aġenzija dwar l-ippjanar indikattiv tan-numru ta' dawk li jirritornaw u tal-pajjiżi terzi ta' ritorn, it-tnejn fir-rigward tal-operazzjonijiet nazzjonali rilevanti ta' ritorn, u dwar il-ħtiġijiet tagħhom għal assistenza jew koordinazzjoni mill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tfassal u żżomm pjan operazzjonali kontinwu sabiex tipprovdi lill-Istati Membri bl-assistenza u bir-rinforz operazzjonali meħtieġ, inkluż permezz ta' tagħmir tekniku. L-Aġenzija, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta' Stat Membru, tista' tinkludi fil-pjan operazzjonali kontinwu d-dati u d-destinazzjonijiet tal-operazzjonijiet ta' ritorn li tqis li huma meħtieġa, fuq il-bażi ta' valutazzjoni tal-ħtiġijiet. Il-bord maniġerjali għandu jiddeċiedi, fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, fuq il-modus operandi tal-pjan operazzjonali li jkun għaddej.

2.  L-Istati Membri, permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 50(1), għandhom jipprovdu d-data operazzjonali fuq ritorn meħtieġa għall-valutazzjoni ta' ħtiġijiet ta' ritorn mill-Aġenzija u jinformaw lill-Aġenzija dwar l-ippjanar indikattiv tan-numru ta' persuni rimpatrijati u tal-pajjiżi terzi ta' ritorn, it-tnejn fir-rigward tal-operazzjonijiet nazzjonali rilevanti ta' ritorn, u dwar il-ħtiġijiet tagħhom għal assistenza jew koordinazzjoni mill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tfassal u żżomm pjan operazzjonali kontinwu sabiex tipprovdi lill-Istati Membri l-assistenza u r-rinforz operazzjonali meħtieġ, inkluż permezz ta' tagħmir tekniku. L-Aġenzija, fuq l-inizjattiva tagħha stess bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat u f'konformità mal-Artikolu 7(2) jew fuq it-talba ta' Stat Membru, tista' tinkludi fil-pjan operazzjonali kontinwu d-dati u d-destinazzjonijiet tal-operazzjonijiet ta' ritorn li tqis li huma meħtieġa, fuq il-bażi ta' valutazzjoni tal-ħtiġijiet. Il-bord maniġerjali għandu jiddeċiedi, fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, fuq il-modus operandi tal-pjan operazzjonali li jkun għaddej. L-Aġenzija, permezz tal-uffiċjal ta' koordinazzjoni tagħha, għandha tivverifika jekk il-persuni rimpatrijati kollha li jittellgħu abbord titjiriet organizzati jew ikkoordinati mill-Aġenzija jkunux irċevew deċiżjoni ta' ritorn finali f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE.

 

Il-pjanijiet operazzjonali għall-operazzjonijiet u l-interventi ta' ritorn kollha appoġġati u kkoordinati mill-Aġenzija għandhom jiġu miftiehma bejn, u jkunu vinkolanti fuq, l-Aġenzija, l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi terzi parteċipanti fl-operazzjonijiet ta' ritorn u fl-interventi ta' ritorn kollha, fuq il-proposta tad-direttur eżekuttiv. Il-pjanijiet operazzjonali għandhom ikopru l-aspetti kollha meħtieġa għat-twettiq tal-operazzjoni ta' ritorn, inkluż fost oħrajn, il-proċeduri għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-mekkaniżmu tal-ilmenti, u dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-implimentazzjoni tas-salvagwardji tad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt, b'referenza għall-istandards u l-kodiċijiet ta' kondotta rilevanti.

Emenda    276

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija tista' tipprovdi l-assistenza teknika u operazzjonali meħtieġa u, jew fuq talba tal-Istati Membri parteċipanti jew abbażi tal-proposta tagħha proprja, tiżgura l-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn, li għalihom il-mezzi ta' trasport u l-iskorti tar-ritorn furzat huma pprovduti minn pajjiż terz tar-ritorn ("operazzjonijiet ta' ritorn bi ġbir"). L-Istati Membri parteċipanti u l-Aġenzija għandhom jiżguraw li l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, il-prinċipju ta' non-refoulement, u l-użu proporzjonat ta' mezzi ta' restrizzjoni jkunu garantiti matul l-operazzjoni ta' ritorn kollha. Mill-anqas rappreżentant wieħed ta' Stat Membru u kontrollur wieħed tar-ritorn furzat mir-riżerva stabbilita skont l-Artikolu 52 jew mis-sistema ta' sorveljanza nazzjonali tal-Istat Membru parteċipanti għandhom ikunu preżenti matul l-operazzjoni kollha ta' ritorn sal-wasla fil-pajjiż terz ta' ritorn.

3.  L-Aġenzija tista' tipprovdi l-assistenza teknika u operazzjonali u tista' wkoll, jew fuq talba tal-Istati Membri parteċipanti jew abbażi tal-proposta tagħha proprja bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat u f'konformità mal-Artikolu 7(2), tiżgura l-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn, li għalihom il-mezzi ta' trasport u l-iskorti tar-ritorn furzat huma pprovduti minn pajjiż terz tar-ritorn ("operazzjonijiet ta' ritorn bi ġbir"). L-Istati Membri parteċipanti u l-Aġenzija għandhom jiżguraw li l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, il-prinċipju ta' non-refoulement, l-użu proporzjonat ta' mezzi ta' restrizzjoni u d-dinjità tal-persuna rimpatrijata jkunu garantiti matul l-operazzjoni ta' ritorn kollha. Mill-anqas rappreżentant wieħed ta' Stat Membru u kontrollur wieħed tar-ritorn furzat mir-riżerva stabbilita skont l-Artikolu 52 jew mis-sistema ta' sorveljanza nazzjonali tal-Istat Membru parteċipanti għandhom ikunu preżenti matul l-operazzjoni kollha ta' ritorn sal-wasla fil-pajjiż terz ta' ritorn.

Emenda    277

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull operazzjoni ta' ritorn għandha tkun monitorjata f'konformità mal-Artikolu 8(6) tad-Direttiva 2008/115/KE. Il-monitoraġġ tal-operazzjonijiet ta' ritorn imġiegħel għandu jitwettaq mill-ispettur tar-ritorn furzat fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti u għandu jkopri l-operazzjoni ta' ritorn kollha mill-fażi ta' qabel it-tluq sat-trasferiment tal-persuni rimpatrijati fil-pajjiż terz ta' ritorn. L-ispettur tar-ritorn imġiegħel għandu jressaq rapport dwar kull operazzjoni tar-ritorn imġiegħel lid-direttur eżekuttiv, lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri kollha involuti f'dik l-operazzjoni. Jekk ikun neċessarju, għandu jiġi żgurat segwitu xieraq mid-direttur eżekuttiv u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rispettivament.

Kull operazzjoni ta' ritorn għandha tkun monitorjata f'konformità mal-Artikolu 8(6) tad-Direttiva 2008/115/KE. Il-monitoraġġ tal-operazzjonijiet ta' ritorn imġiegħel għandu jitwettaq mill-ispettur tar-ritorn furzat fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti u għandu jkopri l-operazzjoni ta' ritorn kollha mill-fażi ta' qabel it-tluq sat-trasferiment tal-persuni rimpatrijati fil-pajjiż terz ta' ritorn. L-ispettur tar-ritorn imġiegħel għandu jressaq rapport dwar kull operazzjoni tar-ritorn imġiegħel lid-direttur eżekuttiv, lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri kollha involuti f'dik l-operazzjoni, u meta jkun meħtieġ, lill-Ombudsman Ewropew. Jekk ikun meħtieġ, għandu jiġi żgurat segwitu xieraq mid-direttur eżekuttiv u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rispettivament.

Emenda    278

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 5 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk l-Aġenzija jkollha tħassib dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali matul operazzjoni ta' ritorn, hija għandha tikkomunikahom lill-Istati Membri parteċipanti u lill-Kummissjoni.

Jekk l-Aġenzija jkollha tħassib dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali ta' operazzjoni ta' ritorn, hija għandha tikkomunikahom lill-Istati Membri parteċipanti, lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, u meta jkun meħtieġ, lill-Ombudsman Ewropew.

Emenda    279

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Id-direttur eżekuttiv se jevalwa r-riżultati tal-operazzjonijiet ta' ritorn u se jittrażmetti kull sitt xhur rapport ta' evalwazzjoni dettaljat li jkopri l-operazzjonijiet kollha ta' ritorn mwettqa matul is-semestru preċedenti lill-bord maniġerjali, flimkien mal-osservazzjonijiet tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali. Id-direttur eżekuttiv għandu jagħmel analiżi komparattiva u komprensiva ta' dawk ir-riżultati bl-iskop li tittejjeb il-kwalità, il-koerenza u l-effettività tal-operazzjonijiet ta' ritorn futuri. Id-direttur eżekuttiv għandu jinkludi dik l-analiżi fir-rapport tiegħu ta' attività annwali tal-Aġenzija.

6.  Id-direttur eżekuttiv għandu jevalwa r-riżultati tal-operazzjonijiet ta' ritorn u għandu jikkomunika kull sitt xhur rapport ta' evalwazzjoni dettaljat li jkopri l-operazzjonijiet kollha ta' ritorn mwettqa matul is-semestru preċedenti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-bord maniġerjali, flimkien mal-osservazzjonijiet tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali. Id-direttur eżekuttiv għandu jagħmel analiżi komparattiva u komprensiva ta' dawk ir-riżultati bl-iskop li tittejjeb il-kwalità, il-koerenza u l-effettività tal-operazzjonijiet ta' ritorn futuri. Id-direttur eżekuttiv għandu jinkludi dik l-analiżi fir-rapport tiegħu ta' attività annwali tal-Aġenzija.

Emenda    280

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Aġenzija għandha tiffinanzja jew tikkofinanzja operazzjonijiet ta' ritorn mill-baġit tagħha, f'konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija, filwaqt li tagħti prijorità lil dawk imwettqa minn aktar minn Stat Membru, jew minn żoni hotspot jew ċentri kkontrollati.

7.  L-Aġenzija għandha tiffinanzja operazzjonijiet ta' ritorn mill-baġit tagħha, f'konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija, filwaqt li tagħti prijorità lil dawk imwettqa minn aktar minn Stat Membru, jew minn żoni hotspot.

Emenda    281

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha, wara li tikkonsulta mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, toħloq riżerva ta' kontrolluri tar-ritorn furzat minn korpi kompetenti li jwettqu operazzjonijiet ta' ritorn f'konformità mal-Artikolu 8(6) tad-Direttiva 2008/115/KE u li tħarrġu f'konformità mal-Artikolu 62 ta' dan ir-Regolament.

1.  L-Aġenzija għandha, wara li tkun qieset debitament ir-rakkomandazzjoni tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, toħloq riżerva ta' kontrolluri tar-ritorn furzat bħala parti mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta msemmija fl-Artikolu 55 u minn korpi kompetenti li jwettqu operazzjonijiet ta' ritorn f'konformità mal-Artikolu 8(6) tad-Direttiva 2008/115/KE u li tħarrġu f'konformità mal-Artikolu 62 ta' dan ir-Regolament. Il-kontrolluri tar-ritorn furzat għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija, inkluż l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali tagħha.

Emenda    282

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-bord maniġerjali għandu, fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, jiddetermina l-profil u n-numru ta' kontrolluri tar-ritorn furzat li għandu jkun disponibbli għal dik ir-riżerva. L-istess proċedura għandha tapplika fir-rigward ta' kwalunkwe bidla sussegwenti fil-profili u n-numri globali. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-kontribuzzjoni għar-riżerva billi jinnominaw lill-kontrolluri tar-ritorn furzat li jikkorrispondu għall-profil definit. Il-kontrolluri tar-ritorn furzat b'kompetenza esperta speċifika fil-protezzjoni tat-tfal għandhom jiġu inklużi fir-riżerva.

2.  Il-bord maniġerjali għandu, fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, u f'kooperazzjoni mal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, jiddetermina l-profil u n-numru ta' kontrolluri tar-ritorn furzat li jridu jkunu disponibbli għal dik ir-riżerva, filwaqt li jqis l-għadd ta' speċjalisti tar-ritorn u skorti tar-ritorn furzat disponibbli għall-Aġenzija biex jassistu f'operazzjonijiet u f'interventi ta' ritorn. L-istess proċedura għandha tapplika fir-rigward ta' kwalunkwe bidla sussegwenti fil-profili u n-numri globali. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-kontribuzzjoni għar-riżerva billi jinnominaw lill-kontrolluri tar-ritorn furzat li jikkorrispondu għall-profil definit. Il-kontrolluri tar-ritorn furzat b'kompetenza esperta speċifika fil-protezzjoni tat-tfal għandhom jiġu inklużi fir-riżerva.

Emenda    283

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-kontrolluri tar-ritorn furzat għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri dixxiplinarji tal-Istat Membru ta' oriġini tagħhom matul operazzjoni ta' ritorn jew intervent ta' ritorn.

5.  Il-kontrolluri tar-ritorn furzat għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri dixxiplinarji tal-Istat Membru ta' oriġini tagħhom matul operazzjoni ta' ritorn jew intervent ta' ritorn.

 

Wara li l-Aġenzija toħloq ir-riżerva ta' kontrolluri tar-ritorn furzat, wara d-determinazzjoni tal-profil u tal-għadd ta' kontrolluri tar-ritorn furzat, l-Aġenzija għandha tafda lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-kontrolluri tar-ritorn furzat tagħha fi ħdan il-Kumitat tagħha għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament u Pieni Inumani jew Degradanti (CPT) biex iwettqu verifiki għal għarrieda fuq kampjun magħżul ta' massimu ta' 20 fil-mija tal-operazzjonijiet ta' ritorn imwettqa jew iffaċilitati mill-Aġenzija. Il-kontrolluri tar-ritorn furzat tal-Kunsill tal-Ewropa għandhom iħejju rapport wara kull verifika għal għarrieda. Il-Kunsill tal-Ewropa għandu jħejji rapport ta' evalwazzjoni annwali mill-informazzjoni miġbura li għandu jiġu kkomunikat lid-direttur eżekuttiv, lill-bord maniġerjali tal-Aġenzija, lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u lill-forum konsultattiv, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni Ewropea. Il-Kunsill tal-Ewropa għandu jirċievi finanzjament adegwat mill-Aġenzija fuq bażi annwali sabiex jevalwa r-riżerva ta' kontrolluri tar-ritorn furzat tal-Aġenzija. Ir-riżultati tar-rapport ta' evalwazzjoni annwali għandhom jitqiesu fl-evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikolu 116.

 

Ma għandu jsir jew jiġi ffaċilitat l-ebda ritorn furzat mill-Aġenzija qabel ma r-riżerva tagħha ta' kontrolluri tar-ritorn furzat tinħoloq b'mod sħiħ u tkun lesta biex tiġi skjerata.

Emenda    284

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija tista' tuża timijiet ta' ritorn jew fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, waqt interventi ta' ritorn, fil-qafas ta' timijiet ta' ġestjoni tal-migrazzjoni jew kif meħtieġ biex tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali addizzjonali fil-qasam tar-ritorn, inkluż fl-isfidi li huma marbuta ma' flussi migratorji mħallta kbar jew ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi salvati fuq il-baħar.

1.  L-Aġenzija tista' tiskjera timijiet ta' ritorn, li jikkonsistu wkoll minn uffiċjali b'għarfien espert speċifiku dwar il-protezzjoni tat-tfal, jew fuq talba ta' Stat Membru, jew fuq inizjattiva proprja bil-qbil tal-Istat Membru kkonċernat, waqt interventi ta' ritorn, fil-qafas ta' timijiet ta' ġestjoni tal-migrazzjoni jew kif meħtieġ biex tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali addizzjonali fil-qasam tar-ritorn. Il-gwardji tal-fruntiera, l-esperti u l-persunal li rċevew taħriġ f'konformità mal-Artikolu 62 ta' dan ir-Regolament biss għandhom jiġu skjerati f'attività mill-Aġenzija.

Emenda    285

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  F'ċirkostanzi fejn Stat Membru jkun qed jiffaċċja piż meta jimplimenta l-obbligu ta' ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma soġġetti għal deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa minn Stat Membru, l-Aġenzija għandha, jew fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' dak l-Istat Membru, tipprovdi l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa fil-forma ta' intervent ta' ritorn. Tali intervent jista' jikkonsisti fl-isjkerament ta' timijiet ta' ritorn għall-Istati Membri ospitanti għall-provvista ta' assistenza fl-implimentazzjoni ta' proċeduri ta' ritorn u fl-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn mill-Istati Membri ospitanti.

1.  F'ċirkostanzi meta Stat Membru jkun qed jiffaċċja piż meta jimplimenta l-obbligu ta' ritorn ta' persuni rimpatrijati, l-Aġenzija għandha, jew fuq inizjattiva tagħha stess bil-qbil tal-Istat Membru kkonċernat jew fuq talba ta' dak l-Istat Membru, tipprovdi l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa fil-forma ta' intervent ta' ritorn. Tali intervent jista' jikkonsisti fl-iskjerament ta' timijiet ta' ritorn għall-Istati Membri ospitanti għall-provvista ta' assistenza fl-implimentazzjoni ta' proċeduri ta' ritorn u fl-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn mill-Istat Membru ospitanti. Mill-inqas rappreżentant ta' Stat Membru u kontrollur tar-ritorn furzat mir-riżerva stabbilita skont l-Artikolu 51 għandhom ikunu preżenti matul l-intervent kollu ta' ritorn sal-wasla fil-pajjiż terz ta' ritorn.

Emenda    286

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija tista' tniedi wkoll interventi ta' ritorn f'pajjiżi terzi, ibbażati fuq id-direzzjonijiet imfassla fiċ-ċiklu ta' politika strateġika pluriennali, fejn tali pajjiżi terzi jirrikjedu assistenza teknika u operazzjonali addizzjonali fir-rigward l-attivitajiet ta' ritorn tagħha. Tali intervent jista' jikkonsisti fl-iskjerament ta' timijiet ta' ritorn għall-għan ta' provvista ta' assistenza teknika u operazzjonali għal attivitajiet ta' ritorn tal-pajjiż terz.

imħassar

Emenda    287

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  F'ċirkostanzi fejn Stat Membru jkun qed jiffaċċja sfida speċifika u sproporzjonata meta jimplimenta l-obbligi tiegħu li jirritorna ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma soġġetti għal deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa, l-Aġenzija għandha, jew fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' dak l-Istat Membru, tipprovdi l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa fil-forma ta' intervent ta' ritorn rapidu. Intervent ta' ritorn rapidu jista' jikkonsisti fl-isjkerament rapidu ta' timijiet ta' ritorn għall-Istati Membri ospitanti għall-provvista ta' assistenza fl-implimentazzjoni ta' proċeduri ta' ritorn u fl-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn mill-Istati Membri ospitanti.

