Proċedura : 2018/0230(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0079/2019

Testi mressqa :

A8-0079/2019

Dibattiti :

PV 11/03/2019 - 18
CRE 11/03/2019 - 18

Votazzjonijiet :

PV 12/03/2019 - 9.16
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0150

RAPPORT     ***I
PDF 730kWORD 249k
14.2.2019
PE 627.916v01-00 A8-0079/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jħassar [ir-Regolament dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà] u r-Regolament (UE) Nru 375/2014

(COM(2018)0440 – C8-0264/2018 – 2018/0230(COD))

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

Rapporteur: Michaela Šojdrová

Rapporteurs għal opinjoni (*):

Eleni Theocharous, Kumitat għall-Iżvilupp

Deirdre Clune, Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

(*)  Kumitati assoċjati – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jħassar [ir-Regolament dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà] u r-Regolament (UE) Nru 375/2014

(COM(2018)0440 – C8-0264/2018 – 2018/0230(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0440),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 165(4), 166(4) u 214(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0264/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Diċembru 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0079/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Unjoni Ewropea hi mibnija fuq is-solidarjetà, fost iċ-ċittadini tagħha u fost l-Istati Membri tagħha. Dan il-valur komuni jiggwida l-azzjonijiet tagħha u jipprovdi l-unità neċessarja biex jiġu indirizzati sfidi attwali u fil-ġejjieni għas-soċjetà, li ż-żgħażagħ Ewropej huma lesti li jgħinu jindirizzaw billi jesprimu s-solidarjetà tagħhom fil-prattika.

(1)  L-Unjoni Ewropea hi mibnija fuq is-solidarjetà, fost iċ-ċittadini tagħha u fost l-Istati Membri tagħha. Dan il-valur komuni, minqux fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jiggwida l-azzjonijiet tagħha u jipprovdi l-unità neċessarja biex jiġu indirizzati sfidi attwali u fil-ġejjieni għas-soċjetà, li ż-żgħażagħ Ewropej huma lesti li jgħinu jindirizzaw billi jesprimu s-solidarjetà tagħhom fil-prattika.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  Minħabba ż-żieda sinifikanti fil-kriżijiet umanitarji u l-emerġenzi globali, u bil-ħsieb li tissaħħaħ il-promozzjoni tas-solidarjetà u l-viżibbiltà tal-għajnuna umanitarja fost iċ-ċittadini tal-Unjoni, hemm bżonn li tiġi żviluppata s-solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi affettwati minn diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b)  L-għajnuna umanitarja hija bbażata fuq il-prinċipji ta' imparzjalità, newtralità u nondiskriminazzjoni, li huma inkorporati fid-dritt umanitarju internazzjonali u fid-dritt tal-Unjoni. L-għajnuna umanitarja tipprovdi rispons ta' emerġenza bbażat fuq il-ħtiġijiet u mmirat lejn il-preservazzjoni tal-ħajja, il-prevenzjoni u t-tafja tat-tbatija umana u ż-żamma tad-dinjità tal-bniedem kif ukoll l-għoti ta' protezzjoni lill-gruppi vulnerabbli affettwati minn diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem. It-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri u t-tħejjija permezz ta' attivitajiet ta' bini ta' kapaċità u reżiljenza huma wkoll elementi essenzjali tal-għajnuna umanitarja.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fil-Komunikazzjoni tagħha "Korp Ewropew ta' Solidarjetà" tas-7 ta' Diċembru 201618, il-Kummissjoni saħqet fuq il-bżonn li jissaħħu l-pedamenti għal ħidma ta' solidarjetà madwar l-Ewropa, biex iż-żgħażagħ jiġu pprovduti b'iktar opportunitajiet u ta' kwalità aħjar għall-attivitajiet ta' solidarjetà li jkopru firxa wiesgħa ta' oqsma, u biex jingħata appoġġ lill-atturi nazzjonali u lokali, fl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw sfidi u kriżijiet differenti. Il-Komunikazzjoni nediet l-ewwel fażi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà li fiha ġew immobilizzati programmi differenti tal-Unjoni biex joffru opportunitajiet ta' volontarjat, ta' traineeship jew ta' impjiegi liż-żgħażagħ madwar l-UE.

(3)  Fil-Komunikazzjoni tagħha "Korp Ewropew ta' Solidarjetà" tas-7 ta' Diċembru 201618, il-Kummissjoni saħqet fuq il-bżonn li jissaħħu l-pedamenti għal ħidma ta' solidarjetà madwar l-Ewropa, biex iż-żgħażagħ jiġu pprovduti b'iktar opportunitajiet u ta' kwalità aħjar għall-attivitajiet ta' solidarjetà li jkopru firxa wiesgħa ta' oqsma, u biex jingħata appoġġ lill-atturi nazzjonali, reġjonali u lokali, fl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw sfidi u kriżijiet differenti. Il-Komunikazzjoni nediet l-ewwel fażi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà li fiha ġew mobilizzati programmi differenti tal-Unjoni biex joffru opportunitajiet ta' volontarjat, ta' traineeship jew ta' impjiegi liż-żgħażagħ madwar l-UE.

___________________

__________________

18 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Korp Ewropew ta' Solidarjetà (COM(2016) 0942 final).

18 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Korp Ewropew ta' Solidarjetà (COM(2016) 942 final).

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  Fil-kuntest ta' dan ir-Regolament, is-solidarjetà hija mifhuma bħala sens ta' responsabbiltà min-naħa ta' kulħadd fil-konfront ta' kulħadd, b'impenn favur il-ġid komuni, espress permezz ta' azzjonijiet konkreti mingħajr ma wieħed jistenna xi ħaġa lura.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4b)  L-għoti ta' assistenza lil persuni u komunitajiet barra mill-Unjoni li jiffaċċjaw diżastri jew li huma partikolarment vulnerabbli għad-diżastri u fil-bżonn ta' għajnuna umanitarja, ibbażata fuq il-prinċipji fundamentali ta' newtralità, umanità, indipendenza u imparzjalità, hija espressjoni ta' solidarjetà importanti.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4c)  Jenħtieġ li l-voluntiera parteċipanti u l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja jirrispettaw il-prinċipji stabbiliti fil-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 4d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4d)  Hemm bżonn li s-solidarjetà mal-vittmi ta' kriżijiet u diżastri f'pajjiżi terzi tiġi żviluppata aktar, u li jiżdiedu kemm il-livelli ta' sensibilizzazzjoni kif ukoll il-viżibbiltà tal-għajnuna umanitarja u l-volontarjat b'mod ġenerali bħala attività tul il-ħajja fost iċ-ċittadini tal-Unjoni.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 4e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4e)  L-Unjoni u l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jimplimentaw l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tagħha, kemm internament kif ukoll permezz ta' azzjonijiet esterni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 4f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4f)  Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta' Mejju 2017 dwar l-operazzjonalizzazzjoni tar-rabta bejn l-aspett umanitarju u l-iżvilupp, il-Kunsill irrikonoxxa l-ħtieġa li tissaħħaħ ir-reżiljenza permezz ta' rabta aħjar bejn l-għajnuna umanitarja u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp u li jkomplu jissaħħu r-rabtiet operazzjonali bejn l-approċċi komplementari tal-għajnuna umanitarja, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-prevenzjoni tal-kunflitti.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Iż-żgħażagħ jenħtieġ li jiġu pprovduti b'opportunitajiet li jkunu faċilment aċċessibbli biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà, li jistgħu jippermettulhom jesprimu l-impenn tagħhom għall-benefiċċju tal-komunitajiet filwaqt li jiksbu esperjenza, ħiliet u kompetenzi siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom, u b'hekk itejbu l-impjegabbiltà tagħhom. Dawk l-attivitajiet jenħtieġ li jappoġġaw ukoll il-mobilità tal-voluntiera, tat-trainees u tal-ħaddiema żgħażagħ.

(5)  Iż-żgħażagħ jenħtieġ li jingħataw opportunitajiet faċilment aċċessibbli, inklużivi u sinifikattivi biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà, li jistgħu jippermettulhom jesprimu l-impenn tagħhom għall-benefiċċju tal-komunitajiet filwaqt li jiksbu esperjenza, għarfien, ħiliet u kompetenzi siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom, u b'hekk itejbu l-impjegabbiltà tagħhom. Dawk l-attivitajiet jenħtieġ li jappoġġaw ukoll il-mobilità tal-voluntiera, tat-trainees u tal-ħaddiema żgħażagħ kif ukoll l-iskambju multikulturali.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-attivitajiet ta' solidarjetà offruti liż-żgħażagħ jenħtieġ li jkunu ta' kwalità għolja, fis-sens li dawn għandhom iwieġbu għall-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà, jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-komunitajiet, joffru liż-żgħażagħ l-opportunità li jiksbu għarfien u kompetenzi siewja, ikunu finanzjarjament aċċessibbli għaż-żgħażagħ, u jiġu implimentati f'kundizzjonijiet sikuri u tajbin.

(6)  L-attivitajiet ta' solidarjetà offruti liż-żgħażagħ jenħtieġ li jkunu ta' kwalità għolja; jenħtieġ li jkollhom l-għan li jindirizzaw il-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà, isaħħu s-solidarjetà u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-komunitajiet u tal-parteċipazzjoni demokratika. Jenħtieġ li joffru liż-żgħażagħ l-opportunità li jiksbu għarfien, ħiliet u kompetenzi siewja. Jenħtieġ li jkunu finanzjarjament aċċessibbli għaż-żgħażagħ u jiġu implimentati f'kundizzjonijiet sikuri, inklużivi u tajbin. Jenħtieġ li jiġi mħeġġeġ id-djalogu mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u man-netwerks Ewropej speċjalizzati fi problemi soċjali urġenti sabiex jiġu ddeterminati bl-aħjar mod il-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà u jiġi żgurat programm orjentat lejn il-ħtiġijiet. Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' solidarjetà ma jkollhomx impatt negattiv fuq l-impjiegi jew it-traineeships eżistenti u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-responsabbiltà soċjali korporattiva tal-kumpaniji, mingħajr ma jeħdulhom posthom.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jipprovdi punt ta' dħul uniku għall-attivitajiet ta' solidarjetà fi ħdan l-Unjoni u lil hinn. Il-konsistenza u l-komplimentarjetà jenħtieġ li jiġu żgurati flimkien ma' politiki u ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà huwa mibni fuq il-vantaġġi u fuq is-sinerġiji tal-programmi predeċessuri u dawk eżistenti, b'mod partikolari s-Servizz Volontarju Ewropew19 u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE20. Dan jikkomplimenta wkoll l-isforzi magħmula mill-Istati Membri biex jappoġġaw liż-żgħażagħ u biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol skont il-Garanzija għaż-Żgħażagħ billi jipprovdulhom opportunitajiet addizzjonali biex jidħlu fis-suq tax-xogħol fl-għamla ta' traineeships jew ta' impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà fi ħdan l-Istat Membru rispettiv tagħhom jew bejn il-fruntieri. Hija żgurata wkoll il-komplimentarjetà ma' netwerks eżistenti fil-livell tal-Unjoni li huma pertinenti għall-attivitajiet skont il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bħan-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, l-EURES u n-netwerk Eurodesk. Barra minn hekk, il-komplimentarjetà bejn skemi relatati eżistenti, b'mod partikolari skemi ta' solidarjetà nazzjonali u skemi ta' mobilità għaż-żgħażagħ, u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li tiġi żgurata permezz ta' elaborazzjoni fuq il-prattiki tajba fejn xieraq.

(7)  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jipprovdi punt ta' dħul uniku għall-attivitajiet ta' solidarjetà fl-Unjoni u lil hinn minnha. Il-konsistenza u l-komplementarjetà jenħtieġ li jiġu żgurati flimkien ma' politiki u ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà huwa mibni fuq il-vantaġġi u fuq is-sinerġiji tal-programmi predeċessuri u dawk eżistenti, b'mod partikolari s-Servizz Volontarju Ewropew19 u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE20. Dan jikkomplementa wkoll l-isforzi magħmula mill-Istati Membri biex jappoġġaw liż-żgħażagħ u biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol fil-qafas ta' skemi bħall-Garanzija għaż-Żgħażagħ billi jipprovdulhom opportunitajiet addizzjonali biex jidħlu fis-suq tax-xogħol fl-għamla ta' traineeships jew ta' impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà fl-Istat Membru rispettiv tagħhom jew barra l-pajjiż. Hija żgurata wkoll il-komplementarjetà ma' netwerks eżistenti fil-livell tal-Unjoni li huma pertinenti għall-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bħan-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, l-EURES u n-netwerk Eurodesk u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti, inklużi s-sħab soċjali u n-netwerks li jirrappreżentaw liż-żgħażagħ u l-voluntiera. Barra minn hekk, il-komplementarjetà bejn skemi relatati eżistenti, b'mod partikolari skemi ta' solidarjetà nazzjonali bħall-volontarjat, is-servizz ċivili u skemi ta' mobilità għaż-żgħażagħ, u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li tiġi żgurata billi tibni fuq prattiki tajba, jekk ikun il-każ, biex l-impatt u l-kwalitajiet ta' dawn l-iskemi jissaħħu reċiprokament u jkunu mibnija fuq prattiki tajba. Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà ma jiħux post l-iskemi nazzjonali. Jenħtieġ li ż-żgħażagħ kollha jingħataw aċċess għall-attivitajiet ta' solidarjetà nazzjonali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida prattiċi dwar il-komplementarjetà tal-Programm ma' programmi u sorsi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni u dwar kwalunkwe sinerġija bejniethom.

__________________

__________________

19 Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi "Erasmus+": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p.50-73).

19 Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi "Erasmus+": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).

20 Ir-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja ( "l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE" ) (ĠU L 122, 24.4.2014, p.1-17).

20 Ir-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja ("l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE") (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 1).

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a)  Jenħtieġ li ċ-ċertifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti mwettqa skont ir-Regolament (UE) Nru 375/2014 ma tiġix ripetuta fil-qafas tal-Programm u li tiġi rikonoxxuta l-ekwivalenza fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-2021 'il quddiem.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jagħti opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ biex iwettqu attivitajiet ta' volontarjat, traineeship jew impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà, kif ukoll biex ifasslu u jiżviluppaw proġetti ta' solidarjetà abbażi tal-inizjattiva tagħhom stess. Dawn l-opportunitajiet jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappoġġa wkoll attivitajiet ta' netwerk għall-parteċipanti u għall-organizzazzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kif ukoll lill-miżuri li jiżguraw il-kwalità tal-attivitajiet appoġġati u li jsaħħu l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tagħhom. Għalhekk, dan se jikkontribwixxi wkoll għall-kooperazzjoni Ewropea rilevanti għaż-żgħażagħ u s-sensibilizzazzjoni dwar l-impatt pożittiv tiegħu.

(9)  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jagħti opportunitajiet ġodda ta' tagħlim mhux formali u informali għaż-żgħażagħ biex iwettqu attivitajiet ta' volontarjat, traineeship jew impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà, kif ukoll biex ifasslu u jiżviluppaw proġetti ta' solidarjetà abbażi tal-inizjattiva tagħhom stess. Dawn l-opportunitajiet jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappoġġa wkoll attivitajiet ta' netwerking għall-parteċipanti u għall-organizzazzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kif ukoll lill-miżuri li jiżguraw il-kwalità tal-attivitajiet appoġġati u li jsaħħu l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tagħhom. Għalhekk, dan se jikkontribwixxi wkoll għall-kooperazzjoni Ewropea rilevanti għaż-żgħażagħ u s-sensibilizzazzjoni dwar l-impatt pożittiv tagħha. Jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għat-tisħiħ tal-komunitajiet u l-appoġġ tal-organizzazzjonijiet eżistenti li jimplimentaw azzjonijiet ta' solidarjetà.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Dawn l-attivitajiet jenħtieġ li jkunu għall-benefiċċju tal-komunitajiet filwaqt li jrawmu wkoll l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tal-individwu, li jista' jieħu l-għamla ta' volontarjat, traineeships u impjiegi, proġetti jew attivitajiet ta' netwerking, żviluppati b'rabta ma' oqsma differenti, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjiegi, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-intraprenditorija – b'mod partikolari l-intraprenditorija soċjali –, iċ-ċittadinanza u l-parteċipazzjoni demokratika, il-protezzjoni tal-ambjent u tan-natura, l-azzjoni klimatika, il-prevenzjoni ta' diżastri, it-tħejjija għalihom u l-irkupru minnhom, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, il-forniment ta' oġġetti tal-ikel u mhux tal-ikel, is-saħħa u l-benessri, il-kreattività u l-kultura, l-edukazzjoni fiżika u l-isport, l-assistenza soċjali u s-servizzi soċjali, l-akkoljenza u l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, il-kooperazzjoni u l-koeżjoni territorjali, u l-kooperazzjoni bejn il-fruntieri. Dawn l-attivitajiet ta' solidarjetà jenħtieġ li jinkludu dimensjoni soda ta' tagħlim u ta' taħriġ permezz ta' attivitajiet rilevanti li jistgħu jiġu offruti lill-parteċipanti qabel, matul u wara l-attività ta' solidarjetà.

(10)  Dawn l-attivitajiet jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar u jkunu għall-benefiċċju tal-komunitajiet filwaqt li jrawmu wkoll l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tal-individwu. Jenħtieġ li dawn l-attivitajiet ikunu jistgħu jieħdu l-għamla ta' volontarjat, traineeships u impjiegi, proġetti jew attivitajiet ta' netwerking, żviluppati b'rabta ma' oqsma differenti, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjiegi, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-intraprenditorija – b'mod partikolari l-intraprenditorija soċjali – iċ-ċittadinanza u l-parteċipazzjoni demokratika, id-djalogu interkulturali u interreliġjuż, l-inklużjoni soċjali, l-inklużjoni tal-persuni b'diżabbiltà, il-protezzjoni tal-ambjent u tan-natura, l-azzjoni klimatika, il-prevenzjoni tad-diżastri, it-tħejjija għalihom u l-irkupru minnhom, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, il-forniment ta' oġġetti tal-ikel u mhux tal-ikel, is-saħħa u l-benessri, il-kultura, inkluż il-wirt kulturali, il-kreattività, l-edukazzjoni fiżika u l-isport, l-assistenza soċjali u s-servizzi soċjali, l-akkoljenza u l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, b'enfasi fuq l-isfidi li jiffaċċjaw il-migranti, il-kooperazzjoni u l-koeżjoni territorjali, u l-kooperazzjoni bejn il-fruntieri. Dawn l-attivitajiet ta' solidarjetà jenħtieġ li jinkludu dimensjoni soda ta' tagħlim u ta' taħriġ permezz ta' attivitajiet rilevanti li jistgħu jiġu offruti lill-parteċipanti qabel, matul u wara l-attività ta' solidarjetà.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-attivitajiet ta' volontarjat (kemm fi ħdan l-Unjoni, kif ukoll lil hinn minnha) jikkostitwixxu esperjenza rikka f'kuntest ta' tagħlim mhux formali u informali li ssaħħaħ l-iżvilupp personali, soċjoedukattiv u professjonali taż-żgħażagħ, kif ukoll iċ-ċittadinanza attiva u l-impjegabbiltà tagħhom. L-attivitajiet ta' volontarjat jenħtieġ li ma jkollhomx effett avvers fuq impjieg bi ħlas potenzjali jew eżistenti, u lanqas ma jenħtieġ li jitqiesu bħala sostitut għal dan. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikooperaw fir-rigward tal-politiki ta' volontarjat fil-qasam taż-żgħażagħ permezz ta' metodu miftuħ ta' kooperazzjoni.

(11)  L-attivitajiet ta' volontarjat (kemm fi ħdan l-Unjoni, kif ukoll lil hinn minnha) jikkostitwixxu esperjenza rikka f'kuntest ta' tagħlim mhux formali u informali li ssaħħaħ l-iżvilupp personali, soċjoedukattiv u professjonali taż-żgħażagħ, kif ukoll iċ-ċittadinanza attiva, il-parteċipazzjoni demokratika u l-impjegabbiltà tagħhom. Jenħtieġ li l-volontarjat ikun ibbażat fuq ftehim ta' volontarjat bil-miktub u li l-attivitajiet ta' volontarjat ma jkollhomx effett avvers fuq impjieg bi ħlas potenzjali jew eżistenti, u lanqas ma jenħtieġ li jitqiesu bħala sostitut tiegħu. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkooperaw fir-rigward tal-politiki tal-volontarjat fil-qasam taż-żgħażagħ permezz tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  It-traineeships u l-impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà jistgħu joffru opportunitajiet addizzjonali għaż-żgħażagħ biex dawn jidħlu fis-suq tax-xogħol filwaqt li jagħtu l-kontribut tagħhom biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin tas-soċjetà. Dan jista' jgħin biex jitrawmu l-impjegabbiltà u l-produttività taż-żgħażagħ filwaqt li titħaffef it-tranżizzjoni tagħhom mill-edukazzjoni għall-impjiegi, li hi xi ħaġa importanti biex jissaħħu l-possibbiltajiet tagħhom fis-suq tax-xogħol. L-attivitajiet ta' traineeships offruti taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jsegwu l-prinċipji tal-kwalità spjegati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships21. It-traineeships u l-impjiegi offruti jikkostitwixxu pont li permezz tiegħu, iż-żgħażagħ jidħlu fis-suq tax-xogħol u jkunu akkumpanjati minn appoġġ adegwat wara l-attività. L-attivitajiet ta' traineeship u impjiegi huma ffaċilitati mill-atturi rilevanti tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari mis-servizzi pubbliċi u privati tal-impjiegi, mis-sħab soċjali u mill-Kmamar tal-Kummerċ, u huma rimunerati mill-organizzazzjoni parteċipanti. Bħala organizzazzjonijiet parteċipanti, dawn jenħtieġ li japplikaw għal finanzjament permezz tal-istruttura ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fid-dawl tal-intermedjazzjoni bejn il-parteċipanti żgħażagħ u l-impjegaturi li joffru l-attivitajiet ta' traineeship u ta' impjiegi fis-setturi tas-solidarjetà.

(12)  Jenħtieġ li t-traineeships u l-impjiegi faċilment aċċessibbli jkunu separati b'mod ċar mill-volontarjat, kemm mil-lat finanzjarju kif ukoll minn dak organizzattiv. Jenħtieġ li t-traineeships qatt ma jwasslu għas-sostituzzjoni ta' impjieg. Madankollu, l-impjiegi u t-traineeships imħallsa jistgħu jirrappreżentaw inċentiv għal żgħażagħ żvantaġġati u żgħażagħ b'inqas opportunitajiet biex jipparteċipaw f'attivitajiet relatati mas-solidarjetà li jaf ma jkunux aċċessibbli għalihom mod ieħor filwaqt li jiġġeneraw valur miżjud Ewropew ċar billi jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali mhux issodisfati u jissaħħu l-komunitajiet lokali. It-traineeships jistgħu jiffaċilitaw it-tranżizzjoni taż-żgħażagħ mill-edukazzjoni għall-impjieg u jistgħu jgħinu biex titrawwem l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ, li hi xi ħaġa importanti għall-integrazzjoni sostenibbli tagħhom fis-suq tax-xogħol. It-traineeships u l-impjiegi offruti jikkostitwixxu pont li, permezz tiegħu, iż-żgħażagħ jidħlu fis-suq tax-xogħol. Jenħtieġ li t-traineeships u l-impjiegi offruti taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jitħallsu dejjem mill-organizzazzjoni parteċipanti li tkun qed tospita jew timpjega lill-parteċipant. It-traineeships jenħtieġ li jkunu bbażati fuq ftehim ta' traineeship bil-miktub skont il-liġi applikabbli tal-pajjiż fejn isir it-traineeship, skont il-każ, u jenħtieġ li jsegwu l-prinċipji spjegati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2014 dwar Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships21. Jenħtieġ li l-impjiegi jkunu bbażati fuq kuntratt ta' impjieg skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi applikabbli, jew it-tnejn, tal-pajjiż parteċipanti fejn ikun qed jitwettaq l-impjieg. Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju mogħti lill-organizzazzjonijiet parteċipanti li joffru l-impjiegi ma jkunx għal aktar minn tnax-il xahar. Jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet parteċipanti japplikaw għal finanzjament permezz tal-istruttura ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fid-dawl tal-intermedjazzjoni bejn il-parteċipanti żgħażagħ u l-impjegaturi li joffru attivitajiet ta' traineeships u impjiegi fis-setturi tas-solidarjetà. Jenħtieġ li t-traineeships u l-impjiegi jkunu akkumpanjati minn preparazzjoni, taħriġ fuq il-post tax-xogħol u appoġġ wara l-kollokament adegwati fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-parteċipant. It-traineeships u l-impjiegi jistgħu jiġu ffaċilitati mill-atturi rilevanti tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari mis-servizzi pubbliċi u privati tal-impjiegi, mis-sħab soċjali u mill-Kmamar tal-Kummerċ, kif ukoll mill-organizzazzjonijiet membri tal-EURES, skont ir-Regolament (UE) Nru 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21a, fil-każ ta' attivitajiet transfruntiera.

__________________

__________________

21 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2018 dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi (ĠU L 153, 2.5.2018, p.1).

21 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2014 dwar Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships (ĠU C 88, 27.3.2014, p. 1).

21a Ir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' April 2016 dwar netwerk Ewropew ta' servizzi tal-impjiegi (EURES), aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta' mobilità u integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 492/2011 u (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 107, 22.4.2016, p. 11).

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a)  Jenħtieġ li jsiru sforzi biex jiġi żgurat li t-traineeships u l-impjiegi jkunu miftuħin għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ kollha, b'mod partikolari ż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet, inklużi dawk b'diżabbiltà, bi żvantaġġi soċjali jew kulturali, il-migranti u r-residenti f'żoni rurali iżolati u fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-ispirtu ta' inizjattiva taż-żgħażagħ hu assi importanti għas-soċjetà u għas-suq tax-xogħol. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jikkontribwixxi għat-trawwim ta' dan l-aspett billi joffri l-opportunità liż-żgħażagħ li jfasslu u jimplimentaw il-proġetti tagħhom stess immirati biex jindirizzaw sfidi speċifiċi għall-benefiċċju tal-komunitajiet lokali. Dawn il-proġetti huma opportunità biex jiġu ppruvati ideat u biex iż-żgħażagħ jiġu appoġġati li jkunu huma stess dawk li jixprunaw l-attivitajiet ta' solidarjetà. Dawn iservu wkoll bħala punt tat-tluq għall-involviment ulterjuri f'attivitajiet ta' solidarjetà u huma l-ewwel pass biex il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jitħeġġu sabiex jinvolvu rwieħhom f'impjieg indipendenti jew fit-twaqqif ta' assoċjazzjonijiet, ta' organizzazzjonijiet nongovernattivi jew ta' korpi oħra attivi fis-setturi tas-solidarjetà, ta' mingħajr skop ta' qligħ u taż-żgħażagħ.