3.  F'ċirkostanzi meta Stat Membru jkun qed jiffaċċja sfidi speċifiċi u sproporzjonati meta jimplimenta l-obbligu tiegħu li jirritorna persuni rimpatrijati li huma soġġetti għal deċiżjonijiet ta' ritorn, l-Aġenzija għandha, jew fuq inizjattiva tagħha stess bil-qbil tal-Istat Membru kkonċernat jew fuq talba ta' dak l-Istat Membru, u wara valutazzjoni tas-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali u tal-istat tad-dritt fl-Istat membru kkonċernat, tipprovdi l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa fil-forma ta' intervent ta' ritorn rapidu. Intervent ta' ritorn rapidu jista' jikkonsisti fl-isjkerament rapidu ta' timijiet ta' ritorn għall-Istati Membri ospitanti li jipprovdu assistenza fl-implimentazzjoni ta' proċeduri ta' ritorn u fl-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn mill-Istat Membru ospitanti. Mill-inqas rappreżentant ta' Stat Membru u kontrollur tar-ritorn furzat mir-riżerva stabbilita skont l-Artikolu 51 għandhom ikunu preżenti matul l-intervent kollu ta' ritorn sal-wasla fil-pajjiż terz ta' ritorn.

Emenda    288

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Aġenzija għandha tiffinanzja jew tikkofinanzja interventi ta' ritorn mill-baġit tagħha f'konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

6.  L-Aġenzija għandha tiffinanzja interventi ta' ritorn mill-baġit tagħha f'konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

Emenda    289

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta b'persunal ta' 10 000 ruħ se jkunu parti mill-Aġenzija. Dan il-korp permanenti se jkun kompost mit-tliet kategoriji li ġejjin ta' persunal f'konformità mal-iskema ta' disponibbiltà annwali stabbilita fl-Anness I:

1.  Korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jkun parti mill-Aġenzija. Dan il-korp permanenti se jkun kompost mill-erba' kategoriji li ġejjin ta' persunal f'konformità mal-iskema ta' disponibbiltà annwali stabbilita fl-Anness I:

Emenda    290

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  Kategorija 4: riżerva ta' reazzjoni rapida li tikkonsisti minn persunal operazzjonali mill-Istati Membri li għandha tiġi skjerata għall-fini ta' interventi rapidi fil-fruntieri skont l-Artikolu 58a.

Emenda    291

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija għandha tiskjera membri tal-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala membri tat-timijiet ta' ġestjoni tal-fruntieri, timijiet ta' appoġġ ta' ġestjoni tal-migrazzjoni, timijiet ta' ritorn f'operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntieri jew interventi ta' ritorn jew kwalunkwe attività operazzjonali rilevanti oħra fl-Istati Membri jew f'pajjiżi terzi.

2.  L-Aġenzija għandha tiskjera membri tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala membri tat-timijiet ta' ġestjoni tal-fruntieri, timijiet ta' appoġġ ta' ġestjoni tal-migrazzjoni, timijiet ta' ritorn f'operazzjonijiet konġunti, inklużi kontrolluri tar-ritorn furzat, interventi rapidi fil-fruntieri jew interventi ta' ritorn jew kwalunkwe attività operazzjonali rilevanti oħra fl-Istati Membri. L-Aġenzija u l-Istat Membru kkonċernat għandhom jiżguraw li ma jinħoloq l-ebda duplikazzjoni operazzjonali.

Emenda    292

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-membri tat-tim tal-Aġenzija skjerat f'operazzjoni jistgħu jikkooperaw mat-timijiet tal-Europol skjerati fl-istess żona ġeografika fi kwistjonijiet relatati ma' kriminalità transfruntiera.

Emenda    293

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  F'konformità mal-Artikolu 83, il-membri kollha tal-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom ikunu jistgħu jwettqu kontrolli fuq il-fruntiera jew kompiti ta' ritorn, inklużi kompiti li jeħtieġu setgħat eżekuttivi definiti fil-liġijiet nazzjonali rilevanti jew, għall-persunal tal-Aġenzija, f'konformità mal-Anness II.

3.  F'konformità mal-Artikolu 83, il-membri kollha tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, soġġett għall-qbil tal-Istat Membru ospitanti, jista' jkollhom il-permess li jwettqu kontrolli fuq il-fruntiera jew kompiti ta' ritorn, inklużi kompiti li jirrikjedu setgħat eżekuttivi definiti fil-liġijiet nazzjonali rilevanti jew, għall-persunal tal-Aġenzija, f'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament. Il-korp permanenti, inkluż il-persunal statutorju, għandu jissodisfa r-rekwiżiti għal taħriġ speċjalizzat u professjonaliżmu kif previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2016/399.

Emenda    294

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  dwar l-għadd għal kull profil speċifiku ta' persunal operazzjonali taħt kull waħda mit-tliet kategoriji fi ħdan il-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li jifformaw timijiet fis-sena ta' wara;

(a)  dwar l-għadd għal kull profil speċifiku ta' persunal operazzjonali taħt il-kategoriji 1 sa 3 fi ħdan il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, u l-kategorija 4 fil-każ ta' interventi rapidi fil-fruntieri, li jifformaw timijiet fis-sena ta' wara;

Emenda    295

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Aġenzija tista' tirrekluta sa 4 % tal-għadd totali tal-korpi personali tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala persunal b'funzjonijiet ta' appoġġ għall-istabbiliment tal-Korpi permanenti, l-ippjanar u l-ġestjoni tal-operazzjonijiet tagħha u għall-akkwist tat-tagħmir tal-Aġenzija stess.

6.  L-Aġenzija tista' tirrekluta sa 10 % tal-għadd totali tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, meħuda mill-persunal tal-Kategorija 1 jew bl-użu ta' esperti nazzjonali sekondati, bħala persunal b'funzjonijiet ta' appoġġ għall-istabbiliment tal-Korp permanenti, l-ippjanar u l-ġestjoni tal-operazzjonijiet tagħha u għall-akkwist tat-tagħmir tal-Aġenzija stess.

Emenda    296

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Wara ... [ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-għadd ta' persunal stabbilit fl-Anness I għandu jiġi rieżaminat annwalment dment li l-korp permanenti jkun ġie stabbilit u jkun kompletament funzjonali. Meta jkun meħtieġ, l-għadd ta' persunal fil-kategoriji 1, 2, 3 u 4 jista' jiżdied jew jitnaqqas b'massimu ta' 30 % dment li dak l-għadd ma jinżilx taħt il-limitu minimu ta' 5 000 membru tal-persunal operazzjonali jew ma jaqbiżx il-limitu massimu ta' 7 000 membru tal-persunal operazzjonali. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 118 biex temenda dan ir-Regolament sabiex taġġusta l-għadd ta' persunal stabbilit fl-Anness I.

Emenda    297

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija se tikkontribwixxi għall-membri tal-tal-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta tal-persunal statutorju tagħha (Kategorija 1) li għandhom jiġu skjerati f'żoni ta' operazzjonijiet bħala membri tat-timijiet b'kull kompitu u setgħat, inkluż il-kompitu biex joperaw it-tagħmir tal-Aġenzija stess.

1.  L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-membri tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta tal-persunal statutorju tagħha (Kategorija 1) li jridu jiġu skjerati f'żoni operazzjonali bħala membri tat-timijiet bil-kompiti u s-setgħat kollha, inkluż il-kompitu li jissorveljaw il-konformità mad-drittijiet fundamentali u biex joperaw it-tagħmir tal-Aġenzija stess.

Emenda    298

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta b'għadd minimu ta' 100 membru tal-persunal statutorju tagħha (Kategorija 1a) li jridu jiġu skjerati f'żoni operazzjonali u f'operazzjonijiet u f'attivitajiet ta' ritorn, waqt li jirrapportaw direttament lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, li jkunu inkarigati bil-monitoraġġ tal-konformità tal-attivitajiet u tal-operazzjonijiet kollha tal-Aġenzija, tal-Istat Membru ospitanti jew ta' pajjiż terz mad-drittijiet fundamentali. Il-kontrolluri tal-konformità mad-drittijiet fundamentali bħala membri tal-persunal statutorju għandhom ikunu indipendenti fil-qadi ta' dmirijiethom. Huma għandhom jirrapportaw direttament lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u lill-forum konsultattiv. Huma għandu jkollhom il-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u tal-monitoraġġ tar-ritorn.

Emenda    299

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  F'konformità mal-Artikolu 62(2), wara r-reklutaġġ tagħhom, il-membri l-ġodda tal-persunal għandhom jgħaddu minn taħriġ sħiħ tal-għassa tal-fruntiera jew taħriġ relatat mar-ritorn sħiħ, kif rilevanti, fil-qafas ta' programmi ta' taħriġ dedikati mfassla mill-Aġenzija, u, abbażi ta' ftehimiet ma' Stati Membri magħżula, implimentati fl-akkademji speċjalizzati tagħhom. Il-kost tat-taħriġ għandu jkun kopert għal kollox mill-Aġenzija.

2.  F'konformità mal-Artikolu 62(2), wara r-reklutaġġ tagħhom, il-membri l-ġodda tal-persunal għandhom jgħaddu minn taħriġ sħiħ, inkluż dwar id-drittijiet fundamentali, skont il-profil tagħhom. Taħriġ tal-gwardja tal-fruntiera jew taħriġ relatat mar-ritorn jew taħriġ imtejjeb dwar id-drittijiet fundamentali għandu jiġi organizzat, kif ikun rilevanti, fil-qafas ta' programmi ta' taħriġ dedikati mfassla mill-Aġenzija, u, abbażi ta' ftehimiet ma' Stati Membri magħżula, implimentati fl-akkademji speċjalizzati tagħhom. Il-kost tat-taħriġ għandu jkun kompletament kopert mill-Aġenzija.

Emenda    300

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Matul l-impjieg tagħhom, l-Aġenzija għandha tiżgura li l-membri tal-persunal statutorji tagħha jwettqu dmirijiethom bħala membri ta' tim bi standards għoljin. Mapep ta' taħriġ adegwati għandhom jitfasslu għal kull membru tal-persunal li jiżguraw il-kwalifika professjonali kostanti tagħhom biex jiġu ssodisfati kompiti ta' gwardja tal-fruntiera jew kompiti relatati mar-ritorn.

3.  Matul l-impjieg tagħhom, l-Aġenzija għandha tiżgura li l-membri tal-persunal statutorji tagħha jwettqu dmirijiethom bħala membri ta' tim f'konformità mal-ogħla standards u f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali. Mapep ta' taħriġ adegwati għandhom jitfasslu għal kull membru tal-persunal li jiżguraw il-kwalifika professjonali kostanti tagħhom biex jiġu ssodisfati kompiti ta' gwardja tal-fruntiera, ta' kontrollur tad-drittijiet fundamentali jew kompiti relatati mar-ritorn.

Emenda    301

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Membri oħra tal-persunal impjegati mill-Aġenzija li mhumiex ikkwalifikati biex iwettqu funzjonijiet ta' kontroll jew ta' ritorn fuq il-fruntiera għandhom jintbagħtu biss matul operazzjonijiet konġunti għall-koordinazzjoni u għal kompiti relatati oħrajn. Ma għandhomx jiffurmaw parti mit-timijiet.

4.  Membri oħra tal-persunal impjegati mill-Aġenzija li mhumiex ikkwalifikati biex iwettqu funzjonijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera, ta' kontrollur tad-drittijiet fundamentali jew ta' ritorn għandhom jiġu skjerati biss matul operazzjonijiet konġunti għall-koordinazzjoni u għal kompiti relatati oħrajn. Ma għandhomx jiffurmaw parti mit-timijiet.

Emenda    302

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-korp permanenti tal-persunal operazzjonali tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta ssekondat bħala membri tat-tim lill-Aġenzija (Kategorija 2). It-tul ta' sekondar individwali għandu jiġi determinat f'konformità mal-Artikolu 93(7). Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tas-sistema ta' appoġġ finanzjarju msemmija fl-Artikolu 61, is-sekondar għandu, bħala regola ġenerali, jibda fil-bidu ta' sena kalendarja.

1.  L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-korp permanenti tal-persunal operazzjonali tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta sekondat bħala membri tat-tim lill-Aġenzija (Kategorija 2). It-tul ta' sekondar individwali għandu jiġi determinat f'konformità mal-Artikolu 94(7). Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tas-sistema ta' appoġġ finanzjarju msemmija fl-Artikolu 61, is-sekondar għandu, bħala regola ġenerali, jibda fil-bidu ta' sena kalendarja.

Emenda    303

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, kull Stat Membru għandu jinnomina għal sekondar il-persunal operazzjonali tiegħu f'konformità mal-għadd u l-profili speċifiċi deċiżi mill-Bord Maniġerjali għas-sena ta' wara kif imsemmi fl-Artikolu 55(4). L-Aġenzija tista' tivverifika jekk il-persunal operazzjonali propost mill-Istati Membri jikkorrispondix għall-profili definiti u għandux ikollhom il-ħiliet lingwistiċi meħtieġa. Sal-15 ta' Settembru, l-Aġenzija għandha taċċetta l-kandidati proposti jew titlob li Stat Membru jipproponi kandidat ieħor għal sekondar f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-profili meħtieġa, ħiliet lingwistiċi insuffiċjenti, kondotta ħażina jew ksur tar-regoli applikabbli waqt skjeramenti preċedenti.

4.  Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, kull Stat Membru għandu jinnomina għal sekondar il-persunal operazzjonali tiegħu f'konformità mal-għadd u l-profili speċifiċi deċiżi mill-Bord Maniġerjali għas-sena ta' wara kif imsemmi fl-Artikolu 55(4). L-Aġenzija għandha tivverifika jekk il-persunal operazzjonali propost mill-Istati Membri jikkorrispondix għall-profili definiti u jkollux il-ħiliet lingwistiċi meħtieġa. Sal-15 ta' Settembru, l-Aġenzija għandha taċċetta l-kandidati proposti jew tirrifjutahom f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-profili meħtieġa, ħiliet lingwistiċi insuffiċjenti, kondotta ħażina jew ksur tar-regoli applikabbli waqt skjeramenti preċedenti u għandha titlob li Stat Membru jipproponi kandidat ieħor għal sekondar.

Emenda    304

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 75(3), l-iskjeramenti kollha tal-persunal tal-kategorija 2 għandhom ikunu obbligatorji. Meta jiġi invokat l-Artikolu 75(3), il-persunal statutorju għandu jissostitwixxi l-persunal tal-kategorija 2 inkwistjoni.

Emenda    305

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jiżgura li l-persunal operazzjonali nnominat ikun disponibbli fuq talba tal-Aġenzija f'konformità mal-arranġamenti definiti f'dan l-Artikolu. Kull membru tal-persunal operazzjonali għandu jkun disponibbli għal perjodu massimu ta' erba' xhur f'sena kalendarja.

2.  Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jiżgura li l-persunal operazzjonali nnominat ikun disponibbli fuq talba tal-Aġenzija f'konformità mal-arranġamenti definiti f'dan l-Artikolu. Kull membru tal-persunal operazzjonali għandu jkun disponibbli għal perjodu minimu ta' xahrejn u sa perjodu massimu ta' erba' xhur f'sena kalendarja.

Emenda    306

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija tista' tivverifika jekk il-persunal operazzjonali nominat għal skjeramenti fuq terminu qasir mill-Istati Membri jikkorrispondix għall-profili definiti u jkollhom il-ħiliet lingwistiċi meħtieġa. L-Aġenzija tista' titlob li Stat Membru jneħħi membru tal-persunal operazzjonali mil-lista nazzjonali f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-profili meħtieġa, nuqqas ta' ħiliet lingwistiċi, mġiba ħażina jew ksur tar-regoli applikabbli matul l-iskjeramenti preċedenti.

3.  L-Aġenzija għandha tivverifika jekk il-persunal operazzjonali nominat għal skjeramenti fuq terminu qasir mill-Istati Membri jikkorrispondix għall-profili definiti u jkollux il-ħiliet lingwistiċi meħtieġa. L-Aġenzija għandha tirrifjuta l-persunal operazzjonali nominat f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-profili meħtieġa, nuqqas ta' ħiliet lingwistiċi, imġiba ħażina jew ksur tar-regoli applikabbli matul l-iskjeramenti preċedenti u għandha titlob li Stat Membru jinnomina kandidat ieħor.

Emenda    307

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 75(3), l-iskjeramenti kollha tal-persunal tal-kategorija 3 għandhom ikunu obbligatorji. Meta jiġi invokat l-Artikolu 75(3), il-persunal statutorju għandu jissostitwixxi l-persunal tal-kategorija 3 inkwistjoni.

Emenda    308

Proposta għal regolament

Artikolu 58a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 58a

 

Parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta permezz tar-riżerva ta' reazzjoni rapida

 

1.  L-Istati Membri għandhom iqiegħdu l-persunal operazzjonali li jifforma parti mir-riżerva ta' reazzjoni rapida għad-dispożizzjoni immedjata tal-Aġenzija (Kategorija 4). Il-persunal operazzjonali jista' jiġi skjerat bħala parti mir-riżerva ta' reazzjoni rapida minn kull Stat Membru fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol mid-data li fiha jiġi miftiehem il-pjan operazzjonali mid-direttur eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti esklużivament għal interventi rapidi fil-fruntieri, dment li l-persunal tal-kategoriji 1 sa 3 meħtieġ għall-operazzjoni inkwistjoni jkun diġà ġie skjerat kompletament. Għal dak il-fini, kull Stat Membru għandu, fuq bażi annwali, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija għadd ta' gwardji tal-fruntiera jew persunal ieħor rilevanti. Il-profili tagħhom għandhom ikunu kif definiti fid-deċiżjoni tal-bord maniġerjali. L-għadd totali ta' persunal li jitqiegħed għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri għandu jammonta għal 3 000 gwardja tal-fruntiera jew persunal ieħor rilevanti. L-Aġenzija għandha tivverifika jekk il-gwardji tal-fruntiera proposti mill-Istati Membri jikkorrispondux għall-profili definiti. L-Aġenzija għandha taċċetta l-kandidati proposti jew tirrifjutahom f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-profili meħtieġa, ħiliet lingwistiċi insuffiċjenti, kondotta ħażina jew ksur tar-regoli applikabbli waqt skjeramenti preċedenti u għandha titlob li Stat Membru jipproponi kandidat ieħor għal sekondar.

 

2.  Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-kontribuzzjoni tiegħu għall-għadd ta' gwardji tal-fruntiera jew persunal ieħor rilevanti, kif imsemmi fil-paragrafu 1, f'konformità mal-Anness Va.

Emenda    309

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rieżami ta' nofs it-terminu tal-funzjonament tal-korp permanenti tal-GWARDJA EWROPEA TAL-FRUNTIERA U TAL-KOSTA

Rieżami tal-funzjonament tal-korp permanenti tal-GWARDJA EWROPEA TAL-FRUNTIERA U TAL-KOSTA

Emenda    310

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sal-31 ta' Ġunju 2024, b'mod partikolari abbażi tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 65, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta' nofs it-terminu dwar il-funzjonament tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, filwaqt li tivvaluta l-għadd u l-kompożizzjoni globali tagħha. Ir-rieżami għandu jqis l-evoluzzjoni tal-persunal statutorju għall-kontribuzzjonijiet tal-Aġenzija jew kwalunkwe bidla sinifikanti fil-kapaċitajiet tal-Istati Membri individwali li jaffettwaw l-abilitajiet tagħhom li jikkontribwixxu għall-korpi permanenti.

1.  Sa' [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], b'mod partikolari abbażi tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 65 u l-Artikolu 62(8a), il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, għandha twettaq rieżami ta' nofs it-terminu dwar il-funzjonament tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluża r-riżerva ta' reazzjoni rapida, filwaqt li tivvaluta t-taħriġ, l-għarfien espert speċjalizzat, il-professjonaliżmu, l-għadd u l-kompożizzjoni globali tagħha. Ir-rieżami għandu jqis l-evoluzzjoni tal-persunal statutorju għall-kontribuzzjonijiet tal-Aġenzija jew kwalunkwe bidla sinifikanti fil-kapaċitajiet tal-Istati Membri individwali li jaffettwaw l-abilitajiet tagħhom li jikkontribwixxu għall-korp permanenti.

Emenda    311

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dan ir-rieżami ta' nofs it-terminu għandu jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn proposti xierqa biex jiġu emendati l-Annessi I, III u IV.

2.  Dan ir-rieżami ta' nofs it-terminu għandu jkun akkumpanjat, meta jkun meħtieġ, minn proposti xierqa biex jiġu emendati l-Annessi I, III, IV u Va.

Emenda    312

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Sa... [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u kull erba' snin wara dan, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri u bl-assistenza tal-Aġenzija, għandha twettaq rieżami indipendenti tal-livell ta' taħriġ, għarfien espert speċjalizzat u professjonaliżmu tal-persunal tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-riżultati tar-rieżami lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda    313

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Soġġett għall-qbil tal-Istat Membru ospitanti, l-Aġenzija tista' tistabbilixxi uffiċċji antenna fuq it-territorju tagħha biex tiffaċilita u ttejjeb il-koordinazzjoni tal-attivitajiet operazzjonali, inkluż fil-qasam tar-ritorni, organizzata mill-Aġenzija f'dak l-Istat Membru jew fir-reġjun prinċipali u biex tiżgura l-ġestjoni effettiva tar-riżorsi umani u tekniċi tal-Aġenzija. L-uffiċċji antenna għandhom ikunu stabbilimenti temporanji għall-perjodu ta' żmien meħtieġ biex l-Aġenzija twettaq attivitajiet operazzjonali sinifikanti f'dak l-Istat Membru speċifiku jew fir-reġjun tal-viċinat ikkonċernat. Dak il-perjodu ta' żmien jista' jittawwal, jekk ikun meħtieġ.

1.  Soġġett għall-ftehim mal-Istat Membru ospitanti jew l-inklużjoni espliċita ta' din il-possibbiltà fil-ftehim tal-istatus konkluż mal-pajjiż terz ospitanti, l-Aġenzija tista' tistabbilixxi uffiċċji antenna fuq it-territorju ta' dak l-Istat Membru jew il-pajjiż terz, sabiex tiffaċilita u ttejjeb il-koordinazzjoni tal-attivitajiet operazzjonali, inkluż fil-qasam tar-ritorni, organizzati mill-Aġenzija f'dak l-Istat Membru jew il-pajjiż terz u biex tiżgura l-ġestjoni effettiva tar-riżorsi umani u tekniċi tal-Aġenzija. L-uffiċċji antenna għandhom jiġu stabbiliti għall-perjodu ta' żmien meħtieġ biex l-Aġenzija twettaq attivitajiet operazzjonali sinifikanti f'dak l-Istat Membru speċifiku jew fil-pajjiż terz ikkonċernat. Dak il-perjodu ta' żmien jista' jittawwal, jekk ikun meħtieġ.

Emenda    314

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti fejn huwa stabbilit l-uffiċċju antenna għandu jagħmel ħiltu biex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli meħtieġa biex iwettaq il-kompiti assenjati lill-uffiċċju antenna.

2.  L-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti jew il-pajjiż terz ospitanti fejn jiġi stabbilit l-uffiċċju antenna għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa sabiex jipprovdu l-aħjar kundizzjonijiet possibbli meħtieġa biex jitwettqu l-kompiti assenjati lill-uffiċċju antenna. Il-post tal-impjieg tal-membri tal-persunal li jaħdmu fl-uffiċċji antenna għandu jkun stabbilit skont l-Artikolu 94(2).

Emenda    315

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jipprovdu appoġġ operazzjonali lill-Istat Membru fiż-żoni ta' operazzjonijiet ikkonċernati;

(b)  jipprovdu appoġġ operazzjonali lill-Istat Membru jew lill-pajjiż terz fiż-żoni ta' operazzjonijiet ikkonċernati;

Emenda    316

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  jimmonitorjaw il-konformità mad-drittijiet fundamentali tal-operazzjonijiet u tal-attivitajiet fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u tar-ritorn u jirrapportaw direttament lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali;

Emenda    317

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jikkoopera mal-Istat(i) Membru/i ospitanti dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni prattika tal-attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija f'dak l-Istat Membru jew Stati Membri, inkluż kwalunkwe kwistjoni addizzjonali li setgħet seħħet matul dawn l-attivitajiet;

(d)  jikkoopera mal-Istat Membru ospitanti jew mal-pajjiż terz ospitanti dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni prattika tal-attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija f'dak l-Istat Membru jew il-pajjiż terz, inkluż kwalunkwe kwistjoni addizzjonali li setgħet seħħet matul dawn l-attivitajiet;

Emenda    318

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  jappoġġa lill-uffiċjal ta' koordinazzjoni biex, jekk ikun meħtieġ, jiffaċilita l-koordinazzjoni u l-komunikazzjoni bejn it-Timijiet tal-Aġenzija u l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru ospitanti;

(f)  jappoġġa lill-uffiċjal ta' koordinazzjoni biex, jekk ikun meħtieġ, jiffaċilita l-koordinazzjoni u l-komunikazzjoni bejn it-Timijiet tal-Aġenzija u l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru ospitanti jew tal-pajjiż terz ospitanti;

Emenda    319

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 3 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  jappoġġa lill-uffiċjal ta' kollegament tal-Aġenzija biex jidentifika kwalunkwe sfida attwali jew futura għall-ġestjoni tal-fruntieri taż-żona li huma responsabbli għalihom jew għall-implimentazzjoni tal-acquis tar-ritorn u jirrapporta regolarment lill-kwartieri ġenerali;

(i)  jappoġġa lill-uffiċjal ta' kollegament tal-Aġenzija biex jidentifika kwalunkwe sfida attwali jew futura għall-ġestjoni tal-fruntieri taż-żona li huma responsabbli għalihom jew għall-implimentazzjoni tal-acquis tar-ritorn jew għall-kwistjonijiet relatati mad-drittijiet fundamentali u jirrapporta regolarment lill-kwartieri ġenerali;

Emenda    320

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  L-Istat Membru ospitanti fejn ikun stabbilit l-uffiċċju antenna għandu jipprovdi assistenza lill-Aġenzija biex tkun żgurata l-kapaċità operazzjonali.

Emenda    321

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta lill-Bord Maniġerjali fuq bażi ta' kull tliet xhur dwar l-attivitajiet tal-uffiċċji antenna. L-attivitajiet tal-uffiċċji antenna għandhom ikunu deskritti f'taqsima separata tar-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 98(2), il-punt 10.

6.  Id-direttur eżekuttiv u l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandhom jirrapportaw lill-Bord Maniġerjali fuq bażi ta' kull tliet xhur dwar l-attivitajiet tal-uffiċċji antenna u dwar il-konformità mad-drittijiet fundamentali kif immonitorjata mill-uffiċċji antenna. L-attivitajiet tal-uffiċċji antenna għandhom ikunu deskritti f'taqsima separata tar-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 98(2), il-punt j.

Emenda    322

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi li jkun hemm nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru li fih l-Aġenzija tkun stabbiliet uffiċċju antenna, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tirrapporta din is-sejba lid-direttur eżekuttiv. Fi żmien xahar minn meta jiġi informat dwar din is-sejba – u dment li l-uffiċċju antenna ma jkunx għalaq sadanittant – il-bord maniġerjali, fuq proposta mid-direttur eżekuttiv, għandu jieħu deċiżjoni dwar jekk jagħlaqx l-uffiċċju antenna filwaqt li jqis b'mod sħiħ l-opinjoni tal-Kummissjoni.

Emenda    323

Proposta għal regolament

Artikolu 61 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri huma intitolati li jirċievu finanzjament fil-forma ta' finanzjament mhux marbut mal-kostijiet fuq bażi annwali sabiex jappoġġaw l-iżvilupp ta' riżorsi umani biex jiżguraw il-kontribuzzjonijiet tagħhom lejn il-korp permanenti tal-Gwardja tal-Fruntiera u Ewropea f'konformità mal-Annessi III u IV, f'konformità mal-Artikolu 125(1)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 li għandu jitħallas wara t-tmiem tas-sena kkonċernata u malli jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f'konformità mal-paragrafi 3 u 4. Dak il-finanzjament għandu jkun ibbażat fuq ammont ta' referenza kif stabbilit fil-paragrafu 2 u għandu jwassal għal:

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    324

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-pagament annwali tal-amount imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandu jkun dovut bil-kundizzjoni li l-Istati Membri jżidu kif xieraq il-persunal tal-gwardji nazzjonali ġenerali rispettivi tagħhom permezz tar-reklutaġġ ta' gwardji ġodda tal-fruntieri u uffiċjali oħra fil-perjodu kkonċernat. L-informazzjoni rilevanti għall-fini ta' rappurtar għandha tingħata lill-Aġenzija fin-negozjati bilaterali annwali u vverifikata permezz tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà fis-sena ta' wara. Il-pagament annwali tal-amount imsemmi fil-paragrafu 1(b) għandu jkun dovut fir-rigward tan-numru ta' gwardji tal-fruntiera jew uffiċjali oħra stazzjonati effettivament għal mill-inqas erba' xhur f'konformità mal-Artikolu 58 fi ħdan il-limitu stabbilit fl-Anness IV.

3.  Il-pagament annwali tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandu jkun dovut bil-kundizzjoni li l-Istati Membri jżidu kif xieraq il-persunal tal-gwardji nazzjonali ġenerali rispettivi tagħhom permezz tar-reklutaġġ ta' gwardji ġodda tal-fruntieri u uffiċjali oħra fil-perjodu kkonċernat. L-informazzjoni rilevanti għall-fini ta' rappurtar għandha tingħata lill-Aġenzija fin-negozjati bilaterali annwali u vverifikata permezz tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà fis-sena ta' wara. Il-pagament annwali tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1(b) għandu jkun dovut b'mod sħiħ fir-rigward tan-numru ta' gwardji tal-fruntiera jew uffiċjali oħra skjerati effettivament għal perjodu konsekuttiv jew mhux konsekuttiv ta' mill-inqas 4 xhur, jew fuq bażi pro rata għal skjeramenti għal perjodu konsekuttiv jew mhux konsekuttiv ta' inqas minn 4 xhur f'konformità mal-Artikolu 58 fi ħdan il-limitu stabbilit fl-Anness IV. Pagament bil-quddiem marbut mal-pagamenti annwali tal-ammonti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għandu jingħata wara l-preżentazzjoni ta' talba speċifika u ġustifikata mill-Istat Membru kontribwenti.

Emenda    325

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Fl-implimentazzjoni tal-appoġġ finanzjarju skont dan l-Artikolu, l-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità mal-prinċipji ta' kofinanzjament u li ma jkun hemm l-ebda finanzjament doppju.

Emenda    326

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha, b'kont meħud tal-pjan direzzjonali tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 9(4), fejn disponibbli, u f'kooperazzjoni mal-entitajiet ta' taħriġ xierqa tal-Istati Membri, u, fejn xieraq, l-EASO u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, tiżviluppa għodod speċifiċi ta' taħriġ, inkluż taħriġ speċifiku fil-protezzjoni tat-tfal u persuni oħra f'sitwazzjoni vulnerabbli. Għandha tipprovdi lill-gwardji tal-fruntiera, l-ispeċjalisti tar-ritorn u persunal rilevanti ieħor li huma membri tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta b'taħriġ avvanzat rilevanti għall-kompiti u s-setgħat tagħhom. Esperti mill-persunal tal-Aġenzija għandhom iwettqu eżerċizzji regolari ma' dawk il-gwardji tal-fruntieri u membri oħra tat-tim f'konformità mal-iskeda ta' taħriġ u eżerċizzji avvanzati msemmija fil-programm ta' ħidma annwali tal-Aġenzija.

1.  L-Aġenzija għandha, waqt li tqis il-pjan direzzjonali tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 9(4), meta jkun disponibbli, u f'kooperazzjoni mal-entitajiet ta' taħriġ xierqa tal-Istati Membri, u, [l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, tiżviluppa għodod speċifiċi ta' taħriġ, inkluż taħriġ speċifiku fil-protezzjoni tat-tfal u persuni oħra f'sitwazzjoni vulnerabbli. Għandha tipprovdi lill-gwardji tal-fruntiera, l-ispeċjalisti tar-ritorn, l-iskorti tar-ritorn u lill-kontrolluri tar-ritorn furzat, u membri tal-persunal rilevanti oħra li huma membri tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta taħriġ avvanzat rilevanti għall-kompiti u s-setgħat tagħhom. Esperti mill-persunal tal-Aġenzija għandhom iwettqu eżerċizzji regolari ma' dawk il-gwardji tal-fruntieri u membri oħra tat-tim f'konformità mal-iskeda ta' taħriġ u eżerċizzji avvanzati msemmija fil-programm ta' ħidma annwali tal-Aġenzija.

Emenda    327

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija għandha tiżgura li l-membri tal-persunal kollha reklutati biex jaġixxu bħala persunal operazzjonali tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jkunu rċevew taħriġ adegwat fil-liġi rilevanti tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż dwar id-drittijiet fundamentali, l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u, fejn xieraq, it-tiftix u s-salvataġġ, qabel l-iskjerament inizjali tagħhom f'attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija. Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha, abbażi ta' ftehimiet ma' Stati Membri magħżula, timplimenta l-programmi ta' taħriġ meħtieġa fl-akkademji nazzjonali tagħhom. Il-kost tat-taħriġ għandu jkun kopert għal kollox mill-Aġenzija.

2.  L-Aġenzija għandha tiżgura li l-membri tal-persunal kollha reklutati biex jaġixxu bħala persunal operazzjonali tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jkunu rċevew taħriġ adegwat fil-liġi rilevanti tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż dwar id-drittijiet fundamentali, l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, linji gwida għall-fini li jiġu identifikati persuni li jkunu qed ifittxu protezzjoni u biex dawn jiġu indirizzati lejn il-proċeduri xierqa, linji gwida biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċjali tat-tfal, inklużi l-minorenni mhux akkumpanjati, il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, persuni li jeħtieġu assistenza medika urġenti, u persuni oħra partikolarment vulnerabbli u, meta jkun intiż li jipparteċipaw f'operazzjonijiet marittimi, tfittxija u salvataġġ, qabel l-iskjerament tagħhom f'attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija. Jekk l-attivitajiet operazzjonali potenzjalment jeħtieġu l-użu ta' armi tan-nar, il-membri tal-persunal għandhom jirċievu taħriġ prattiku, legali u etiku komprensiv, filwaqt li jitqiesu t-taħriġ jew l-esperjenza preċedenti tal-membru tal-persunal.

Emenda    328

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Għal dak il-fini, l-Aġenzija għandha, abbażi ta' ftehimiet ma' Stati Membri magħżula, timplimenta l-programmi ta' taħriġ meħtieġa fl-akkademji nazzjonali tagħhom. L-Aġenzija għandha tiżgura li t-taħriġ isegwi l-kurrikulu bażiku komuni, ikun armonizzat u jrawwem il-fehim reċiproku u kultura komuni bbażata fuq il-valuri minquxa fit-Trattati. Il-kost tat-taħriġ għandu jkun kompletament kopert mill-Aġenzija.

Emenda    329

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  L-Aġenzija, wara li tikseb l-approvazzjoni tal-bord maniġerjali, tista' tistabbilixxi ċentru ta' taħriġ tal-Aġenzija biex tiffaċilita aktar l-inklużjoni ta' kultura Ewropea komuni fit-taħriġ provdut.