(13)  L-ispirtu ta' inizjattiva taż-żgħażagħ hu assi importanti għas-soċjetà u għas-suq tax-xogħol. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jikkontribwixxi għat-trawwim ta' dan l-aspett billi joffri l-opportunità liż-żgħażagħ li jfasslu u jimplimentaw il-proġetti tagħhom stess immirati biex jindirizzaw sfidi speċifiċi għall-benefiċċju tal-komunitajiet lokali. Dawn il-proġetti huma opportunità biex jiġu ppruvati ideat għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet innovattivi għal sfidi komuni permezz ta' approċċ minn isfel għal fuq u biex iż-żgħażagħ jiġu megħjuna jkunu huma stess dawk li jixprunaw l-attivitajiet ta' solidarjetà. Dawn iservu wkoll bħala punt tat-tluq għal aktar involviment f'attivitajiet ta' solidarjetà u huma l-ewwel pass biex il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jitħeġġu sabiex jinvolvu rwieħhom f'impjieg indipendenti u jkomplu jkunu ċittadini attivi bħala voluntiera u trainees jew bħala impjegati f'assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet nongovernattivi jew korpi oħra attivi fis-setturi tas-solidarjetà, ta' mingħajr skop ta' qligħ u taż-żgħażagħ. Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà essenzjalment joħloq atmosfera li fiha ż-żgħażagħ ikunu dejjem aktar motivati biex jinvolvu rwieħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà u jservu l-interess pubbliku.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  Il-voluntiera jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni li tipprovdi għajnuna umanitarja etika u bbażata fuq il-ħtiġijiet kif ukoll għat-titjib tal-effikaċja tas-settur umanitarju meta jkunu adegwatament magħżula, mħarrġa u mħejjija għall-mobilizzazzjoni sabiex jiġi żgurat li jkollhom il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex jgħinu lin-nies fil-bżonn bl-aktar mod effikaċi possibbli, u dment li jkunu jistgħu jistrieħu fuq appoġġ u superviżjoni suffiċjenti fuq il-post. Għalhekk, il-preżenza ta' kowċis jew mentors b'livell għoli ta' ħiliet, taħriġ u esperjenza fuq il-post hija importanti billi dawn jikkontribwixxu għall-effikaċja tal-azzjoni umanitarja u għall-appoġġ mogħti lill-voluntiera.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jenħtieġ li ż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jħossu li jappartjenu f'komunità ta' individwi u ta' entitajiet bl-impenn li jsaħħu s-solidarjetà madwar l-Ewropa. Fl-istess ħin, l-organizzazzjonijiet parteċipanti jeħtieġu l-appoġġ biex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom biex joffru attivitajiet ta' kwalità tajba lil numru dejjem jikber ta' parteċipanti. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappoġġa l-attivitajiet ta' netwerking bl-għan li jsaħħu l-involviment taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet parteċipanti f'din il-komunità, li jrawwem spirtu tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kif ukoll li jħeġġeġ l-iskambju ta' prattiki u ta' esperjenza siewja. Dawn l-attivitajiet jikkontribwixxu wkoll għas-sensibilizzazzjoni dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fost l-atturi pubbliċi u privati, kif ukoll għall-ġbir ta' feedback mingħand il-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet parteċipanti dwar l-implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(14)  Jenħtieġ li ż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jħossu li jappartjenu f'komunità ta' individwi u ta' entitajiet bl-impenn li jsaħħu s-solidarjetà madwar l-Ewropa. Fl-istess ħin, l-organizzazzjonijiet parteċipanti jeħtieġu l-appoġġ biex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom li joffru attivitajiet ta' kwalità tajba lil numru dejjem jikber ta' parteċipanti. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappoġġa l-attivitajiet ta' netwerking li jkollhom l-għan li jsaħħu l-involviment taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet parteċipanti f'din il-komunità, irawmu spirtu tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kif ukoll iħeġġu l-iskambju tal-aħjar prattiki u esperjenzi. Dawn l-attivitajiet jikkontribwixxu wkoll għas-sensibilizzazzjoni dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fost l-atturi pubbliċi u privati, kif ukoll għall-ġbir ta' feedback dettaljat u sinifikattiv mingħand il-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet parteċipanti dwar l-istadji differenti tal-implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li l-feedback jinkludi mistoqsijiet dwar l-objettivi tal-Programm sabiex it-twettiq tagħhom jiġi evalwat aħjar.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a)  Is-suċċess tal-implimentazzjoni tal-Programm jirrikjedi viżibbiltà u sensibilizzazzjoni akbar u aktar promozzjoni tal-opportunitajiet ta' finanzjament disponibbli permezz ta' kampanji ta' informazzjoni, inkluż Jum ta' Informazzjoni annwali dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, u mezzi ta' komunikazzjoni dinamiċi b'enfasi qawwija fuq il-midja soċjali, filwaqt li tiġi żgurata l-akbar sensibilizzazzjoni possibbli fost il-gruppi fil-mira, kemm individwi kif ukoll organizzazzjonijiet.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-iżgurar tal-kwalità tal-attivitajiet u opportunitajiet oħra offruti taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, b'mod partikolari billi jiġu offruti taħriġ, appoġġ lingwistiku, assigurazzjoni, appoġġ amministrattiv u appoġġ wara l-attività lill-parteċipanti, kif ukoll il-validazzjoni tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-kompetenzi miksuba permezz tal-esperjenza tagħhom fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Is-sikurezza u s-sigurtà tal-voluntiera jibqgħu ta' importanza kruċjali u l-voluntiera ma għandhomx jintbagħtu f'operazzjonijiet li jitwettqu f'żoni ta' kunflitti armati internazzjonali u mhux internazzjonali.

(15)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata l-kwalità tal-attivitajiet u l-opportunitajiet offruti mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jintlaħaq l-għan tal-inklużività – b'mod partikolari billi jiġu offruti taħriġ online jew offline adegwat, appoġġ lingwistiku, akkomodazzjoni raġonevoli, assigurazzjoni, proċeduri amministrattivi simplifikati u appoġġ qabel u wara l-attività lill-parteċipanti, kif ukoll il-validazzjoni tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-kompetenzi miksuba permezz tal-esperjenza tagħhom fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li l-miżuri ta' appoġġ jiġu żviluppati u pprovduti f'kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u ma' organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili u mingħajr skop ta' qligħ sabiex jiġi sfruttat l-għarfien espert tagħhom fil-qasam. Is-sikurezza u s-sigurtà tal-parteċipanti, kif ukoll tal-benefiċjarji fil-mira, jibqgħu ta' importanza kruċjali. L-attivitajiet kollha għandhom ikunu konformi mal-prinċipju li ma ssirx ħsara ("do no harm"). Jenħtieġ li l-parteċipanti ma jintbagħtux jaħdmu f'operazzjonijiet li jitwettqu f'żoni ta' kunflitti armati internazzjonali u mhux internazzjonali, jew f'faċilitajiet li jmorru kontra l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem. Jenħtieġ li l-attivitajiet li jinvolvu kuntatt dirett mat-tfal ikunu ggwidati mill-prinċipju ta' "fl-aħjar interess tat-tfal" u jinkludu, jekk ikun il-każ, it-twettiq ta' kontrolli tal-kondotta fil-konfront tal-parteċipanti jew l-adozzjoni ta' miżuri oħra bil-ħsieb li tiġi żgurata l-protezzjoni tat-tfal.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a)  F'konformità mal-Linji Gwida tal-UE għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal (2017) u l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jippromwovu u jappoġġaw it-tranżizzjoni mill-istituzzjonalizzazzjoni tal-persuni vulnerabbli, bħall-persuni b'diżabbiltà u t-tfal, lejn il-kura fil-familja u bbażata fil-komunità. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Programm ma jappoġġax miżuri jew inizjattivi li jfixklu l-impenn li tispiċċa l-istituzzjonalizzazzjoni jew li jintemm kwalunkwe kollokament li jkun ta' ħsara għat-tfal jew għall-persuni b'diżabbiltà.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 15b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15b)  Jenħtieġ li l-prinċipji tal-Unjoni fir-rigward tal-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni jkunu rispettati bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-implimentazzjoni tal-Programm, inkluż fl-identifikazzjoni u l-għażla tal-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Biex jiġi żgurat l-impatt tal-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fuq l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tal-parteċipanti, l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li huma l-eżiti tat-tagħlim tal-attività, jenħtieġ li jiġu identifikati u dokumentati kif xieraq, f'konformità maċ-ċirkustanzi u mal-ispeċifiċitajiet nazzjonali, kif irrakkomandat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali22.

(16)  Biex jiġi żgurat l-impatt tal-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fuq l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, kulturali, ċiviku u professjonali tal-parteċipanti, l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li huma l-eżiti tat-tagħlim tal-attività, jenħtieġ li jiġu identifikati u dokumentati kif xieraq, f'konformità maċ-ċirkustanzi u mal-ispeċifiċitajiet nazzjonali, kif irrakkomandat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali22. Biex jiġi żgurat li l-kandidati reġistrati jiġu offruti attivitajiet adatti, jenħtieġ li l-eżiti tat-tagħlim mill-attivitajiet ta' solidarjetà jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom qabel jagħżlu li jipparteċipaw. Għal dan l-għan, jenħtieġ li jiġi mħeġġeġ l-użu ta' strumenti effikaċi fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni għar-rikonoxximent tat-tagħlim mhux formali u informali, bħall-Youthpass u l-Europass, skont il-każ.

__________________

__________________

22 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (ĠU C 398, 22.12.2012, p.1–5).

22 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1).

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a)  Jenħtieġ li l-aġenziji nazzjonali jinkoraġġixxu wkoll lill-voluntiera żgħażagħ isiru ambaxxaturi tal-Programm u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom permezz ta' netwerks taż-żgħażagħ, stabbilimenti edukattivi u workshops. L-ex voluntiera jew ambaxxaturi jistgħu wkoll jikkontribwixxu għat-taħriġ ta' kandidati prospettivi.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  It-tikketta tal-kwalità jenħtieġ li tiżgura l-konformità tal-organizzazzjonijiet parteċipanti mal-prinċipji u mar-rekwiżiti tal-Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, fir-rigward tad-drittijiet u tar-responsabbiltajiet tagħhom matul l-istadji kollha tal-esperjenza ta' solidarjetà. Il-kisba ta' tikketta tal-kwalità hija prekundizzjoni għall-parteċipazzjoni iżda jenħtieġ li ma twassalx b'mod awtomatiku għal finanzjament mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(17)  It-tikketta tal-kwalità jenħtieġ li tiżgura l-konformità tal-organizzazzjonijiet parteċipanti mal-valuri, il-prinċipji u l-objettivi tal-Unjoni kif ukoll mal-prinċipji u r-rekwiżiti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, fir-rigward tad-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom – kif ukoll l-istandards tas-sikurezza – matul l-istadji kollha tal-esperjenza ta' solidarjetà, inklużi l-istadji ta' qabel u wara l-attività. Il-kisba ta' tikketta tal-kwalità hija prekundizzjoni għall-parteċipazzjoni iżda jenħtieġ li ma twassalx b'mod awtomatiku għal finanzjament mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li t-tikketti tal-kwalità jkunu differenti minn xulxin, skont x'tip ta' attività ta' solidarjetà jkopru.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Kwalunkwe entità li tixtieq tieħu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jenħtieġ li tirċievi tikketta tal-kwalità, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet xierqa. Il-proċess li jwassal għall-attribuzzjoni ta' tikketta tal-kwalità jenħtieġ li jitwettaq fuq bażi kontinwa mill-korpi ta' implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. It-tikketta tal-kwalità attribwita jenħtieġ li terġa' tiġi vvalutata b'mod perjodiku u tista' tiġi revokata jekk, fil-kuntest tal-verifiki li jridu jsiru, il-kundizzjonijiet li wasslu għall-attribuzzjoni tagħha jinstab li ma jibqgħux issodisfati.

(18)  Kwalunkwe entità li tixtieq tieħu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jenħtieġ li tirċievi tikketta tal-kwalità, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet xierqa. Biex tiġi żgurata l-konformità effettiva tal-organizzazzjonijiet parteċipanti mal-prinċipji u r-rekwiżiti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fir-rigward tad-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom, jenħtieġ li jiddaħħlu fis-seħħ tikketti tal-kwalità separati għall-volontarjat f'attivitajiet ta' solidarjetà, il-volontarjat b'appoġġ għal operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja, it-traineeships u l-impjiegi, li jvarjaw ukoll skont il-funzjoni tal-organizzazzjoni parteċipanti. Il-proċess li jwassal għall-attribuzzjoni ta' tikketta tal-kwalità jenħtieġ li jitwettaq fuq bażi kontinwa mill-korpi ta' implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li t-tikketta tal-kwalità attribwita terġa' tiġi vvalutata regolarment u jekk, fil-kuntest tal-verifiki li jridu jsiru, il-kundizzjonijiet li wasslu għall-attribuzzjoni tagħha jinstab li ma jibqgħux issodisfati, tiġi revokata. Jenħtieġ li l-proċess amministrattiv jiqsar kemm jista' jkun biex ma jaqtax qalb organizzazzjonijiet iżgħar.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19a)  Bħala regola ġenerali, jenħtieġ li t-talbiet għal għotjiet jintbagħtu lill-aġenzija nazzjonali tal-pajjiż fejn tkun ibbażata l-organizzazzjoni. Jenħtieġ li talbiet għal għotjiet li jirrigwardaw attivitajiet ta' solidarjetà organizzati minn organizzazzjonijiet internazzjonali jew preżenti fl-Ewropa kollha, attivitajiet ta' solidarjetà minn timijiet ta' voluntiera fl-oqsma ta' prijorità identifikati fil-livell Ewropew u attivitajiet ta' solidarjetà b'appoġġ għal operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja f'pajjiżi terzi jintbagħtu lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) mwaqqfa mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/776/UE1a.

__________________

1a Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/776/UE tat-18 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi "L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura" u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE (ĠU L 343, 19.12.2013, p. 46).

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Organizzazzjonijiet parteċipanti jistgħu iwettqu bosta funzjonijiet fil-qafas tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. F'funzjoni ta' ospitant, huma jwettqu attivitajiet marbuta mal-akkoljenza tal-parteċipanti, inkluż l-organizzazzjoni ta' attivitajiet, u l-għoti ta' gwida u appoġġ lill-parteċipanti waqt l-attività ta' solidarjetà, kif xieraq. F'funzjoni ta' appoġġ, huma jwettqu attivitajiet marbuta ma' li jibgħatu l-parteċipanti u t-tħejjija tal-parteċipanti qabel it-tluq, matul u wara l-attività ta' solidarjetà, inkluż it-taħriġ, u l-gwida tal-parteċipanti għal organizzazzjonijiet lokali wara l-attività.

(20)  L-organizzazzjonijiet parteċipanti jistgħu jwettqu bosta funzjonijiet fil-qafas tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. F'funzjoni ta' ospitant, huma jwettqu attivitajiet marbuta mal-akkoljenza tal-parteċipanti, fosthom l-organizzazzjoni ta' attivitajiet u l-għoti ta' gwida u appoġġ lill-parteċipanti waqt l-attività ta' solidarjetà kif ukoll feedback wara l-attività, skont il-każ. F'funzjoni ta' appoġġ, huma jwettqu attivitajiet marbuta ma' li jibagħtu l-parteċipanti u t-tħejjija tal-parteċipanti qabel it-tluq, matul u wara l-attività ta' solidarjetà, inklużi t-taħriġ u l-gwida tal-parteċipanti għal organizzazzjonijiet lokali wara l-attività sabiex jiżdiedu l-opportunitajiet għal aktar esperjenzi ta' solidarjetà. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-aġenziji nazzjonali jħeġġu lill-voluntiera jsiru ambaxxaturi tal-Programm u jaqsmu l-esperjenzi personali tagħhom permezz ta' netwerks taż-żgħażagħ u stabbilimenti edukattivi, u b'hekk jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-Programm. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-aġenziji nazzjonali jagħtu appoġġ lill-voluntiera.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20a)  Sabiex l-attivitajiet ta' solidarjetà fost iż-żgħażagħ jingħataw appoġġ, jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet parteċipanti jkunu entitajiet pubbliċi jew privati jew organizzazzjonijiet internazzjonali – sew bi skop ta' qligħ u sew mingħajru – u jistgħu jinkludu organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, istituzzjonijiet reliġjużi u assoċjazzjonijiet tal-karità, organizzazzjonijiet umanistiċi sekulari, NGOs jew atturi oħra mis-soċjetà ċivili. Jenħtieġ li l-finanzjament tal-Programm ikopri biss il-parti mingħajr qligħ tal-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet parteċipanti.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Jenħtieġ li jiġi ffaċilitat it-tkabbir tal-proġetti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ miżuri speċifiċi li jgħini lill-promoturi tal-proġetti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex japplikaw għal għotjiet jew jiżviluppaw sinerġiji permezz ta' appoġġ għal Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-programmi marbuta mal-migrazzjoni, is-sigurtà, il-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, is-saħħa u l-kultura.

(21)  Jenħtieġ li jiġi ffaċilitat it-tkabbir tal-proġetti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-benefiċjarji potenzjali jingħataw informazzjoni preċiża u aġġornata kontinwament dwar dawk l-opportunitajiet. Jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ miżuri speċifiċi li jgħinu lill-promoturi tal-proġetti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex japplikaw għal għotjiet jew jiżviluppaw sinerġiji permezz ta' appoġġ għal Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-programmi marbuta mal-migrazzjoni, is-sigurtà, il-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, is-saħħa u l-kultura.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jenħtieġ li jibqa' jiġi żviluppat b'mod kontinwu biex jiġi żgurat aċċess faċli għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u jiġi pprovdut one-stop shop kemm għall-individwi, kif ukoll għall-organizzazzjonijiet interessati fir-rigward tar-reġistrazzjoni, tal-identifikazzjoni u tat-tlaqqigħ tal-profili u tal-opportunitajiet, tan-netwerking u tal-iskambji virtwali, tat-taħriġ online, tal-appoġġ lingwistiku u tal-appoġġ wara l-attività, kif ukoll ta' funzjonalitajiet siewja oħra, fost l-oħrajn, li jistgħu jqumu fil-futur.

(23)  Il-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jenħtieġ li jibqa' jiġi żviluppat b'mod kontinwu biex jiġi żgurat aċċess faċli, sempliċi u mingħajr ostakli għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, f'konformità mal-istandards stabbiliti mid-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Il-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jipprovdi one-stop shop kemm għall-individwi kif ukoll għall-organizzazzjonijiet interessati fir-rigward tar-reġistrazzjoni, l-identifikazzjoni u t-tlaqqigħ tal-profili u l-opportunitajiet, in-netwerking u l-iskambji virtwali, it-taħriġ online, l-appoġġ lingwistiku u l-appoġġ qabel u wara l-attività, il-mekkaniżmu ta' feedback u evalwazzjoni , kif ukoll fir-rigward ta' funzjonalitajiet siewja oħra, fost l-oħrajn, li jistgħu jqumu fil-futur. Filwaqt li one-stop shop joffri l-vantaġġ ta' aċċess integrat għal attivitajiet differenti, l-individwi jistgħu jiffaċċjaw ostakli fiżiċi, soċjali u oħrajn biex jidħlu fil-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Sabiex jingħelbu dawn l-ostakli, jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet parteċipanti jgħinu lill-parteċipanti jirreġistraw.

__________________

1a Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jiġi żviluppat ulterjurment filwaqt li jitqies il-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà23, li jagħti gwida speċifika dwar kif jitwaqqfu s-servizzi pubbliċi diġitali interoperabbli u li huwa implimentat fl-Istati Membri u fil-membri l-oħra taż-Żona Ekonomika Ewropea permezz tal-Oqfsa Ewropej għall-Interoperabbiltà. Huwa joffri lill-amministrazzjonijiet pubbliċi b'47 rakkomandazzjoni konkreta dwar kif itejbu l-governanza tal-attivitajiet ta' interoperabbiltà tagħhom, jistabbilixxu r-relazzjonijiet fost l-organizzazzjonijiet, jissimplifikaw il-proċessi li jappoġġaw is-servizzi diġitali minn tarf sa tarf, u jiżguraw li l-leġiżlazzjoni eżistenti u dik ġdida ma jikkompromettux l-isforzi ta' interoperabbiltà.

(24)  Jenħtieġ li l-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jiġi żviluppat ulterjorment filwaqt li jitqies il-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà23, li jagħti gwida speċifika dwar kif jitwaqqfu s-servizzi pubbliċi diġitali interoperabbli u li huwa implimentat fl-Istati Membri u fil-membri l-oħra taż-Żona Ekonomika Ewropea permezz tal-Oqfsa Ewropej għall-Interoperabbiltà. Huwa joffri lill-amministrazzjonijiet pubbliċi 47 rakkomandazzjoni konkreta dwar kif itejbu l-governanza tal-attivitajiet ta' interoperabbiltà tagħhom, jistabbilixxu r-relazzjonijiet fost l-organizzazzjonijiet, jissimplifikaw il-proċessi li jappoġġaw is-servizzi diġitali minn tarf sa tarf, u jiżguraw li l-leġiżlazzjoni eżistenti u dik ġdida ma jikkompromettux l-isforzi ta' interoperabbiltà. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Portal jinbena skont l-istandards stabbiliti mid-Direttiva dwar (UE) 2016/2012.

_________________

_________________

23 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Il-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà – l-Istrateġija ta' Implimentazzjoni (COM(2017) 134 final).

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24a)  Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza tal-proċess tal-implimentazzjoni u tiżdied l-effikaċja tal-Programm, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta regolarment lill-partijiet ikkonċernati ewlenin – inklużi l-organizzazzjonijiet parteċipanti – dwar l-implimentazzjoni tal-Programm.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 24b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24b)  Sabiex jiġu żgurati l-funzjonament tajjeb tal-Programm u l-implimentazzjoni f'waqtha tal-azzjonijiet tiegħu, huwa essenzjali li fil-programmi ta' ħidma tal-Programm ikun hemm mekkaniżmi li jiggarantixxu li ż-żgħażagħ reġistrati jsirulhom offerti fi żmien raġonevoli u relattivament prevedibbli. Għaldaqstant jenħtieġ li l-kandidati reġistrati jintbagħtulhom informazzjoni u aġġornamenti perjodiċi dwar il-kollokamenti disponibbli u l-organizzazzjonijiet parteċipanti involuti attivament sabiex jiġi stimulat l-involviment tagħhom fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà wara li jkunu rreġistraw, filwaqt li jingħataw ukoll l-opportunità li jidħlu f'kuntatt dirett mal-atturi involuti fil-qasam tas-solidarjetà kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell Ewropew.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27a)  Abbażi tal-prinċipji tal-Unjoni fir-rigward tal-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni, jenħtieġ li ċ-ċittadini tal-Unjoni u l-persuni residenti fit-tul ikunu jistgħu jipparteċipaw bħala ċittadini attivi, irrispettivament mill-klassi soċjali jew l-età tagħhom. Fid-dawl tal-isfidi speċifiċi tal-azzjoni umanitarja, jenħtieġ li l-parteċipanti fl-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE jkollhom mill-inqas 18-il sena u jistgħu jirrappreżentaw varjetà wiesgħa ta' profili u ġenerazzjonijiet li l-ħiliet tagħhom ikunu rilevanti biex dawn l-operazzjonijiet umanitarji jirnexxu.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li l-attivitajiet appoġġati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jkunu aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha, b'mod partikolari dawk l-aktar żvantaġġati. Jenħtieġ li jittieħdu miżuri speċjali biex jiġu promossi l-inklużjoni soċjali, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ żvantaġġati, kif ukoll biex jiġu meqjusa r-restrizzjonijiet imposti mid-distanza remota ta' għadd ta' żoni rurali u tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u tal-Pajjiżi u tat-Territorji extra-Ewropej. B'mod simili, il-pajjiżi parteċipanti jeħtieġ li jieħdu impenn li jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li jsolvu, fejn possibbli, u mingħajr preġudizzju għall-acquis ta' Schengen u għad-dritt tal-Unjoni dwar id-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, ta' kwistjonijiet amministrattivi li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta' viżi u ta' permessi ta' residenza, kif ukoll il-ħruġ tal-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea fil-każ ta' attivitajiet transfruntiera fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

(28)  JJenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li l-attivitajiet appoġġati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jkunu aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha, b'mod partikolari dawk b'inqas opportunitajiet kif imfisser f'aktar dettall fl-Istrateġija tal-Inklużjoni u d-Diversità żviluppata u applikata fil-qafas tal-programm Erasmus+. Jenħtieġ li jittieħdu miżuri speċjali, bħal formati xierqa ta' attivitajiet ta' solidarjetà u gwida personalizzata, biex jiġu promossi l-inklużjoni soċjali u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet, kif ukoll biex jiġu meqjusa r-restrizzjonijiet imposti mid-distanza remota ta' għadd ta' żoni rurali u tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej. Għaldaqstant jenħtieġ li ż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet – mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jipparteċipaw full-time u f'pajjiż li ma jkunx il-pajjiż fejn jirrisjedu – ikollhom ukoll il-possibbiltà li jipparteċipaw part-time jew fil-pajjiż fejn jirrisjedu u jibbenefikaw minn miżuri oħra li jkollhom l-għan li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-pajjiżi parteċipanti jieħdu impenn li jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li jsolvu, meta jkun possibbli, u mingħajr preġudizzju għall-acquis ta' Schengen u għad-dritt tal-Unjoni dwar id-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, kwistjonijiet amministrattivi li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta' viżi u ta' permessi ta' residenza, kif ukoll il-ħruġ tal-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea fil-każ ta' attivitajiet transfruntiera fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28a)  Jenħtieġ li l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet sħab ospitanti fil-pajjiżi terzi – kif ukoll il-ħtieġa li l-attivitajiet tal-voluntiera jiġu integrati fil-kuntest lokali u li tiġi ffaċilitata l-interazzjoni tal-voluntiera mal-atturi umanitarji lokali, il-komunità ospitanti u s-soċjetà ċivili – jingħataw attenzjoni u appoġġ partikolari.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex jiġi implimentat il-Ftehim ta' Pariġi u biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni tal-azzjoni klimatika u l-kisba tal-mira ġenerali ta' 25 % tan-nefqiet tal-baġit tal-Unjoni li jappoġġaw l-għanijiet klimatiċi. Waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u l-proċessi ta' rieżami rilevanti.

(29)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex jiġi implimentat il-Ftehim ta' Pariġi u biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni tal-azzjoni klimatika u l-kisba tal-mira ġenerali ta' mhux inqas minn 25 % tan-nefqiet tal-baġit tal-Unjoni li jappoġġaw l-għanijiet klimatiċi tul il-perjodu 2021-2027 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027. Waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u l-proċessi ta' rieżami rilevanti.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30a)  Jenħtieġ li parti adegwata mill-baġit tkun iddedikata għall-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u għall-iżvilupp ta' netwerks taż-żgħażagħ.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  F'konformità mal-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE"31, jenħtieġ li l-Programm iqis is-sitwazzjoni speċifika ta' dawn ir-reġjuni. Se jittieħdu miżuri biex tiżdied il-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-azzjonijiet kollha. Dawn il-miżuri se jiġu mmonitorjati regolament u evalwati.

(35)  F'konformità mal-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE"31, jenħtieġ li l-Programm iqis is-sitwazzjoni speċifika ta' dawn ir-reġjuni. Se jittieħdu miżuri – fosthom pubbliċità aktar b'saħħitha biex tiżdied il-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-azzjonijiet kollha. Dawn il-miżuri se jiġu mmonitorjati regolament u evalwati.

__________________

__________________

31 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE COM(2017) 623 final).

31 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE (COM(2017) 623 final).

Emenda    45

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  F'konfomità mar-Regolament Finanzjarju, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta programmi ta' ħidma u tinforma dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jenħtieġ li l-programm ta' ħidma jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni f'konformità mal-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm, mal-kriterji tal-għażla u tal-għoti għall-għotjiet, kif ukoll mal-elementi l-oħra kollha meħtieġa. Jenħtieġ li l-programmi ta' ħidma u kwalunkwe emenda tagħhom jiġu adottati b'atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami.

(36)  Peress li l-Programm huwa implimentat fuq perjodu ta' seba' snin, jeħtieġ li tiġi prevista flessibbiltà xierqa sabiex il-Programm ikun jista' jadatta ruħu għal realtajiet ġodda u għall-prijoritajiet politiċi fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' solidarjetà. Bħala tali, ir-Regolament ma jispjegax fid-dettall kif se jitfasslu l-azzjonijiet u ma jippreġudikax il-prijoritajiet politiċi jew baġitarji rispettivi għas-seba' snin li jmiss. Minflok, jenħtieġ li l-għażliet u l-prijoritajiet politiċi sekondarji, inklużi d-dettalji ta' azzjonijiet speċifiċi, li jkunu jridu jiġu implimentati permezz tal-attivitajiet differenti, jiġu ddeterminati permezz ta' programm ta' ħidma annwali f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a (ir-Regolament Finanzjarju). Jenħtieġ li l-programm ta' ħidma jistabbilixxi wkoll il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni f'konformità mal-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm, mal-kriterji tal-għażla u tal-għoti għall-għotjiet, kif ukoll mal-elementi l-oħra kollha meħtieġa. Jenħtieġ li l-programmi ta' ħidma u kwalunkwe emenda tagħhom jiġu adottati permezz ta' att delegat. Biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin.