Emenda    330

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija għandha tieħu l-inizjattivi meħtieġa biex tiżgura li l-persunal operazzjonali kollu tal-Istati Membri li jipparteċipaw fit-timijiet mill-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kostajikun irċieva taħriġ fil-liġi rilevanti tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż dwar id-drittijiet fundamentali, l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u fejn ikun xieraq tiftix u salvataġġ, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom f'attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija.

imħassar

Emenda    331

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Aġenzija għandha tieħu l-inizjattivi meħtieġa biex tiżgura t-taħriġ għall-persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn li huma allokati lill-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u r-riżerva msemmija fl-Artikolu 52. L-Aġenzija għandha tiżgura li l-persunal tagħha u l-persunal kollu li jipparteċipa f'operazzjonijiet ta' ritorn u f'interventi ta' ritorn ikunu rċevew taħriġ fil-liġi rilevanti tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż fuq id-drittijiet fundamentali u l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali qabel il-parteċipazzjoni tagħhom f'attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija.

4.  L-Aġenzija għandha tieħu l-inizjattivi meħtieġa biex tiżgura t-taħriġ għall-persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn li huma allokati lill-korpi permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u r-riżerva msemmija fl-Artikolu 52. L-Aġenzija għandha tiżgura li l-persunal tagħha u l-persunal kollu li jipparteċipa f'operazzjonijiet ta' ritorn u f'interventi ta' ritorn ikunu rċevew taħriġ fil-liġi rilevanti tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż fuq id-drittijiet fundamentali, l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u l-mekkaniżmu ta' riferiment għall-persuni vulnerabbli qabel il-parteċipazzjoni tagħhom f'attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija.

Emenda    332

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi programm ta' skambji li jippermetti lill-gwardji tal-fruntiera li jipparteċipaw fit-timijiet kif ukoll lill-persunal li jipparteċipa fit-timijiet ta' intervent ta' ritorn li jakkwistaw għarfien jew kompetenzi speċifiċi minn esperjenzi u prattiki tajbin barra 'l pajjiż permezz ta' ħidma ma' gwardji tal-fruntiera u l-persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn fi Stat Membru li mhux tagħhom.

8.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi programm ta' skambji li jippermetti lill-gwardji tal-fruntiera li jipparteċipaw fit-timijiet kif ukoll lill-persunal li jipparteċipa fit-timijiet ta' intervent ta' ritorn li jakkwistaw għarfien jew kompetenzi speċifiċi minn esperjenzi, konformità mad-drittijiet fundamentali u prattiki tajbin barra 'l pajjiż permezz ta' ħidma ma' gwardji tal-fruntiera u l-persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn fi Stat Membru li mhux tagħhom.

Emenda    333

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tkompli tiżviluppa mekkaniżmu intern ta' kontroll tal-kwalità biex jiġi żgurat il-livell għoli ta' taħriġ, għarfien espert speċjali u professjonaliżmu tal-persunal kollu tagħha kif ukoll tal-persunal operazzjonali tal-Istati Membri li jipparteċipaw fl-attivitajiet operazzjonali tal-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tħejji rapport ta' evalwazzjoni annwali abbażi tal-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' kontroll tal-kwalità. L-Aġenzija għandha tikkomunika r-rapport ta' evalwazzjoni annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda    334

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Abbażi ta' proposta tad-direttur eżekuttiv wara li jirċievi l-opinjoni pożittiva tal-Kummissjoni, il-bord maniġerjali għandu jistabbilixxi strateġija komprensiva pluriennali dwar kif il-kapaċitajiet tekniċi tal-Aġenzija għandhom jiġu żviluppati filwaqt li jitqies iċ-ċiklu ta' politika strateġika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri Ewropea, inkluż il-pjan direzzjonali tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 9(4) kif disponibbli u r-riżorsi baġitarji disponibbli għal dan il-għan fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Abbażi ta' proposta tad-direttur eżekuttiv wara li jirċievi l-opinjoni pożittiva tal-Kummissjoni, u abbażi taċ-ċiklu ta' politika pluriennali għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri inkluż il-pjan direzzjonali tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 9(4) ladarba jkun disponibbli u abbażi tar-riżorsi baġitarji disponibbli għal dan il-fini fil-qafas finanzjarju pluriennali, il-bord maniġerjali għandu jistabbilixxi strateġija komprensiva pluriennali dwar kif għandhom jiġu żviluppati l-kapaċitajiet tekniċi tal-Aġenzija.

Emenda    335

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Abbażi ta' ftehim mudell imfassal mill-Aġenzija u approvat mill-bord maniġerjali, l-Istat Membru ta' reġistrazzjoni u l-Aġenzija għandhom jaqblu dwar termini li jiżguraw l-operabbiltà tat-tagħmir. Fil-każ ta' assi li huma koproprjetà, it-termini għandhom ikopru wkoll il-perjodi ta' disponibbiltà sħiħa tal-assi għall-Aġenzija u jiddeterminaw l-użu tat-tagħmir, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar skjerament rapidu waqt interventi rapidi fil-fruntiera.

5.  Abbażi ta' ftehim mudell imfassal mill-Aġenzija u approvat mill-bord maniġerjali, l-Istat Membru ta' reġistrazzjoni u l-Aġenzija għandhom jaqblu dwar termini li jiżguraw l-operabbiltà tat-tagħmir. F'dan ir-rigward, l-Istat Membru ta' reġistrazzjoni għandu jawtorizza tali tagħmir bħala li jkun fis-servizz tal-gvern. Fil-każ ta' assi li huma koproprjetà, it-termini għandhom ikopru wkoll il-perjodi ta' disponibbiltà sħiħa tal-assi għall-Aġenzija u jiddeterminaw l-użu tat-tagħmir, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar skjerament rapidu waqt interventi rapidi fil-fruntiera.

Emenda    336

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Fejn l-Aġenzija ma jkollhiex il-persunal statutorju kkwalifikat meħtieġ, l-Istat Membru ta' reġistrazzjoni jew il-fornitur tat-tagħmir tekniku għandu jipprovdi l-esperti u l-ekwipaġġ tekniku meħtieġa biex iħaddmu t-tagħmir tekniku b'mod legali u sikur. F'każ bħal dan, tagħmir tekniku li huwa proprjetà tal-Aġenzija biss għandu jsir disponibbli għall-Aġenzija fuq talba tagħha u l-Istat Membru ta' reġistrazzjoni ma jistax jinvoka s-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 64(8).

6.  Meta l-Aġenzija ma jkollhiex il-persunal statutorju kkwalifikat meħtieġ, l-Istat Membru ta' reġistrazzjoni jew il-fornitur tat-tagħmir tekniku għandu jipprovdi l-esperti u l-ekwipaġġ tekniku meħtieġa biex iħaddmu t-tagħmir tekniku b'mod legali u sikur. Meta l-Istat Membru ta' reġistrazzjoni joffri l-esperti u l-ekwipaġġ tekniku meħtieġa, dawn għandhom jitqiesu bħala parti mill-kontribuzzjoni ta' dak l-Istat Membru partikolari lill-korp permanenti. F'każ bħal dan, tagħmir tekniku li huwa unikament proprjetà tal-Aġenzija għandu jsir disponibbli għall-Aġenzija fuq talba tagħha u l-Istat Membru ta' reġistrazzjoni ma jistax jinvoka s-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 64(8). Meta titlob lil Stat Membru jipprovdi tagħmir tekniku u persunal operazzjonali, l-Aġenzija għandha tqis l-isfidi operazzjonali partikolari li dak l-Istat Membru jkun qed jiffaċċja meta ssir it-talba.

Emenda    337

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-għadd ta' persunal operazzjonali li kull Stat Membru impenja għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea u tal-Fruntiera u għar-riżerva ta' kontrolluri tar-ritorn furzat;

(a)  l-għadd ta' persunal operazzjonali li kull Stat Membru impenja għall-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea u tal-Fruntiera inkluż għar-riżerva ta' kontrolluri tar-ritorn furzat;

Emenda    338

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-għadd ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku skjerati minn kull Stat Membru u mill-Aġenzija fis-sena preċedenti mir-riżerva tat-tagħmir tekniku, b'referenza speċjali għal

(e)  l-għadd ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku skjerati minn kull Stat Membru u mill-Aġenzija fis-sena preċedenti mir-riżerva tat-tagħmir tekniku;

Emenda    339

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha timmonitorja u tikkontribwixxi b'mod proattiv għall-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni rilevanti għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri inkluż l-użu ta' teknoloġija ta' sorveljanza avvanzata, filwaqt li tqis il-pjan direzzjonali tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 9(4). L-Aġenzija għandha tqassam ir-riżultati ta' dik ir-riċerka lill-Parlament Ewropew, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 50. Dawn ir-riżultati tista' tużahom kif xieraq f'operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntiera, operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn.

1.  L-Aġenzija għandha timmonitorja u tikkontribwixxi b'mod proattiv għall-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni rilevanti għall-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri, filwaqt li tqis il-pjan direzzjonali tal-kapaċità msemmi fl-Artikolu 9(4). L-Aġenzija għandha tqassam ir-riżultati ta' dik ir-riċerka lill-Parlament Ewropew, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 50. Dawn ir-riżultati tista' tużahom kif xieraq f'operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntiera, operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn.

Emenda    340

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Aġenzija tista' tippjana u timplimenta proġetti pilota dwar kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

4.  L-Aġenzija tista' tippjana u timplimenta proġetti pilota meta jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-obbligi previsti taħt dan ir-Regolament.

Emenda    341

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-Aġenzija għandha tippubblika l-proġetti kollha ta' riċerka tagħha, inklużi l-proġetti ta' dimostrazzjoni, is-sħab ta' kooperazzjoni involuti u l-baġit tal-proġett.

Emenda    342

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jistabbilixxu pjanijiet operazzjonali għall-ġestjoni tal-frunieri u r-ritorni. Il-pjanijiet operazzjonali tal-Istati Membri marbutin mat-taqsimiet tal-fruntiera b'livelli ta' impatt għoljin jew kritiċi għandhom jiġu stabbiliti b'kooperazzjoni mal-Istati Membri ġirien u mal-Aġenzija. Għall-attivitajiet tal-Aġenzija, l-ippjanar operazzjonali għas-sena suċċessiva għandu jiġi ddefinit fl-anness tad-dokument ta' programmar uniku msemmi fl-Artikolu 100 u għal kull attività operazzjonali speċifika permezz tal-pjan operazzjonali msemmi fl-Artikolu 39 u fl-Artikolu 75(3).

2.  L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jistabbilixxu pjanijiet operazzjonali għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorni. Il-pjanijiet operazzjonali tal-Istati Membri marbutin mat-taqsimiet tal-fruntiera b'livell ta' impatt għoli għandhom jiġu stabbiliti b'kooperazzjoni mal-Istati Membri ġirien u mal-Aġenzija. Għall-attivitajiet tal-Aġenzija, l-ippjanar operazzjonali għas-sena suċċessiva għandu jiġi ddefinit fl-anness tad-dokument ta' programmar uniku msemmi fl-Artikolu 100 u għal kull attività operazzjonali speċifika permezz tal-pjan operazzjonali msemmi fl-Artikolu 39 u fl-Artikolu 75(3).

Emenda    343

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pjan ta' żvilupp tal-kapaċitajiet nazzjonali għandu jindirizza b'mod partikolari l-politika dwar ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-gwardji tal-fruntieri u tal-ispeċjalisti tar-ritorn, il-kisba u l-manutenzjoni tat-tagħmir u l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp meħtieġa u l-aspetti finanzjarji korrispondenti.

Il-pjan ta' żvilupp tal-kapaċitajiet nazzjonali għandu jindirizza b'mod partikolari l-politika dwar ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-gwardji tal-fruntieri, tal-ispeċjalisti tar-ritorn, tal-iskorti tar-ritorn u tal-kontrolluri tar-ritorn furzat, il-kisba u l-manutenzjoni tat-tagħmir u l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp meħtieġa u l-aspetti finanzjarji korrispondenti.

Emenda    344

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Aġenzija għandha tiżgura l-istabbiliment u l-operat tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 7 tar-[Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)]."]

2.  L-Aġenzija għandha tiżgura l-istabbiliment u l-operat tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1240.

Emenda    345

Proposta għal regolament

Taqsima 11 – subtaqsima 1 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kooperazzjoni fl-UE

imħassar

Emenda    346

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha tikkoopera ma' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn, fl-oqfsa legali rispettivi tagħhom u tagħmel użu mill-informazzjoni, kapaċitajiet u sistemi eżistenti disponibbli fil-qafas tal-EUROSUR.

L-Aġenzija għandha tikkoopera ma' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni fl-oqfsa legali rispettivi tagħhom u tagħmel użu mill-informazzjoni, kapaċitajiet u sistemi eżistenti disponibbli fil-qafas tal-EUROSUR.

Emenda    347

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'konformità mal-paragrafu 1, l-Aġenzija għandha tikkoopera b'mod partikolari ma':

F'konformità mal-paragrafu 1, l-Aġenzija għandha tikkoopera ma' dawn li ġejjin:

Emenda    348

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-Aġenzija Ewropea għall-Ażil;

(c)  l-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil];

Emenda    349

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  Missjonijiet u operazzjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni.

imħassar

Emenda    350

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Aġenzija tista' tikkoopera wkoll mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti għall-kompiti tagħha li ġejjin, fl-oqfsa legali rispettivi tagħhom:

 

(a)  in-Nazzjonijiet Uniti permezz tal-uffiċċji, aġenziji, organizzazzjonijiet u entitajiet oħra rilevanti tagħha, b'mod partikolari l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;

 

(b)  l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' Pulizija Kriminali (INTERPOL);

 

(c)  l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa;

 

(d)  fl-Organizzazzjoni Dinjija Doganali;

 

L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-Kunsill tal-Ewropa u mal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa għall-finijiet ta' sorveljanza tar-riżerva ta' kontrolluri tar-ritorn furzat.

Emenda    351

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha sseħħ fil-qafas ta' arranġamenti ta' ħidma konklużi mal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1. Arranġamenti bħal dawn għandhom ikunu ngħataw l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. F'kull każ, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe arranġament bħal dan.

2.  Il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha sseħħ fil-qafas ta' arranġamenti ta' ħidma konklużi mal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1. Tali arranġamenti għandhom ikunu ngħataw l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, u tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data sa fejn l-arranġamenti ta' ħidma jikkonċernaw l-iskambju ta' data personali. F'kull każ, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe arranġament bħal dan u tagħmlu pubblikament disponibbli. Arranġamenti bħal dawn għandhom jindikaw b'mod ċar il-kamp ta' applikazzjoni, il-firxa u l-livell ta' intrużjoni tal-miżura proposta biex tiġi valutata l-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-miżura inkwistjoni.

Emenda    352

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jużaw l-informazzjoni riċevuta mill-Aġenzija biss fil-limiti tal-kompetenzi tagħhom u sakemm dawn jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, inklużi r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data. It-trażmissjoni suċċessiva jew komunikazzjoni oħra ta' proċessar ta' data personali mill-Aġenzija lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji l-oħra tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal arranġamenti speċifiċi ta' ħidma dwar l-iskambju ta' data personali u soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data. Kwalunkwe trasferiment ta' data personali għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikoli 87 sa 90. Fir-rigward tal-ġestjoni ta' informazzjoni kklassifikata, dawk l-arranġamenti għandhom jipprovdu li l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju, l-aġenzija tal-Unjoni jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernati għandhom jikkonformaw mar-regoli ta' sigurtà u mal-istandards ekwivalenti għal dawk applikati mill-Aġenzija.

5.  L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jużaw l-informazzjoni riċevuta mill-Aġenzija biss fil-limiti tal-kompetenzi tagħhom u sakemm dawn jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, inklużi r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data. Kwalunkwe trażmissjoni suċċessiva jew żvelar ieħor ta' proċessar ta' data personali mill-Aġenzija lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji l-oħra tal-Unjoni tista' ssir biss jekk ikun hemm bażi ġuridika fid-dritt tal-Unjoni, u ma għandhiex twassal għall-ipproċessar ta' data personali għal finijiet inkompatibbli oħra skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/1725, għandha tkun soġġetta għal arranġamenti speċifiċi ta' ħidma dwar l-iskambju ta' data personali u soġġetta għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha żżomm reġistru tat-trasferimenti suċċessivi u tal-ġustifikazzjoni għal tali trasferimenti. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkollu l-possibbiltà li jivverifika l-legalità u, b'mod partikolari, il-konformità tagħhom mal-prinċipji tal-ħtieġa u tal-proporzjonalità. Kwalunkwe trasferiment ta' data personali mill-Aġenzija għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikoli 87 sa 90 u mar-Regolament (UE) 2018/1725. Fir-rigward tal-ġestjoni ta' informazzjoni kklassifikata, dawk l-arranġamenti għandhom jipprovdu li l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernati għandhom jikkonformaw mar-regoli ta' sigurtà u mal-istandards ekwivalenti għal dawk applikati mill-Aġenzija.

Emenda    353

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  L-Aġenzija għandha tiżgura li d-data personali trasferita jew żvelata lill-organizzazzjonijiet internazzjonali tiġi pproċessata biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet trasferita jew divulgata. L-Aġenzija għandha tiżgura li l-arranġamenti ta' ħidma konklużi ma' organizzazzjonijiet internazzjonali jirrispettaw bis-sħiħ il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, u b'mod partikolari l-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2018/679.

Emenda    354

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  kondiviżjoni tal-kapaċitajiet permezz tal-ippjanar u tal-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet bi skopijiet multipli, u tal-kondiviżjoni ta' assi u kapaċitajiet oħra, sal-punt li dawn l-attivitajiet ikunu kkoordinati minn dawk l-aġenziji u huma maqbulin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.

(e)  kondiviżjoni tal-kapaċitajiet permezz tal-ippjanar u tal-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet bi skopijiet multipli, inkluż Tfittxija u Salvataġġ, u tal-kondiviżjoni ta' assi u kapaċitajiet oħra, sal-punt li dawn l-attivitajiet ikunu kkoordinati minn dawk l-aġenziji u jkunu maqbulin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.

Emenda    355

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-forom preċiżi tal-kooperazzjoni dwar il-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta bejn l-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għandhom jiġu determinati f'arranġament ta' ħidma, b'konformità mal-mandati rispettivi tagħhom u mar-regoli finanzjarji applikabbli għal dawk l-aġenziji. Tali arranġament għandu jiġi approvat mill-bord maniġerjali tal-Aġenzija u l-bordijiet maniġerjali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd.

2.  Il-forom preċiżi tal-kooperazzjoni dwar il-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta bejn l-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għandhom jiġu determinati f'arranġament ta' ħidma, b'konformità mal-mandati rispettivi tagħhom u mar-regoli finanzjarji applikabbli għal dawk l-aġenziji. Tali arranġament għandu jiġi approvat mill-bord maniġerjali tal-Aġenzija u l-bordijiet maniġerjali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd. L-aġenziji għandhom jużaw l-informazzjoni li tkun waslitilhom fil-kuntest tal-kooperazzjoni tagħhom fil-limiti tal-qafas ġuridiku tagħhom biss u f'konformità mad-drittijiet fundamentali, inklużi r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data.

Emenda    356

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Kwalunkwe trażmissjoni suċċessiva jew komunikazzjoni oħra ta' informazzjoni skambjata taħt dan l-Artikolu lil pajjiżi terzi jew lil partijiet terzi għandha tkun ipprojbita.

5.  Kwalunkwe trażmissjoni suċċessiva jew komunikazzjoni oħra ta' informazzjoni skambjata taħt dan l-Artikolu lil pajjiżi terzi jew lil kwalunkwe parti terza oħra għandha tkun ipprojbita.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija mressqa għal finijiet ta' konsistenza.

Emenda    357

Proposta għal regolament

Taqsima 11 – subtaqsima 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi

imħassar

Emenda    358

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  F'konformità mal-Artikolu 3(g), l-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jikkooperaw ma' pajjiżi terzi għall-għanijiet tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri u tal-politika dwar il-migrazzjoni, inkluż ir-ritorni.

1.  F'konformità mal-Artikolu 3(g), l-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jikkooperaw ma' pajjiżi terzi għall-finijiet tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri u tal-politika dwar il-migrazzjoni.

Emenda    359

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, għandha tivvaluta s-sitwazzjoni f'pajjiż terz, inkluż ir-rispett tiegħu għad-drittijiet fundamentali u l-livell ta' protezzjoni tad-data, qabel kwalunkwe attività tal-Aġenzija f'dak il-pajjiż terz jew miegħu u qabel il-bidu tan-negozjati ta' kwalunkwe ftehim jew arranġament ma' dak il-pajjiż terz skont dan ir-Regolament.

Emenda    360

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni, inkluż in-normi u l-istandards li jiffurmaw parti mill-acquis tal-Unjoni anki meta l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi sseħħ fit-territorju ta' dawk il-pajjiżi.

3.  L-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni, inkluż in-normi u l-istandards li jiffurmaw parti mill-acquis tal-Unjoni anki meta l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi sseħħ fit-territorju ta' dawk il-pajjiżi. L-istabbiliment ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi għandha sservi għall-promozzjoni tal-istandards tal-Ġestjoni Integrata Ewropea tal-Fruntieri.

Emenda    361

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data personali li tiġi trasferita jew żvelata lill-pajjiżi terzi jew lill-organizzazzjonijiet internazzjonali tiġi pproċessata biss għall-finijiet li għalihom kienet ġiet trasferita jew żvelata, u li s-suġġetti tad-data jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom f'dawk il-pajjiżi terzi wkoll jew fir-rigward ta' dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Għal dan il-għan, l-Istati Membri, fil-ftehimiet bilaterali jew multilaterali ma' pajjiżi terzi jew fl-arranġamenti ta' ħidma mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, għandhom jinkludu assigurazzjonijiet legalment vinkolanti u infurzabbli, skont il-punti 2(a) jew 3(b) tal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/679. Meta ma jkun jeżisti l-ebda ftehim jew arranġament bħal dan skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri ma għandhomx jittrasferixxu jew jiżvelaw kwalunkwe data personali lill-pajjiżi terzi jew lill-organizzazzjonijiet internazzjonali.

Emenda    362

Proposta għal regolament

Artikolu 74 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta tagħmel dan, għandha taġixxi fil-qafas tal-politika għall-azzjoni esterna tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipju ta' non-refoulement, bl-appoġġ ta' u b'koordinazzjoni mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u fejn rilevanti, tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK.

2.  Meta tagħmel dan, għandha taġixxi fil-qafas tal-politika għall-azzjoni esterna tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipju ta' non-refoulement, il-projbizzjoni tad-detenzjoni arbitrarja u l-projbizzjoni tat-tortura, ta' trattament jew pieni inumani jew degradanti, bl-appoġġ tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u b'koordinazzjoni magħhom.

Emenda    363

Proposta għal regolament

Artikolu 74 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  F'ċirkostanzi li jeħtieġu l-iskjerament f'pajjiż terz ta' timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri u tar-ritorn mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fejn il-membri tat-tim se jeżerċitaw setgħat eżekuttivi, għandu jiġi konkluż ftehim dwar l-istatus mill-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat. Dan il-ftehim dwar l-istatus għandu jkopri l-aspetti kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-azzjonijiet. Għandu b'mod partikolari jistipula l-ambitu tal-operazzjoni, ir-responsabbiltà ċivili u kriminali u l-kompiti u s-setgħat tal-membri tat-timijiet. Il-ftehim dwar l-istatus għandu jiżgura r-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali matul dawn l-operazzjonijiet.

3.  F'ċirkostanzi li jeħtieġu l-iskjerament f'pajjiż terz ta' timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri, tar-ritorni u tal-monitoraġġ tad-drittijiet fundamentali mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta meta l-membri tat-tim se jeżerċitaw setgħat eżekuttivi, għandu jiġi konkluż ftehim dwar l-istatus, imfassal abbażi tal-mudell tal-ftehim dwar l-istatus imsemmi fl-Artikolu 77(1a), mill-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat fuq il-bażi tal-Artikolu 218 tat-TFUE. Dan il-ftehim dwar l-istatus għandu jkopri l-aspetti kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-azzjonijiet. Għandu b'mod partikolari jistipula l-ambitu tal-operazzjoni, ir-responsabbiltà ċivili u kriminali u l-kompiti u s-setgħat tal-membri tat-timijiet, il-miżuri relatati mal-istabbiliment ta' uffiċċju antenna u l-miżuri li jiżguraw l-operazzjonalizzazzjoni tas-salvagwardji tad-drittijiet fundamentali, inkluż l-iskjerament tal-kontrolluri tad-drittijiet tal-bniedem, l-istrateġija għad-drittijiet fundamentali f'konformità mal-Artikolu 81 u l-kodiċi ta' kondotta f'konformità mal-Artikolu 82. Il-ftehim dwar l-istatus għandu jiżgura r-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali matul dawn l-operazzjonijiet u għandu jipprevedi mekkaniżmu għall-ilmenti. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi kkonsultat dwar id-dispożizzjonijiet tal-ftehim dwar l-istatus marbuta mat-trasferimenti tad-data. L-operazzjonijiet għandhom jitwettqu abbażi ta' pjan operazzjonali miftiehem ukoll mill-Istati Membri parteċipanti. Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri f'operazzjonijiet konġunti fit-territorju ta' pajjiżi terzi għandha tkun fuq bażi volontarja.

Emenda    364

Proposta għal regolament

Artikolu 74 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn disponibbli, għandha taġixxi wkoll fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma konklużi ma' dawk l-awtoritajiet f'konformità mad-dritt u l-politika tal-Unjoni, f'konformità mal-Artikolu 77(6). Dawn l-arranġamenti ta' ħidma għandhom jispeċifikaw l-ambitu, in-natura u l-għan tal-kooperazzjoni u jkunu relatati mal-ġestjoni tal-koperazzjoni operazzjonali u jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-iskambju ta' informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata u kooperazzjoni fil-qafas tal-EUROSUR b'konformità mal-Artikolu 75(3). Kwalunkwe arranġament ta' ħidma dwar l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata għandu jiġi konkluż b'konformità mal-Artikolu 77(6). L-Aġenzija għandha tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni, inkluż in-normi u l-istandards li jiffurmaw parti mill-acquis tal-Unjoni.

4.  Meta jkun disponibbli, għandha taġixxi wkoll fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma konklużi ma' dawk l-awtoritajiet f'konformità mad-dritt u l-politika tal-Unjoni, f'konformità mal-Artikolu 77(6). Dawn l-arranġamenti ta' ħidma għandhom jispeċifikaw l-ambitu, in-natura u l-għan tal-kooperazzjoni u jkunu relatati mal-ġestjoni tal-kooperazzjoni operazzjonali u jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-iskambju ta' informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata u l-kooperazzjoni fil-qafas tal-EUROSUR b'konformità mal-Artikolu 75(3). Kwalunkwe arranġament ta' ħidma dwar l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata għandu jiġi konkluż f'konformità mal-Artikolu 77(6). L-Aġenzija għandha tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni, inkluż in-normi u l-istandards li jiffurmaw parti mill-acquis tal-Unjoni. L-Aġenzija għandha titlob awtorizzazzjoni minn qabel mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, sa fejn dawn l-arranġamenti ta' ħidma jipprevedu t-trasferiment ta' data personali.

Emenda    365

Proposta għal regolament

Artikolu 74 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali u tal-arranġamenti mhux legalment vinkolanti dwar ir-ritorn konklużi mill-Unjoni ma' pajjiżi terzi fil-qafas tal-politika għall-azzjoni esterna tal-Unjoni u fir-rigward ta' kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

5.  L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali u tal-ftehimiet ta' riammissjoni konklużi mill-Unjoni ma' pajjiżi terzi fil-qafas tal-politika għall-azzjoni esterna tal-Unjoni u fir-rigward ta' kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

Emenda    366

Proposta għal regolament

Artikolu 74 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Aġenzija tista' tibbenefika mill-fondi tal-Unjoni b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġaw lill-pajjiżi terzi u li huma marbutin magħhom. Tista' tniedi u tiffinanzja proġetti ta' assistenza teknika f'pajjiżi terzi fir-rigward ta' kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament u f'konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

6.  L-Aġenzija tista' tibbenefika mill-fondi tal-Unjoni b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġaw lill-pajjiżi terzi u li huma marbutin magħhom. Soġġetta għall-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, u wara valutazzjoni dettaljata tal-impatt tad-drittijiet fundamentali, l-Aġenzija tista' tniedi u tiffinanzja proġetti ta' assistenza teknika f'pajjiżi terzi fir-rigward ta' kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament u f'konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

Emenda    367

Proposta għal regolament

Artikolu 74 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Aġenzija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet imwettqa permezz ta' dan l-Artikolu.

7.  L-Aġenzija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew kull tliet xhur dwar l-attivitajiet imwettqa permezz ta' dan l-Artikolu u, b'mod partikolari, dwar l-attivitajiet relatati mal-assistenza teknika u operazzjonali fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u tar-ritorni f'pajjiżi terzi, l-iskambju ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata ma' pajjiżi terzi u l-iskjerament ta' uffiċjali ta' kollegament u inkluż informazzjoni dettaljata dwar il-konformità mad-drittijiet fundamentali u l-protezzjoni internazzjonali. L-Aġenzija għandha tagħmel pubbliċi l-ftehimiet, l-arranġamenti ta' ħidma, il-proġetti pilota u l-proġetti ta' assistenza teknika kollha mal-pajjiżi terzi.

Emenda    368

Proposta għal regolament

Artikolu 74 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a.  L-Aġenzija għandha tiżgura li l-informazzjoni li tiġi trasferita jew żvelata lil pajjiżi terzi jew lill-organizzazzjonijiet internazzjonali tiġi proċessata biss għall-finijiet li għalihom kienet ġiet trasferita jew żvelata, u li s-suġġetti tad-data jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom f'dawk il-pajjiżi terzi wkoll jew fir-rigward ta' dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

Emenda    369

Proposta għal regolament

Artikolu 75 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Aġenzija tista' tipprovdi assistenza għall-attivitajiet tar-ritorn ta' pajjiżi terzi u tiżgura l-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet ta' ritorn, li matulhom għadd ta' persuni ripatrijati jkunu jiġu ritornati minn dan il-pajjiż terz lejn pajjiż terz ieħor. Operazzjonijiet ta' ritorn bħal dawn jistgħu jiġu organizzati bil-parteċipazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew aktar ("operazzjonijiet ta' ritorn imħallta") jew bħala operazzjonijiet ta' ritorn nazzjonali, b'mod partikolari meta dan ikun ġustifikat mill-prijoritajiet tal-politika dwar il-migrazzjoni irregolari tal-Unjoni. L-Istati Membri parteċipanti u l-Aġenzija għandhom jiżguraw li l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali u l-użu proporzjonat ta' mezzi ta' restrizzjoni jkunu garantiti matul l-operazzjoni kollha ta' tneħħija, b'mod partikolari bil-preżenza tal-kontrolluri tar-ritorn furzat u tal-iskorti tar-ritorn furzat ta' pajjiż terz.

imħassar

Emenda    370

Proposta għal regolament

Artikolu 76 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Aġenzija għandha tiżgura li l-informazzjoni li tiġi trasferita jew żvelata lil pajjiżi terzi tiġi proċessata biss għall-finijiet li għalihom kienet ġiet trasferita jew żvelata, u li s-suġġetti tad-data jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom f'dawk il-pajjiżi terzi wkoll. Għal dan il-għan, għandu jiġi pprojbit kwalunkwe skambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 73(1), li jipprovdi informazzjoni lil pajjiż terz li tkun tista' tintuża biex jiġu identifikati persuni jew gruppi ta' persuni li t-talba tagħhom għal aċċess għall-protezzjoni internazzjonali tkun qed tiġi eżaminata jew li jkunu taħt riskju serju li jkunu soġġetti għal tortura, trattament jew pieni inumani jew degradanti jew kwalunkwe ksur ieħor tad-drittijiet fundamentali.

Emenda    371

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu – 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Il-Kummissjoni ma għandhiex tikkonkludi negozjati li jikkonċernaw ftehimiet dwar kooperazzjoni bejn l-Unjoni u pajjiż terz skont dan ir-Regolament sakemm tiġi konkluża valutazzjoni tas-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali f'dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 72(2a). Din il-valutazzjoni għandha tiġi inkluża fil-proċedura ta' kunsens.

Emenda    372

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tinnegozja l-ftehim dwar l-istatus imsemmi fl-Artikolu 74(3) f'konformità mal-Artikolu 218(3) tat-TFUE.

imħassar

Emenda    373

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri u lill-Aġenzija, għandha tfassal mudell ta' ftehim dwar l-istatus, li għandu jinkludi l-qafas għall-evalwazzjoni tad-drittijiet fundamentali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 54(2), għall-azzjonijiet imwettqa fit-territorju ta' pajjiżi terzi.

Emenda    374

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri u lill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tfassal mudell tad-dispożizzjonijiet għall-ftehimiet bilaterali u multilaterali msemmija fl-Artikolu 71(2) u fl-Artikolu 73 għall-iskambju tal-informazzjoni fil-qafas tal-EUROSUR kif stipulat fl-Artikolu 76(2).

Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri u lill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha wkoll tfassal mudell tad-dispożizzjonijiet għall-ftehimiet bilaterali u multilaterali msemmija fl-Artikolu 71(2) u fl-Artikolu 73 għall-iskambju tal-informazzjoni fil-qafas tal-EUROSUR kif stipulat fl-Artikolu 76(2). Id-dispożizzjonijiet mudell għandhom jinkludu miżuri dettaljati li jiżguraw l-operazzjonalizzazzjoni tas-salvagwardji tad-drittijiet fundamentali, l-istrateġija għad-drittijiet fundamentali f'konformità mal-Artikolu 81 u l-kodiċi ta' kondotta f'konformità mal-Artikolu 82.

Emenda    375

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li tikkonsulta lill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tfassal mudell tal-arranġamenti ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 74.

Wara li tikkonsulta lill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tfassal mudell tal-arranġamenti ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 74. Tali mudell għandu jinkludi miżuri dettaljati li jiżguraw l-operazzjonalizzazzjoni tas-salvagwardji tad-drittijiet fundamentali, l-istrateġija għad-drittijiet fundamentali f'konformità mal-Artikolu 81 u l-kodiċi ta' kondotta f'konformità mal-Artikolu 82.

Emenda    376

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw l-arranġamenti bilaterali u multilaterali eżistenti msemmija fl-Artikolu 73(1) lill-Kummissjoni, li għandha tivverifika jekk id-dispożizzjonijiet tagħhom jikkonformawx ma' dan ir-Regolament.

3.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw l-arranġamenti bilaterali u multilaterali eżistenti msemmija fl-Artikolu 73(1) lill-Kummissjoni, li għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Aġenzija dwar dan u għandha tivverifika jekk id-dispożizzjonijiet tagħhom jikkonformawx ma' dan ir-Regolament.

Emenda    377

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Qabel ma jiġi konkluż ftehim bilaterali jew multilaterali ġdid imsemmi fl-Artikolu 73(1), l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikawh lill-Kummissjoni, li għandha tivverifika jekk id-dispożizzjonijiet tagħhom jikkonformawx ma' dan ir-Regolament u tinforma lill-Istati Membri kif meħtieġ.

4.  Qabel ma jiġi konkluż ftehim bilaterali jew multilaterali ġdid imsemmi fl-Artikolu 73(1), l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikawh lill-Kummissjoni, li għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Aġenzija dwar dan u għandha tivverifika jekk id-dispożizzjonijiet tagħhom jikkonformawx ma' dan ir-Regolament u tinforma lill-Istati Membri kif meħtieġ.

Emenda    378

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Qabel ma jiġi konkluż kwalunkwe arranġament ma' partijiet terzi jew ma' pajjiżi terzi, l-Aġenzija għandha tinnotifikah lill-Kummissjoni, li għandha tagħti l-approvazzjoni minn qabel tagħha. Ladarba jiġu konklużi arranġamenti ta' ħidma, l-Istat Aġenzija għandha tinnotifikahom lill-Kummissjoni, li għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Aġenzija dwar dan.

6.  Qabel ma jiġi konkluż kwalunkwe arranġament ma' partijiet terzi jew ma' pajjiżi terzi, l-Aġenzija għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-approvazzjoni tagħha qabel il-konklużjoni ta' tali arranġamenti. Ladarba jiġu konklużi arranġamenti ta' ħidma, l-Aġenzija għandha tinnotifikahom lill-Kummissjoni, li għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan.