____________________

1a Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija relatata mas-sostituzzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni b'atti delegati bħala mezz biex jiġu adottati l-programmi ta' ħidma. L-emenda tgħid li r-Regolament ma jidħolx fid-dettall mil-lat ta' politika biex tiġi ggarantita l-flessibbiltà u li l-għażliet dettaljati se jsiru permezz tal-programmi ta' ħidma. Dan jirrifletti approċċ orizzontali allinjat ma' fajls oħra tal-Kumitat CULT relatati mal-QFP.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Sensibilizzazzjoni, pubbliċità u disseminazzjoni xierqa tal-opportunitajiet u tar-riżultati tal-azzjonijiet appoġġati mill-Programmm, jenħtieġ li jiġu żgurati fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-intrapriżi soċjali billi jitħeġġu biex jappoġġaw l-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. L-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, ta' pubbliċità u ta' disseminazzjoni jenħtieġ li jibbażaw fuq il-korpi ta' implimentazzjoni kollha tal-Programm, inkluż, meta rilevanti, bl-appoġġ ta' partijiet ikkonċernati ewlenin oħra.

(38)  Jenħtieġ li jiġu żgurati sensibilizzazzjoni, pubbliċità u disseminazzjoni xierqa tal-opportunitajiet u tar-riżultati tal-azzjonijiet appoġġati mill-Programm fil-livell Ewropew, reġjonali, nazzjonali u lokali. Jenħtieġ li l-Programm jiġi promoss permezz ta' mezzi ta' komunikazzjoni dinamiċi, b'enfasi speċjali fuq il-midja soċjali, sabiex jintlaħaq għadd kbir ta' kandidati potenzjali. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-intrapriżi soċjali billi jitħeġġu biex jappoġġaw l-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, pubbliċità u disseminazzjoni jkollhom l-appoġġ tal-korpi ta' implimentazzjoni kollha tal-Programm, is-siti web tal-Unjoni, il-programmi tal-Unjoni assoċjati mal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u, meta rilevanti, jinvolvu l-appoġġ ta' partijiet ikkonċernati ewlenin oħra.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Sabiex jintlaħqu aħjar l-għanijiet tal-Programm, jenħtieġ li preferibilment l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-aġenziji nazzjonali jaħdmu flimkien mill-qrib fi sħubija ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u partijiet ikkonċernati lokali li għandhom għarfien espert fl-azzjonijiet ta' solidarjetà.

(39)  Sabiex jintlaħqu aħjar l-għanijiet tal-Programm, jenħtieġ li l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-aġenziji nazzjonali preferibbilment jaħdmu flimkien mill-qrib fi sħubija ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi, intrapriżi soċjali, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà u partijiet ikkonċernati lokali li għandhom għarfien espert fl-azzjonijiet ta' solidarjetà, inklużi aġenziji ta' infrastruttura u ta' appoġġ għall-volontarjat bħal ċentri ta' volontarjat.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Sabiex tiġi żgurata effiċjenza akbar fil-komunikazzjoni lill-pubbliku ġenerali u sinerġiji aktar b'saħħithom bejn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni mwettqa b'inizjattiva tal-Kummissjoni, ir-riżorsi allokati għall-komunikazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxu wkoll biex ikopru l-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni bil-kundizzjoni li dawn ikunu relatati mal-għanijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament.

(40)  Sabiex tiġi żgurata effiċjenza akbar fil-komunikazzjoni lill-pubbliku ġenerali u sinerġiji aktar b'saħħithom bejn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni mwettqa b'inizjattiva tal-Kummissjoni, ir-riżorsi allokati għall-komunikazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni mingħajr ostakli, bil-kundizzjoni li dawn ikunu relatati mal-għanijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Sabiex jiġu żgurati l-ġestjoni finanzjarja tajba u ċ-ċertezza tad-dritt f'kull pajjiż parteċipanti, kull Awtorità Nazzjonali jenħtieġ li taħtar korp indipendenti tal-awditjar. Meta dan ikun fattibbli, u biex tiġi mmassimizzata l-effiċjenza, il-korp indipendenti tal-awditjar jista' jkun l-istess bħal dak maħtur għall-azzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III tar-[Regolament il-Ġdid dwar l-Erasmus].

(42)  Sabiex jiġu żgurati l-ġestjoni finanzjarja tajba, l-ottimizzazzjoni tal-ispejjeż u ċ-ċertezza tad-dritt f'kull pajjiż parteċipanti, kull Awtorità Nazzjonali jenħtieġ li taħtar korp indipendenti tal-awditjar. Meta dan ikun fattibbli, u biex tiġi massimizzata l-effiċjenza, il-korp indipendenti tal-awditjar jista' jkun l-istess bħal dak maħtur għall-azzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III tar-[Regolament il-Ġdid dwar l-Erasmus].

Emenda    50

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  Jeħtieġ li l-Istati Membri jieħdu impenn li jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-Programm. Fejn possibbli, dan jinkludi r-riżoluzzjoni u mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni dwar il-kwistjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta' viżi u permessi ta' residenza. F'konformità mad-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32, l-Istati Membri huma mħeġġa biex jistabbilixxu proċeduri ta' ammissjoni rapida.

(43)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu impenn li jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-Programm. Dan jinkludi r-riżoluzzjoni, meta jkun possibbli u mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni dwar kwistjonijiet ta' dħul u residenza taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta' viżi u permessi ta' residenza u diffikultajiet legali oħra li jistgħu jimpedixxu l-aċċess taż-żgħażagħ għall-Programm. F'konformità mad-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32, l-Istati Membri huma mħeġġa jistabbilixxu proċeduri ta' ammissjoni rapida.

_________________

_________________

32 Id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta' skambju ta' skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21).

Emenda    51

Proposta għal regolament

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33.

imħassar

_________________

33 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011. Li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tikkorrispondi għas-sostituzzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni b'atti delegati bħala mezz biex jiġu adottati l-programmi ta' ħidma.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxiti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea35. B'mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura rispett sħiħ tad-dritt tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u d-dritt ta' nondiskriminazzjoni abbażi tas-sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali, u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(48)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea35. B'mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura rispett sħiħ tad-dritt tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u d-dritt ta' nondiskriminazzjoni abbażi tas-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età, l-orjentazzjoni sesswali jew l-isfond soċjoekonomiku, u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

_________________

_________________

35 Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391).

35 Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391).

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "attività ta' solidarjetà" tfisser attività temporanja ta' kwalità għolja li tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, li tista' tieħu l-għamla ta' volontarjat, traineeships, impjiegi, proġetti ta' solidarjetà u attivitajiet ta' netwerking f'diversi oqsma, inklużi dawk imsemmija fil-paragrafu 13, filwaqt li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew u l-konformità mar-regolamenti dwar is-saħħa u s-sigurtà;

(1)  "attività ta' solidarjetà" tfisser attività ta' kwalità għolja – inklużiva u ffinanzjata adegwatament – li tindirizza sfidi soċjali importanti għall-benefiċċju tal-komunità jew tas-soċjetà kollha kemm hi u tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, li tista' tieħu l-għamla ta' volontarjat, traineeships, impjiegi, proġetti ta' solidarjetà u attivitajiet ta' netwerking f'diversi oqsma, inklużi dawk imsemmija fil-paragrafu 13, filwaqt li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew u l-konformità mar-regolamenti dwar is-saħħa u s-sikurezza u l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "kandidat irreġistrat" tfisser individwu ta' bejn is-17 u t-30 sena u li rreġistra fil-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex jesprimi l-interess li jinvolvi ruħu f'attività ta' solidarjetà iżda li għadu mhux jieħu sehem f'din l-attività;

(2)  "kandidat reġistrat" tfisser individwu ta' bejn is-17 u t-30 sena, li jirrisjedi legalment f'pajjiż parteċipanti u li jkun irreġistra fil-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex jesprimi l-interess li jinvolvi ruħu f'attività ta' solidarjetà iżda li jkun għadu mhux qed jieħu sehem f'din l-attività;

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "parteċipant" tfisser individwu ta' bejn it-18 u t-30 sena, li rreġistra fil-portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jieħu sehem f'attività ta' solidarjetà taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

(3)  "parteċipant" tfisser individwu ta' bejn it-18 u t-30 sena li jirrisjedi legalment f'pajjiż parteċipanti, ikun irreġistra fil-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u jieħu sehem f'attività ta' solidarjetà fl-ambitu tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  "żgħażagħ b'inqas opportunitajiet" tfisser żgħażagħ li jħabbtu wiċċhom ma' xi ostakoli li jwaqqfuhom milli jkollhom aċċess effettiv għall-opportunitajiet taħt il-Programm minħabba raġunijiet ekonomiċi, soċjali, kulturali, ġeografiċi jew tas-saħħa, jew minħabba raġunijiet bħal diżabbiltà u diffikultajiet edukattivi;

(4)  "żgħażagħ b'inqas opportunitajiet" tfisser żgħażagħ li jeħtieġu appoġġ addizzjonali minħabba ostakli differenti li jirriżultaw – pereżempju – mid-diżabbiltà, minn problemi ta' saħħa, minn diffikultajiet edukattivi, mill-isfond migratorju tagħhom, minn differenzi kulturali u mis-sitwazzjoni ekonomika, soċjali u ġeografika tagħhom, inklużi persuni minn komunitajiet emarġinati jew li jinsabu f'riskju li jiffaċċjaw diskriminazzjoni abbażi ta' xi waħda mir-raġunijiet minquxa fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  "organizzazzjoni parteċipanti" tfisser kwalunkwe entità pubblika jew privata, lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali, li ingħatat it-tikketta ta' kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

(5)  "organizzazzjoni parteċipanti" tfisser kwalunkwe entità pubblika jew privata, lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali – sew bi skop ta' qligħ u sew mingħajru – li tkun ingħatat it-tikketta ta' kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà f'funzjoni ta' ospitant, f'funzjoni ta' appoġġ, jew fiż-żewġ funzjonijiet, li tiżgura li l-entità tista' timplimenta attivitajiet ta' solidarjetà ta' kwalità għolja skont l-objettivi tal-Programm;

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  "volontarjat" tfisser attività ta' solidarjetà li ssir bħala attività volontarja mingħajr ħlas għal perjodu ta' mhux aktar minn 12-il xahar;

(6)  "volontarjat" tfisser attività ta' solidarjetà mhux obbligatorja li tikkonsisti fit-twettiq ta' attività għall-benefiċċju kollettiv li tikkontribwixxi għall-benessri tas-soċjetà u li parteċipant iwettaq liberament u fil-ħin liberu tiegħu, mingħajr ma jkun intitolat għal rimunerazzjoni, għal perjodu ta' mhux aktar minn 12-il xahar;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  "traineeship" tfisser attività ta' solidarjetà għal perjodu minn xahrejn sa sitt xhur, li tiġġedded darba biss u għal durata massima ta' 12-il xahar, li hija offerta u imħallsa minn organizzazzjoni parteċipanti li tkun qed tospita lill-parteċipant tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

(7)  "traineeship" tfisser attività ta' solidarjetà mħallsa li tieħu l-għamla ta' inkarigu ta' xogħol f'organizzazzjoni parteċipanti għal perjodu ta' bejn tlieta u sitt xhur, tista' tiġġedded darba biss u għal tul massimu ta' 12-il xahar, tkun offruta u mħallsa minn organizzazzjoni parteċipanti li tkun qed tospita lill-parteċipant tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u tinvolvi komponent tat-tagħlim biex jinkisbu ħiliet u esperjenza rilevanti;

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  "impjieg" tfisser attività ta' solidarjetà għal perjodu minn xahrejn sa 12-il xahar, imħallsa mill-organizzazzjoni parteċipanti li timpjega lill-parteċipant tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

(8)  "impjieg" tfisser attività ta' solidarjetà mħallsa b'paga diċenti għal perjodu ta' bejn tlieta u 12-il xahar, li tinkludi komponent ta' tagħlim u taħriġ, tkun ibbażata fuq ftehim bil-miktub u tkun offruta u mħallsa mill-organizzazzjoni parteċipanti li timpjega lill-parteċipant tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, mingħajr ma tissostitwixxi opportunità ta' impjieg eżistenti;

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  "proġett ta' solidarjetà" tfisser attività ta' solidarjetà fil-pajjiż mhux imħallsa għal perjodu ta' mhux aktar minn 12-il xahar, li jitwettaq minn gruppi ta' mill-inqas ħames parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bl-għan li jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin fi ħdan il-komunitajiet tagħhom filwaqt li jippreżentaw valur miżjud Ewropew ċar;

(9)  "proġett ta' solidarjetà" tfisser attività ta' solidarjetà mhux imħallsa – fil-pajjiż jew barra l-pajjiż – għal perjodu ta' mhux aktar minn 12-il xahar, imwettqa minn gruppi ta' mill-inqas ħames parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bl-għan li jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin fi ħdan il-komunitajiet tagħhom u b'valur miżjud Ewropew ċar;

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  "tikketta tal-kwalità" tfisser iċ-ċertifikazzjoni mogħtija lil organizzazzjoni parteċipanti li tixtieq tipprovdi attivitajiet ta' solidarjetà taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bir-rwol ta' ospitant u/jew b'funzjoni ta' appoġġ;

(10)  "tikketta tal-kwalità" tfisser iċ-ċertifikazzjoni mogħtija, abbażi ta' diversi rekwiżiti speċifiċi skont it-tip ta' attività ta' solidarjetà pprovduta, lil organizzazzjoni parteċipanti li tkun tixtieq tipprovdi attivitajiet ta' solidarjetà taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bir-rwol ta' ospitant u/jew f'funzjoni ta' appoġġ, li tiċċertifika li l-organizzazzjoni parteċipanti tista' tiżgura l-kwalità tal-attivitajiet ta' solidarjetà, matul l-istadji kollha tal-esperjenza ta' solidarjetà, skont il-prinċipji u l-objettivi tal-Programm;

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għan ġenerali tal-Programm hu li jissaħħaħ l-involviment taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet f'attivitajiet ta' solidarjetà aċċessibbli u ta' kwalità għolja bħala mezz biex issir kontribuzzjoni għat-tisħiħ tal-koeżjoni, tas-solidarjetà u tad-demokrazija fl-Unjoni u lil hinn minnha, filwaqt li jiġu indirizzati sfidi tas-soċjetà u umanitarji fuq il-post, bi sforz partikolari biex tiġi promossa l-inklużjoni soċjali.

1.  L-għan ġenerali tal-Programm hu li jippromwovi s-solidarjetà bħala valur, l-aktar permezz tal-volontarjat, isaħħaħ l-involviment ta' ġenerazzjoni ta' żgħażagħ li aktar hemm ċans li jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà, kif ukoll tal-organizzazzjonijiet, f'attivitajiet ta' solidarjetà aċċessibbli u ta' kwalità għolja bħala mezz biex jingħata kontribut għat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali, is-solidarjetà, id-demokrazija, l-identità Ewropea u ċ-ċittadinanza attiva fl-Unjoni u lil hinn minnha, filwaqt li tingħata risposta għall-isfidi umanitarji u tas-soċjetà fuq il-post, bi sforz partikolari biex jiġu promossi l-inklużjoni soċjali u l-opportunitajiet indaqs.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-għan speċifiku tal-Programm hu li ż-żgħażagħ, inklużi dawk b'inqas opportunitajiet, jingħataw opportunitajiet b'aċċess iktar faċli għal involviment f'attivitajiet ta' solidarjetà fl-Ewropa u lil hinn minnha, filwaqt li jtejbu u jivvalidaw kif xieraq il-kompetenzi tagħhom, kif ukoll jiffaċilitaw l-impjegabbiltà u t-tranżizzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

2.  L-għan speċifiku tal-Programm hu li ż-żgħażagħ, inklużi dawk b'inqas opportunitajiet, jingħataw opportunitajiet b'aċċess faċli u inklużiv għal involviment f'attivitajiet ta' solidarjetà li jġibu magħhom bidliet soċjali pożittivi fl-Ewropa u lil hinn minnha, filwaqt li jtejbu u jivvalidaw kif xieraq il-kompetenzi tagħhom għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, kulturali, ċiviku u professjonali, kif ukoll jiffaċilitaw l-involviment kontinwu tagħhom bħala ċittadini attivi u l-impjegabbiltà u t-tranżizzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Il-feedback mogħti mill-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet parteċipanti għandu jinkludu wkoll evalwazzjoni tat-twettiq tal-objettivi tal-Programm.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f'attivitajiet ta' solidarjetà li jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà, kif imsemmi fl-Artikolu 6;

(a)  il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f'attivitajiet ta' solidarjetà li jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà, kif imsemmi fl-Artikolu 6, u l-isforzi biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f'attivitajiet ta' solidarjetà relatati mal-għajnuna umanitarja (Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja) kif imsemmi fl-Artikolu 10.

(b)  il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u ta' persuni b'għarfien espert f'attivitajiet ta' solidarjetà relatati mal-għajnuna umanitarja (Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja) kif imsemmi fl-Artikolu 10 u l-azzjonijiet fl-Unjoni u lil hinn minnha mmirati lejn il-bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet ospitanti għall-għajnuna umanitarja fil-pajjiżi terzi kif imsemmi fl-Artikolu 11.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  L-objettivi operazzjonali u l-prijoritajiet politiċi korrispondenti tal-azzjonijiet li jridu jiġu implimentati permezz tal-attivitajiet fl-ambitu tal-fergħat imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu speċifikati fid-dettall fil-programmi ta' ħidma annwali li jridu jiġu adottati skont l-Artikolu 18.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija relatata mas-sostituzzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni b'atti delegati bħala mezz biex jiġu adottati l-programmi ta' ħidma. L-emenda tirrikonoxxi li r-Regolament ma jidħolx fid-dettall mil-lat ta' politika biex tiġi ggarantita l-flessibbiltà u li l-għażliet dettaljati se jsiru permezz tal-programmi ta' ħidma. Dan jirrifletti approċċ orizzontali allinjat ma' fajls oħra tal-Kumitat CULT relatati mal-QFP.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  traineeships u impjiegi, kif imsemmi fl-Artikolu 8;

(b)  traineeships u impjiegi, kif imsemmi fl-Artikolu 8, li għandhom ikunu ta' kwalità għolja;

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-approċċ tagħhom biex jinvolvu żgħażagħ minn sfondi differenti;

(d)  l-inklużività u l-kapaċità effettiva tagħhom li jinvolvu żgħażagħ minn sfondi differenti, inklużi żgħażagħ b'diżabbiltà;

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Il-programmi ta' ħidma annwali adottati skont l-Artikolu 18 għandhom jinkludu lista ta' attivitajiet li potenzjalment jistgħu jagħmlu ħsara lill-parteċipanti, lill-benefiċjarji u lis-soċjetà, jew li ma jkunux adatti għall-parteċipanti, u li ma għandhomx jitwettqu fil-qafas tal-Programm jew li għandhom ikunu soġġetti għal taħriġ speċjali, kontrolli tal-kondotta jew miżuri oħra.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ir-rinfurzar tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet parteċipanti biex joffru proġetti ta' kwalità tajba għal għadd dejjem akbar ta' parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

(a)  ir-rinfurzar tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet parteċipanti biex joffru proġetti ta' kwalità għolja, aċċessibbli faċilment u ffinanzjati b'mod sodisfaċenti għal għadd dejjem akbar ta' parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-attrazzjoni ta' parteċipanti ġodda, kemm żgħażagħ, kif ukoll organizzazzjonijiet parteċipanti;

(b)  l-attrazzjoni ta' parteċipanti ġodda, kemm żgħażagħ u kemm persuni li jkollhom xi esperjenza fl-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, kif ukoll organizzazzjonijiet parteċipanti;

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)   aċċessibbiltà aktar faċli għall-persuni b'diżabbiltà għall-attivitajiet kollha offruti;

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-għoti ta' opportunitajiet sabiex jingħata feedback dwar l-attivitajiet ta' solidarjetà; u

(c)  l-għoti ta' opportunitajiet sabiex jingħata feedback dwar l-attivitajiet ta' solidarjetà kif ukoll il-promozzjoni tal-Programm bħala ambaxxaturi; u

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa)  miżuri li jipproteġu l-benefiċjarji ta' attivitajiet ta' solidarjetà, fosthom taħriġ immirat għall-parteċipanti li jwettqu attivitajiet ta' solidarjetà għall-benefiċċju ta' gruppi vulnerabbli, inklużi t-tfal, u kontrolli tal-kondotta fil-konfront tal-parteċipanti li jaħdmu mat-tfal;

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ab)  miżuri mmirati għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-opportunitajiet indaqs, b'mod partikolari għall-parteċipazzjoni ta' żgħażagħ b'inqas opportunitajiet, bħal formati xierqa ta' attivitajiet ta' solidarjetà u appoġġ personalizzat;

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt ac (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ac)  miżuri mmirati għall-iżgurar ta' bini ta' kapaċità u ta' appoġġ amministrattiv għall-organizzazzjonijiet parteċipanti;

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-iżvilupp u ż-żamma ta' tikketta tal-kwalità għal entitajiet li lesti jipprovdu attivitajiet ta' solidarjetà għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

(b)  l-iżvilupp u ż-żamma tat-tikketti tal-kwalità għal entitajiet li lesti jipprovdu attivitajiet ta' solidarjetà għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-istabbiliment, iż-żamma u l-aġġornar tal-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u servizzi online rilevanti oħra, kif ukoll is-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni ta' appoġġ u l-għodod ibbażati fuq il-web neċessarji.

(d)  l-istabbiliment, iż-żamma u l-aġġornar ta' Portal aċċessibbli tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà tal-anqas fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u servizzi online rilevanti oħra, kif ukoll sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni ta' appoġġ u għodod ibbażati fuq il-web neċessarji li għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà tad-Direttiva (UE) 2016/2102.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  miżuri li jħeġġu lill-intrapriżi soċjali jappoġġaw attivitajiet tal-Programm jew jippermettu lill-impjegati jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' volontarjat fil-qafas tal-Programm;

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(db)  l-iżvilupp ta' proċedura ċara u ddettaljata indirizzata lill-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet patreċipanti, li tistabbilixxi l-passi tal-fażijiet kollha tal-attivitajiet ta' solidarjetà u l-iskedi ta' żmien għalihom;

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-azzjonijiet implimentati taħt il-fergħa “Parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f'attivitajiet ta' solidarjetà li jindirizzaw sfidi tas-soċjetà” għandhom b'mod partikolari jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-koeżjoni, tas-solidarjetà u tad-demokrazija fl-Unjoni u lil hinn minnha, filwaqt li jirrispondu wkoll għal sfidi tas-soċjetà bi sforz partikolari għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali.

1.  L-azzjonijiet implimentati taħt il-fergħa "Parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f'attivitajiet ta' solidarjetà li jindirizzaw sfidi tas-soċjetà" għandhom b'mod partikolari jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-koeżjoni, tas-solidarjetà, taċ-ċittadinanza u tad-demokrazija fl-Unjoni u lil hinn minnha, filwaqt li jirrispondu wkoll għal sfidi tas-soċjetà bi sforz partikolari għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-opportunitajiet indaqs.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  traineeships u impjiegi, kif imsemmi fl-Artikolu 8;

(b)  traineeships u impjiegi, kif imsemmi fl-Artikolu 8, li għandhom ikunu ta' kwalità għolja;

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-volontarjat kif imsemmi fl-Artikolu 4.1, punt (a) għandu jinkludi komponent ta' tagħlim u ta' taħriġ, ma għandux jissostitwixxi t-traineeships jew l-impjiegi, ma għandux jitqies l-istess daqs impjieg, u għandu jkun ibbażat fuq ftehim ta' volontarjat bil-miktub.

1.  Il-volontarjat kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu jinkludi dimensjoni solida ta' edukazzjoni u tagħlim, u taħriġ online u offline mfassal għall-attività inkwistjoni li jseħħ qabel u matul l-attività, għandu jimmira għal impatt ċar fuq il-ħtiġijiet identifikati tal-komunità, ma għandux jissostitwixxi t-traineeships jew l-impjiegi, ma għandux jitqies l-istess daqs impjieg, u għandu jkun ibbażat fuq ftehim ta' volontarjat bil-miktub skont il-liġi nazzjonali rilevanti. Tali ftehim għandu jiżgura l-protezzjoni legali, soċjali u finanzjarja xierqa tal-parteċipant.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-volontarjat jista' jsir f'pajjiż li mhuwiex il-pajjiż tar-residenza tal-parteċipant (transfruntier) jew fil-pajjiż tar-residenza tal-parteċipant (fil-pajjiż).

2.  Il-volontarjat għandu, bħala regola, isir f'pajjiż li mhuwiex il-pajjiż tar-residenza tal-parteċipant (transfruntier). Il-volontarjat jista' jsir fil-pajjiż tar-residenza tal-parteċipant (fil-pajjiż), iżda għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' żgħażagħ b'inqas opportunitajiet u għandu jinkludi l-parteċipazzjoni ta' parteċipanti li jirrisjedu f'pajjiż li mhuwiex il-pajjiż fejn qed isseħħ l-attività.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Traineeship kif imsemmi fl-Artikolu 4.1, punt (b) għandu jkun ibbażat fuq ftehim ta' traineeship bil-miktub skont il-qafas regolatorju applikabbli tal-pajjiż fejn isseħħ it-traineeship, kif xieraq, u billi jitqiesu l-prinċipji tal-Qafas ta' Kwalita għat-Traineeships (2014/C 88/01). It-traineeships ma għandhomx jissostitwixxu l-impjiegi.

1.  Traineeship għandu jkun imħallas u bbażat fuq ftehim ta' traineeship bil-miktub konkluż bil-bidu tat-traineeship skont il-qafas regolatorju applikabbli tal-pajjiż fejn isseħħ it-traineeship, kif xieraq. Il-Ftehim ta' traineeship għandu jindika l-objettivi edukattivi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-tul tat-traineeship, ir-remunerazzjoni li l-parteċipant għandu jirċievi u d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet u għandu jqis il-prinċipji tal-Qafas ta' Kwalità għat-Traineeships (2014/C 88/01). It-traineeships ma għandhomx jissostitwixxu l-impjiegi.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Impjieg kif imsemmi fl-Artikolu 4.1, punt (b) għandu jkun ibbażat fuq kuntratt ta' impjieg skont il-qafas regolatorju nazzjonali tal-pajjiż parteċipanti fejn jitwettaq l-impjieg. L-appoġġ finanzjarju għal organizzazzjonijiet parteċipanti li joffru impjiegi ma għandux jaqbeż it-12-il xahar f'każi fejn it-tul tal-kuntratt tal-impjieg jaqbeż it-12-il-xahar.

2.  Impjieg għandu jkun ibbażat fuq kuntratt ta' impjieg bil-miktub li jirrispetta t-termini u l-kundizzjonijiet kollha tal-impjieg kif stabbiliti fil-liġi nazzjonali, fil-ftehimiet kollettivi applikabbli, jew fit-tnejn, tal-pajjiż li fih ikun qed jitwettaq l-impjieg. L-appoġġ finanzjarju għal organizzazzjonijiet parteċipanti li joffru impjiegi ma għandux jaqbeż it-tnax-il xahar f'każi fejn it-tul tal-kuntratt tal-impjieg jaqbeż it-tnax-il xahar.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  It-traineeships u l-impjiegi għandhom jinkludu komponent ta' tagħlim u ta' taħriġ.

3.  It-traineeships u l-impjiegi għandhom jinkludu komponent solidu ta' edukazzjoni ta' tagħlim qabel u matul l-attività, biex jgħin lill-parteċipant jikseb esperjenza rilevanti bil-għan li jiżviluppa kompetenzi siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tal-parteċipant;

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  It-traineeships u l-impjiegi jistgħu jsiru f'pajjiż li mhuwiex il-pajjiż tar-residenza tal-parteċipant (transfruntier) jew fil-pajjiż tar-residenza tal-parteċipant (fil-pajjiż).

4.  It-traineeships u l-impjiegi għandhom, bħala regola, isiru f'pajjiż li mhuwiex il-pajjiż tar-residenza tal-parteċipant (transfruntier). It-traineeships u l-impjiegi jistgħu jsiru fil-pajjiż tar-residenza tal-parteċipant (fil-pajjiż), iżda għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' żgħażagħ b'inqas opportunitajiet u għandhom jinkludu l-parteċipazzjoni ta' parteċipanti li jirrisjedu f'pajjiż li mhuwiex il-pajjiż fejn qed isseħħ l-attività.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Għandu jiġi allokat baġit xieraq biex tiġi ffinanzjata l-akkomodazzjoni raġonevoli li tippermetti l-parteċipazzjoni effettiva tal-persuni b'diżabbiltà fuq bażi ugwali mal-oħrajn, skont l-Artikolu 27 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà u d-Direttiva 2000/781a.

____________________

1a  Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16).

Emenda    92

Proposta għal regolament

Article 10 – paragraph 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-azzjonijiet implimentati taħt il-fergħa “Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja” għandhom jikkontribwixxu b'mod partikolari biex tingħata għajnuna umanitarja bbażata fuq il-ħtiġijiet immirata għall-ħarsien tal-ħajja, il-prevenzjoni u t-taffija tat-tbatija umana, u ż-żamma tad-dinjità tal-bniedem, u t-tisħiħ tal-kapaċità u r-reliżjenza ta' komunitajiet vulnerabbli jew milquta minn diżastru.

1.  L-azzjonijiet implimentati taħt il-fergħa "Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja" għandhom jikkontribwixxu b'mod partikolari biex tingħata għajnuna umanitarja bbażata fuq il-ħtiġijiet immirata għall-ħarsien tal-ħajja, il-prevenzjoni u t-taffija tat-tbatija umana, u ż-żamma tad-dinjità tal-bniedem fil-kuntest ta' diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem, u biex jissaħħu l-kapaċità u r-reżiljenza ta' komunitajiet vulnerabbli, fraġli jew milquta minn diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem, u biex tiġi ffaċilitata tranżizzjoni mir-rispons umanitarju għal żvilupp fit-tul sostenibbli u inklussiv.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-azzjonijiet taħt dan il-Kapitolu għandhom jitwettqu f'konformità mal-prinċipji tal-għajnuna umanitarja tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza.

2.  L-azzjonijiet taħt dan il-Kapitolu għandhom jitwettqu f'konformità mal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja, li jippromwovi l-prinċipji fundamentali tal-għajnuna umanitarja tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza filwaqt li jiġi mtenni l-impenn sod tal-Unjoni għal approċċ ibbażat fuq il-ħtiġijiet, mingħajr diskriminazzjoni bejn il-popolazzjonijiet milquta jew fi ħdanhom u filwaqt li jiġi rispettat id-dritt internazzjonali.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  L-għajnuna umanitarja tal-Unjoni titwassal f'sitwazzjonijiet fejn jistgħu joperaw strumenti oħra relatati mal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-ġestjoni tal-kriżijiet u l-protezzjoni ċivili. Il-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja għandu jaħdem b'mod koerenti u komplementari u għandu jevita d-duplikazzjonijiet mal-politiki u l-istrumenti rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-politika tal-għajnuna umanitarja u mal-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni u mal-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b.  Fil-promozzjoni ta' rispons internazzjonali koerenti għall-kriżijiet umanitarji, l-azzjonijiet taħt dan il-Kapitolu għandhom jikkonformaw ma' dawk ikkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2c.  Il-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja għandu jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-għajnuna umanitarja tal-Unjoni, filwaqt li jippromwovi rispons umanitarju adegwat għall-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-kooperazzjoni mal-gruppi u n-netwerks tan-nisa sabiex ikunu promossi l-parteċipazzjoni tan-nisa u l-eżerċitar min-naħa tagħhom ta' karigi ta' tmexxija fl-għajnuna umanitarja u sabiex jittieħed vantaġġ mill-kapaċitajiet u l-għarfien espert tagħhom biex jikkontribwixxu għall-irkupru, il-bini tal-paċi, it-tnaqqis tar-riskji ta' diżastri u r-reżiljenza tal-komunitajiet milquta.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2d.  It-termini speċifiċi tal-mobilizzazzjoni għandhom jiġu stipulati, f'konsultazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet ospitanti, f'ftehim bejn l-organizzazzjoni li tibgħat u l-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja, inklużi d-drittijiet u l-obbligi, it-tul u l-post tal-mobilizzazzjoni u l-kompiti li għandhom jitwettqu.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa)  proġetti ta' solidarjetà;

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Fuq il-bażi ta' valutazzjoni minn qabel tal-ħtiġijiet f'pajjiż terz, dan ir-Regolament għandu jappoġġa azzjonijiet immirati lejn it-tisħiħ tal-kapaċità tal-għajnuna umanitarja sabiex itejjeb l-istat ta' tħejjija u r-rispons lokali għall-kriżijiet umanitarji u biex jiżgura li l-ħidma tal-voluntiera jkollha impatt effikaċi u sostenibbli fil-post, inklużi:

(a)   il-ġestjoni tar-riskji assoċjati mad-diżastri naturali, l-istat ta' tħejjija u r-rispons, l-ikkowċjar, it-taħriġ fil-ġestjoni tal-voluntiera u oqsma rilevanti oħra għall-persunal u l-voluntiera mill-organizzazzjonijiet ospitanti;

(b)   skambju tal-aħjar prassi, assistenza teknika, programmi ta' ġemellaġġ u skambju ta' persunal u voluntiera, il-ħolqien ta' netwerks u azzjonijiet oħra relevanti.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3b.  Il-Kummissjoni għandha tkompli, iżżomm u taġġorna l-bażi tad-data tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, tirregola l-aċċess u l-użu tiegħu, inkluż fir-rigward tad-disponibbiltà u l-adegwatezza tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, u b'hekk tippermetti l-parteċipazzjoni kontinwa tal-voluntiera li jirritornaw. Għandu jitwettaq l-ipproċessar ta' data personali miġbura f'dik il-bażi tad-data jew għaliha, fejn rilevanti, skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b.

____________________

1a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

1b Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 11paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-volontarjat b'appoġġ għall-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja kif imsemmi fl-Artikolu 4.1, punt (a) għandu jinkludi komponent ta' tagħlim u ta' taħriġ, ma għandux jissostitwixxi t-traineeships jew l-impjiegi, u għandu jkun ibbażat fuq ftehim ta' volontarjat bil-miktub.

1.  Il-volontarjat b'appoġġ għall-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja għandu jinkludi tagħlim u taħriġ xierqa, inkluż qabel il-kollokament, marbuta mal-proġetti li fihom voluntiera żgħażagħ se jkunu involuti, b'enfasi dovuta fuq il-prinċipji tal-għajnuna umanitarja msemmija fl-Artikolu 10(2), inkluż "il-prinċipju tagħmilx ħsara" u ma għandux jissostitwixxi t-traineeships jew l-impjiegi, u għandu jkun ibbażat fuq ftehim ta' volontarjat bil-miktub.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  L-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandha trawwem il-parteċipazzjoni ta' voluntiera lokali minn pajjiżi terzi.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-volontarjat taħt din il-fergħa jista' jsir biss f'pajjiżi terzi:

2.  Il-volontarjat taħt din il-fergħa jista' jsir biss:

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Abbażi ta' valutazzjoni minn qabel tal-ħtiġijiet fil-pajjiżi terzi minn organizzazzjonijiet li jibagħtu u dawk ospitanti, u atturi rilevanti oħra, il-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja għandu jappoġġa l-azzjonijiet immirati lejn:

(a)  it-tisħiħ tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet ospitanti għall-għajnuna umanitarja fil-pajjiżi terzi sabiex jissaħħu l-istat ta' tħejjija u r-rispons lokali għall-kriżijiet umanitarji u biex jiġi żgurat l-impatt effikaċi u sostenibbli tal-ħidma tal-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja fuq il-post permezz ta' ġestjoni tar-riskju ta' diżastri, l-istat ta' tħejjija u r-rispons, it-tranżizzjoni minn rispons umanitarju għal żvilupp lokali sostenibbli, l-ikkowċjar, u t-taħriġ fil-ġestjoni tal-volontarji;

(b)  l-iskambju tal-aħjar prattiki, l-assistenza teknika, il-programmi ta' ġemellaġġ u l-iskambju ta' persunal u voluntiera.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b.  Il-valutazzjoni tal-livell ta' riskju fir-rigward tas-sigurtà u s-sikurezza tal-voluntiera għandha tkun prijorità, b'mod partikolari f'pajjiżi jew f'żoni meqjusa bħala instabbli, jew fejn hemm riskji immedjati.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2c.  Kampanji ta' komunikazzjoni dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà b'rabta mal-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandhom jitwettqu primarjament fit-territorju tal-Unjoni u għandhom jiffukaw fuq xogħol imwettaq minn voluntiera u ħaddiema tal-għajnuna umanitarja skont il-prinċipji tal-għajnuna umanitarja tal-umanità, l-indipendenza, in-newtralità u l-imparzjalità li jiggwidaw l-azzjonijiet tagħhom.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2d.  Il-volontarjat għandu jaqdi l-ħtiġijiet reali u l-lakuni identifikati fil-livell lokali mill-organizzazzjonijiet ospitanti.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11a

Identifikazzjoni u għażla ta' voluntiera kandidati

1.   Abbażi ta' valutazzjoni minn qabel tal-ħtiġijiet f'pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha tidentifika u tagħżel voluntiera kandidati għat-taħriġ f'kooperazzjoni mal-aġenziji nazzjonali u mal-organizzazzjonijiet ospitanti.

2.   L-identifikazzjoni u l-għażla tal-voluntiera kandidati għandhom jitwettqu f'konformità mal-Artikolu 14, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-opportunitajiet indaqs.

3.   Il-limiti ta' età kif imsemmija fl-Artikoli 2 u 15 ma għandhomx jiġu applikati għall-volontarjat b'appoġġ għall-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja fis-sens ta' dan l-Artikolu.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 11b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11b

Taħriġ ta' voluntiera kandidati

1.   Abbażi ta' programmi u proċeduri eżistenti, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta' taħriġ biex iħejji lill-voluntiera kandidati jappoġġaw u jikkomplementaw l-azzjonijiet tal-għajnuna umanitarja.

2.   Il-voluntiera kandidati li jkunu ġew identifikati u magħżula f'konformità mal-proċedura tal-applikazzjoni għandhom ikunu eliġibbli biex jieħdu sehem fil-programm ta' taħriġ implimentat minn organizzazzjonijiet kwalifikati. L-ambitu u l-kontenut individwali tat-taħriġ, li kull kandidat voluntier għandu jwettaq, għandhom jiġu determinati b'konsultazzjoni mal-organizzazzjoni ospitanti ċċertifikata skont il-ħtiġijiet, filwaqt li jitqiesu l-esperjenza preċedenti tal-kandidat voluntier u l-post ippjanat għall-volontarjat.

3.   Il-programm ta' taħriġ għandu jinkludi valutazzjoni ta' kemm il-voluntiera kandidati huma preparati biex jiġu sekondati biex jappoġġaw u jikkomplementaw l-attivitajiet tal-għajnuna umanitarja fil-pajjiżi terzi, kif ukoll biex jaqdu l-ħtiġijiet lokali.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 1 260 000 000 fi prezzijiet kurrenti.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 1 112 988 000 fi prezzijiet tal-2018 [EUR 1 260 000 000 fi prezzijiet kurrenti].

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni, inklużi sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni.

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni, inklużi sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni. Ammont adegwat mill-baġit għandu jkun iddedikat ukoll għall-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u għall-iżvilupp ta' netwerks taż-żgħażagħ.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 29 biex temenda dan ir-Regolament biex ikun hemm flessibbiltà u adattament tat-tqassim indikattiv tal-baġit skont l-attivitajiet skont l-Artikolu 12a. L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jirriflettu l-prijoritajiet ta' politika ġodda billi jaġġustaw mill-ġdid it-tqassim filwaqt li jirrispettaw marġni massimu ta' 20 %.

Ġustifikazzjoni

Il-marġni indikat jikkorrispondi għall-marġni propost fil-proposta attwali dwar il-Programm Erasmus.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12a

Tqassim tal-baġit iddedikat għall-attivitajiet fl-Artikoli 7, 8, 9 u 11

It-tqassim indikattiv tal-baġit iddedikat għall-attivitajiet fl-Artikoli 7, 8, 9 u 11 għandu jkun kif ġej:

(a)  għall-volontarjat f'attivitajiet ta' solidarjetà u fi proġetti ta' solidarjetà, kif speċifikat fl-Artikoli 7 u 9: 86 %;

(b)  għat-traineeships u l-impjiegi, kif speċifikat fl-Artikolu 8: 8 %; u

(c)  għall-volontarjat b'appoġġ għall-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja, kif speċifikat fl-Artikolu 11: 6 %.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist.

2.  Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist. Biex jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti għall-benefiċjarji, għandhom jintużaw kemm jista' jkun somom f'daqqa, spejjeż għal kull unità jew finanzjament b'rata fissa.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula u mistennija mill-pajjiżi terzi għall-Programm għandhom, ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli, jiġu rapportati liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja bħala parti mir-rappurtar annwali jew interim tal-Programm.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Il-parteċipanti li jmorru joqogħdu f'pajjiż ieħor għandhom ikunu ggarantiti l-kura sħiħa tas-saħħa li jgawdu fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom, u mhux biss kura tas-saħħa urġenti. Il-kura tas-saħħa għandha tingħata kemm permezz tas-servizzi tas-saħħa pubbliċi tal-Istat Membru li fih titwettaq l-attività kif ukoll, fin-nuqqas ta' tali servizzi jew fil-każ ta' nuqqas ċar ta' konformità mal-istandards ta' kwalità tal-Istat Membru ta' residenza, permezz ta' servizzi tas-saħħa privati fl-Istat Membru li fih titwettaq l-attività.

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b. Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u pajjiżi parteċipanti oħra għandhom jippromwovu l-inklużjoni soċjali u kundizzjonijiet ta' aċċess ugwali, inkluż għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet pubbliċi jew privati, u organizzazzjonijiet internazzjonali, diment li dawn ikunu rċivew tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

1.  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet pubbliċi jew privati, kemm jekk mingħajr skop ta' qligħ kif ukoll bi skop ta' qligħ, u organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, istituzzjonijiet reliġjużi, assoċjazzjonijiet tal-karità, organizzazzjonijiet sekulari umanistiċi, NGOs jew atturi oħra mis-soċjetà ċivili, diment li dawn joffru attivitajiet ta' solidarjetà, ikollhom personalità ġuridika skont il-liġi tal-pajjiż fejn huma rreġistrati u jkunu rċevew tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. It-tikketta tal-kwalità għandha tiċċertifika li l-attivitajiet jistgħu jilħqu l-għanijiet fl-Artikolu 3 u jipprovdu l-azzjonijiet fl-Artikolu 4.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Applikazzjoni minn entità biex issir organizzazzjoni parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandha tiġi vvalutata mill-korp ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà abbażi tal-prinċipji ta' trattament indaqs; opportunitajiet indaqs u nondiskriminazzjoni; evitar tas-sostituzzjoni tal-impjieg; forniment ta' attivitajiet ta' kwalità għolja b'dimensjoni ta' tagħlim li tiffoka fuq l-iżvilupp personali, soċjoedukattiv u professjonali; arranġamenti ta' taħriġ, xogħol u volontarjat xierqa; ambjent u kundizzjonijiet sikuri u diċenti; u l-prinċipju li jipprojbixxi l-profitt, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju. Il-prinċipji ta' hawn fuq jaċċertaw jekk l-attivitajiet tagħha ssodisfawx ir-rekwiżiti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

2.  Applikazzjoni minn entità biex issir organizzazzjoni parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandha tiġi vvalutata mill-korp ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà abbażi tal-prinċipji ta' trattament indaqs; opportunitajiet indaqs u nondiskriminazzjoni; evitar tas-sostituzzjoni tal-impjieg; forniment ta' attivitajiet ta' kwalità għolja, aċċessibbli faċilment u inklużivi b'valur miżjud ċar għall-ħtiġijiet identifikati tal-komunità, b'dimensjoni ta' tagħlim li tiffoka fuq l-iżvilupp personali, soċjoedukattiv u professjonali; arranġamenti ta' taħriġ, xogħol u volontarjat xierqa; ambjent u kundizzjonijiet sikuri u diċenti; u l-prinċipju li jipprojbixxi l-profitt, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju. Il-prinċipji ta' hawn fuq jaċċertaw jekk l-attivitajiet tagħha ssodisfawx ir-rekwiżiti u l-għanijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. It-tikketta tal-kwalità għandha tingħata biss lill-organizzazzjonijiet li jimpenjaw ruħhom li se jikkonformaw ma' dawn il-prinċipji.

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Bħala riżultat tal-valutazzjoni, l-entità tista' tingħata tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. It-tikketta miksuba għandha terġa' tiġi vvalutata kull ċertu żmien u tista' tiġi rrevokata.

3.  Bħala riżultat tal-valutazzjoni, l-entità tista' tingħata tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Ir-rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati sabiex tinkiseb tikketta tal-kwalità għandhom ivarjaw skont it-tip ta' attività ta' solidarjetà u l-funzjoni tal-entità. It-tikketta miksuba għandha terġa' tiġi vvalutata kull ċertu żmien u fil-każ ta' użu ħażin tat-tikketta jew ta' nuqqas ta' konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 2, it-tikketta għandha tiġi rrevokata. Kull entità li sostanzjalment tbiddel l-attivitajiet tagħha għandha tinforma lill-korp ta' implimentazzjoni kompetenti għall-valutazzjoni mill-ġdid.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  L-organizzazzjonijiet parteċipanti li jkunu ngħataw tikketta tal-kwalità għandu jkollhom aċċess għal pjattaforma biex ifittxu faċilment applikanti xierqa sabiex il-proċess ikun aktar faċli kemm għall-parteċipanti kif ukoll għall-organizzazzjonijiet parteċipanti biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4b.  L-organizzazzjonijiet parteċipanti għandhom jiffaċilitaw il-promozzjoni tal-Programm billi joffru l-possibbiltà li dawk li qabel kienu parteċipanti jaqsmu l-esperjenza tagħhom u jaġixxu bħala ambaxxaturi għall-ġenerazzjoni potenzjali li jmiss ta' parteċipanti fil-Programm permezz ta' netwerk.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a.  L-organizzazzjonijiet parteċipanti għandhom iwettqu bosta funzjonijiet fil-qafas tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. F'funzjoni ta' ospitant huma għandhom iwettqu attivitajiet relatati mal-offerti għall-attivitajiet ta' solidarjetà lill-parteċipanti reġistrati, l-għażla u l-akkoljenza tal-parteċipanti, inkluż l-organizzazzjoni ta' attivitajiet, l-għoti ta' gwida u appoġġ lill-parteċipanti waqt il-fażijiet kollha tal-attività ta' solidarjetà, il-provvediment ta' ambjent sikur u konvenjenti għall-parteċipanti, u l-għoti ta' feedback lill-parteċipant wara l-attività, kif xieraq. F'funzjoni ta' appoġġ huma għandhom iwettqu attivitajiet marbuta mas-sekondar, it-tħejjija u l-appoġġ tal-parteċipanti qabel ma dawn jitilqu, matul u wara l-attività ta' solidarjetà, fosthom billi l-parteċipanti jingħataw taħriġ u jigu gwidati lejn organizzazzjonijiet lokali wara l-attività. L-organizzazzjonijiet f'funzjoni ta' appoġġ jistgħu jipprovdu wkoll appoġġ amministrattiv u loġistiku lill-parteċipanti fi proġetti ta' solidarjetà.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwalunkwe entità pubblika jew privata stabbilita f'pajjiż parteċipanti kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu japplikaw għal finanzjament taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Fil-każ tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 7, 8 u 11, l-organizzazzjoni parteċipanti għandha tikseb tikketta tal-kwalità bħala prekundizzjoni biex tirċievi finanzjament taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Fil-każ tal-proġetti ta' solidarjetà msemmija fl-Artikolu 9, persuni fiżiċi jistgħu wkoll japplikaw għal finanzjament f'isem gruppi informali ta' parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Kwalunkwe entità pubblika jew privata stabbilita f'pajjiż parteċipanti kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu japplikaw għal finanzjament taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Fil-każ tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 7, 8 u 11, l-organizzazzjoni parteċipanti għandha tikseb tikketta tal-kwalità bħala prekundizzjoni biex tirċievi finanzjament taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Fil-każ tal-proġetti ta' solidarjetà msemmija fl-Artikolu 9, persuni fiżiċi jistgħu wkoll japplikaw għal finanzjament f'isem gruppi informali ta' parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Bħala regola ġenerali, it-talba għal għotja għandha tiġi ppreżentata quddiem l-aġenzija nazzjonali tal-pajjiż fejn hija bbażata l-organizzazzjoni. It-talbiet għal għotjiet għall-attivitajiet organizzati minn organizzazzjonijiet internazzjonali jew preżenti fl-Ewropa kollha, attivitajiet ta' tims ta' volontarjat f'oqsma ta' prijorità identifikati fil-livell Ewropew u attivitajiet b'appoġġ għall-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja f'pajjiżi terzi għandhom jiġu ppreżentati quddiem l-EACEA.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Programm ta' ħidma

Programm ta' ħidma annwali

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għażliet u l-prijoritajiet ta' politika sekondarji, inklużi dettalji ta' azzjonijiet speċifiċi deskritti fl-Artikoli 4 sa 11, għandhom jiġu ddeterminati darba fis-sena permezz ta' programm ta' ħidma kif imsemmi fl-Artikolu [110] tar-Regolament Finanzjarju. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jistabbilixxi wkoll id-dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-Programm. Barra minn hekk, il-programm ta' ħidma għandu jagħti indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u tad-distribuzzjoni tal-fondi bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm għall-azzjonijiet li għandhom jiġu ġestiti permezz tal-aġenzija nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 29 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-programm ta' ħidma annwali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija relatata mas-sostituzzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni b'atti delegati bħala mezz biex jiġu adottati l-programmi ta' ħidma. L-emenda tgħid li r-Regolament ma jidħolx fid-dettall mil-lat ta' politika biex tiġi ggarantita l-flessibbiltà u li l-għażliet dettaljati se jsiru permezz tal-programmi ta' ħidma. Dan jirrifletti approċċ orizzontali allinjat ma' fajls oħra tal-Kumitat CULT relatati mal-QFP.

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. Għandha tiġi akkumpanja wkoll minn evalwazzjoni finali tal-programm predeċessur.

2.  Ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Programm għandu jitwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-rieżami ta' nofs it-terminu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2024. Għandu jiġi akkumpanjat ukoll minn evalwazzjoni finali tal-programm predeċessur.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Jekk ikun meħtieġ u abbażi tar-rieżami ta' nofs it-terminu u tar-rapporti ta' implimentazzjoni ppreżentati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposti leġiżlattivi għall-emendar ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tidher quddiem il-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew biex tirrapporta dwar ir-rieżami ta' nofs it-terminu, inkluż fir-rigward tad-deċiżjoni tagħha dwar jekk hemmx bżonn li dan ir-Regolament jiġi emendat.

Ġustifikazzjoni

Dan jipprevedi rieżami ta' nofs it-terminu u klawsola ta' reviżjoni xierqa, filwaqt li jirrifletti approċċ orizzontali allinjat ma' fajls oħra tal-QFP tal-Kumitat CULT.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament mill-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament mill-Unjoni, b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż il-midja u l-pubbliku.

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament mill-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini tiegħu u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament mill-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata fil-pront u li tkun koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż il-midja u l-pubbliku.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

2.  Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u l-aġenziji nazzjonali fil-pajjiżi parteċipanti u ma' netwerks rilevanti fil-livell tal-Unjoni, għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 23 għandhom jiżviluppaw strateġija konsistenti fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni effettiva, kif ukoll id-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tal-attivitajiet appoġġati taħt l-azzjonijiet li jimmaniġjaw fi ħdan il-Programm, għandhom jassistu lill-Kummissjoni fil-kompitu ġenerali tagħha tad-disseminazzjoni tal-informazzjoni fir-rigward tal-Programm, inkluż l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet u l-attivitajiet ġestiti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, u r-riżultati tagħha, u għandha tinforma lill-gruppi mmirati rilevanti dwar l-azzjonijiet u l-attivitajiet imwettqa f'pajjiżhom.

3.  L-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 23 għandhom jiżviluppaw strateġija konsistenti fir-rigward tal-informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni effettiva, kif ukoll id-disseminazzjoni lill-benefiċjarji potenzjali kollha u l-isfruttament tar-riżultati tal-attivitajiet appoġġati taħt l-azzjonijiet li jimmaniġjaw fi ħdan il-Programm, għandhom jassistu lill-Kummissjoni fil-kompitu ġenerali tagħha tad-disseminazzjoni tal-informazzjoni fir-rigward tal-Programm, inkluż l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet u l-attivitajiet ġestiti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, u r-riżultati tagħha, u għandha tinforma lill-gruppi mmirati rilevanti dwar l-azzjonijiet u l-attivitajiet imwettqa f'pajjiżhom.

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  L-organizzazzjonijiet parteċipanti għandhom jużaw l-isem kummerċjali "Korp Ewropew ta' Solidarjetà" għall-finijiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni ta' informazzjoni relatata mal-Programm.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  L-aġenzija nazzjonali għandha tikkonsulta regolarment mal-benefiċjarji tal-Programm (individwi u organizzazzjonijiet) biex tiġbor il-feedback tagħhom dwar il-Programm, biex tivvaluta l-kwalità tal-attività, u kif tevolvi l-attività, abbażi tal-linji gwida tal-Kummissjoni u għandha tipprovdi appoġġ lill-parteċipanti f'każ ta' diffikultajiet u sabiex ittejjeb l-implimentazzjoni tal-Programm fil-livell nazzjonali abbażi tal-feedback u l-għarfien espert tagħhom.

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jistabbilixxi l-istandards interni ta' kontroll għall-aġenzija nazzjonali u r-regoli għall-ġestjoni tal-fondi mill-Unjoni għall-appoġġ ta' għotja mill-aġenziji nazzjonali;

(a)  jistabbilixxi l-istandards interni ta' kontroll għall-aġenzija nazzjonali u r-regoli għall-ġestjoni tal-fondi mill-Unjoni għall-appoġġ ta' għotja mill-aġenziji nazzjonali, filwaqt li jqis ir-rekwiżiti ta' simplifikazzjoni u ma jimponix piżijiet addizzjonali fuq il-parteċipanti u fuq l-organizzazzjonijiet parteċipanti;

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  jinkludi l-obbligu li jiġu organizzati laqgħat u taħriġ regolari man-netwerk ta' aġenziji nazzjonali u għalihom biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni koerenti tal-Programm fost il-pajjiżi parteċipanti kollha.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat regolari dwar l-implimentazzjoni tal-Programm b'numru rappreżentattiv u tip ta' netwerks li jirrappreżentaw iż-żgħażagħ u l-voluntiera u organizzazzjonijiet rilevanti oħra tas-soċjetà ċivili, inklużi s-sħab soċjali u n-netwerks rilevanti għall-attivitajiet tal-Programm.

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a.  F'każ li l-Kummissjoni ma tkunx tista' taċċetta d-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni jew l-opinjoni tal-awditu indipendenti dwarha, jew f'każ ta' implimentazzjoni mhux sodisfaċenti mill-aġenzija nazzjonali tal-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' timplimenta kwalunkwe miżura prekawzjonarja u korrettiva neċessarja biex tissalvagwardja l-interessi finanzjarji tal-Unjoni skontil-punt (c) tal-Artikolu 131(3) tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 24a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 24a

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

Fil-livell tal-Unjoni, l-EACEA għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-istadji kollha tal-għotja għal azzjonijiet tal-proġett tal-Programm elenkati fl-Artikolu 7, ippreżentati minn organizzazzjonijiet madwar l-Ewropa jew organizzazzjonijiet ta' pjattaforma, għal attivitajiet ta' timijiet ta' volontarjat fl-oqsma ta' prijorità identifikati fil-livell Ewropew u attivitajiet b'appoġġ għall-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja f'pajjiżi terzi.

L-EACEA għandha tkun responsabbli wkoll għall-akkreditazzjoni (jiġifieri t-tikketta tal-kwalità) u għall-monitoraġġ ta' organizzazzjonijiet madwar l-Ewropa jew organizzazzjonijiet ta' pjattaforma, organizzazzjonijiet responsabbli mill-implimentazzjoni ta' skemi nazzjonali jew ta' fondi b'ġestjoni kondiviża tal-Unjoni u organizzazzjonijiet li jixtiequ jwettqu attivitajiet li jappoġġaw l-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awditi dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew minn entitajiet, inkluż oħrajn minbarra dawk imqabbda mill-Istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva skont l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju.

1.  L-awditi dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew minn entitajiet, inklużi oħrajn minbarra dawk imqabbda mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva skont l-Artikolu [127] tar-Regolament Finanzjarju u għandhom jitwettqu skont l-istess kriterji fl-Istati Membri kollha.