Emenda    379

Proposta għal regolament

Artikolu 78 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija tista' tistazzjona esperti mill-persunal statutorju tagħha bħala uffiċjali ta' kollegament, li għandhom igawdu mill-ogħla protezzjoni possibbli meta jwettqu dmirijiethom f'pajjiżi terzi. Għandhom jiffurmaw parti min-netwerks ta' kooperazzjoni lokali jew reġjonali tal-uffiċjali ta' kollegament dwar l-immigrazzjoni u esperti tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri, inkluż in-netwerk imwaqqaf skont ir-Regolament (KE) Nru 377/2004. Bid-deċiżjoni tal-bord maniġerjali, l-Aġenzija tista' tistabbilixxi l-profili speċifiċi tal-uffiċjali ta' kollegament, bħall-uffiċjali ta' kollegament tar-ritorn, skont il-ħtiġijiet operazzjonali fir-rigward tal-pajjiż terz ikkonċernat.

1.  L-Aġenzija tista' tistazzjona esperti mill-persunal statutorju tagħha bħala uffiċjali ta' kollegament, li għandhom igawdu mill-ogħla protezzjoni possibbli meta jwettqu dmirijiethom f'pajjiżi terzi. Għandhom jiffurmaw parti min-netwerks ta' kooperazzjoni lokali jew reġjonali tal-uffiċjali ta' kollegament dwar l-immigrazzjoni u esperti tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri, inkluż in-netwerk imwaqqaf skont ir-Regolament (KE) Nru 377/2004. Bid-deċiżjoni tal-bord maniġerjali, l-Aġenzija tista' tistabbilixxi l-profili speċifiċi tal-uffiċjali ta' kollegament, skont il-ħtiġijiet operazzjonali fir-rigward tal-pajjiż terz ikkonċernat.

Emenda    380

Proposta għal regolament

Artikolu 78 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fil-qafas tal-politika għall-azzjoni esterna tal-Unjoni, għandha tingħata prijorità għall-istazzjonament ta' uffiċjali ta' kollegament lil dawk il-pajjiżi terzi li, abbażi ta' analiżi tar-riskju, jikkostitwixxu pajjiż ta' oriġini jew tranżitu fir-rigward tal-immigrazzjoni illegali. L-Aġenzija tista' tirċievi uffiċjali ta' kollegament mibgħuta minn dawk il-pajjiżi terzi fuq bażi reċiproka. Fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, il-bord maniġerjali għandu jadotta lista ta' prijoritajiet fuq bażi annwali. L-iskjerament tal-uffiċjali ta' kollegament għandu jiġi approvat mill-bord maniġerjali, skont l-opinjoni tal-Kummissjoni.

2.  Fil-qafas tal-politika għall-azzjoni esterna tal-Unjoni, għandha tingħata prijorità għall-iskjerament ta' uffiċjali ta' kollegament lil dawk il-pajjiżi terzi li, abbażi ta' analiżi tar-riskju, jikkostitwixxu pajjiż ta' oriġini jew tranżitu fir-rigward tal-migrazzjoni irregolari. L-Aġenzija tista' tirċievi uffiċjali ta' kollegament mibgħuta minn dawk il-pajjiżi terzi fuq bażi reċiproka. Fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, il-bord maniġerjali għandu jadotta lista ta' prijoritajiet fuq bażi annwali. L-iskjerament tal-uffiċjali ta' kollegament għandu jiġi approvat mill-bord maniġerjali, skont l-opinjoni tal-Kummissjoni.

Emenda    381

Proposta għal regolament

Artikolu 78 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Filwaqt li jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni u filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, il-kompiti tal-uffiċjali ta' kollegament tal-Aġenzija għandhom jinkludu l-istabbiliment u ż-żamma ta' kuntatti mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi fejn ikunu assenjati bl-għan li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni ta' u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u r-ritorn ta' persuni rimpatrijati, fosthom billi jipprovdu assistenza teknika fl-identifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz u l-kisba ta' dokument tal-ivvjaġġar. Dawk l-uffiċjali ta' kollegament għandhom jikkoordinaw mill-qrib mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u, fejn rilevanti, mal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK.

3.  Filwaqt li jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni u filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, il-kompiti tal-uffiċjali ta' kollegament tal-Aġenzija għandhom jinkludu l-istabbiliment u ż-żamma ta' kuntatti mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi fejn ikunu assenjati bl-għan li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-migrazzjoni irregolari u l-ġlieda kontriha u r-ritorn ta' persuni rimpatrijati, fosthom billi jipprovdu assistenza teknika fl-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u l-kisba ta' dokumenti tal-ivvjaġġar. Dawk l-uffiċjali ta' kollegament għandhom jikkoordinaw mill-qrib mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni. Huma għandhom, kull meta jkun possibbli, ikollhom l-uffiċċji tagħhom fl-istess bini. L-uffiċjali ta' kollegament tal-Aġenzija għandhom jikkontribwixxu għall-valutazzjoni tal-impatt tad-drittijiet fundamentali tal-operazzjonijiet u l-kooperazzjoni tal-Aġenzija mal-pajjiżi terzi u għandhom jirrapportaw lid-direttur eżekuttiv u lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali dwar il-valutazzjoni tagħhom.

Emenda    382

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bi ftehim mal-Istati Membri kkonċernati, l-Aġenzija tista' tistieden osservaturi mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali u missjonijiet u operazzjonijiet tal-PSDK biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha, b'mod partikolari operazzjonijiet konġunti u proġetti pilota, analiżi tar-riskju u taħriġ, sakemm il-preżenza tagħhom tkun tikkonforma mal-għanijiet ta' dawn l-attivitajiet, tkun tista' tikkontribwixxi għat-titjib tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki, u ma taffettwax is-sikurezza u s-sigurtà ġenerali ta' dawk l-attivitajiet. Il-parteċipazzjoni ta' dawk l-osservaturi fl-analiżi tar-riskju u t-taħriġ tista' sseħħ biss bi ftehim mal-Istati Membri kkonċernati. Fir-rigward ta' operazzjonijiet konġunti u proġetti pilota, il-parteċipazzjoni tal-osservaturi għandha tkun soġġetta għal ftehim mal-Istat Membru ospitanti. Il-pjan operazzjonali għandu jinkludi regoli dettaljati dwar il-parteċipazzjoni tal-osservaturi. Dawk l-osservaturi għandhom jirċievu taħriġ meħtieġ mill-Aġenzija qabel il-parteċipazzjoni tagħhom.

1.  Bi ftehim mal-Istati Membri kkonċernati, l-Aġenzija tista' tistieden osservaturi mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha, b'mod partikolari operazzjonijiet konġunti u proġetti pilota, analiżi tar-riskju u taħriġ, dment li l-preżenza tagħhom tkun tikkonforma mal-għanijiet ta' dawk l-attivitajiet, tkun tista' tikkontribwixxi għat-titjib tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki, u ma taffettwax is-sikurezza u s-sigurtà ġenerali ta' dawk l-attivitajiet jew ma tippreżentax riskji għad-drittijiet fundamentali. Il-parteċipazzjoni ta' dawk l-osservaturi fl-analiżi tar-riskju u t-taħriġ tista' sseħħ biss bi ftehim mal-Istati Membri kkonċernati. Fir-rigward ta' operazzjonijiet konġunti u proġetti pilota, il-parteċipazzjoni tal-osservaturi għandha tkun soġġetta għall-ftehim mal-Istat Membru ospitanti. Il-pjan operazzjonali għandu jinkludi regoli dettaljati dwar il-parteċipazzjoni tal-osservaturi. Dawk l-osservaturi għandhom jirċievu taħriġ xieraq mill-Aġenzija qabel il-parteċipazzjoni tagħhom.

Emenda    383

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Bi ftehim mal-Istati Membri kkonċernati, l-Aġenzija tista' tistieden osservaturi minn pajjiżi terzi biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha fil-fruntieri esterni msemmija fl-Artikolu 37, fl-operazzjonijiet ta' ritorn imsemmija fl-Artikolu 51, fl-interventi ta' ritorn imsemmija fl-Artikolu 54 u fit-taħriġ imsemmi fl-Artikolu 62, sakemm il-preżenza tagħhom tkun tikkonforma mal-objettivi ta' dawn l-attivitajiet, tkun tista' tikkontribwixxi għat-titjib fil-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki, u ma taffettwax is-sikurezza ġenerali ta' dawn l-attivitajiet. Il-parteċipazzjoni ta' dawk l-osservaturi tista' sseħħ biss bil-ftehim tal-Istati Membri kkonċernati fir-rigward tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 37, 43, 51 u 62 u biss bil-ftehim tal-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta' dawk imsemmija fl-Artikoli 37 u 54. Il-pjan operazzjonali għandu jinkludi regoli dettaljati dwar il-parteċipazzjoni tal-osservaturi. Dawk l-osservaturi għandhom jirċievu taħriġ meħtieġ mill-Aġenzija qabel il-parteċipazzjoni tagħhom. Għandhom ikunu meħtieġa li jaderixxu mal-kodiċi ta' kondotta tal-Aġenzija meta jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha.

2.  Bi ftehim mal-Istati Membri kkonċernati, l-Aġenzija tista' tistieden osservaturi minn pajjiżi terzi biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha fil-fruntieri esterni msemmija fl-Artikolu 37, fl-operazzjonijiet ta' ritorn imsemmija fl-Artikolu 51, fl-interventi ta' ritorn imsemmija fl-Artikolu 54 u fit-taħriġ imsemmi fl-Artikolu 62, dment li l-preżenza tagħhom tkun tikkonforma mal-objettivi ta' dawn l-attivitajiet, tkun tista' tikkontribwixxi għat-titjib fil-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki, u ma taffettwax is-sikurezza ġenerali ta' dawk l-attivitajiet u lanqas is-sikurezza taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u d-dritt għall-ażil. Il-parteċipazzjoni ta' dawk l-osservaturi tista' sseħħ biss bil-ftehim tal-Istati Membri kkonċernati. Il-pjan operazzjonali għandu jinkludi regoli dettaljati dwar il-parteċipazzjoni tal-osservaturi. Dawk l-osservaturi għandhom jirċievu taħriġ xieraq mill-Aġenzija qabel il-parteċipazzjoni tagħhom. Għandhom ikunu meħtieġa jaderixxu mal-kodiċijiet ta' kondotta tal-Aġenzija meta jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha.

Emenda    384

Proposta għal regolament

Artikolu 80 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Aġenzija għandha tieħu f'idejha u topera d-Dokumenti Foloz u Awtentiċi Online (FADO) li hija bażi ta' data li għandha tinkludi informazzjoni dwar dokumenti ġenwini tal-ivvjaġġar u tar-residenza maħruġa mill-Istati Membri, pajjiżi terzi, entitajiet territorjali, organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet oħra soġġetti għad-dritt internazzjonali u dwar il-falsifikazzjoni tagħhom. Is-sistema FADO ma għandu jkun fiha l-ebda data personali.

L-Aġenzija għandha tieħu f'idejha u topera l-bażi ta' data tad-Dokumenti Foloz u Awtentiċi Online (FADO) stabbilita mill-Azzjoni Konġunta 98/700/ĠAI li hija bażi ta' data li għandha tinkludi informazzjoni dwar dokumenti ġenwini tal-ivvjaġġar u tar-residenza maħruġa mill-Istati Membri, pajjiżi terzi, entitajiet territorjali, organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet oħra soġġetti għad-dritt internazzjonali u dwar il-falsifikazzjonijiet tagħhom. Is-sistema FADO ma għandu jkun fiha l-ebda data personali.

Emenda    385

Proposta għal regolament

Kapitolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Skrutinju parlamentari konġunt

 

Artikolu 80a

 

Skrutinju parlamentari konġunt

 

1.  Sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza parlamentari tal-Aġenzija u jitqies l-objettiv ta' responsabbiltà kondiviża kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak nazzjonali, kif spjegat fl-Artikolu 7, il-funzjonijiet ta' skrutinju attribwiti lill-Parlament Ewropew permezz ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu komplementati bi skrutinju eżerċitat minn Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt (JPSG) stabbilit b'mod konġunt mill-parlamenti nazzjonali u mill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew.

 

2.  L-organizzazzjoni u r-regoli ta' proċedura tal-JPSG għandhom jiġu determinati b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-parlamenti nazzjonali skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE u mat-TFUE. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jinkludu dispożizzjonijiet rigward it-trattament ta' informazzjoni klassifikata u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u l-aċċess għalihom skont l-Artikolu 91 ta' dan ir-Regolament. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jinkludu wkoll, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet rigward il-frekwenza u l-post tal-laqgħat, il-proċedura għall-istabbiliment tal-aġenda, dispożizzjonijiet ċari dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-kompożizzjoni tal-JPSG u informazzjoni dwar il-kopresidenti tal-JPSG, li għandhom jiġu assenjati lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u lill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-paragrafu 3(b) ta' dan l-Artikolu. Il-membri tal-JPSG għandhom jintgħażlu mill-parlamenti rispettivi tagħhom abbażi tal-għarfien espert tagħhom dwar il-ġestjoni tal-fruntieri u l-Aġenzija, meta possibbli, b'mandat fiss sa' tmiem il-mandat tagħhom fil-parlament rispettiv tagħhom. Il-Parlament Ewropew għandu jipprovdi s-segretarjat tal-JPSG.

 

3.  Il-JPSG għandu jissorvelja politikament kif l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha u kif l-Istati Membri jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom skont dan ir-Regolament. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu:

 

(a)  il-president tal-bord maniġerjali u d-direttur eżekuttiv għandhom jidhru quddiem il-JPSG fuq talba tiegħu biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu;

 

(b)  l-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fiż-żmien tal-laqgħa tal-JPSG għandu jidher quddiem il-JPSG fuq talba tiegħu biex jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu; meta dak l-Istat Membru ma jipparteċipax fil-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, ir-responsabbiltà għandha tittieħed mill-ewwel Stat Membru li jkollu l-Presidenza sussegwenti u jkun jipparteċipa fil-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta;

 

(c)  il-JPSG jista' jiddeċiedi li jistieden persuni rilevanti oħra għal-laqgħat tiegħu, bħal pereżempju rappreżentant tal-forum konsultattiv u l-uffiċjal tad-drittijiet fundamentali, biex jiddiskutu kwistjonijiet ġenerali relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

 

4.  L-Aġenzija għandha tittrażmetti lill-JPSG d-dokumenti kollha li tittrażmetti lill-Parlament Ewropew. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-JPSG, fuq bażi annwali, dwar it-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħhom skont dan ir-Regolament.

 

Soġġett għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, l-Aġenzija għandha tipprovdi lill-JPSG kwalunkwe dokument ieħor, fuq talba tiegħu, dment li d-dokument ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu relatati mal-monitoraġġ politiku tal-attivitajiet tal-Aġenzija. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-JPSG kwalunkwe informazzjoni ulterjuri li jitlob b'kunsiderazzjoni tal-obbligi tagħhom rigward id-diskrezzjoni u l-kunfidenzjalità.

 

5.  Il-JPSG jista' jfassal konklużjonijiet sommarji dwar il-monitoraġġ politiku tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u jippreżenta dawk il-konklużjonijiet lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali. Il-Parlament Ewropew għandu jgħaddi dawk il-konklużjonijiet, għall-finijiet ta' informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija.

Emenda    386

Proposta għal regolament

Artikolu 81 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fit-twettiq tal-kompiti tagħha taħt dan ir-Regolament skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Karta, id-dritt internazzjonali rilevanti inkluża l-Konvenzjoni tal-1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati, il-Protokoll tal-1967 tagħha u l-obbligi relatati mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari l-prinċipju ta' non-refoulement.

Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fit-twettiq tal-kompiti tagħha taħt dan ir-Regolament skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Karta u d-dritt internazzjonali rilevanti inkluża l-Konvenzjoni tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, il-Protokoll tal-1967 tagħha, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-obbligi relatati mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari l-prinċipju ta' non-refoulement.

Emenda    387

Proposta għal regolament

Artikolu 81 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha tfassal, tiżviluppa ulterjorment u timplimenta strateġija għad-drittijiet fundamentali, inkluż mekkaniżmu effettiv għall-monitoraġġ tar-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.

Għal dak il-fini, l-Aġenzija, soġġetta għall-approvazzjoni mill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, għandha tfassal, tiżviluppa ulterjorment u timplimenta strateġija għad-drittijiet fundamentali u pjan ta' azzjoni, inkluż mekkaniżmu effettiv għall-monitoraġġ tar-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija. L-implimentazzjoni tal-istrateġija u tal-pjan ta' azzjoni għandha tiġi rrapportata mill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali skont l-Artikolu 107(2).

Emenda    388

Proposta għal regolament

Artikolu 81 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tiżgura li l-ebda persuna ma tkun żbarkata fi, imġiegħla tidħol, imwassla, jew b'xi mod mgħoddija jew ritornata, lill-awtoritajiet ta' pajjiż f'kontravenzjoni tal-prinċipju ta' non-refoulement, jew li minnu hemm riskju ta' espulsjoni jew ritorn lejn pajjiż ieħor f'kontravenzjoni ta' dak il-prinċipju.

2.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tiżgura li l-ebda persuna ma tkun żbarkata fi, sfurzata tidħol, imwassla jew b'xi mod mgħoddija jew ritornata lill-awtoritajiet ta' pajjiż fejn, inter alia, ikun hemm riskju serju li hija tkun soġġetta għal piena tal-mewt, tortura, persekuzzjoni jew trattament jew pieni inumani jew degradanti oħra, jew fejn il-ħajja jew il-libertà tagħha jkunu mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-orjentazzjoni sesswali, is-sħubija fi grupp soċjali partikolari jew l-opinjoni politika tagħha, f'kontravvenzjoni tal-prinċipju ta' non-refoulement, jew li minnu hemm riskju ta' espulsjoni, tneħħija, estradizzjoni jew ritorn lejn pajjiż ieħor f'kontravvenzjoni ta' dak il-prinċipju.

Emenda    389

Proposta għal regolament

Artikolu 81 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tqis il-ħtiġijiet speċjali tat-tfal, il-minorenni mhux akkumpanjati, il-persuni b'diżabilità, il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, persuni li jeħtieġu assistenza medika, persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, persuni f'diffikultà fuq il-baħar u persuni oħrajn f'sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli.

Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tqis u tindirizza l-ħtiġijiet speċjali tat-tfal, il-minorenni mhux akkumpanjati, il-persuni b'diżabbilità, il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, persuni li jeħtieġu assistenza medika, persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, persuni f'diffikultà fuq il-baħar u persuni oħrajn f'sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli.

Emenda    390

Proposta għal regolament

Artikolu 81 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, fir-relazzjonijiet tagħha mal-Istati Membri u l-kooperazzjoni tagħha ma' pajjiżi terzi, l-Aġenzija għandha tqis ir-rapporti tal-forum konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 70 u l-uffiċjal tad-drittijiet fundamentali.

4.  Fit-twettiq tal-kompiti kollha tagħha, inkluż l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ulterjuri ta' mekkaniżmu effettiv għall-monitoraġġ tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, fir-relazzjonijiet tagħha mal-Istati Membri u l-kooperazzjoni tagħha ma' pajjiżi terzi, l-Aġenzija għandha tqis ir-rapporti tal-forum konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 70 u l-uffiċjal tad-drittijiet fundamentali.

Emenda    391

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-membri tat-timijiet skjerati mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jkollhom il-kapaċità li jwettqu l-kompiti kollha u jeżerċitaw is-setgħat kollha għall-kontroll tal-fruntieri u r-ritorn kif ukoll dawk li huma meħtieġa għat-twettiq tal-objettivi tar-Regolament (UE) 2016/399 u d-Direttiva 2008/115/KE.

1.  Il-membri tat-timijiet skjerati mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jkollhom il-kapaċità li jwettqu l-kompiti kollha u jeżerċitaw is-setgħat kollha għall-kontroll tal-fruntieri u r-ritorn kif ukoll dawk li huma meħtieġa għat-twettiq tal-objettivi tar-Regolamenti (UE) 656/2014 u (UE) 2016/399, kif ukoll id-Direttiva 2008/115/KE.

Emenda    392

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Waqt li jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, il-membri tat-timijiet għandhom jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni u dik internazzjonali u għandhom iħarsu d-drittijiet fundamentali u d-dritt nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti.

2.  Waqt li jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, il-membri tat-timijiet għandhom jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali u għandhom jiżguraw f'kull ħin l-osservanza tad-drittijiet fundamentali u josservaw id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti.

Emenda    393

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Meta jistabbilixxi pjan operazzjonali, l-Istat Membru ospitanti jista' jillimita s-setgħat eżekuttivi tal-membri tat-timijiet skont id-dritt nazzjonali jew il-proċeduri operazzjonali matul l-operazzjonijiet. Is-setgħat eżekuttivi speċifiċi li l-membri tat-timijiet jistgħu jeżerċitaw għandhom jiġu ppreżentati fi pjan operazzjonali kif previst fl-Artikolu 39.

Emenda    394

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-membri tat-timijiet skjerati mill-persunal statutorju operazzjonali tal-Aġenzija jew skjerati wara s-sekondar għal perjodu ta' żmien twil fl-Aġenzija mill-Istati Membri, fejn xieraq, għandhom jilbsu l-uniformi tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta meta jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom. Il-membri tat-timijiet skjerati mill-Istati Membri għal perjodu ta' żmien qasir, fejn xieraq, għandhom jilbsu l-uniformi tagħhom stess meta jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom.

Il-membri tat-timijiet skjerati mill-persunal statutorju operazzjonali tal-Aġenzija jew skjerati wara s-sekondar għal perjodu ta' żmien twil fl-Aġenzija mill-Istati Membri għandhom jilbsu l-uniformi tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta meta jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom. Il-membri tat-timijiet skjerati mill-Istati Membri għal perjodu ta' żmien qasir għandhom jilbsu l-uniformi tagħhom stess meta jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom.

Emenda    395

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Waqt li jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, il-membri tat-timijiet għandhom ikunu awtorizzati li jużaw il-forza, inkluż armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir, bil-kunsens tal-Istat Membru tad-domiċilju u tal-Istat Membru ospitanti, jew għall-persunal tal-Aġenzija bil-kunsens tal-Aġenzija, fil-preżenza tal-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti u b'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti. Bil-kunsens tal-Istat Membru tad-domiċilju jew tal-Aġenzija fejn xieraq, l-Istat Membru ospitanti jista' jawtorizza lill-membri tat-timijiet jużaw il-forza fin-nuqqas tal-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti.

6.  Waqt li jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, il-membri tat-timijiet jistgħu jiġu awtorizzati li jużaw il-forza, inkluż armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir, bil-kunsens tal-Istat Membru ta' oriġini u tal-Istat Membru ospitanti, jew għall-persunal tal-Aġenzija bil-kunsens tal-Aġenzija u tal-Istat Membru ospitanti, fil-preżenza tal-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti u b'konformità mad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti. Bil-kunsens tal-Istat Membru ta' oriġini jew tal-Aġenzija meta jkun xieraq, l-Istat Membru ospitanti jista' jawtorizza lill-membri tat-timijiet jużaw il-forza fin-nuqqas tal-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti.

Emenda    396

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir jistgħu jintużaw fl-awtodifiża leġittima u fid-difiża leġittima ta' membri tat-timijiet jew ta' persuni oħra b'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti.

7.  Armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir jistgħu jintużaw fl-awtodifiża leġittima u fid-difiża leġittima tal-membri tat-timijiet jew ta' persuni oħra skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, kif ukoll skont id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

Emenda    397

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 8 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-għan ta' dan ir-Regolament, l-Istat Membru ospitanti għandu jawtorizza lill-membri tat-timijiet biex jikkonsultaw il-bażijiet tad-data Ewropej li l-konsultazzjoni tagħhom hija meħtieġa biex jintlaħqu għanijiet operazzjonali speċifikati fil-pjan operazzjonali dwar il-kontrolli tal-fruntieri, is-sorveljanza tal-fruntieri u r-ritorn. L-Istat Membru ospitanti jista' wkoll jawtorizzahom biex jikkonsultaw il-bażijiet tad-data nazzjonali tiegħu fejn meħtieġ għall-istess għan. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jipprovdu tali aċċess għall-bażijiet tad-data b'mod effiċjenti u effettiv. Il-membri tat-timijiet għandhom jikkonsultaw biss dik id-data li hija meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom. Qabel l-iskjerament tal-membri tat-timijiet, l-Istat Membru ospitanti għandu jinforma lill-Aġenzija dwar liema bażijiet tad-data nazzjonali u Ewropej jistgħu jiġu kkonsultati. L-Aġenzija għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli lill-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fl-istazzjonament.

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, l-Istat Membru ospitanti għandu jawtorizza lill-membri tat-timijiet biex jikkonsultaw il-bażijiet tad-data Ewropej li l-konsultazzjoni tagħhom hija meħtieġa għall-ilħuq ta' għanijiet operazzjonali speċifikati fil-pjan operazzjonali dwar il-kontrolli tal-fruntieri, is-sorveljanza tal-fruntieri u r-ritorn f'konformità mal-istrumenti leġiżlattivi li jistabbilixxu tali bażijiet ta' data. L-Istat Membru ospitanti jista' wkoll jawtorizzahom biex jikkonsultaw il-bażijiet ta' data nazzjonali tiegħu meta jkun meħtieġ għall-istess fini. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jipprovdu tali aċċess għall-bażijiet ta' data b'mod effiċjenti u effettiv. Il-membri tat-timijiet għandhom jikkonsultaw biss dik id-data li tkun strettament meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom u sabiex jeżerċitaw is-setgħat tagħhom. Qabel l-iskjerament tal-membri tat-timijiet, l-Istat Membru ospitanti għandu jinforma lill-Aġenzija dwar liema bażijiet ta' data nazzjonali u Ewropej jistgħu jiġu kkonsultati. L-Aġenzija għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli lill-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fl-istazzjonament.

Emenda    398

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 8 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtoritajiet tal-Istati Membri ospitanti għandhom ikunu l-kontrolluri tad-data għall-ipproċessar ta' kwalunkwe data personali miġbura jew proċessata minn membri tat-timijiet waqt li jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom.

Emenda    399

Proposta għal regolament

Artikolu 85 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 94, fejn il-membri tat-timijiet joperaw fi Stat Membru ospitanti, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli b'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu għal kwalunkwe ħsara kkawżata minnhom waqt l-operazzjonijiet tagħhom.

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 94 u 96(-1) u (-1a), meta l-membri tat-timijiet jkunu qegħdin joperaw fi Stat Membru ospitanti, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli b'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu għal kwalunkwe ħsara kkawżata minnhom waqt l-operazzjonijiet tagħhom.

Emenda    400

Proposta għal regolament

Artikolu 86 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 94, waqt operazzjoni konġunta, proġett pilota, skjerament ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, intervent rapidu fil-fruntiera, operazzjoni ta' ritorn jew intervent ta' ritorn, il-membri tat-timijiet għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta' kwalunkwe reat kriminali li jista' jitwettaq kontrihom jew minnhom.

Waqt operazzjoni konġunta, proġett pilota, skjerament ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, intervent rapidu fil-fruntiera, operazzjoni ta' ritorn jew intervent ta' ritorn, il-membri tat-timijiet, inkluż il-persunal statutorju tal-Aġenzija, għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta' kwalunkwe reat kriminali li jista' jitwettaq kontrihom jew minnhom.

Emenda    401

Proposta għal regolament

Artikolu 87 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tapplika r-[Regolament (KE) Nru 45/2001] meta tiġi pproċessata data personali.

1.  L-Aġenzija għandha tapplika r-Regolament (UE) 2018/1725] meta tipproċessa data personali.

Emenda    402

Proposta għal regolament

Artikolu 87 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-bord maniġerjali għandu jieħu l-miżuri amministrattivi meħtieġa għall-applikazzjoni tar-[Regolament (KE) Nru 45/2001] mill-Aġenzija, inklużi dawk dwar l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tal-Aġenzija.

2.  Il-bord maniġerjali għandu jieħu l-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa biex japplika r-Regolament (UE) 2018/1725 mill-Aġenzija, kif ukoll miżuri ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-Aġenzija, b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġi abilitat biex iwettaq il-kompiti, id-dmirijiet u s-setgħat tiegħu.

Emenda    403

Proposta għal regolament

Artikolu 87 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Aġenzija tista' tittrasferixxi d-data personali lil awtorità ta' pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali skont id-dispożizzjonijiet tar-[Regolament (KE) Nru 45/2001] sakemm tali trasferiment ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija fil-qasam tal-attivitajiet ta' ritorn. Meta, fil-qafas tal-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn, id-data personali tal-persuni rimpatrijati ma tiġix trażmessa minn Stat Membru lit-trasportatur, l-Aġenzija tista' wkoll tittrasferixxi tali data bl-istess kundizzjonijiet. Fl-applikazzjoni tal-[Artikolu 25(1)(c)] tar-[Regolament (KE) Nru 45/2001], l-[Artikolu 19] tiegħu ma għandux japplika għall-ipproċessar tad-data għal finijiet ta’ ritorn mill-Aġenzija, sakemm iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma jkunx ġie rritornat. L-Aġenzija tista' tipprevedi regoli interni dwar ir-restrizzjoni tal-applikazzjoni tad-drittijiet skont l-[Artikoli 17 u 18] tar-[Regolament (KE) Nru 45/2001] fuq bażi ta' każ b'każ sakemm l-eżerċizzju ta' tali dritt jirriskja li jqiegħed fil-periklu l-proċedura tar-ritorn.

3.  L-Aġenzija tista' tittrasferixxi d-data personali lil awtorità ta' pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali skont id-dispożizzjonijiet tar-[Regolament (KE) Nru 45/2001] dment li tali trasferiment ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija fil-qasam tal-attivitajiet ta' ritorn. Meta, fil-qafas tal-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn, id-data personali tal-persuni rimpatrijati ma tiġix trażmessa minn Stat Membru lit-trasportatur, l-Aġenzija tista' wkoll tittrasferixxi tali data bl-istess kundizzjonijiet. F'konformità mal-Artikolu 25(1)(c) tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-Aġenzija tista' tipprevedi regoli interni dwar ir-restrizzjoni tal-applikazzjoni tad-drittijiet skont l-Artikoli 17 u 18 ta' dak ir-Regolament fuq bażi ta' każ b'każ dment li l-eżerċizzju ta' tali dritt jirriskja li jqiegħed fil-periklu l-proċedura tar-ritorn. Tali restrizzjonijiet għandhom jirrispettaw l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni ta' data personali u d-dritt għall-ħajja privata u tal-familja u jkunu meħtieġa u proporzjonati għall-objettiv imfittex, filwaqt li jitqiesu r-riskji għal dawk id-drittijiet tal-persuna kkonċernata.

Emenda    404

Proposta għal regolament

Artikolu 87 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Għandu jkun ipprojbit kwalunkwe skambju ta' informazzjoni li jipprovdi lil pajjiż terz informazzjoni li tista' tintuża biex tidentifika persuni jew gruppi ta' persuni li t-talba tagħhom għal aċċess għal protezzjoni internazzjonali qed tiġi eżaminata jew kienet qed tiġi eżaminata, jew li qegħdin f'riskju serju li jkunu soġġetti għal tortura, trattament jew pieni inumani u degradanti jew għal kwalunkwe ksur ieħor tad-drittijiet fundamentali. L-Aġenzija ma għandhiex tiżvela l-fatt li persuna tkun ressqet applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali f'pajjiż terz.

Emenda    405

Proposta għal regolament

Artikolu 87 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  Trażmissjoni suċċessiva jew komunikazzjoni oħra ta' informazzjoni skambjata skont dan ir-Regolament lil pajjiżi terzi oħra jew lil partijiet terzi oħra għandha tkun ipprojbita.

Emenda    406

Proposta għal regolament

Artikolu 87a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 87a

 

Sorsi ta' data personali u sjieda ta' data

 

1.  L-Aġenzija tista' tipproċessa d-data personali rilevanti għall-kompiti tagħha kif previst f'dan ir-Regolament miksuba minn:

 

(a)  l-Istati Membri;

 

(b)  il-persunal tal-Aġenzija;

 

(c)  il-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta;

 

(d)  korpi, aġenziji u uffiċċji oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk elenkati fl-Artikolu 69(1);

 

(e)  pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali;

 

(f)  sorsi miftuħa.

 

2.  Il-parti li tkun qed tipprovdi d-data personali żżomm is-sjieda ta' dik id-data kif ukoll ir-responsabbiltajiet relatati mal-preċiżjoni tad-data. Meta d-data personali tiġi pprovduta mis-sorsi elenkati fil-punti (b), (e) u (f) tal-paragrafu 1, ir-responsabbiltà tkun tal-Aġenzija.

 

3.  Informazzjoni minn sorsi miftuħa għandha tiġi vvalutata mill-Aġenzija skont il-prinċipji li ġejjin:

 

(a)  l-affidabbiltà tas-sors tal-informazzjoni għandha tiġi vvalutata bl-użu tal-kodiċijiet tal-evalwazzjoni tas-sors li ġejjin:

 

(A):  meta ma jkun hemm ebda dubju dwar l-awtentiċità, l-affidabbiltà u l-kompetenza tas-sors, jew jekk l-informazzjoni tkun fornuta minn sors li jkun ta prova li huwa dejjem affidabbli;

 

(B):  meta l-informazzjoni tkun ipprovduta minn sors li fil-biċċa l-kbira tad-drabi jkun ta prova li huwa affidabbli;

 

(C):  meta l-informazzjoni tkun ipprovduta minn sors li fil-biċċa l-kbira tad-drabi jkun ta prova li mhuwiex affidabbli;

 

(X):  meta l-affidabbiltà tas-sors ma tkunx tista' tiġi vvalutata;

 

(b)  il-preċiżjoni tal-informazzjoni għandha tiġi vvalutata bl-użu tal-kodiċijiet tal-evalwazzjoni tas-sors li ġejjin:

 

(1):  informazzjoni li ma jkunx hemm dubju dwar il-preċiżjoni tagħha;

 

(2):  informazzjoni li tkun magħrufa personalment mis-sors iżda li ma tkunx magħrufa personalment mill-uffiċjal li jkun qed jgħaddiha;

 

(3):  informazzjoni li ma tkunx magħrufa personalment mis-sors iżda tkun korroborata minn informazzjoni oħra diġà reġistrata;

 

(4):  informazzjoni li ma tkunx magħrufa personalment mis-sors u li ma tkunx tista' tiġi korroborata.

Emenda    407

Proposta għal regolament

Artikolu 88 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija tista' tipproċessa d-data personali biss għall-finijiet li ġejjin:

1.  L-Aġenzija tista' tipproċessa d-data personali biss meta jkun strettament meħtieġ għall-finijiet li ġejjin:

Emenda    408

Proposta għal regolament

Artikolu 88 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  it-twettiq tal-kompiti tagħha ta' organizzazzjoni u koordinazzjoni ta' operazzjonijiet konġunti, proġetti pilota, interventi rapidi fil-fruntiera u fil-qafas tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f'konformità mal-Artikolu 47;

(a)  it-twettiq tal-kompiti tagħha relatati ma' operazzjonijiet konġunti, proġetti pilota, interventi rapidi fil-fruntiera u fil-qafas tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni kif previst f'dan ir-Regolament;

Emenda    409

Proposta għal regolament

Artikolu 88 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-iffaċilitar tal-iskambju ta' informazzjoni ma' Stati Membri, mal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (EASO), mal-Europol jew mal-Eurojust skont l-Artikolu 89;

(c)  il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni ma' Stati Membri, [l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil], l-Europol jew l-Eurojust skont l-Artikolu 89;

Emenda    410

Proposta għal regolament

Artikolu 88 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Stat Membru jew aġenzija oħra tal-Unjoni li tipprovdi data personali lill-Aġenzija għandha tiddetermina l-fini jew il-finijiet li għalihom dik id-data għandha tiġi proċessata kif imsemmi fil-paragrafu 1. L-Aġenzija tista' tipproċessa tali data personali għal fini differenti li wkoll jaqa' taħt il-paragrafu 1 biss jekk tkun awtorizzata mill-fornitur tad-data personali.