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-aġenziji nazzjonali għandhom ikunu responsabbli għall-kontrolli primarji tal-benefiċjarji tal-għotjiet għall-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà li jiġu assenjati lilhom. Dawk il-kontrolli għandhom jagħtu aċċertament raġonevoli li l-għotjiet mogħtija jintużaw kif kien intenzjonat u f'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni.

2.  L-aġenziji nazzjonali għandhom ikunu responsabbli għall-kontrolli primarji tal-benefiċjarji tal-għotjiet għall-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà li jiġu assenjati lilhom. Dawk il-kontrolli għandhom ikunu proporzjonati u adegwati u għandhom jagħtu aċċertament raġonevoli li l-għotjiet mogħtija jintużaw kif kien intenzjonat u f'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni.

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandhom ikunu konsistenti u komplimentari mal-politiki, mal-istrumenti u mal-programmi rilevanti fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari l-programm Erasmus, kif ukoll man-netwerks eżistenti fil-livell tal-Unjoni li huma rilevanti għall-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

1.  L-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandhom ikunu konsistenti u komplimentari mal-politiki, mal-istrumenti u mal-programmi rilevanti fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari l-programm Erasmus, il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) u l-Programm "Drittijiet u Valuri", kif ukoll man-netwerks eżistenti fil-livell tal-Unjoni li huma rilevanti għall-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandhom ukoll ikunu konsistenti u komplementari mal-politiki, mal-programmi u mal-istrumenti rilevanti fil-livell nazzjonali fil-pajjiżi parteċipanti. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali u l-aġenziji nazzjonali għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar skemi u prijoritajiet nazzjonali eżistenti relatati mas-solidarjetà u ż-żgħażagħ, minn naħa, u azzjonijiet taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, min-naħa l-oħra, bl-għan li jibbażaw fuq prattiki tajba rilevanti u jiksbu effiċjenza u effettività.

2.  L-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà ma għandhomx jissostitwixxu l-politiki, l-programmi u l-istrumenti rilevanti fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali fil-pajjiżi parteċipanti, u għandhom ikunu konsistenti u komplementari magħhom. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali u l-aġenziji nazzjonali għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar skemi u prijoritajiet nazzjonali eżistenti relatati mas-solidarjetà u ż-żgħażagħ, minn naħa, u azzjonijiet taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, min-naħa l-oħra, bl-għan li jibbażaw fuq prattiki tajba rilevanti u jiksbu effiċjenza u effettività.

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Sabiex jiġu massimizzati l-effettività tal-finanzjament tal-Unjoni u l-impatt tal-Programm, l-awtoritajiet rilevanti fil-livelli kollha għandhom jippruvaw jistabbilixxu sinerġiji fil-programmi rilevanti kollha b'mod koerenti. Tali sinerġiji ma għandhomx iwasslu biex il-fondi jintużaw ħalli jiġu segwiti objettivi differenti minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament. Kwalunkwe sinerġija u komplementarjetà għandha tirriżulta fi proċeduri ta' applikazzjonijiet simplifikati fil-livell ta' implimentazzjoni akkumpanjati minn linji gwida rilevanti ta' implimentazzjoni.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fil-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 11 għandhom ikunu, b'mod partikolari, konsistenti u komplementari ma' oqsma oħra ta' azzjoni esterna tal-Unjoni, b'mod partikolari l-politika tal-għajnuna umanitarja, il-politika tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-politika tat-tkabbir, il-politika tal-viċinat u l-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili.

3.  L-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fil-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 11 għandhom ikunu, b'mod partikolari, konsistenti u komplementari ma' oqsma oħra ta' azzjoni esterna tal-Unjoni, b'mod partikolari l-politika tal-għajnuna umanitarja, il-politika tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-politika ta' sigurtà, il-politika tat-tkabbir, il-politika tal-viċinat u l-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili.

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 19 għandha tingħata lill-Kummissjoni sakemm idum il-Programm.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 12, 18 u 19 għandha tingħata lill-Kummissjoni sakemm idum il-Programm;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija relatata mas-sostituzzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni b'atti delegati bħala mezz biex jiġu adottati l-Programmi ta' Ħidma u l-bidliet korrispondenti.

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 19 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 12, 18 u 19 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija relatata mas-sostituzzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni b'atti delegati bħala mezz biex jiġu adottati l-Programmi ta' Ħidma u l-bidliet korrispondenti.

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 19 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 12, 18 u 19 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija relatata mas-sostituzzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni b'atti delegati bħala mezz biex jiġu adottati l-Programmi ta' Ħidma u l-bidliet korrispondenti.

Emenda    148

Proposta għal regolament

Anness – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Indikaturi għal monitoraġġ u rapportar:

Il-Programm għandu jiġi mmonitorjat mill-qrib biex jiġi mkejjel sa fejn intlaħqu l-għan ġenerali u l-għanijiet speċifiċi, kif ukoll biex jiġu mmotijorati l-output, ir-riżultati u l-impatt tiegħu. Għal dak il-għan, ġie stabbilit qafas minimu ta' indikaturi, biex iservi bħala bażi għal programm dettaljat fil-ġejjieni għall-monitoraġġ tal-output, ir-riżultati u l-impatt tal-Programm, inkluż sett estiż ta' indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi:

Emenda    149

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  persentaġġ ta' parteċipanti bi sfond ta' inqas opportunitajiet; u

(b)  persentaġġ ta' parteċipanti bi sfond ta' inqas opportunitajiet;

Emenda    150

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  numru ta' organizzazzjonijiet li għandhom Tikketta tal-Kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(c)  numru ta' organizzazzjonijiet li għandhom Tikketta tal-Kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

Emenda    151

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  numru ta' parteċipanti fl-impjiegi (fil-pajjiż u transfruntiera) imqassma skont il-pajjiż, l-età, is-sess, l-isfond professjonali u l-kisba edukattiva;

Emenda    152

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cb)  numru ta' parteċipanti fi proġetti ta' solidarjetà mqassma skont il-pajjiż, l-età, is-sess, l-isfond professjonali u l-kisba edukattiva;

Emenda    153

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cc)  numru ta' organizzazzjonijiet li t-tikketta tal-kwalità tagħhom ġiet revokata.

Emenda    154

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt cd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cd)  numru ta' organizzazzjonijiet li għandhom tikketta tal-kwalità mqassma skont il-pajjiż u l-finanzjament li rċevew;

Emenda    155

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt ce (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ce)  numru ta' żgħażagħ parteċipanti b'inqas opportunitajiet. Indikaturi tar-riżultat (Indikaturi komposti);

Emenda    156

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt cf (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cf)  numru ta' parteċipanti li jirrapportaw eżiti tat-tagħlim pożittivi;

Emenda    157

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt cg (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cg)  persentaġġ ta' parteċipanti li l-eżiti tat-tagħlim tagħhom ġew rikonoxxuti permezz ta' ċertifikat bħal Youthpass, jew tip ieħor ta' rikonoxximent formali tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

Emenda    158

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt ch (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ch)  rata ta' sodisfazzjon ġenerali tal-parteċipanti fir-rigward tal-kwalità tal-attivitajiet; and

Emenda    159

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt ci (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ci)  numru ta' persuni appoġġati direttament jew indirettament minn attivitajiet ta' solidarjetà.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-kuntest u l-għażliet politiċi tal-proposta l-ġdida

L-UE hija mibnija fuq is-solidarjetà: is-solidarjetà bejn iċ-ċittadini tagħha, is-solidarjetà minn fruntiera għal oħra bejn l-Istati Membri tagħha, u s-solidarjetà fl-azzjonijiet tagħha fl-Unjoni u lil hinn minnha.

B'risposta għal domanda ċara biex isir aktar għaż-żgħażagħ, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim politiku f'Ġunju 2018 (adottat fil-plenarja fil-11 ta' Settembru 2018) biex jistabbilixxu Korp Ewropew ta' Solidarjetà li jgħaqqad bosta skemi ta' volontarjat jew traineeships/impjiegi ta' solidarjetà tal-UE fi programm uniku, u li jservi ta' "one-stop shop" għall-opportunitajiet kollha relatati mas-solidarjetà għaż-żgħażagħ. Il-programm joffri opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ biex jieħdu sehem f'attivitajiet ta' solidarjetà ta' kwalità fil-livell lokali u fil-livell Ewropew, u jagħtihom l-għodod meħtieġa biex jagħmlu impatt pożittiv fuq il-komunitajiet tagħhom filwaqt li jiksbu taħriġ u kompetenzi għall-iżvilupp personali futur tagħhom.

Fil-11 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat proposta ġdida għal Korp Ewropew ta' Solidarjetà (COM (2018) 440 Final. Il-proposta l-ġdida tallinja l-attivitajiet tal-programm maċ-ċiklu tal-QFP billi tipproponi baġit iddedikat f'linja baġitarja proprja. Barra minn hekk, il-proposta testendi wkoll il-kamp ta' applikazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex jinkludi wkoll dawk li jipprovdu sostenn għal operazzjonijiet umanitarji, li preċedentement kien jiġi implimentat permezz ta' inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Fid-dawl tas-similaritajiet bejn iż-żewġ programmi, il-Kummissjoni temmen li l-fużjoni tagħhom ġġib magħha l-vantaġġi li ġejjin:

•  Il-parteċipanti kollha jiġu kkunsidrati taħt roster komuni, biex b'hekk titjieb it-trasparenza u jitħaffef il-proċess ta' reklutaġġ.

•  L-iżvilupp ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni u ta' marka unika. Dan iżid in-numru ta' nies li jintlaħqu mill-attivitajiet ta' promozzjoni tal-programm, u b'hekk isir "one-stop shop" għall-attivitajiet ta' solidarjetà li jsiru miż-żgħażagħ;

•  L-introduzzjoni ta' mekkaniżmu ta' implimentazzjoni uniku. L-organizzazzjonijiet u l-proġetti kollha jużaw l-istess forma elettronika għat-tikketta ta' kwalità u l-finanzjament. Dan jissimplifika l-proċeduri għall-organizzazzjonijiet u jnaqqas l-ispiża ġenerali ta' ġestjoni;

•  Il-ħolqien ta' sinerġiji sinifikanti u ffrankar mill-ispejjeż billi jinżamm sett uniku ta' għodod u sistemi.

Barra minn hekk, il-proposta l-ġdida hija mibnija u fil-biċċa l-kbira tinkorpora l-elementi tal-ftehim politiku li ntlaħaq f'Ġunju 2018 (adottat fil-plenarja fil-11 ta' Settembru 2018), filwaqt illi żżid aktar ambizzjoni permezz ta' baġit akbar u kamp ta' applikazzjoni estiż, u ttejjeb il-funzjonament tal-programm.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Fid-dawl tal-kisbiet tal-ftehim politiku attwali li jistabbilixxi Korp Ewropew ta' Solidarjetà, u b'kont meħud tad-diversi elementi tal-proposta l-ġdida, ir-Rapporteur tipproponi l-introduzzjoni mill-ġdid ta' ċerti elementi preċedentement maqbula fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà 2018-2020 li ma kinux ġew inkorporati fil-proposta attwali.

Ir-Rapporteur organizzat konsultazzjoni estensiva u inklużiva ma' varjetà kbira ta' persuni kkonċernati. Abbażi ta' dan il-proċess ta' konsultazzjoni u ta' analiżi bir-reqqa tal-qafas attwali u l-proposta l-ġdida, il-konklużjonijiet ġenerali huma li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà futur jista' jkun qafas imtejjeb għall-attivitajiet ta' solidarjetà billi:

•  jiġu stabbiliti objettivi aktar ċari u konnessjoni aħjar mar-realtajiet u l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ kif ukoll l-ħtiġijiet tas-soċjetà;

•  jittejbu l-inklużività u l-aċċessibbiltà għall-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex jilħqu liż-żgħażagħ kollha, fid-dawl tad-diversità tal-ambjent soċjoekonomiku u l-ostakli potenzjali tagħhom;

•  jiġu żgurati sinerġiji effikaċi u kompatibbiltà operattiva bejn il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, il-programm Erasmus futur u programmi rilevanti oħra, anki fil-kuntest tal-Istrateġija tal-UE mġedda għaż-Żgħażagħ;

F'dan il-kuntest, ir-Rapporteur tixtieq tippreżenta għall-attenzjoni tagħkom għadd ta' emendi intiżi biex jiksbu l-objettivi ġenerali msemmija hawn fuq.

It-tqassim tal-baġit skont l-attivitajiet - Tabilħaqq, il-ftehim politiku attwali dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà 2018-2020 jinkludi livelli limitu indikattivi għat-tqassim tal-baġit skont l-oqsma. Ir-Rapporteur temmen li l-proposta l-ġdida għandha tindika wkoll kif se jkun qed jitqassam il-baġit bejn l-attivitajiet differenti fl-ambitu tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà l-ġdid u li t-tqassim għandu jikkorrispondi mal-objettivi tal-programm u l-aspettattivi realistiċi bbażati fuq l-implimentazzjoni tal-programmi preċedenti. L-opinjoni tar-Rapporteur hija li l-volontarjat għandu jirrappreżenta l-essenza fundamentali tal-programm iżda li t-tqassim irid jibqa' indikattiv biex jippermetti l-flessibbiltà meħtieġa.

•  Aktar viżibbiltà għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà - Bil-għan li tiġi ssodisfata l-ambizzjoni ta' 350 000+ kollokament għal perjodu ta' seba' snin, il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u l-opportunitajiet tiegħu għandhom ikunu appoġġati permezz ta' kampanja ta' komunikazzjoni u ta' viżibbiltà ambizzjuża. Ir-Rapporteur temmen li dan jista' jsir permezz ta':

o  Ambaxxaturi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà (l-ex parteċipanti jiġu mħeġġa jaqsmu l-esperjenza tagħhom permezz ta' netwerks taż-żgħażagħ u stabbilimenti edukattivi, filwaqt li l-aġenziji nazzjonali għandhom jipprovdulhom l-appoġġ rilevanti);

o  Użu ta' mezzi dinamiċi ta' komunikazzjoni, inkluża l-midja soċjali għall-promozzjoni tal-programm;

o  Żieda fl-istrateġiji ta' reklamar u komunikazzjoni, speċjalment f'żoni mbiegħda.

•  Involviment akbar tal-persuni kkonċernati tul iċ-ċiklu sħiħ - Ir-Rapporteur temmen li l-persuni kkonċernati, speċjalment in-netwerks taż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet parteċipanti, għandhom jiġu kkonsultati b'mod regolari tul l-implimentazzjoni tal-Programm.

•  Enfasi fuq l-objettiv tal-inklużjoni u t-twettiq tiegħu - abbażi tal-evidenza u r-riżultati tal-konsultazzjoni, ir-Rapporteur temmen li l-aspett tal-inklużività tal-programm jista' jittejjeb u jissaħħaħ tul il-programm. Għal dan il-għan qed jiġu proposti l-elementi li ġejjin:

o  Il-feedback għandu jinkludi evalwazzjoni ta' kif il-parteċipant iqis li għandu jintlaħaq l-objettiv tal-inklużjoni (flimkien ma' objettivi oħra tal-Programm);

o  L-attivitajiet fil-livell nazzjonali għandhom ikunu limitati għal proġetti b'objettiv ta' inklużjoni b'saħħtu (l-Istati Membri essenzjalment għandhom ikunu responsabbli għall-finanzjament tal-attivitajiet fil-livell nazzjonali, iżda f'każ li ma jkunux disponibbli skemi nazzjonali, ma jkunx sew li jiġu skwalifikati żgħażagħ b'inqas opportunitajiet li xi drabi ma jkollhomx alternattivi);

o  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandu jipprovdi wkoll attivitajiet ta' solidarjetà part-time għal żgħażagħ b'inqas opportunitajiet.

•  Differenzjar tat-tikketti ta' kwalità - Bil-għan li jiġu żgurati opportunitajiet ta' kwalità għolja, ir-Rapporteur temmen li l-organizzazzjonijiet parteċipanti għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti differenzjati għall-għoti ta' tikketta ta' kwalità skont it-tip ta' attività (attivitajiet differenti jirrikjedu kapaċità u servizzi differenti);

•  Enfasi fuq il-volontarjat fit-tul - L-esperjenza tal-volontarjat fl-ambitu tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandha tħeġġeġ lill-parteċipanti jinvolvu ruħhom tul ħajjithom f'attivitajiet ta' solidarjetà. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandu jsaħħaħ l-iżvilupp ta' spirtu ta' volontarjat fost iż-żgħażagħ.

•  Impjiegi u traineeships - Ir-Rapporteur temmen li l-attivitajiet ta' solidarjetà kollha li jieħdu s-sura ta' impjiegi u traineeships iridu jinkludu komponent solidu u sinifikattiv ta' tagħlim u taħriġ (kif stabbilit fil-Qafas ta' Kwalità għat-Traineeships). Barra minn hekk, u bil-għan li tissaħħaħ id-dimensjoni ta' solidarjetà tal-attivitajiet, il-kollokamenti f'impjiegi u traineeships kollha fl-ambitu tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandhom jinkludu esklużivament kompiti mingħajr skop ta' profitt, irrispettivament mit-tip ta' entità.

•  Programmi ta' ħidma adottati bħala atti delegati - Ir-Rapporteur temmen li l-adozzjoni proposta tal-programm ta' ħidma permezz ta' atti ta' implimentazzjoni tħalli lill-Kummissjoni l-possibilità li tagħmel għażliet politiċi sekondarji. Din il-kapaċità għandha tkun fost il-kompetenzi tal-koleġiżlaturi. Għaldaqstant, l-istrument xieraq għall-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma għandu jkun att delegat. Din il-kwistjoni hija marbuta wkoll mad-diskussjoni ġenerali dwar is-setgħa ta' skrutinju tal-Parlament Ewropew.

•  Id-definizzjoni ta' solidarjetà u d-definizzjoni speċifikata ta' "volontarjat" - Ir-Rapporteur tqis li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandu potenzjal kbir fit-tisħiħ ta' spirtu ta' solidarjetà fl-Ewropa kollha. Solidarjetà aktar b'saħħitha tista' tikkontribwixxi fil-bini ta' Unjoni b'saħħitha, magħquda u reżiljenti. Ir-Rapporteur temmen ukoll li definizzjoni ta' "solidarjetà" tista' sservi bħala prinċipju unifikanti fl-implimentazzjoni tal-programm. L-ispirtu ta' solidarjetà huwa rrappreżentat l-aħjar mill-att tal-volontarjat. Għaldaqstant, definizzjoni aktar preċiża ta' "volontarjat" ikun pass 'il quddiem.

•  Impatt b'saħħtu fuq il-ħtiġijiet tas-soċjetà - L-opportunitajiet maħluqa mill-kollokament ta' solidarjetà fl-ambitu tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandu jkollhom impatt b'saħħtu fuq is-soċjetà, u dan billi jsaħħu l-koeżjoni, is-solidarjetà u d-demokrazija fl-Ewropa u lil hinn minnha. Ir-Rapporteur temmen li l-impatt fuq is-soċjetà jista' jissaħħaħ jekk l-attivitajiet jikkorrispondu ma' ħtiġijiet soċjetali u sfidi umanitarji konkreti fuq il-post, b'enfasi partikolari fuq il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali.

•  Benefiċċju aktar immirat għall-parteċipanti - Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà huwa għodda għall-evoluzzjoni personali tal-parteċipanti. Bil-għan li jiġi mmassimizzat dan il-potenzjal, l-eżiti tat-tagħlim identifikati tal-attivitajiet individwali għandhom ikunu disponibbli għall-parteċipant minn qabel, sabiex il-parteċipant ikun jista' jidentifika l-attivitajiet li l-aktar jixirqu l-aspettattivi u l-ħiliet tiegħu. Il-parteċipanti għandhom jingħataw ukoll feedback siewi.

L-abbozz ta' rapport ma jindirizza l-ebda dispożizzjoni li taqa' taħt il-Kapitolu IV (Artikoli 10 u 11 - Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja) peress li dawn id-dispożizzjonijiet jidħlu fil-kompetenza esklużiva tal-Kumitat DEVE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura).

22.11.2018

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jħassar [ir-Regolament dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà] u r-Regolament (UE) Nru 375/2014

(COM(2018)0440 – C8-0264/2018 – 2018/0230(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Tiemo Wölken

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta li jiġi stabbilit Korp Ewropew ta' Solidarjetà għall-perjodu 2021 - 2027 ippreżentata mill-Kummissjoni Ewropea fil-11 ta' Ġunju 2018. L-Unjoni Ewropea hija mibnija fuq is-solidarjetà: is-solidarjetà bejn iċ-ċittadini tagħha, is-solidarjetà minn fruntiera għal oħra bejn l-Istati Membri tagħha, u s-solidarjetà fl-azzjonijiet tagħha fl-Unjoni u lil hinn minnha. Din hija valur kondiviż li jinħass sew fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà joħloq inizjattiva li tagħti l-possibbiltà liż-żgħażagħ li jixtiequ jieħdu sehem f'attivitajiet ta' solidarjetà li jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, filwaqt li jkunu jistgħu jaġixxu fuq l-aspirazzjonijiet tagħhom għal Unjoni aħjar. Aktar solidarjetà se żżomm lill-Ewropa magħquda u tixprunha lejn Unjoni aktar b'saħħitha li taħdem flimkien b'solidarjetà.

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà mhux biss jibni fuq programmi stabbiliti, bħas-Servizz Volontarju Ewropew, li pprovda opportunitajiet liż-żgħażagħ matul dawn l-aħħar għoxrin sena, iżda se jespandi wkoll l-offerti ta' opportunitajiet ġodda, se jkollu aktar viżibbiltà u jħalli impatt akbar. Huwa se jgħin liż-żgħażagħ joħolqu valuri komuni madwar l-Unjoni u b'hekk jagħmlu l-Unjoni aktar b'saħħitha.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a)  L-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni hija ta' importanza kruċjali biex jiġu ssodisfati l-impenji tal-Unjoni għal Ewropa inklużiva; għalhekk, il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jenħtieġ li jippromwovi l-bilanċ bejn is-sessi u jagħmel enfasi qawwija fuq l-impenji dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jagħti opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ biex iwettqu attivitajiet ta' volontarjat, traineeship jew impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà, kif ukoll biex ifasslu u jiżviluppaw proġetti ta' solidarjetà abbażi tal-inizjattiva tagħhom stess. Dawn l-opportunitajiet jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappoġġa wkoll attivitajiet ta' netwerk għall-parteċipanti u għall-organizzazzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kif ukoll lill-miżuri li jiżguraw il-kwalità tal-attivitajiet appoġġati u li jsaħħu l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tagħhom. Għalhekk, dan se jikkontribwixxi wkoll għall-kooperazzjoni Ewropea rilevanti għaż-żgħażagħ u s-sensibilizzazzjoni dwar l-impatt pożittiv tiegħu.

(9)  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jagħti opportunitajiet ġodda ta' tagħlim formali u informali għaż-żgħażagħ biex iwettqu attivitajiet ta' volontarjat, traineeship jew impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà, kif ukoll biex ifasslu u jiżviluppaw proġetti ta' solidarjetà abbażi tal-inizjattiva tagħhom stess. Dawn l-opportunitajiet jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappoġġa wkoll attivitajiet ta' netwerking għall-parteċipanti u għall-organizzazzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kif ukoll lill-miżuri li jiżguraw il-kwalità tal-attivitajiet appoġġati u li jsaħħu l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tagħhom. Għalhekk, dan se jikkontribwixxi wkoll għall-kooperazzjoni Ewropea rilevanti għaż-żgħażagħ u s-sensibilizzazzjoni dwar l-impatt pożittiv tiegħu.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  It-traineeships u l-impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà jistgħu joffru opportunitajiet addizzjonali għaż-żgħażagħ biex dawn jidħlu fis-suq tax-xogħol filwaqt li jagħtu l-kontribut tagħhom biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin tas-soċjetà. Dan jista' jgħin biex jitrawmu l-impjegabbiltà u l-produttività taż-żgħażagħ filwaqt li titħaffef it-tranżizzjoni tagħhom mill-edukazzjoni għall-impjiegi, li hi xi ħaġa importanti biex jissaħħu l-possibbiltajiet tagħhom fis-suq tax-xogħol. L-attivitajiet ta' traineeships offruti taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jsegwu l-prinċipji tal-kwalità spjegati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships21. It-traineeships u l-impjiegi offruti jikkostitwixxu pont li permezz tiegħu, iż-żgħażagħ jidħlu fis-suq tax-xogħol u jkunu akkumpanjati minn appoġġ adegwat wara l-attività. L-attivitajiet ta' traineeship u impjiegi huma ffaċilitati mill-atturi rilevanti tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari mis-servizzi pubbliċi u privati tal-impjiegi, mis-sħab soċjali u mill-Kmamar tal-Kummerċ, u huma rimunerati mill-organizzazzjoni parteċipanti. Bħala organizzazzjonijiet parteċipanti, dawn jenħtieġ li japplikaw għal finanzjament permezz tal-istruttura ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fid-dawl tal-intermedjazzjoni bejn il-parteċipanti żgħażagħ u l-impjegaturi li joffru l-attivitajiet ta' traineeship u ta' impjiegi fis-setturi tas-solidarjetà.

(12)  It-traineeships u l-impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà f'kuntest mingħajr skopijiet ta' qligħ jistgħu joffru opportunitajiet addizzjonali għaż-żgħażagħ biex dawn jidħlu fis-suq tax-xogħol filwaqt li jagħtu l-kontribut tagħhom biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin tas-soċjetà. Dan jista' jgħin biex jitrawmu l-impjegabbiltà u l-produttività taż-żgħażagħ filwaqt li titħaffef it-tranżizzjoni tagħhom mill-edukazzjoni għall-impjiegi, li hi xi ħaġa importanti biex jissaħħu l-possibbiltajiet tagħhom fis-suq tax-xogħol. L-attivitajiet ta' traineeships offruti taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jsegwu l-prinċipji tal-kwalità spjegati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships21. It-traineeships u l-impjiegi offruti jikkostitwixxu pont li permezz tiegħu, iż-żgħażagħ jidħlu fis-suq tax-xogħol u jkunu akkumpanjati minn appoġġ adegwat wara l-attività. L-attivitajiet ta' traineeship u impjiegi huma ffaċilitati mill-atturi rilevanti tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari mis-servizzi pubbliċi u privati tal-impjiegi, mis-sħab soċjali u mill-Kmamar tal-Kummerċ, u huma mħallsa mill-organizzazzjoni parteċipanti. Bħala organizzazzjonijiet parteċipanti, dawn jenħtieġ li japplikaw għal finanzjament permezz tal-istruttura ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fid-dawl tal-intermedjazzjoni bejn il-parteċipanti żgħażagħ u l-impjegaturi li joffru l-attivitajiet ta' traineeship u ta' impjiegi fis-setturi tas-solidarjetà.

_________________

_________________

21 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2018 dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi (ĠU L 153, 2.5.2018, p. 1).

21 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2018 dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi (ĠU L 153, 2.5.2018, p. 1).

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jimmira lejn iż-żgħażagħ ta' età bejn it-18 u t-30 sena, u jenħtieġ li l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet offruti mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà tirrikjedi reġistrazzjoni minn qabel fil-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(27)  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà huwa mmirat lejn iż-żgħażagħ ta' età bejn it-18 u t-30 sena, u jenħtieġ li l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet offruti mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà tirrikjedi reġistrazzjoni minn qabel fil-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Għall-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja, jenħtieġ li ssir deroga għal-limiti tal-età sabiex jiġu reklutati parteċipanti b'ħiliet professjonali speċjali li huma meħtieġa għall-eżekuzzjoni b'suċċess ta' tali attivitajiet.

Ġustifikazzjoni

Il-programm ta' volontarjat attwali għall-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja, il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, huwa miftuħ għal parteċipanti li għandhom aktar minn 18-il sena mingħajr limitu ta' età superjuri. Din il-prattika tajba għandha titkompla wara l-amalgamazzjoni tal-programmi. Dan għandu jsir għall-fini tar-reklutaġġ ta' parteċipanti b'ħiliet professjonali speċjali, li jistgħu jkunu meħtieġa għall-eżekuzzjoni b'suċċess tal-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li l-attivitajiet appoġġati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jkunu aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha, b'mod partikolari dawk l-aktar żvantaġġati. Jenħtieġ li jittieħdu miżuri speċjali biex jiġu promossi l-inklużjoni soċjali, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ żvantaġġati, kif ukoll biex jiġu meqjusa r-restrizzjonijiet imposti mid-distanza remota ta' għadd ta' żoni rurali u tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u tal-Pajjiżi u tat-Territorji extra-Ewropej. B'mod simili, il-pajjiżi parteċipanti jeħtieġ li jieħdu impenn li jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li jsolvu, fejn possibbli, u mingħajr preġudizzju għall-acquis ta' Schengen u għad-dritt tal-Unjoni dwar id-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, ta' kwistjonijiet amministrattivi li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta' viżi u ta' permessi ta' residenza, kif ukoll il-ħruġ tal-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea fil-każ ta' attivitajiet transfruntiera fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

(28)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li l-attivitajiet appoġġati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jkunu aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha, b'mod partikolari dawk l-aktar żvantaġġati. Jenħtieġ li jittieħdu miżuri speċjali biex jiġu promossi l-inklużjoni soċjali, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ żvantaġġati, kif ukoll biex jiġu meqjusa r-restrizzjonijiet imposti mid-distanza remota ta' għadd ta' żoni rurali u tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u tal-Pajjiżi u tat-Territorji extra-Ewropej. Għaldaqstant, il-monitoraġġ tal-Programm għandu jirrapporta dwar sa liema punt il-Programm jissodisfa l-aspirazzjoni tiegħu li titqies l-eteroġeneità tas-Soċjetà Ewropea f'termini ta' etniċità, sess, (diż)abbiltà, sfond soċjali u ġeografija tal-Unjoni. B'mod simili, il-pajjiżi parteċipanti jenħtieġ li jieħdu impenn li jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li jsolvu, fejn possibbli, u mingħajr preġudizzju għall-acquis ta' Schengen u għad-dritt tal-Unjoni dwar id-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, kwistjonijiet amministrattivi li joħolqu diffikultajiet għall-kisba ta' viżi u ta' permessi ta' residenza, kif ukoll il-ħruġ tal-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea fil-każ ta' attivitajiet transfruntiera fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex jiġi implimentat il-Ftehim ta' Pariġi u biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni tal-azzjoni klimatika u l-kisba tal-mira ġenerali ta' 25 % tan-nefqiet tal-baġit tal-Unjoni li jappoġġaw l-għanijiet klimatiċi. Waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u l-proċessi ta' rieżami rilevanti.

(29)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex jiġi implimentat il-Ftehim ta' Pariġi u biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni tal-azzjoni klimatika u l-kisba tal-mira ġenerali ta' mill-inqas 25 % tan-nefqiet tal-baġit tal-Unjoni li jappoġġaw l-għanijiet klimatiċi matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027. Waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u l-proċessi ta' rieżami rilevanti.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 1 260 000 000 fi prezzijiet kurrenti.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 1 112 988 000 fi prezzijiet tal-2018 [EUR 1 260 000 000 fi prezzijiet kurrenti].

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 14 - paragrafu 2 - punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula u mistennija mill-pajjiżi terzi għall-Programm għandhom, ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli, jiġu rapportati liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja bħala parti mir-rappurtar annwali jew interim tal-Programm.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Żgħażagħ ta' bejn is-17 u t-30 sena li lesti li jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandhom jirreġistraw fil-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Madankollu, fil-bidu ta' volontarjat, traineeship, impjieg jew proġett ta' solidarjetà, żagħżugħ għandu jkollu tal-inqas 18-il sena u ma jkollux aktar minn 30 sena.

Żgħażagħ ta' bejn is-17 u t-30 sena li lesti li jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandhom jirreġistraw fil-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Madankollu, fil-bidu ta' volontarjat, traineeship, impjieg jew proġett ta' solidarjetà, żagħżugħ għandu jkollu tal-inqas 18-il sena u ma jkollux aktar minn 30 sena. Għall-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja, għandha ssir deroga għal-limitu tal-età sabiex jiġu reklutati parteċipanti b'ħiliet professjonali li huma meħtieġa għall-eżekuzzjoni b'suċċess ta' tali operazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Il-programm ta' volontarjat attwali għall-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja, il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, huwa miftuħ għal parteċipanti li għandhom aktar minn 18-il sena mingħajr limitu ta' età superjuri. Din il-prattika tajba għandha titkompla wara l-amalgamazzjoni tal-programmi. Dan għandu jsir għall-fini tar-reklutaġġ ta' parteċipanti b'ħiliet professjonali speċjali, li jistgħu jkunu meħtieġa għall-eżekuzzjoni b'suċċess tal-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  perċentwali tal-bilanċ bejn is-sessi, l-etniċità, id-diżabbiltà/l-abbiltà u l-ġeografija tal-Unjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

Referenzi

COM(2018)0440 – C8-0264/2018 – 2018/0230(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

2.7.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

2.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Tiemo Wölken

28.6.2018

Eżami fil-kumitat

26.9.2018

Data tal-adozzjoni

21.11.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Jan Olbrycht, Răzvan Popa, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karine Gloanec Maurin, Giovanni La Via, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Tomáš Zdechovský

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

27

+

ALDE

Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Zbigniew Kuźmiuk

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Giovanni La Via, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Inese Vaidere, Tomáš Zdechovský

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Vladimír Maňka, Răzvan Popa, Manuel dos Santos, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana

4

-

ECR

Bernd Kölmel

ENF

André Elissen, Stanisław Żółtek

NI

Eleftherios Synadinos

0

0

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

5.12.2018

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jħassar [ir-Regolament dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà] u r-Regolament (UE) Nru 375/2014

(COM(2018)0440 – C8-0264/2018 – 2018/0230(COD))

Rapporteur għal opinjoni (*): Deirdre Clune

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Unjoni Ewropea hi mibnija fuq is-solidarjetà, fost iċ-ċittadini tagħha u fost l-Istati Membri tagħha. Dan il-valur komuni jiggwida l-azzjonijiet tagħha u jipprovdi l-unità neċessarja biex jiġu indirizzati sfidi attwali u fil-ġejjieni għas-soċjetà, li ż-żgħażagħ Ewropej huma lesti li jgħinu jindirizzaw billi jesprimu s-solidarjetà tagħhom fil-prattika.

(1)  Is-solidarjetà, mhux biss fost iċ-ċittadini, iżda wkoll fost il-popli u l-Istati Membri hija l-bażi ta' soċjetajiet żviluppati u demokratiċi. Dan il-valur komuni stabbilit fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jenħtieġ li jitrawwem, b'mod speċjali fid-dawl tal-isfidi attwali u tal-ġejjieni tas-soċjetà, li ż-żgħażagħ se jkunu jistgħu jkomplu jgħinu jindirizzaw billi jesprimu s-solidarjetà tagħhom fil-prattika.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-14 ta' Settembru 2016 saħaq fuq il-bżonn li ninvestu fiż-żgħażagħ u ħabbar l-istabbiliment ta' Korp Ewropew ta' Solidarjetà (il-"Programm") bl-għan li jinħolqu opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Unjoni biex dawn jagħtu kontribut sinifikanti lis-soċjetà, juru solidarjetà u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, u b'hekk mhux biss jiksbu esperjenza ta' xogħol iżda wkoll esperjenza umana imprezzabbli.

(2)  Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-14 ta' Settembru 2016 saħaq fuq il-bżonn li ninvestu fiż-żgħażagħ u ħabbar l-istabbiliment ta' Korp Ewropew ta' Solidarjetà (il-"Programm") bl-għan li jippermetti liż-żgħażagħ madwar l-Unjoni biex jagħtu kontribut sinifikanti lis-soċjetà, juru solidarjetà u jiżviluppaw il-ħiliet u r-relazzjonijiet, abbażi tal-esperjenza prattika tagħhom f'attivitajiet ibbażati fuq il-komunità.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Iż-żgħażagħ jenħtieġ li jiġu pprovduti b'opportunitajiet li jkunu faċilment aċċessibbli biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà, li jistgħu jippermettulhom jesprimu l-impenn tagħhom għall-benefiċċju tal-komunitajiet filwaqt li jiksbu esperjenza, ħiliet u kompetenzi siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom, u b'hekk itejbu l-impjegabbiltà tagħhom. Dawk l-attivitajiet jenħtieġ li jappoġġaw ukoll il-mobilità tal-voluntiera, tat-trainees u tal-ħaddiema żgħażagħ.

(5)  Iż-żgħażagħ, inklużi dawk b'inqas opportunitajiet, jenħtieġ li jiġu pprovduti b'opportunitajiet li jkunu faċilment aċċessibbli biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà, li jistgħu jippermettulhom jesprimu l-impenn tagħhom għall-benefiċċju tal-komunitajiet filwaqt li jiksbu esperjenza, ħiliet u kompetenzi siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom, u b'hekk itejbu l-impjegabbiltà tagħhom. Dawk l-attivitajiet jenħtieġ li jappoġġaw ukoll il-mobilità tal-voluntiera, tat-trainees u tal-ħaddiema żgħażagħ u jappoġġaw skambju multikulturali.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-attivitajiet ta' solidarjetà offruti liż-żgħażagħ jenħtieġ li jkunu ta' kwalità għolja, fis-sens li dawn għandhom iwieġbu għall-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà, jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-komunitajiet, joffru liż-żgħażagħ l-opportunità li jiksbu għarfien u kompetenzi siewja, ikunu finanzjarjament aċċessibbli għaż-żgħażagħ, u jiġu implimentati f'kundizzjonijiet sikuri u tajbin.

(6)  L-attivitajiet ta' solidarjetà offruti liż-żgħażagħ jenħtieġ li jkunu ta' kwalità għolja, fis-sens li dawn għandhom jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għanijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u jgħinu biex jegħlbu l-isfidi tas-soċjetà u jsaħħu s-solidarjetà, filwaqt li jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-komunitajiet lokali. L-attivitajiet ta' solidarjetà jenħtieġ li joffru liż-żgħażagħ l-opportunità li jiksbu għarfien u kompetenzi siewja għall-iżvilupp personali, soċjali, ċiviku u professjonali, jinkludu dimensjoni soda tat-tagħlim u t-taħriġ, ikunu aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha u jsir sforz partikolari biex tiġi promossa l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet, jiġu implimentati f'kundizzjonijiet sikuri u tajbin u jkunu vvalidati kif xieraq. L-attivitajiet ta' solidarjetà jenħtieġ li ma jkollhomx impatt negattiv fuq l-impjiegi jew it-traineeships eżistenti u jenħtieġ li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-impenji tal-kumpaniji dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva, filwaqt li ma jissostitwixxuhomx.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jipprovdi punt ta' dħul uniku għall-attivitajiet ta' solidarjetà fi ħdan l-Unjoni u lil hinn. Il-konsistenza u l-komplimentarjetà jenħtieġ li jiġu żgurati flimkien ma' politiki u ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà huwa mibni fuq il-vantaġġi u fuq is-sinerġiji tal-programmi predeċessuri u dawk eżistenti, b'mod partikolari s-Servizz Volontarju Ewropew u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Dan jikkomplimenta wkoll l-isforzi magħmula mill-Istati Membri biex jappoġġaw liż-żgħażagħ u biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol skont il-Garanzija għaż-Żgħażagħ billi jipprovdulhom opportunitajiet addizzjonali biex jidħlu fis-suq tax-xogħol fl-għamla ta' traineeships jew ta' impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà fi ħdan l-Istat Membru rispettiv tagħhom jew bejn il-fruntieri. Hija żgurata wkoll il-komplimentarjetà ma' netwerks eżistenti fil-livell tal-Unjoni li huma pertinenti għall-attivitajiet skont il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bħan-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, l-EURES u n-netwerk Eurodesk. Barra minn hekk, il-komplimentarjetà bejn skemi relatati eżistenti, b'mod partikolari skemi ta' solidarjetà nazzjonali u skemi ta' mobilità għaż-żgħażagħ, u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li tiġi żgurata permezz ta' elaborazzjoni fuq il-prattiki tajba fejn xieraq.

(7)  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jipprovdi punt ta' dħul uniku għall-attivitajiet ta' solidarjetà fi ħdan l-Unjoni u lil hinn. Il-konsistenza u l-komplimentarjetà jenħtieġ li jiġu żgurati flimkien ma' politiki, programmi u strumenti rilevanti oħra tal-Unjoni. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà huwa mibni fuq il-vantaġġi u fuq is-sinerġiji tal-programmi predeċessuri u dawk eżistenti, b'mod partikolari s-Servizz Volontarju Ewropew u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Dan jikkomplimenta wkoll l-isforzi magħmula mill-Istati Membri biex jappoġġaw liż-żgħażagħ u biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol skont skemi bħall-Garanzija għaż-Żgħażagħ billi jipprovdulhom opportunitajiet addizzjonali biex jidħlu fis-suq tax-xogħol fl-għamla ta' traineeships jew ta' impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà fi ħdan l-Istat Membru rispettiv tagħhom jew bejn il-fruntieri. Hija żgurata wkoll il-komplimentarjetà ma' netwerks eżistenti fil-livell tal-Unjoni li huma pertinenti għall-attivitajiet skont il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bħan-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, l-EURES u n-netwerk Eurodesk. Barra minn hekk, il-komplimentarjetà u l-kooperazzjoni leali bejn l-iskemi relatati eżistenti u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jenħtieġ li jitrawmu, b'mod partikolari permezz ta' solidarjetà, volontarjat, servizz ċiviku u skemi ta' mobilità għaż-żgħażagħ, li joperaw fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, kif ukoll permezz ta' prijoritajiet relatati mas-solidarjetà u ż-żgħażagħ fil-pajjiżi parteċipanti, kif xieraq, biex b'mod reċiproku jsaħħu u jarrikkixxu l-impatt u l-kwalitajiet ta' dawn l-iskemi u jibnu fuq il-prattiki tajba. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jenħtieġ li ma jissostitwixxix is-solidarjetà nazzjonali, il-volontarjat, is-servizz ċiviku u l-iskemi ta' mobilità simili. Jenħtieġ li jkun żgurat aċċess ugwali għaż-żgħażagħ kollha għall-attivitajiet ta' solidarjetà nazzjonali. Jenħtieġ li jiġu mħeġġa sħubiji ma' netwerks Ewropej li huma speċjalizzati fi problemi soċjali urġenti.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jagħti opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ biex iwettqu attivitajiet ta' volontarjat, traineeship jew impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà, kif ukoll biex ifasslu u jiżviluppaw proġetti ta' solidarjetà abbażi tal-inizjattiva tagħhom stess. Dawn l-opportunitajiet jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappoġġa wkoll attivitajiet ta' netwerk għall-parteċipanti u għall-organizzazzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kif ukoll lill-miżuri li jiżguraw il-kwalità tal-attivitajiet appoġġati u li jsaħħu l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tagħhom. Għalhekk, dan se jikkontribwixxi wkoll għall-kooperazzjoni Ewropea rilevanti għaż-żgħażagħ u s-sensibilizzazzjoni dwar l-impatt pożittiv tiegħu.

(9)  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jagħti opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ biex iwettqu attivitajiet ta' volontarjat, traineeship jew impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà, kif ukoll biex ifasslu u jiżviluppaw proġetti ta' solidarjetà abbażi tal-inizjattiva tagħhom stess. Dawn l-opportunitajiet jenħtieġ li jwieġbu għal ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-komunitajiet filwaqt li jikkontribwixxu wkoll għat-tisħiħ tal-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappoġġa wkoll attivitajiet ta' netwerk għall-parteċipanti u għall-organizzazzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kif ukoll lill-miżuri li jiżguraw il-kwalità tal-attivitajiet appoġġati u li jsaħħu l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tagħhom. Għalhekk, dan se jikkontribwixxi wkoll għall-kooperazzjoni Ewropea rilevanti għaż-żgħażagħ u s-sensibilizzazzjoni dwar l-impatt pożittiv tiegħu. Jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-appoġġ u t-tisħiħ ta' organizzazzjonijiet eżistenti li jimplimentaw azzjonijiet ta' solidarjetà.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Dawn l-attivitajiet jenħtieġ li jkunu għall-benefiċċju tal-komunitajiet filwaqt li jrawmu wkoll l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tal-individwu, li jista' jieħu l-għamla ta' volontarjat, traineeships u impjiegi, proġetti jew attivitajiet ta' netwerking, żviluppati b'rabta ma' oqsma differenti, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjiegi, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-intraprenditorija – b'mod partikolari l-intraprenditorija soċjali –, iċ-ċittadinanza u l-parteċipazzjoni demokratika, il-protezzjoni tal-ambjent u tan-natura, l-azzjoni klimatika, il-prevenzjoni ta' diżastri, it-tħejjija għalihom u l-irkupru minnhom, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, il-forniment ta' oġġetti tal-ikel u mhux tal-ikel, is-saħħa u l-benessri, il-kreattività u l-kultura, l-edukazzjoni fiżika u l-isport, l-assistenza soċjali u s-servizzi soċjali, l-akkoljenza u l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, il-kooperazzjoni u l-koeżjoni territorjali, u l-kooperazzjoni bejn il-fruntieri. Dawn l-attivitajiet ta' solidarjetà jenħtieġ li jinkludu dimensjoni soda ta' tagħlim u ta' taħriġ permezz ta' attivitajiet rilevanti li jistgħu jiġu offruti lill-parteċipanti qabel, matul u wara l-attività ta' solidarjetà.

(10)  Dawn l-attivitajiet jenħtieġ li jkunu għall-benefiċċju tal-komunitajiet filwaqt li jrawmu wkoll l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tal-individwu, li jista' jieħu l-għamla ta' volontarjat, traineeships u impjiegi, proġetti jew attivitajiet ta' netwerking, żviluppati b'rabta ma' oqsma differenti, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ, l-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabbiltà, l-impjiegi, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-intraprenditorija – b'mod partikolari l-intraprenditorija soċjali –, iċ-ċittadinanza u l-parteċipazzjoni demokratika, il-protezzjoni tal-ambjent u tan-natura, l-azzjoni klimatika, il-prevenzjoni ta' diżastri, it-tħejjija għalihom u l-irkupru minnhom, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, il-forniment ta' oġġetti tal-ikel u mhux tal-ikel, is-saħħa u l-benessri, il-kreattività u l-kultura, il-promozzjoni tal-patrimonju, l-edukazzjoni fiżika u l-isport, l-assistenza soċjali u s-servizzi soċjali, l-għajnuna liż-żgħażagħ, l-akkoljenza u l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, il-kooperazzjoni u l-koeżjoni territorjali, u l-kooperazzjoni bejn il-fruntieri. Dawn l-attivitajiet ta' solidarjetà jenħtieġ li jinkludu dimensjoni soda ta' tagħlim u ta' taħriġ permezz ta' attivitajiet rilevanti li jistgħu jiġu offruti lill-parteċipanti qabel, matul u wara l-attività ta' solidarjetà.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-attivitajiet ta' volontarjat (kemm fi ħdan l-Unjoni, kif ukoll lil hinn minnha) jikkostitwixxu esperjenza rikka f'kuntest ta' tagħlim mhux formali u informali li ssaħħaħ l-iżvilupp personali, soċjoedukattiv u professjonali taż-żgħażagħ, kif ukoll iċ-ċittadinanza attiva u l-impjegabbiltà tagħhom. L-attivitajiet ta' volontarjat jenħtieġ li ma jkollhomx effett avvers fuq impjieg bi ħlas potenzjali jew eżistenti, u lanqas ma jenħtieġ li jitqiesu bħala sostitut għal dan. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikooperaw fir-rigward tal-politiki ta' volontarjat fil-qasam taż-żgħażagħ permezz ta' metodu miftuħ ta' kooperazzjoni.

(11)  L-attivitajiet ta' volontarjat (kemm fi ħdan l-Unjoni, kif ukoll lil hinn minnha) jikkostitwixxu esperjenza rikka f'kuntest ta' tagħlim mhux formali u informali li ssaħħaħ l-iżvilupp personali, soċjoedukattiv u professjonali taż-żgħażagħ, kif ukoll iċ-ċittadinanza attiva, il-parteċipazzjoni demokratika u l-impjegabbiltà tagħhom. Il-volontarjat jenħtieġ li jkun ibbażat fuq ftehim ta' volontarjat bil-miktub u l-attivitajiet ta' volontarjat jenħtieġ li ma jkollhomx effett avvers fuq impjieg bi ħlas potenzjali jew eżistenti, u lanqas ma jenħtieġ li jitqiesu bħala sostitut għal dan. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikooperaw fir-rigward tal-politiki ta' volontarjat fil-qasam taż-żgħażagħ permezz ta' metodu miftuħ ta' kooperazzjoni.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  It-traineeships u l-impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà jistgħu joffru opportunitajiet addizzjonali għaż-żgħażagħ biex dawn jidħlu fis-suq tax-xogħol filwaqt li jagħtu l-kontribut tagħhom biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin tas-soċjetà. Dan jista' jgħin biex jitrawmu l-impjegabbiltà u l-produttività taż-żgħażagħ filwaqt li titħaffef it-tranżizzjoni tagħhom mill-edukazzjoni għall-impjiegi, li hi xi ħaġa importanti biex jissaħħu l-possibbiltajiet tagħhom fis-suq tax-xogħol. L-attivitajiet ta' traineeships offruti taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jsegwu l-prinċipji tal-kwalità spjegati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships21. It-traineeships u l-impjiegi offruti jikkostitwixxu pont li permezz tiegħu, iż-żgħażagħ jidħlu fis-suq tax-xogħol u jkunu akkumpanjati minn appoġġ adegwat wara l-attività. L-attivitajiet ta' traineeship u impjiegi huma ffaċilitati mill-atturi rilevanti tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari mis-servizzi pubbliċi u privati tal-impjiegi, mis-sħab soċjali u mill-Kmamar tal-Kummerċ, u huma rimunerati mill-organizzazzjoni parteċipanti. Bħala organizzazzjonijiet parteċipanti, dawn jenħtieġ li japplikaw għal finanzjament permezz tal-istruttura ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fid-dawl tal-intermedjazzjoni bejn il-parteċipanti żgħażagħ u l-impjegaturi li joffru l-attivitajiet ta' traineeship u ta' impjiegi fis-setturi tas-solidarjetà.

(12)  It-traineeships u l-impjiegi faċilment aċċessibbli jenħtieġ li jkunu separati b'mod ċar mill-volontarjat, kemm mil-lat finanzjarju kif ukoll minn dak organizzattiv. It-traineeships jenħtieġ li qatt ma jwasslu għas-sostituzzjoni tal-impjieg. Madankollu, it-traineeships imħallsa u l-impjiegi jistgħu jirrappreżentaw inċentiv għal żgħażagħ żvantaġġati u żgħażagħ b'inqas opportunitajiet biex jipparteċipaw f'attivitajiet relatati mas-solidarjetà li huma ma jkunux jistgħu jaċċessaw b'mod ieħor filwaqt li jagħtu valur miżjud Ewropew ċar fil-kontribuzzjoni tal-indirizzar ta' sfidi soċjetali ewlenin mhux solvuti u tat-tisħiħ tal-komunitajiet lokali. It-traineeships jistgħu jiffaċilitaw it-tranżizzjoni taż-żgħażagħ mill-edukazzjoni għall-impjieg u jistgħu jgħinu biex titrawwem l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ, li hi xi ħaġa importanti biex tinkiseb l-integrazzjoni sostenibbli tagħhom fis-suq tax-xogħol. It-traineeships u l-impjiegi offruti jikkostitwixxu pont li permezz tiegħu, iż-żgħażagħ jidħlu fis-suq tax-xogħol. It-traineeships u l-impjiegi offruti taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jenħtieġ li dejjem jitħallsu mill-organizzazzjoni parteċipanti li qed tospita jew timpjega lill-parteċipant. It-traineeships jenħtieġ li jkunu bbażati fuq ftehim ta' traineeship bil-miktub skont id-dritt applikabbli tal-pajjiż fejn isir it-traineeship, kif xieraq, u jenħtieġ li jsegwu l-prinċipji spjegati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2014 dwar Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships u jenħtieġ li dejjem jitħallsu u jkunu bbażati fuq ftehim bil-miktub 21. L-impjiegi jenħtieġ li jkunu bbażati fuq kuntratt ta' impjieg skont id-dritt nazzjonali jew ftehimiet kollettivi applikabbli, jew it-tnejn, tal-pajjiż parteċipanti fejn qed isir l-impjieg. L-appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjonijiet parteċipanti li joffru l-impjiegi jenħtieġ li ma jaqbiżx tnax-il xahar. L-organizzazzjonijiet parteċipanti jenħtieġ li japplikaw għal finanzjament permezz tal-istruttura ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fid-dawl tal-intermedjazzjoni bejn il-parteċipanti żgħażagħ u l-impjegaturi li joffru kollokamenti fi traineeships u f'impjiegi fis-setturi tas-solidarjetà. It-traineeships u l-impjiegi jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn preparazzjoni, taħriġ fuq il-post tax-xogħol u appoġġ wara l-kollokament adegwati fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-parteċipant. It-traineeships u l-impjiegi jistgħu jiġu ffaċilitati mill-atturi rilevanti tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari mis-servizzi pubbliċi u privati tal-impjiegi, mis-sħab soċjali u mill-Kmamar tal-Kummerċ, kif ukoll mill-organizzazzjonijiet membri tal-EURES, skont ir-Regolament (UE) Nru 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21a fil-każ tal-attivitajiet transfruntiera.

__________________

__________________

21 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2018 dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi (ĠU L 153, 2.5.2018, p.1).

21 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2014 dwar Qafas tal-Kwalita għat-Traineeships, ĠU C 88, 27.3.2014, p. 1.

21a Ir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' April 2016 dwar netwerk Ewropew ta' servizzi tal-impjiegi (EURES), aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta' mobilità u integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 492/2011 u (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 107, 22.4.2016, p. 11).

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a)  Jenħtieġ li jsiru sforzi biex jiġi żgurat li t-traineeships u l-impjiegi jinfetħu għaż-żgħażagħ kollha, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet biex jipparteċipaw f'attivitajiet relatati mas-solidarjetà, inklużi dawk b'diżabbiltà, żvantaġġi soċjali jew kulturali, migranti u residenti f'żoni rurali iżolati u r-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-UE.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-ispirtu ta' inizjattiva taż-żgħażagħ hu assi importanti għas-soċjetà u għas-suq tax-xogħol. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jikkontribwixxi għat-trawwim ta' dan l-aspett billi joffri l-opportunità liż-żgħażagħ li jfasslu u jimplimentaw il-proġetti tagħhom stess immirati biex jindirizzaw sfidi speċifiċi għall-benefiċċju tal-komunitajiet lokali. Dawn il-proġetti huma opportunità biex jiġu ppruvati ideat u biex iż-żgħażagħ jiġu appoġġati li jkunu huma stess dawk li jixprunaw l-attivitajiet ta' solidarjetà. Dawn iservu wkoll bħala punt tat-tluq għall-involviment ulterjuri f'attivitajiet ta' solidarjetà u huma l-ewwel pass biex il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jitħeġġu sabiex jinvolvu rwieħhom f'impjieg indipendenti jew fit-twaqqif ta' assoċjazzjonijiet, ta' organizzazzjonijiet nongovernattivi jew ta' korpi oħra attivi fis-setturi tas-solidarjetà, ta' mingħajr skop ta' qligħ u taż-żgħażagħ.