2.  Stat Membru jew aġenzija oħra tal-Unjoni li tipprovdi data personali lill-Aġenzija għandha tiddetermina l-fini jew il-finijiet li għalihom dik id-data għandha tiġi proċessata kif imsemmi fil-paragrafu 1. L-Aġenzija tista' tipproċessa tali data personali għal fini differenti li wkoll jaqa' taħt il-paragrafu 1 biss jekk tkun awtorizzata mill-fornitur tad-data personali u biss wara li tkun ivvalutat li l-bidla fil-fini għal tali pproċessar tikkonforma mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data ta' neċessità u proporzjonalità. L-Aġenzija għandha żżomm rekords bil-miktub ta' valutazzjoni tal-kompatibbiltà fuq bażi ta' każ b'każ meta tkun qed tipproċessa d-data personali skont dan il-paragrafu.

Emenda    411

Proposta għal regolament

Artikolu 88 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  F'każijiet debitament ġustifikati, l-Aġenzija, permezz tal-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 87(2), tista' tassenja restrizzjonijiet għall-użu mill-Istati Membri, korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali ta' informazzjoni u data personali miksuba minn sorsi miftuħa.

Emenda    412

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Aġenzija għandha tipproċessa biss il-kategoriji li ġejjin ta' data personali miġbura u trażmessa lilha mill-Istati Membri, jew mill-persunal tagħha jew mill-EASO, l-Europol jew l-Eurojust fil-kuntest ta' operazzjonijiet konġunti, proġetti pilota u interventi rapidi fil-fruntieri, u permezz tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni:

1.  L-Aġenzija għandha tipproċessa biss il-kategoriji li ġejjin ta' data personali operazzjonali miġbura u/jew trażmessa lilha mill-Istati Membri, mill-persunal tagħha, mill-membri tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jew mill-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil], l-Europol jew l-Eurojust fil-kuntest ta' operazzjonijiet konġunti, proġetti pilota u interventi rapidi fil-fruntieri, u permezz tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni:

Emenda    413

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  id-data personali dwar persuni li huma suspettati, fuq motivazzjonijiet raġonevoli, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mill-EASO, l-Europol jew l-Eurojust, b'involviment fil-kriminalità transfruntiera, bħalma huma l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, it-traffikar tal-bnedmin jew it-terroriżmu;

(a)  id-data personali dwar persuni li huma suspettati, fuq motivazzjonijiet raġonevoli, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mill-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil], l-Europol jew l-Eurojust, b'involviment fil-kriminalità transfruntiera;

Emenda    414

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fejn l-iskambju ta' informazzjoni mal-EASO, l-Europol jew l-Eurojust ikun neċessarju għall-użu skont il-mandati rispettivi tagħhom u skont l-Artikolu 69;

(a)  meta l-iskambju ta' informazzjoni mal-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil], l-Europol jew l-Eurojust ikun meħtieġ għall-użu skont il-mandati rispettivi tagħhom u skont l-Artikolu 69;

Emenda    415

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  f'każijiet speċifiċi, fejn l-Aġenzija ssir taf li d-data personali pproċessata fit-twettiq tal-kompiti tagħha tkun strettament neċessarja għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali.

(e)  f'każijiet speċifiċi, meta l-Aġenzija ssir taf li t-trażmissjoni tad-data personali pproċessata fit-twettiq tal-kompiti tagħha tkun strettament meħtieġa għall-finijiet tal-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' kriminalità serja.

Emenda    416

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-data personali għandha titħassar malli tiġi trażmessa lill-EASO, lill-Europol jew lill-Eurojust jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew inkella ladarba tintuża għall-preparazzjoni tal-analiżijiet ta' riskju. Fi kwalunkwe każ, il-perjodu ta' ħżin ma għandux jaqbeż id-90 jum wara d-data tal-ġbir ta' dik id-data. Fir-riżultati tal-analiżijiet ta' riskju, id-data għandha tiġi anonimizzata. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għal data pproċessata għall-finijiet ta' twettiq ta' kompiti relatati mar-ritorn.

3.  Data personali għandha titħassar malli tiġi trażmessa lill-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil], l-Europol jew l-Eurojust jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew inkella tintuża għall-preparazzjoni tal-analiżijiet ta' riskju. Fi kwalunkwe każ, il-perjodu ta' ħżin ma għandux jaqbeż id-90 jum wara d-data tal-ġbir ta' dik id-data. Fir-riżultati tal-analiżijiet ta' riskju, id-data għandha tiġi anonimizzata. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għal data proċessata għall-finijiet ta' twettiq ta' kompiti relatati mar-ritorn.

Emenda    417

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Għandu jkun ipprojbit kwalunkwe skambju ta' informazzjoni li jipprovdi lil pajjiż terz informazzjoni li tista' tintuża biex tidentifika persuni jew gruppi ta' persuni li t-talba tagħhom għal aċċess għall-protezzjoni internazzjonali qed tiġi eżaminata jew li qegħdin f'riskju serju li jkunu soġġetti għal tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti jew kwalunkwe ksur ieħor ta' drittijiet fundamentali.

Emenda    418

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali teħtieġ l-ipproċessar ta' data personali, dik id-data għandha tiġi pproċessata skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data. Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità li trid titqies bħala l-kontrollur skont l-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679 u li għandu jkollha r-responsabbiltà ċentrali għall-ipproċessar ta' data minn dak l-Istat Membru. Kull Stat Membru għandu jinnotifika d-dettalji ta' dik l-awtorità lill-Kummissjoni.

1.  Meta l-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali teħtieġ l-ipproċessar ta' data personali, dik id-data għandha tiġi pproċessata skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data. Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità li trid titqies bħala l-kontrollur skont l-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679 u li għandu jkollha r-responsabbiltà ċentrali għall-ipproċessar ta' data personali minn dak l-Istat Membru. Kull Stat Membru għandu jinnotifika d-dettalji ta' dik l-awtorità lill-Kummissjoni.

Emenda    419

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  In-numri ta' identifikazzjoni tal-vapuri u tal-inġenji tal-ajru huma l-unika data personali li tista' tiġi pproċessata fl-istampi tas-sitwazzjoni Ewropea u fl-istampi tas-sitwazzjoni speċifiċi.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    420

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Kwalunkwe skambju ta' data personali ma' pajjiżi terzi fil-qafas tal-EUROSUR għandu jkun strettament limitat għal dak li huwa assolutament meħtieġ għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jsir skont ir-Regolament (UE) 2016/679, u d-dispożizzjonijiet rilevanti nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data.

3.  Kwalunkwe skambju ta' data personali ma' pajjiżi terzi fil-qafas tal-EUROSUR għandu jkun strettament limitat għal dak li huwa assolutament meħtieġ għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jsir skont ir-Regolament (UE) 2016/679 jew id-Direttiva (UE) 2016/680 kif applikabbli, u d-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data.

Emenda    421

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Kwalunkwe skambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 73(2), l-Artikolu 74(3) u l-Artikolu 75(3), li jipprovdi pajjiż terz b'informazzjoni li tista' tintuża biex tidentifika persuni jew gruppi ta' persuni li t-talba tagħhom għal aċċess għall-protezzjoni internazzjonali qed tiġi ezaminata jew li qegħdin f'riskju serju li jkunu soġġetti għal tortura, trattament inuman u degradanti jew kastig jew kull ksur ieħor ta' drittijiet fundamentali, għandu jkun ipprojbit.

4.  Għandu jkun ipprojbit kwalunkwe skambju ta' informazzjoni li jipprovdi lil pajjiż terz informazzjoni li tista' tintuża biex tidentifika persuni jew gruppi ta' persuni li t-talba tagħhom għal aċċess għall-protezzjoni internazzjonali qed tiġi eżaminata jew li qegħdin f'riskju serju li jkunu soġġetti għal tortura, trattament jew pieni inumani u degradanti jew għal kwalunkwe ksur ieħor tad-drittijiet fundamentali.

Emenda    422

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-Istati Membri għandhom jirreġistraw l-iskambji kollha ta' informazzjoni u data personali għall-finijiet ta' monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u l-iżgurar tal-konformità ma' dan ir-Regolament. Tali reġistrar għandu juri, b'mod partikolari, id-data, l-isem tal-pajjiż terz u t-tip ta' informazzjoni kondiviża.

Emenda    423

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Kwalunkwe trażmissjoni suċċessiva jew komunikazzjoni oħra ta' informazzjoni skambjata skont l-Artikolu 73(2), l-Artikolu 74(3) u l-Artkolu 75(3) lil pajjiżi terzi oħra jew lil partijiet terzi għandha tkun ipprojbita.

5.  L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jiżguraw li l-informazzjoni trasferita jew divulgata lil pajjiżi terzi skont l-Artikolu 73(2), l-Artikolu 74(3), u l-Artikolu 75(3) ma tiġix trażmessa suċċessivament lil pajjiżi terzi oħra jew lil kwalunkwe parti terza. Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-rigward għandhom jiġu inklużi fi kwalunkwe ftehim jew arranġament konkluż ma' pajjiż terz li jipprevedi l-iskambju ta' informazzjoni.

Emenda    424

Proposta għal regolament

Artikolu 91 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-regoli tas-sigurtà għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni.

2.  Ir-regoli tas-sigurtà għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali.

Emenda    425

Proposta għal regolament

Artikolu 91 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-klassifikazzjoni ma għandhiex tipprekludi li l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew. It-trażmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni u d-dokumenti mibgħuta lill-Parlament Ewropew skont dan ir-Regolament għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni.

3.  Il-klassifikazzjoni ma għandhiex tipprekludi li l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew. It-trażmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni u d-dokumenti mibgħuta lill-Parlament Ewropew f'konformità ma' dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mar-regoli li jikkonċernaw it-trażmissjoni u t-trattament ta' informazzjoni klassifikata li huma applikabbli bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni.

Emenda    426

Proposta għal regolament

Artikolu 94 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Bord Maniġerjali jista' jagħti pagament differenzjali ta' kull xahar lill-membri tal-persunal statutorju tal-Aġenzija Dan il-pagament differenzjali għandu jiġi kkalkolat bħala persentaġġ tar-remunerazzjoni ta' kull membru tal-persunal ikkonċernat. Dan il-persentaġġ ma għandux ikun akbar mid-differenza bejn 100 % u l-koeffiċjent tal-korrezzjoni applikabbli fil-post tal-impjieg u għandu jiġi rivedut regolarment. Qabel ma jingħata dan il-benifiċċju, għandha titqies kif xieraq ir-remunerazzjoni ġenerali li jkunu ħadu l-membri tal-persunal individwali, inkluż ir-remunerazzjonijiet ta' spejjeż ta' missjonijiet.

Il-Bord Maniġerjali jista' jagħti pagament differenzjali ta' kull xahar lill-membri tal-persunal statutorju tal-Aġenzija meta din tkun qed tiffaċċja diffikultajiet fl-ilħuq tal-missjoni u l-kompiti tagħha kif stabbilit f'dan ir-Regolament. Dan il-pagament differenzjali għandu jiġi kkalkolat bħala perċentwali tar-remunerazzjoni ta' kull membru tal-persunal ikkonċernat. Dan il-perċentwali ma għandux ikun akbar mid-differenza bejn 100 % u l-koeffiċjent tal-korrezzjoni applikabbli fil-post tal-impjieg u għandu jiġi rivedut regolarment.

Emenda    427

Proposta għal regolament

Artikolu 96 – paragrafu – 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe attività li twettaq b'konformità ma' dan ir-Regolament.

Emenda    428

Proposta għal regolament

Artikolu 96 – paragrafu – 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a.  Meta l-persunal statutorju tal-Aġenzija jwettaq il-kompiti msemmija fl-Anness II, l-Aġenzija għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe dannu li jsir.

Emenda    429

Proposta għal regolament

Artikolu 96a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 96a

 

Azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

 

1.  Jistgħu jinbdew proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-Artikolu 263 tat-TFUE, biex tiġi kkontestata l-legalità tal-atti tal-Aġenzija.

 

2.  L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-persuni fiżiċi u ġuridiċi jistgħu jiftħu proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kontra l-atti tal-Aġenzija f'konformità mal-Artikolu 263 tat-TFUE.

 

3.  Fil-każ li l-Aġenzija jkollha obbligu li taġixxi u tonqos milli tagħmel dan, jistgħu jitressqu proċedimenti għal nuqqas ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikolu 265 tat-TFUE.

 

4.  L-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    430

Proposta għal regolament

Artikolu 97 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  forum konsultattiv;

imħassar

Emenda    431

Proposta għal regolament

Artikolu 97 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  uffiċjal għad-drittijiet fundamentali.

imħassar

Emenda    432

Proposta għal regolament

Artikolu 97 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dawn li ġejjin għandhom jaħdmu b'mod indipendenti 'l barra mill-istruttura amministrattiva u maniġerjali:

 

(a)  il-forum konsultattiv;

 

(b)  l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali.

Emenda    433

Proposta għal regolament

Artikolu 98 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jaħtar id-direttur eżekuttiv fuq proposta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 105;

imħassar

Emenda    434

Proposta għal regolament

Artikolu 98 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jaħtar il-viċi diretturi eżekuttivi fuq proposta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 105;

(b)  jaħtar il-viċi diretturi eżekuttivi fuq proposta mid-direttur eżekuttiv skont l-Artikolu 105;

Emenda    435

Proposta għal regolament

Artikolu 98 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt bb

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb)  jadotta, wara l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, ir-regoli tas-sigurtà tal-Aġenzija dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata kif imsemmi fl-Artikolu 91;

(bb)  jadotta r-regoli tas-sigurtà tal-Aġenzija dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata kif imsemmi fl-Artikolu 91;

Emenda    436

Proposta għal regolament

Artikolu 98 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-bord maniġerjali jista' jagħti parir lid-direttur eżekuttiv dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-iżvilupp tal-ġestjoni operazzjonali tal-fruntieri esterni u r-ritorn, inklużi l-attivitajiet relatati mar-riċerka.

4.  Il-bord maniġerjali jista' jagħti parir lid-direttur eżekuttiv dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-iżvilupp tal-ġestjoni operazzjonali tal-fruntieri esterni, ir-ritorn u t-taħriġ, inklużi l-attivitajiet relatati mar-riċerka.

Emenda    437

Proposta għal regolament

Artikolu 99 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-bord maniġerjali għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed ta' kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni, kollha bi dritt li jivvutaw. Għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jaħtar membru tal-bord maniġerjali kif ukoll sostitut li jkun jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu/tagħha. Il-Kummissjoni għandha taħtar żewġ membri u s-sostituti tagħhom. Id-durata tal-mandat għandha tkun ta' erba' snin. Il-mandat jista' jiġi estiż.

1.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-bord maniġerjali għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed ta' kull Stat Membru, żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni u rappreżentant wieħed mill-Parlament Ewropew, kollha bi dritt li jivvutaw. Għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jaħtar membru tal-bord maniġerjali kif ukoll sostitut li jkun jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu. Il-Kummissjoni għandha taħtar żewġ membri u s-sostituti tagħhom. Il-Parlament Ewropew għandu jaħtar Membru wieħed tal-Parlament Ewropew mill-kumitat kompetenti u Membru ieħor tal-Parlament Ewropew bħala s-sostitut tiegħu. Id-durata tal-mandat għandha tkun ta' erba' snin. Il-mandat jista' jiġi estiż.

Emenda    438

Proposta għal regolament

Artikolu 100 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-bord maniġerjali għandu, sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, jadotta dokument ta' programmar finali li jkun fih, fost oħrajn, il-programmar plurienannli tal-Aġenzija u l-programmar annwali għas-sena ta' wara, abbażi ta' abbozz imressaq mid-direttur eżekuttiv u approvat mill-bord maniġerjali. Id-dokument ta' programmar finali għandu jiġi adottat wara li tingħata opinjoni pożittiva mill-Kummissjoni, fir-rigward tal-programmar pluriennali, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. Jekk l-Aġenzija tiddeċiedi li ma tqisx xi elementi tal-opinjoni tal-Kummissjoni, din għandha tipprovdi ġustifikazzjoni dettaljata. Il-bord maniġerjali għandu jibgħat id-dokument lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

1.  Il-bord maniġerjali għandu, sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, u filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar ir-riżorsi tal-aġenziji, jadotta dokument ta' programmar finali li jkun fih, fost oħrajn, il-programmar pluriennali tal-Aġenzija u l-programmar annwali għas-sena ta' wara, abbażi ta' abbozz imressaq mid-direttur eżekuttiv u approvat mill-bord maniġerjali. Id-dokument ta' programmar finali għandu jiġi adottat wara li tingħata opinjoni pożittiva mill-Kummissjoni, fir-rigward tal-programmar pluriennali, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. Jekk l-Aġenzija tiddeċiedi li ma tqisx xi elementi tal-opinjoni tal-Kummissjoni jew tal-Parlament Ewropew, din għandha tipprovdi ġustifikazzjoni dettaljata. Il-bord maniġerjali għandu jibgħat id-dokument lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Emenda    439

Proposta għal regolament

Artikolu 100 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-programmar pluriennali għandu jistipula programmar strateġiku ġenerali għall-perjodu medju u twil, inklużi għanijiet, riżultati mistennija, indikaturi ta' prestazzjoni u ppjanar tar-riżorsi, li jinkludi l-baġit pluriennali, il-persunal u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-Aġenzija stess. Il-programmar pluriennali għandu jistabbilixxi l-oqsma strateġiċi tal-intervent u jispjega dak li jeħtieġ isir biex jintlaħqu l-objettivi. Dan għandu jinkludi strateġija għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll l-azzjonijiet marbuta ma' dik l-istrateġija.

3.  Il-programmar pluriennali għandu jistipula programmar strateġiku ġenerali għall-perjodu medju u twil, inklużi objettivi, riżultati mistennija, indikaturi ta' prestazzjoni u ppjanar tar-riżorsi, li jinkludi l-baġit pluriennali, il-persunal u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-Aġenzija stess. Il-programmar pluriennali għandu jistabbilixxi l-oqsma strateġiċi tal-intervent u jispjega dak li jeħtieġ isir biex jintlaħqu l-objettivi. Dan għandu jinkludi strateġija għall-monitoraġġ u r-rispett tad-drittijiet fundamentali u għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll l-azzjonijiet marbuta ma' dawn l-istrateġiji.

Emenda    440

Proposta għal regolament

Artikolu 102 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Rappreżentanti tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u tal-EUROPOL għandhom ikunu mistiedna jatten