(13)  L-ispirtu ta' inizjattiva taż-żgħażagħ u ċ-ċittadinanza attiva tagħhom huma assi importanti għas-soċjetà u għas-suq tax-xogħol. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jikkontribwixxi għat-trawwim ta' dan l-aspett billi joffri l-opportunità liż-żgħażagħ li jfasslu u jimplimentaw il-proġetti tagħhom stess immirati biex jindirizzaw sfidi speċifiċi għall-benefiċċju tal-komunitajiet lokali. Dawk il-proġetti jenħtieġ li jkunu opportunità biex iż-żgħażagħ jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi u jippruvaw ideat b'mod sostenibbli biex jappoġġaw liż-żgħażagħ biex ikunu huma stess dawk li jixprunaw l-attivitajiet ta' solidarjetà. Dawn jistgħu jservu wkoll bħala punt tat-tluq għall-involviment ulterjuri f'attivitajiet ta' solidarjetà u jistgħu jkunu l-ewwel pass biex il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jitħeġġu sabiex jinvolvu rwieħhom f'intraprenditorija soċjali jew bħala voluntiera f'assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs), organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ jew korpi oħra attivi fis-setturi tas-solidarjetà, ta' mingħajr skop ta' qligħ, taż-żgħażagħ u tad-diżabbiltà u fit-twaqqif tal-assoċjazzjonijiet tagħhom stess. L-appoġġ ta' wara l-kollokament se jkollu l-għan li jappoġġa liż-żgħażagħ biex jibqgħu involuti u attivi fis-settur tas-solidarjetà, inkluż permezz ta' involviment ma' assoċjazzjonijiet, kooperattivi, intrapriżi soċjali, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u ċentri komunitarji kif ukoll fis-settur li jappoġġa l-persuni b'diżabbiltà.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jenħtieġ li ż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jħossu li jappartjenu f'komunità ta' individwi u ta' entitajiet bl-impenn li jsaħħu s-solidarjetà madwar l-Ewropa. Fl-istess ħin, l-organizzazzjonijiet parteċipanti jeħtieġu l-appoġġ biex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom biex joffru attivitajiet ta' kwalità tajba lil numru dejjem jikber ta' parteċipanti. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappoġġa l-attivitajiet ta' netwerking bl-għan li jsaħħu l-involviment taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet parteċipanti f'din il-komunità, li jrawwem spirtu tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kif ukoll li jħeġġeġ l-iskambju ta' prattiki u ta' esperjenza siewja. Dawn l-attivitajiet jikkontribwixxu wkoll għas-sensibilizzazzjoni dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fost l-atturi pubbliċi u privati, kif ukoll għall-ġbir ta' feedback mingħand il-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet parteċipanti dwar l-implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(14)  Jenħtieġ li ż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jħossu li jappartjenu f'komunità ta' individwi u ta' entitajiet bl-impenn li jsaħħu s-solidarjetà madwar l-Ewropa. Fl-istess ħin, l-organizzazzjonijiet parteċipanti jeħtieġu l-appoġġ biex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom biex joffru attivitajiet ta' kwalità tajba lil numru dejjem jikber ta' parteċipanti. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappoġġa l-attivitajiet ta' netwerking bl-għan li jsaħħu l-involviment taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet parteċipanti f'din il-komunità, li jrawwem spirtu tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kif ukoll li jħeġġeġ l-iskambju tal-aqwa prattiki u tal-esperjenza. Dawn l-attivitajiet jikkontribwixxu wkoll għas-sensibilizzazzjoni dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fost l-atturi pubbliċi u privati, kif ukoll għall-ġbir ta' feedback mingħand il-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet parteċipanti dwar l-implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-iżgurar tal-kwalità tal-attivitajiet u opportunitajiet oħra offruti taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, b'mod partikolari billi jiġu offruti taħriġ, appoġġ lingwistiku, assigurazzjoni, appoġġ amministrattiv u appoġġ wara l-attività lill-parteċipanti, kif ukoll il-validazzjoni tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-kompetenzi miksuba permezz tal-esperjenza tagħhom fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Is-sikurezza u s-sigurtà tal-voluntiera jibqgħu ta' importanza kruċjali u l-voluntiera ma għandhomx jintbagħtu f'operazzjonijiet li jitwettqu f'żoni ta' kunflitti armati internazzjonali u mhux internazzjonali.

(15)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-iżgurar tal-kwalità tal-attivitajiet ta' solidarjetà u ta' opportunitajiet oħra offruti taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, b'mod partikolari billi l-parteċipanti online u offline jiġu offruti taħriġ u appoġġ lingwistiku b'mod li jirrispetta l-prinċipju tal-multilingwiżmu, assigurazzjoni, appoġġ amministrattiv u appoġġ wara l-attività lill-parteċipanti, kif ukoll il-validazzjoni tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-kompetenzi miksuba permezz tal-esperjenza tagħhom fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li dawk il-miżuri ta' appoġġ jiġu żviluppati u jingħataw f'kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet oħra mingħajr skop ta' qligħ u tas-soċjetà ċivili sabiex jiġi sfruttat l-għarfien espert tagħhom fil-qasam. Dawk il-miżuri ta' appoġġ jenħtieġ li jqisu l-ambjent u n-natura tal-attivitajiet imwettqa mill-parteċipanti, b'attenzjoni speċjali għal kwalunkwe riskju potenzjali. Is-sikurezza u s-sigurtà tal-parteċipanti, b'mod partikolari meta jikkonċernaw tfal u persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, jibqgħu ta' importanza kruċjali u l-parteċipanti ma għandhomx jintbagħtu f'operazzjonijiet li jitwettqu f'żoni ta' kunflitti armati internazzjonali u mhux internazzjonali, u lanqas f'faċilitajiet li jiksru l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jew il-politika tal-UE, bħall-impenn għat-tmiem tal-istituzzjonalizzazzjoni tat-tfal u miżuri li jipprojbixxu l-FSIE milli jżommu l-istituzzjonijiet residenzjali.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a)  Fil-każ ta' attivitajiet ta' solidarjetà li jinvolvu t-tfal, jenħtieġ li l-parteċipanti li jkollhom kwalifiki u ħiliet direttament rilevanti biss ikollhom kuntatt dirett mat-tfal, u jenħtieġ li jikkompletaw il-proċeduri tat-taħriġ tal-protezzjoni tat-tfal u l-proċeduri ta' kontroll qabel l-attività tagħhom. Waqt l-attività, jenħtieġ li jiġu stabbiliti politiki u proċeduri ta' salvagwardja xierqa biex jipproteġu t-tfal u l-parteċipanti, u dawn tal-aħħar jenħtieġ li jkunu soġġetti għal superviżjoni kontinwa biex jiżguraw li l-politiki tal-protezzjoni tat-tfal qed jiġu implimentati b'mod effettiv.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Biex jiġi żgurat l-impatt tal-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fuq l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tal-parteċipanti, l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li huma l-eżiti tat-tagħlim tal-attività, jenħtieġ li jiġu identifikati u dokumentati kif xieraq, f'konformità maċ-ċirkustanzi u mal-ispeċifiċitajiet nazzjonali, kif irrakkomandat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali22.

(16)  Biex jiġi żgurat l-impatt tal-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fuq l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tal-parteċipanti, l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li huma l-eżiti tat-tagħlim tal-attività, jenħtieġ li jiġu identifikati u dokumentati kif xieraq, f'konformità maċ-ċirkustanzi u mal-ispeċifiċitajiet nazzjonali, kif irrakkomandat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali22. Għal dak il-għan, l-użu ta' strumenti effettivi fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali għar-rikonoxximent ta' tagħlim mhux formali u informali, bħal Youthpass u Europass jenħtieġ li jiġu mħeġġa, kif xieraq.

__________________

__________________

22 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (ĠU C 398, 22.12.2012, p.1–5).

22 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (ĠU C 398, 22.12.2012, p.1–5).

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  It-tikketta tal-kwalità jenħtieġ li tiżgura l-konformità tal-organizzazzjonijiet parteċipanti mal-prinċipji u mar-rekwiżiti tal-Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, fir-rigward tad-drittijiet u tar-responsabbiltajiet tagħhom matul l-istadji kollha tal-esperjenza ta' solidarjetà. Il-kisba ta' tikketta tal-kwalità hija prekundizzjoni għall-parteċipazzjoni iżda jenħtieġ li ma twassalx b'mod awtomatiku għal finanzjament mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(17)  It-tikketta tal-kwalità jenħtieġ li tiżgura l-konformità tal-organizzazzjonijiet parteċipanti mal-prinċipji u mar-rekwiżiti tal-Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li jiddaħħlu fis-seħħ tikketti tal-kwalità separati għall-volontarjat u għat-traineeships u l-impjiegi, b'kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi ta' kull komponent, biex tiġi żgurata l-konformità effettiva u kontinwa tal-organizzazzjonijiet parteċipanti mal-prinċipji u r-rekwiżiti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, fir-rigward tad-drittijiet u tar-responsabbiltajiet tagħhom matul l-istadji kollha tal-esperjenza ta' solidarjetà. Jenħtieġ li l-kisba ta' tikketta tal-kwalità tkun prekundizzjoni għall-parteċipazzjoni iżda jenħtieġ li ma twassalx b'mod awtomatiku għal finanzjament mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Il-proċess li jwassal għall-attribuzzjoni ta' tikketta tal-kwalità jenħtieġ li ma joħloqx burokrazija addizzjonali li tiskoraġġixxi lill-organizzazzjonijiet u lin-negozji privati milli jikkontribwixxu għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jenħtieġ li jibqa' jiġi żviluppat b'mod kontinwu biex jiġi żgurat aċċess faċli għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u jiġi pprovdut one-stop shop kemm għall-individwi, kif ukoll għall-organizzazzjonijiet interessati fir-rigward tar-reġistrazzjoni, tal-identifikazzjoni u tat-tlaqqigħ tal-profili u tal-opportunitajiet, tan-netwerking u tal-iskambji virtwali, tat-taħriġ online, tal-appoġġ lingwistiku u tal-appoġġ wara l-attività, kif ukoll ta' funzjonalitajiet siewja oħra, fost l-oħrajn, li jistgħu jqumu fil-futur.

(23)  Il-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jenħtieġ li jibqa' jiġi żviluppat b'mod kontinwu biex jiġi żgurat aċċess faċli – li jenħtieġ li jkun mingħajr ostakli għall-persuni b'diżabbiltà – għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, u jiġi pprovdut one-stop shop kemm għall-individwi, kif ukoll għall-organizzazzjonijiet interessati fir-rigward tar-reġistrazzjoni, tal-identifikazzjoni u tat-tlaqqigħ tal-profili u tal-opportunitajiet, tan-netwerking u tal-iskambji virtwali, tat-taħriġ online, tal-appoġġ lingwistiku u tal-appoġġ wara l-attività, kif ukoll ta' funzjonalitajiet siewja oħra, fost l-oħrajn, li jistgħu jqumu fil-futur.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24a)  Huwa essenzjali għall-funzjonament tajjeb tal-Programm u l-użu f'waqtu tal-azzjonijiet li, fil-programmi ta' ħidma tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jiddaħħlu fis-seħħ mekkaniżmi biex ikun ggarantit li jiġu ppreżentati offerti liż-żgħażagħ irreġistrati f'perjodu ta' żmien raġonevoli u relattivament prevedibbli. Jenħtieġ għalhekk li jintbagħtu informazzjoni u aġġornamenti perjodiċi dwar kollokamenti disponibbli u organizzazzjonijiet parteċipanti involuti b'mod attiv lil individwi rreġistrati sabiex jiġi stimulat l-involviment tagħhom fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà wara r-reġistrazzjoni tagħhom, filwaqt li jiġu offruti wkoll l-opportunità li jikkuntattjaw direttament lill-atturi involuti fil-qasam tas-solidarjetà fil-livell nazzjonali kif ukoll Ewropew.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li l-attivitajiet appoġġati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jkunu aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha, b'mod partikolari dawk l-aktar żvantaġġati. Jenħtieġ li jittieħdu miżuri speċjali biex jiġu promossi l-inklużjoni soċjali, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ żvantaġġati, kif ukoll biex jiġu meqjusa r-restrizzjonijiet imposti mid-distanza remota ta' għadd ta' żoni rurali u tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u tal-Pajjiżi u tat-Territorji extra-Ewropej. B'mod simili, il-pajjiżi parteċipanti jeħtieġ li jieħdu impenn li jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li jsolvu, fejn possibbli, u mingħajr preġudizzju għall-acquis ta' Schengen u għad-dritt tal-Unjoni dwar id-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, ta' kwistjonijiet amministrattivi li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta' viżi u ta' permessi ta' residenza, kif ukoll il-ħruġ tal-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea fil-każ ta' attivitajiet transfruntiera fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

(28)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li l-attivitajiet appoġġati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jkunu aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha, b'mod partikolari ż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet kif imfisser f'aktar dettall fl-Istrateġija tal-Inklużjoni u d-Diversità żviluppata u applikata fil-qafas tal-programm Erasmus+ fil-qasam taż-żgħażagħ. Jenħtieġ li jittieħdu miżuri speċjali, bħal formati xierqa ta' attivitajiet ta' solidarjetà u gwida personalizzata, biex jiġu promossi l-inklużjoni soċjali, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ żvantaġġati u żgħażagħ b'diżabbiltà, kif ukoll biex jiġu meqjusa r-restrizzjonijiet imposti mid-distanza remota ta' għadd ta' żoni rurali u tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u tal-Pajjiżi u tat-Territorji extra-Ewropej. B'mod simili, il-pajjiżi parteċipanti jeħtieġ li jieħdu impenn li jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li jsolvu, fejn possibbli, u mingħajr preġudizzju għall-acquis ta' Schengen u għad-dritt tal-Unjoni dwar id-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, ta' kwistjonijiet amministrattivi li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta' viżi u ta' permessi ta' residenza, kif ukoll il-ħruġ tal-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea fil-każ ta' attivitajiet transfruntiera fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Sabiex jintlaħqu aħjar l-għanijiet tal-Programm, jenħtieġ li preferibilment l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-aġenziji nazzjonali jaħdmu flimkien mill-qrib fi sħubija ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u partijiet ikkonċernati lokali li għandhom għarfien espert fl-azzjonijiet ta' solidarjetà.

(39)  Sabiex jintlaħqu aħjar l-għanijiet tal-Programm, jenħtieġ li preferibbilment il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-aġenziji nazzjonali jaħdmu flimkien mill-qrib fi sħubija ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-persuni b'diżabbiltà u partijiet ikkonċernati lokali li għandhom għarfien espert fl-azzjonijiet ta' solidarjetà.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Sabiex tiġi żgurata effiċjenza akbar fil-komunikazzjoni lill-pubbliku ġenerali u sinerġiji aktar b'saħħithom bejn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni mwettqa b'inizjattiva tal-Kummissjoni, ir-riżorsi allokati għall-komunikazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxu wkoll biex ikopru l-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni bil-kundizzjoni li dawn ikunu relatati mal-għanijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament.

(40)  Sabiex tiġi żgurata effiċjenza akbar fil-komunikazzjoni lill-pubbliku ġenerali u sinerġiji aktar b'saħħithom bejn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni mwettqa b'inizjattiva tal-Kummissjoni, ir-riżorsi allokati għall-komunikazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxu wkoll biex ikopru l-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni mingħajr ostakli, bil-kundizzjoni li dawn ikunu relatati mal-għanijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "attività ta' solidarjetà" tfisser attività temporanja ta' kwalità għolja li tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, li tista' tieħu l-għamla ta' volontarjat, traineeships, impjiegi, proġetti ta' solidarjetà u attivitajiet ta' netwerking f'diversi oqsma, inklużi dawk imsemmija fil-paragrafu 13, filwaqt li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew u l-konformità mar-regolamenti dwar is-saħħa u s-sigurtà;

(1)  "attività ta' solidarjetà" tfisser attività temporanja ta' kwalità għolja li tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, li tista' tieħu l-għamla ta' volontarjat, traineeships, impjiegi, proġetti ta' solidarjetà u attivitajiet ta' netwerking f'diversi oqsma, inklużi dawk imsemmija fil-paragrafu 13, filwaqt li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew u l-konformità mar-regolamenti dwar is-saħħa u s-sigurtà u ma tinkludix attivitajiet li jmorru kontra l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-politika tal-UE, bħall-impenn li tintemm l-istituzzjonalizzazzjoni tat-tfal u l-persuni b'diżabbiltà.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  "żgħażagħ b'inqas opportunitajiet" tfisser żgħażagħ li jħabbtu wiċċhom ma' xi ostakoli li jwaqqfuhom milli jkollhom aċċess effettiv għall-opportunitajiet taħt il-Programm minħabba raġunijiet ekonomiċi, soċjali, kulturali, ġeografiċi jew tas-saħħa, jew minħabba raġunijiet bħal diżabbiltà u diffikultajiet edukattivi;

(4)  "żgħażagħ b'inqas opportunitajiet" tfisser żgħażagħ li jħabbtu wiċċhom ma' xi ostakoli li jwaqqfuhom milli jkollhom aċċess effettiv għall-opportunitajiet taħt il-Programm minħabba raġunijiet ekonomiċi, soċjali, kulturali, ġeografiċi jew tas-saħħa, jew minħabba raġunijiet bħal diżabbiltà, diffikultajiet edukattivi jew għax trabbew f'kura istituzzjonalizzata;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  "organizzazzjoni parteċipanti" tfisser kwalunkwe entità pubblika jew privata, lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali, li ingħatat it-tikketta ta' kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

(5)  "organizzazzjoni parteċipanti" tfisser kwalunkwe entità pubblika jew privata, lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali, bi skop ta' qligħ jew mingħajr skop ta' qligħ, li ingħatat it-tikketta ta' kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà li tiżgura li din l-entità hija kapaċi timplimenta l-attivitajiet ta' solidarjetà skont l-għanijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, u li toffri l-volontarjat, it-traineeship jew l-opportunità ta' impjieg lil parteċipant jew timplimenta u tappoġġa attivitajiet oħra fil-qafas tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  "volontarjat" tfisser attività ta' solidarjetà li ssir bħala attività volontarja mingħajr ħlas għal perjodu ta' mhux aktar minn 12-il xahar;

(6)  "volontarjat" tfisser attività ta' solidarjetà li tieħu l-għamla ta' attività volontarja mingħajr ħlas għal perjodu ta' mhux aktar minn 12-il xahar u li tipprovdi liż-żgħażagħ b'opportunità li jikkontribwixxu għax-xogħol tal-organizzazzjonijiet parteċipanti f'attivitajiet relatati mas-solidarjetà għall-benefiċċju tal-komunitajiet fejn jitwettqu attivitajiet bħal dawn.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  "traineeship" tfisser attività ta' solidarjetà għal perjodu minn xahrejn sa sitt xhur, li tiġġedded darba biss u għal durata massima ta' 12-il xahar, li hija offerta u imħallsa minn organizzazzjoni parteċipanti li tkun qed tospita lill-parteċipant tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

(7)  "traineeship" tfisser attività ta' solidarjetà mħallsa li tieħu l-għamla ta' prattika tax-xogħol f'organizzazzjoni parteċipanti għal perjodu minn tliet xhur sa sitt xhur, li tiġġedded darba biss u għal durata massima ta' 12-il xahar, li hija offerta u imħallsa minn organizzazzjoni parteċipanti li tkun qed tospita lill-parteċipant tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li tinvolvi komponent tat-tagħlim biex jinkisbu l-ħiliet u l-esperjenza rilevanti;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  "impjieg" tfisser attività ta' solidarjetà għal perjodu minn xahrejn sa 12-il xahar, imħallsa mill-organizzazzjoni parteċipanti li timpjega lill-parteċipant tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

(8)  "impjieg" tfisser attività ta' solidarjetà mħallsa għal perjodu minn 3 xhur sa 12-il xahar, li tinkludi komponent ta' tagħlim u ta' taħriġ, li hija bbażata fuq ftehim bil-miktub u li tkun offruta u mħallsa mill-organizzazzjoni parteċipanti li timpjega lill-parteċipant tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, u li ma tissostitwixxix opportunità ta' impjieg eżistenti;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  "tikketta tal-kwalità" tfisser iċ-ċertifikazzjoni mogħtija lil organizzazzjoni parteċipanti li tixtieq tipprovdi attivitajiet ta' solidarjetà taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bir-rwol ta' ospitant u/jew b'funzjoni ta' appoġġ;

(10)  "tikketta tal-kwalità" tfisser iċ-ċertifikazzjoni mogħtija lil organizzazzjoni li tixtieq tipprovdi attivitajiet ta' solidarjetà, fil-funzjoni ta' ospitant, jew fil-funzjoni ta' appoġġ, inkluż il-funzjoni li tibgħat, jew it-tnejn, li tiċċertifika li l-organizzazzjoni hija kapaċi tiżgura l-kwalità tal-attivitajiet ta' solidarjetà skont il-prinċipji u l-għanijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, u li tingħata skont diversi rekwiżiti speċifiċi li jiddependu fuq it-tip tal-attività ta' solidarjetà u l-funzjoni tal-organizzazzjoni; għandhom jiġu stabbiliti tikketti tal-kwalità separati għall-volontarjat u għat-traineeships u l-impjiegi.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

Għanijiet tal-programm

Għanijiet tal-programm

1.  L-għan ġenerali tal-Programm hu li jissaħħaħ l-involviment taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet f’attivitajiet ta' solidarjetà aċċessibbli u ta' kwalità għolja bħala mezz biex issir kontribuzzjoni għat-tisħiħ tal-koeżjoni, tas-solidarjetà u tad-demokrazija fl-Unjoni u lil hinn minnha, filwaqt li jiġu indirizzati sfidi tas-soċjetà u umanitarji fuq il-post, bi sforz partikolari biex tiġi promossa l-inklużjoni soċjali.

1.  L-għan ġenerali tal-Programm hu li jippromwovi s-solidarjetà, id-demokrazija u l-koeżjoni fl-Unjoni u lil hinn minnha, li jappoġġa l-komunitajiet u jwieġeb għall-isfidi tas-soċjetà u umanitarji fuq il-post, bi sforz partikolari biex jiġu promossi l-inklużjoni soċjali u l-parteċipazzjoni demokratika, billi jsaħħaħ l-involviment taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet f'attivitajiet ta' solidarjetà aċċessibbli u ta' kwalità għolja.

2.  L-għan speċifiku tal-Programm hu li ż-żgħażagħ, inklużi dawk b'inqas opportunitajiet, jingħataw opportunitajiet b'aċċess iktar faċli għal involviment f'attivitajiet ta' solidarjetà fl-Ewropa u lil hinn minnha, filwaqt li jtejbu u jivvalidaw kif xieraq il-kompetenzi tagħhom, kif ukoll jiffaċilitaw l-impjegabbiltà u t-tranżizzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

2.  L-għan speċifiku tal-Programm hu li ż-żgħażagħ, inklużi dawk b'inqas opportunitajiet, jingħataw opportunitajiet b'aċċess iktar faċli għal involviment f'attivitajiet ta' solidarjetà fl-Ewropa u lil hinn minnha, filwaqt li jtejbu u jivvalidaw kif xieraq il-kompetenzi tagħhom u jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom, kif ukoll jiffaċilitaw l-impjegabbiltà u t-tranżizzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

3.  L-għanijiet tal-Programm għandhom jiġu implimentati taħt iż-żewġ fergħat ta' azzjoni li ġejjin:

3.  L-għanijiet tal-Programm għandhom jiġu implimentati taħt iż-żewġ fergħat ta' azzjoni li ġejjin:

(a)  il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f'attivitajiet ta' solidarjetà li jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà, kif imsemmi fl-Artikolu 6;

(a)  l-attivitajiet ta' solidarjetà li jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà, kif imsemmi fl-Artikolu 6;

(b)  il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f'attivitajiet ta' solidarjetà relatati mal-għajnuna umanitarja (Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja) kif imsemmi fl-Artikolu 10.

(b)  il-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja kif imsemmi fl-Artikolu 10.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  traineeships u impjiegi, kif imsemmi fl-Artikolu 8;

(b)   traineeships u impjiegi ta' kwalità għolja, kif imsemmi fl-Artikolu 8;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-approċċ tagħhom biex jinvolvu żgħażagħ minn sfondi differenti;

(d)  l-inklużività u l-kapaċità effettiva tagħhom biex jinvolvu żgħażagħ minn sfondi differenti, inklużi dawk b'diżabbiltà;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

Azzjonijiet komuni għaż-żewġ fergħat

Azzjonijiet komuni għaż-żewġ fergħat

1.  L-attivitajiet ta' netwerking, kif imsemmija fl-Artikolu 4.1, punt (d), għandhom jimmiraw lejn:

1.  L-attivitajiet ta' netwerking, kif imsemmija fl-Artikolu 4.1, punt (d), għandhom jimmiraw lejn:

(a)  ir-rinfurzar tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet parteċipanti biex joffru proġetti ta' kwalità tajba għal għadd dejjem akbar ta' parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

(a)  ir-rinfurzar tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet parteċipanti biex joffru proġetti ta' kwalità għolja għal għadd dejjem akbar ta' parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

(b)  l-attrazzjoni ta' parteċipanti ġodda, kemm żgħażagħ, kif ukoll organizzazzjonijiet parteċipanti;

(b)  l-attrazzjoni ta' parteċipanti ġodda, kemm żgħażagħ, kif ukoll organizzazzjonijiet parteċipanti,

(ba) l-iffaċilitar tal-aċċessibilità tal-persuni b'diżabbiltà għall-attivitajiet kollha offruti;

(c)  l-għoti ta' opportunitajiet sabiex jingħata feedback dwar l-attivitajiet ta' solidarjetà; u

(c)  l-għoti ta' feedback dwar l-attivitajiet ta' solidarjetà; u

(d)  l-kontribut lill-iskambju ta' esperjenzi u t-tisħiħ tas-sens ta' appartenenza fost l-individwi u l-entitajiet li jipparteċipaw fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, u b'hekk jappoġġaw l-impatt pożittiv usa' tiegħu.

2.  Il-miżuri ta' kwalità u ta' appoġġ, kif imsemmija fl-Artikolu 4.1, punt (e), għandhom jinkludu:

2.  Il-miżuri ta' kwalità u ta' appoġġ, kif imsemmija fl-Artikolu 4.1, punt (e), għandhom jinkludu:

(a)  miżuri mmirati għall-iżgurar tal-kwalità tal-volontarjat, it-traineeships jew l-impjiegi, inklużi taħriġ, appoġġ lingwistiku, assigurazzjoni komplementari, appoġġ qabel u/jew wara l-attività ta' solidarjetà, kif ukoll l-użu ulterjuri tal-Youthpass li jidentifika u jiddokumenta l-kompetenzi miksuba matul l-attivitajiet ta' solidarjetà għall-parteċipanti, u l-bini ta' kapaċità u, appoġġ amministrattiv għall-organizzazzjonijiet parteċipanti;

(a)  miżuri mmirati għall-iżgurar tal-kwalità u tal-aċċessibbiltà tal-volontarjat, it-traineeships, l-impjiegi, jew proġetti ta' solidarjetà u opportunitajiet indaqs għaż-żgħażagħ kollha minn madwar il-pajjiżi parteċipanti inklużi taħriġ offline u online, appoġġ lingwistiku, taħriġ dwar il-protezzjoni u s-salvagwardja tat-tfal u kontroll tal-kondotta għall-parteċipanti li jaħdmu mat-tfal, appoġġ amministrattiv għall-parteċipanti u għall-organizzazzjonijiet parteċipanti, assigurazzjoni komplementari, appoġġ qabel u, fejn meħtieġ, wara l-attività ta' solidarjetà, kif ukoll l-użu ulterjuri tal-Youthpass biex jidentifika u jiddokumenta l-kompetenzi miksuba matul l-attivitajiet ta' solidarjetà għall-parteċipanti, u l-bini ta' kapaċità u, appoġġ amministrattiv għall-organizzazzjonijiet parteċipanti;

(b)  l-iżvilupp u ż-żamma ta' tikketta tal-kwalità għal entitajiet li lesti jipprovdu attivitajiet ta' solidarjetà għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

(b)  l-iżvilupp u ż-żamma ta' tikketti tal-kwalità separati għal entitajiet li lesti jipprovdu rispettivament il-volontarjat, it-traineeships jew l-impjiegi għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà sabiex jiżguraw il-konformità mal-prinċipji u mar-rekwiżiti tal-Programm;

(c)  l-attivitajiet taċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex jappoġġaw u jżidu l-kwalità tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u jsaħħu l-validazzjoni tal-eżiti tagħhom;

(c)  l-attivitajiet taċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex jappoġġaw u jżidu l-kwalità tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u jsaħħu l-validazzjoni tal-eżiti tagħhom;

(d)  l-istabbiliment, iż-żamma u l-aġġornar tal-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u servizzi online rilevanti oħra, kif ukoll is-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni ta' appoġġ u l-għodod ibbażati fuq il-web neċessarji.

(d)  l-istabbiliment, iż-żamma u l-aġġornar tal-Portal multilingwi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u servizzi online rilevanti oħra, kif ukoll is-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni ta' appoġġ u l-għodod ibbażati fuq il-web neċessarji.

Emenda    33

Proposta għal regolament

KAPITOLU III – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

PARTEĊIPAZZJONI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ F’ATTIVITAJIET ta' SOLIDARJETÀ LI JINDIRIZZAW L-ISFIDI TAS-SOĊJETÀ

ATTIVITAJIET TA' SOLIDARJETÀ LI JINDIRIZZAW L-ISFIDI TAS-SOĊJETÀ

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-azzjonijiet implimentati taħt il-fergħa "Parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f'attivitajiet ta' solidarjetà li jindirizzaw sfidi tas-soċjetà" għandhom b'mod partikolari jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-koeżjoni, tas-solidarjetà u tad-demokrazija fl-Unjoni u lil hinn minnha, filwaqt li jirrispondu wkoll għal sfidi tas-soċjetà bi sforz partikolari għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali.

1.  L-azzjonijiet implimentati taħt il-fergħa "attivitajiet ta' solidarjetà li jindirizzaw sfidi tas-soċjetà" għandhom b'mod partikolari jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-koeżjoni, tas-solidarjetà u tad-demokrazija fl-Unjoni u lil hinn minnha, filwaqt li jirrispondu wkoll għal sfidi tas-soċjetà bi sforz partikolari għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  traineeships u impjiegi, kif imsemmi fl-Artikolu 8;

(b)  traineeships u impjiegi ta' kwalità għolja, kif imsemmi fl-Artikolu 8;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-volontarjat kif imsemmi fl-Artikolu 4.1, punt (a) għandu jinkludi komponent ta' tagħlim u ta' taħriġ, ma għandux jissostitwixxi t-traineeships jew l-impjiegi, ma għandux jitqies l-istess daqs impjieg, u għandu jkun ibbażat fuq ftehim ta' volontarjat bil-miktub.

1.  Il-volontarjat kif imsemmi fl-Artikolu 4.1, punt (a) għandu jipprovdi liż-żgħażagħ bl-opportunità li jikkontribwixxu għall-ħidma ta' kuljum ta' organizzazzjonijiet f'attivitajiet ta' solidarjetà għall-benefiċċju aħħari tal-komunitajiet li fihom jitwettqu l-attivitajiet, għandu jinkludi komponent ta' tagħlim u ta' taħriġ, ma għandux jissostitwixxi t-traineeships jew l-impjiegi, ma għandux jitqies l-istess daqs impjieg, u għandu jkun ibbażat fuq ftehim ta' volontarjat bil-miktub.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8

Artikolu 8

Traineeships u impjiegi

Traineeships u impjiegi

1.  Traineeship kif imsemmi fl-Artikolu 4.1, punt (b) għandu jkun ibbażat fuq ftehim ta' traineeship bil-miktub skont il-qafas regolatorju applikabbli tal-pajjiż fejn isseħħ it-traineeship, kif xieraq, u billi jitqiesu l-prinċipji tal-Qafas ta' Kwalita għat-Traineeships (2014/C 88/01). It-traineeships ma għandhomx jissostitwixxu l-impjiegi.

1.  Traineeship kif imsemmi fl-Artikolu 4.1, punt (b) għandu dejjem ikun imħallas u jkun ibbażat fuq ftehim ta' traineeship bil-miktub konkluż fil-bidu tat-traineeship skont il-qafas regolatorju applikabbli tal-pajjiż fejn isseħħ it-traineeship, kif xieraq, li jindika l-għanijiet edukattivi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, it-tul tat-traineeship, ir-rimunerazzjoni tal-parteċipant u d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet u billi jitqiesu l-prinċipji tal-Qafas ta' Kwalità għat-Traineeships (2014/C 88/01); It-traineeships ma għandhomx jissostitwixxu l-impjiegi.

2.  Impjieg kif imsemmi fl-Artikolu 4.1, punt (b) għandu jkun ibbażat fuq kuntratt ta' impjieg skont il-qafas regolatorju nazzjonali tal-pajjiż parteċipanti fejn jitwettaq l-impjieg. L-appoġġ finanzjarju għal organizzazzjonijiet parteċipanti li joffru impjiegi ma għandux jaqbeż it-12-il xahar f'każi fejn it-tul tal-kuntratt tal-impjieg jaqbeż it-12-il-xahar.

2.  Impjieg kif imsemmi fl-Artikolu 4.1, punt (b) għandu jkun ibbażat fuq kuntratt ta' impjieg bil-miktub li jirrispetta t-termini u l-kundizzjonijiet kollha tal-impjieg kif definit fid-dritt nazzjonali, fil-ftehimiet kollettivi applikabbli, jew fit-tnejn, tal-pajjiż li fih ikun qed jitwettaq l-impjieg. L-appoġġ finanzjarju għal organizzazzjonijiet parteċipanti li joffru impjiegi ma għandux jaqbeż it-tnax-il xahar f'każi fejn it-tul tal-kuntratt tal-impjieg jaqbeż it-tnax-il xahar.

3.  It-traineeships u l-impjiegi għandhom jinkludu komponent ta' tagħlim u ta' taħriġ.

3.  It-traineeships u l-impjiegi għandhom jinkludu komponent ta' tagħlim u ta' taħriġ biex jgħinu lill-parteċipant jikseb esperjenza rilevanti bil-għan li jiżviluppa kompetenzi siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tal-parteċipanti;

4.  It-traineeships u l-impjiegi jistgħu jsiru f'pajjiż li mhuwiex il-pajjiż tar-residenza tal-parteċipant (transfruntier) jew fil-pajjiż tar-residenza tal-parteċipant (fil-pajjiż).

4.  It-traineeships u l-impjiegi jistgħu jsiru f'pajjiż li mhuwiex il-pajjiż tar-residenza tal-parteċipant (transfruntier) jew fil-pajjiż tar-residenza tal-parteċipant (fil-pajjiż).

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  L-appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet ta' solidarjetà msemmija fl-Artikolu 7 u l-Artikolu 8 għandu jkun indikattivament 80 % għal proġetti ta' volontarjat u solidarjetà; u 20 % għal traineeships jew impjiegi, jew it-tnejn, b'massimu ta' 20 % għal attivitajiet fil-pajjiż.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni, inklużi sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni.

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni, inklużi sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni. Dan l-ammont għandu jsir aċċessibbli bl-istess mod għat-tliet aspetti tal-Programm u għandu jitqassam skont il-ħtiġijiet ċari tal-proġetti u l-attivitajiet rilevanti.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Żgħażagħ ta' bejn is-17 u t-30 sena li lesti li jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandhom jirreġistraw fil-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Madankollu, fil-bidu ta' volontarjat, traineeship, impjieg jew proġett ta' solidarjetà, żagħżugħ għandu jkollu tal-inqas 18-il sena u ma jkollux aktar minn 30 sena.

Żgħażagħ ta' bejn is-17 u t-30 sena li lesti li jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandhom jirreġistraw fil-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, li jrid ikun aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà. Madankollu, fil-bidu ta' volontarjat, traineeship, impjieg jew proġett ta' solidarjetà, żagħżugħ għandu jkollu tal-inqas 18-il sena.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 16

Artikolu 16

Organizzazzjonijiet parteċipanti

Organizzazzjonijiet parteċipanti

1.  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet pubbliċi jew privati, u organizzazzjonijiet internazzjonali, diment li dawn ikunu rċivew tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

1.  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet pubbliċi jew privati, u organizzazzjonijiet internazzjonali, dment li dawn ikunu rċevew tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex jaffermaw li joffru attivitajiet li jikkonformaw mal-prinċipji u l-għanijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jikkorrispondu bis-sħiħ mad-definizzjoni ta' attività ta' solidarjetà f'dan ir-Regolament. F'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, l-għotjiet m'għandux ikollhom l-għan jew l-effett li jipproduċu profitt.

2.  Applikazzjoni minn entità biex issir organizzazzjoni parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandha tiġi vvalutata mill-korp ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà abbażi tal-prinċipji ta' trattament indaqs; opportunitajiet indaqs u nondiskriminazzjoni; evitar tas-sostituzzjoni tal-impjieg; forniment ta' attivitajiet ta' kwalità għolja b'dimensjoni ta' tagħlim li tiffoka fuq l-iżvilupp personali, soċjoedukattiv u professjonali; arranġamenti ta' taħriġ, xogħol u volontarjat xierqa; ambjent u kundizzjonijiet sikuri u diċenti; u l-prinċipju li jipprojbixxi l-profitt, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju. Il-prinċipji ta' hawn fuq jaċċertaw jekk l-attivitajiet tagħha ssodisfawx ir-rekwiżiti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

2.  Applikazzjoni minn entità biex issir organizzazzjoni parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandha tiġi vvalutata mill-korp ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà abbażi tal-prinċipji ta' trattament indaqs; opportunitajiet indaqs u nondiskriminazzjoni; evitar tas-sostituzzjoni tal-impjieg; forniment ta' attivitajiet ta' kwalità għolja b'dimensjoni ta' tagħlim li tiffoka fuq l-iżvilupp personali, soċjoedukattiv u professjonali; arranġamenti ta' taħriġ, xogħol u volontarjat xierqa; ambjent u kundizzjonijiet sikuri u diċenti inklużi politiki u proċeduri biex jiżguraw is-salvagwardja tat-tfal matul l-attività; aderenza mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; impenn għat-tmiem tal-istituzzjonalizzazzjoni tat-tfal u tal-persuni b'diżabbiltà u l-prinċipju li jipprojbixxi l-profitt, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju. Il-prinċipji ta' hawn fuq jaċċertaw jekk l-attivitajiet tagħha ssodisfawx ir-rekwiżiti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. It-tikketta tal-kwalità għandha tingħata biss lill-organizzazzjonijiet li jimpenjaw ruħhom li jikkonformaw ma' dawn il-prinċipji. Il-konformità għandha tkun ikkontrollata skont l-Artikoli 26 u 27 ta' dan ir-Regolament.

3.  Bħala riżultat tal-valutazzjoni, l-entità tista' tingħata tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. It-tikketta miksuba għandha terġa' tiġi vvalutata kull ċertu żmien u tista' tiġi rrevokata.

3.  Bħala riżultat tal-valutazzjoni, l-entità tista' tingħata tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. It-tikketta miksuba għandha terġa' tiġi vvalutata kull ċertu żmien jew tista' terġa' tiġi vvalutata fuq talba mill-parteċipanti u tista' tiġi rrevokata. Kull entità li sostanzjalment tbiddel l-attivitajiet tagħha għandha tinforma lill-korp ta' implimentazzjoni kompetenti għall-valutazzjoni mill-ġdid. Il-proċess biex tingħata t-tikketta tal-kwalità għall-volontarjat għandu jkun iddifferenzjat minn dak għal impjiegi u traineeships.

4.  Kwalunkwe entità li tkun irċiviet tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandha tingħata aċċess għall-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà bir-rwol ta' ospitant, b'funzjoni ta' appoġġ, jew it-tnejn li huma, u għandha tkun tista' tagħmel offerti għall-attivitajiet ta' solidarjetà lil kandidati rreġistrati.

4.  Kwalunkwe entità li tkun irċeviet tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandha tingħata aċċess għall-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà bir-rwol ta' ospitant, b'funzjoni ta' appoġġ, jew it-tnejn li huma, u għandha tkun tista' tagħmel offerti għall-attivitajiet ta' solidarjetà lil kandidati rreġistrati.

4a.  L-organizzazzjonijiet parteċipanti li jkunu ngħataw tikketta tal-kwalità għandu jkollhom aċċess għal pjattaforma biex ifittxu faċilment applikanti sabiex il-proċess ikun aktar faċli kemm għall-parteċipanti kif ukoll għall-organizzazzjonijiet parteċipanti biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà.

4b.  L-organizzazzjonijiet parteċipanti għandhom jiffaċilitaw il-promozzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà billi joffru l-possibbiltà li dawk li qabel kienu parteċipanti jli aqsmu l-esperjenza tagħhom u jaġixxu bħala ambaxxaturi għall-ġenerazzjoni potenzjali li jmiss ta' parteċipanti mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà permezz tal-faċilitazzjoni ta' netwerk.

5.  It-tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà ma għandhiex twassal b'mod awtomatiku għal finanzjament taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

5.  It-tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà ma għandhiex twassal b'mod awtomatiku għal finanzjament taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

6.  L-attivitajiet ta' solidarjetà u l-miżuri ta' kwalità u ta' appoġġ relatati offruti minn organizzazzjoni parteċipanti jistgħu jirċievu finanzjament taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jew minn sorsi oħra ta' finanzjament li ma jiddependux fuq il-baġit tal-Unjoni.

7.  Is-sigurtà u s-sikurezza tal-voluntiera għandhom ikunu prijorità għall-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fil-kuntest ta' attivitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 11.

7.  Is-sigurtà u s-sikurezza tal-voluntiera għandhom ikunu prijorità għall-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fil-kuntest ta' attivitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 11.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 21 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 23 għandhom jiżviluppaw strateġija konsistenti fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni effettiva, kif ukoll id-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tal-attivitajiet appoġġati taħt l-azzjonijiet li jimmaniġjaw fi ħdan il-Programm, għandhom jassistu lill-Kummissjoni fil-kompitu ġenerali tagħha tad-disseminazzjoni tal-informazzjoni fir-rigward tal-Programm, inkluż l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet u l-attivitajiet ġestiti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, u r-riżultati tagħha, u għandha tinforma lill-gruppi mmirati rilevanti dwar l-azzjonijiet u l-attivitajiet imwettqa f'pajjiżhom.

3.  L-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 23 għandhom jiżviluppaw politiki fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni effettiva. Dawn il-politiki għandhom ikunu mmirati wkoll lejn iż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet inkluż f'żoni remoti kif ukoll id-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tal-attivitajiet appoġġati taħt l-azzjonijiet li jimmaniġjaw, li jinvolvu wkoll l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u s-servizzi speċjalizzati ta' informazzjoni għaż-żgħażagħ, kif xieraq.

L-attivitajiet ta' komunikazzjoni għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li dawn ikunu relatati mal-objettiv ġenerali ta' dan ir-Regolament u li jirrappreżentaw valur miżjud u viżibbiltà għall-Unjoni.

L-organizzazzjonijiet parteċipanti għandhom jużaw l-isem kummerċjali "Korp Ewropew ta' Solidarjetà" għall-finijiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni ta' informazzjoni relatata mal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a.  Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat u taħriġ regolari man-netwerk ta' aġenziji nazzjonali u għalihom biex tiżgura l-implimentazzjoni koerenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fost il-pajjiżi parteċipanti kollha. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta b'mod regolari lill-partijiet ikkonċernati ewlenin, inkluż l-organizzazzjonijiet parteċipanti, dwar l-implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Anness – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Indikaturi għal monitoraġġ u rapportar:

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandu jiġi mmonitorjat mill-qrib sabiex ikejjel sa fejn intlaħqu l-għan ġenerali u l-għanijiet speċifiċi, kif ukoll jimmonitorja l-outputs, ir-riżultati u l-impatti tiegħu. Għal dak il-għan, ġie stabbilit qafas minimu ta' indikaturi, biex iservi bħala bażi għal programm dettaljat fil-ġejjieni għal monitoraġġ tal-outputs, ir-riżultati u l-impatti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, inkluż sett estiż ta' indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi:

Emenda    45

Proposta għal regolament

Anness

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness

Anness

Indikaturi għal monitoraġġ u rapportar:

Indikaturi tal-outputs

(a)  numru ta' parteċipanti f'attivitajiet ta' solidarjetà;

(a)   numru ta' parteċipanti fil-volontarjat (fil-pajjiż u transfruntiera) imqassma skont il-pajjiż, l-età, is-sess, l-isfond professjonali u l-kisba edukattiva;

(b)  persentaġġ ta' parteċipanti bi sfond ta' inqas opportunitajiet; u

(b)   numru ta' parteċipanti fit-traineeships (fil-pajjiż u transfruntiera) imqassma skont il-pajjiż, l-età, is-sess, l-isfond professjonali u l-kisba edukattiva;

(c)  numru ta' organizzazzjonijiet li għandhom Tikketta tal-Kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(c)   numru ta' parteċipanti fl-impjiegi (fil-pajjiż u transfruntiera) imqassma skont il-pajjiż, l-età, is-sess, l-isfond professjonali u l-kisba edukattiva;

(ca)   numru ta' parteċipanti fi proġetti ta' solidarjetà mqassma skont il-pajjiż, l-età, is-sess, l-isfond professjonali u l-kisba edukattiva;

(cb)   numru ta' organizzazzjonijiet li għandhom tikketta tal-kwalità mqassma skont il-pajjiż u l-finanzjament li rċevew;

(cc)   numru ta' żgħażagħ parteċipanti b'inqas opportunitajiet. Indikaturi tar-riżultat (Indikaturi komposti);

(cd)   numru ta' parteċipanti li jirrapportaw eżiti tat-tagħlim pożittivi;

(ce)   perċentwal ta' parteċipanti li l-eżiti tat-tagħlim tagħhom ġew rikonoxxuti permezz ta' ċertifikat bħal Youthpass, jew tip ieħor ta' rikonoxximent formali tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

(cf)   rata ta' sodisfazzjon ġenerali tal-parteċipanti fir-rigward tal-kwalità tal-attivitajiet;

(cg)   numru ta' persuni appoġġati direttament jew indirettament permezz ta' attivitajiet ta' solidarjetà.

Barra minn hekk, kif xieraq, għandha tiġi żgurata l-koerenza ma' indikaturi ewlenin għaż-Żgħażagħ kif imsemmi fl-Anness [XX Regolament ġdid tal-Erasmus+].

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

Referenzi

COM(2018)0440 – C8-0264/2018 – 2018/0230(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

2.7.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

2.7.2018

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

5.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Deirdre Clune

29.6.2018

Eżami fil-kumitat

24.9.2018

19.11.2018

Data tal-adozzjoni

3.12.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Brando Benifei, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Michael Detjen, Geoffroy Didier, Lampros Fountoulis, Marian Harkin, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Dennis Radtke, Terry Reintke, Robert Rochefort, Claude Rolin, Siôn Simon, Ulrike Trebesius

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Heinz K. Becker, Deirdre Clune, Tania González Peñas, Alex Mayer, Jasenko Selimovic, Helga Stevens, Monika Vana

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Paolo De Castro

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

34

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Marian Harkin, Robert Rochefort, Jasenko Selimovic

ECR

Helga Stevens, Ulrike Trebesius

PPE

Georges Bach, Heinz K. Becker, David Casa, Deirdre Clune, Geoffroy Didier, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Dennis Radtke, Claude Rolin

S&D

Guillaume Balas, Brando Benifei, Caterina Chinnici, Paolo De Castro, Michael Detjen, Agnes Jongerius, Jan Keller, Alex Mayer, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Siôn Simon

VERTS/ALE

Jean Lambert, Terry Reintke, Monika Vana

3

-

GUE/NGL

Tania González Peñas, Rina Ronja Kari, Patrick Le Hyaric

2

0

EFDD

Laura Agea

NI

Lampros Fountoulis

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

21.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jħassar [ir-Regolament dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà] u r-Regolament (UE) Nru 375/2014

(COM(2018)0440 – C8-0264/2018 – 2018/0230(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Ivana Maletić

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà huwa l-inizjattiva l-ġdida tal-UE li tippromwovi s-solidarjetà bħala valur bażiku tal-UE fost iċ-ċittadini tagħha u fost l-Istati Membri tagħha, u toħloq opportunitajiet biex iż-żgħażagħ jagħmlu volontarjat jew jaħdmu fi proġetti f'pajjiżhom stess jew barra minn pajjiżhom li jkunu ta' benefiċċju għall-komunitajiet u għan-nies madwar l-Ewropa.

L-attivitajiet ta' solidarjetà offruti liż-żgħażagħ għandhom ikunu ta' kwalità għolja, fis-sens li għandhom iwieġbu għall-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà, jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-komunitajiet, joffru liż-żgħażagħ l-opportunità li jiksbu għarfien, ħiliet u kompetenzi siewja, ikunu finanzjarjament aċċessibbli għaż-żgħażagħ, u jiġu implimentati f'kundizzjonijiet sikuri u sani. Ir-Rapporteur tenfasizza b'mod speċjali li l-attivitajiet ta' solidarjetà offruti liż-żgħażagħ għandhom ikunu mmirati lejn dawk li huma barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET).

L-attivitajiet ta' volontarjat (kemm fi ħdan l-Unjoni, kif ukoll lil hinn minnha) jikkostitwixxu esperjenza rikka f'kuntest ta' tagħlim mhux formali u informali li ssaħħaħ l-iżvilupp personali, soċjoedukattiv u professjonali taż-żgħażagħ, kif ukoll iċ-ċittadinanza attiva u l-impjegabbiltà tagħhom. Ir-Rapporteur enfasizzat li l-parteċipanti fl-attivitajiet ta' volontarjat għandhom jiġu kkumpensati bis-sħiħ għall-ispejjeż tagħhom relatati mal-attività ta' volontarjat, bħalma huma l-akkomodazzjoni, it-trasport lokali, il-flus għall-ispejjeż żgħar, l-ikliet, it-trasport mill-post ta' residenza tagħhom sal-post tal-volontarjat u lura.

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà joffri liż-żgħażagħ l-opportunità li jfasslu u jimplimentaw il-proġetti tagħhom stess immirati biex jindirizzaw sfidi speċifiċi għall-benefiċċju tal-komunitajiet lokali u reġjonali tagħhom. Dawn il-proġetti jservu ta' trampolin għal involviment ulterjuri f'attivitajiet ta' solidarjetà u huma opportunità biex jiġu ppruvati ideat u biex iż-żgħażagħ jingħataw appoġġ biex huma stess ikunu dawk li jixprunaw l-azzjonijiet ta' solidarjetà. Barra minn hekk, il-proġetti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà huma l-ewwel pass biex il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jiġu inkoraġġiti jinvolvu ruħhom f'impjieg indipendenti jew fit-twaqqif ta' assoċjazzjonijiet, ta' organizzazzjonijiet nongovernattivi, ta' intrapriżi soċjali jew ta' korpi oħra attivi fis-settur tas-solidarjetà, f'dak ta' mingħajr skop ta' qligħ u f'dak taż-żgħażagħ.

Kwalunkwe entità li tixtieq tieħu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandha tirċievi tikketta tal-kwalità bħala prekundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni. Ir-Rapporteur tenfasizza li t-tikketta tal-kwalità attribwita għandha terġa' tiġi vvalutata mill-inqas kull sentejn u tista' tiġi revokata jekk, fil-kuntest tal-verifiki li jridu jitwettqu, jinstab li l-kundizzjonijiet li wasslu għall-attribuzzjoni tagħha ma baqgħux issodisfati.

Jenħtieġ li jiġu żgurati sensibilizzazzjoni, reklamar u disseminazzjoni xierqa tal-opportunitajiet u tar-riżultati tal-azzjonijiet appoġġati mill-Programm, fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali. B'dak il-mod, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-intrapriżi soċjali li tinkoraġġihom jappoġġaw l-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Sabiex jintlaħqu aħjar l-objettivi tal-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, preferibilment il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-aġenziji nazzjonali għandhom jaħdmu mill-qrib flimkien fi sħubija ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi, intrapriżi soċjali, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u partijiet ikkonċernati lokali li għandhom għarfien espert fl-azzjonijiet ta' solidarjetà.

Din il-proposta tintroduċi għadd ta' simplifikazzjonijiet għall-individwi, għall-organizzazzjonijiet u fil-livell istituzzjonali. Ir-Rapporteur tipproponi aktar simplifikazzjonijiet tal-proċedura finanzjarja eżistenti, billi tagħti preferenza lill-għażla ssimplifikata fir-rigward tal-kosti, sabiex jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti għall-benefiċjarji. Ir-Rapporteur taqbel mal-proposta għall-istabbiliment tal-istandards ta' kontroll intern għall-aġenzija nazzjonali kkonċernata u r-regoli għall-ġestjoni, min-naħa tal-aġenziji nazzjonali, tal-fondi tal-Unjoni għall-appoġġ b'għotja, iżda filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tas-simplifikazzjoni u mingħajr ma jiġi impost piż addizzjonali fuq il-parteċipanti u fuq l-organizzazzjonijiet parteċipanti.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Unjoni Ewropea hi mibnija fuq is-solidarjetà, fost iċ-ċittadini tagħha u fost l-Istati Membri tagħha. Dan il-valur komuni jiggwida l-azzjonijiet tagħha u jipprovdi l-unità neċessarja biex jiġu indirizzati sfidi attwali u fil-ġejjieni għas-soċjetà, li ż-żgħażagħ Ewropej huma lesti li jgħinu jindirizzaw billi jesprimu s-solidarjetà tagħhom fil-prattika.

(1)  L-Unjoni Ewropea hija msejsa fuq valuri komuni u s-solidarjetà fost iċ-ċittadini tagħha u l-Istati Membri tagħha u bejn il-ġenerazzjonijiet. Dawn il-valuri komuni jiggwidaw l-azzjonijiet tagħha u jipprovdu l-unità neċessarja biex jiġu indirizzati l-isfidi attwali u tal-ġejjieni tas-soċjetà fil-livell Ewropew u dak internazzjonali, li ż-żgħażagħ Ewropej huma lesti li jgħinu jindirizzaw billi jesprimu s-solidarjetà tagħhom fil-prattika.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fil-Komunikazzjoni tagħha “Korp Ewropew ta' Solidarjetà” tas-7 ta' Diċembru 201618, il-Kummissjoni saħqet fuq il-bżonn li jissaħħu l-pedamenti għal ħidma ta' solidarjetà madwar l-Ewropa, biex iż-żgħażagħ jiġu pprovduti b'iktar opportunitajiet u ta' kwalità aħjar għall-attivitajiet ta' solidarjetà li jkopru firxa wiesgħa ta' oqsma, u biex jingħata appoġġ lill-atturi nazzjonali u lokali, fl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw sfidi u kriżijiet differenti. Il-Komunikazzjoni nediet l-ewwel fażi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà li fiha ġew immobilizzati programmi differenti tal-Unjoni biex joffru opportunitajiet ta' volontarjat, ta' traineeship jew ta' impjiegi liż-żgħażagħ madwar l-UE.

(3)  Fil-Komunikazzjoni tagħha "Korp Ewropew ta' Solidarjetà" tas-7 ta' Diċembru 201618, il-Kummissjoni saħqet fuq il-bżonn li jissaħħu l-pedamenti għal ħidma ta' solidarjetà madwar l-Ewropa, biex iż-żgħażagħ jiġu pprovduti b'iktar opportunitajiet u ta' kwalità aħjar għall-attivitajiet ta' solidarjetà li jkopru firxa wiesgħa ta' oqsma, u biex jingħata appoġġ lill-atturi nazzjonali, reġjonali u lokali, fl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw sfidi u kriżijiet differenti. Il-Komunikazzjoni nediet l-ewwel fażi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà li fiha ġew immobilizzati programmi differenti tal-Unjoni biex joffru opportunitajiet ta' volontarjat, ta' traineeship jew ta' impjiegi liż-żgħażagħ madwar l-UE.

___________________

__________________

18 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Korp Ewropew ta' Solidarjetà (COM(2016) 0942 final).

18 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Korp Ewropew ta' Solidarjetà (COM(2016) 0942 final).

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Iż-żgħażagħ jenħtieġ li jiġu pprovduti b'opportunitajiet li jkunu faċilment aċċessibbli biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà, li jistgħu jippermettulhom jesprimu l-impenn tagħhom għall-benefiċċju tal-komunitajiet filwaqt li jiksbu esperjenza, ħiliet u kompetenzi siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom, u b'hekk itejbu l-impjegabbiltà tagħhom. Dawk l-attivitajiet jenħtieġ li jappoġġaw ukoll il-mobilità tal-voluntiera, tat-trainees u tal-ħaddiema żgħażagħ.

(5)  Iż-żgħażagħ jenħtieġ li jiġu pprovduti b'opportunitajiet li jkunu faċilment aċċessibbli u inklużivi biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà, li se jippermettulhom jesprimu l-impenn tagħhom għall-benefiċċju tal-komunitajiet, inklużi l-komunitajiet lokali, filwaqt li jiksbu esperjenza, għarfien, ħiliet u kompetenzi siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom, u b'hekk itejbu l-impjegabbiltà tagħhom fil-livell nazzjonali, reġjonali, Ewropew u fejn xieraq fil-livell transfruntier jew internazzjonali. Dawk l-attivitajiet jenħtieġ li jappoġġaw ukoll il-mobilità tal-voluntiera, tat-trainees u tal-ħaddiema żgħażagħ.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-attivitajiet ta' solidarjetà offruti liż-żgħażagħ jenħtieġ li jkunu ta' kwalità għolja, fis-sens li dawn għandhom iwieġbu għall-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà, jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-komunitajiet, joffru liż-żgħażagħ l-opportunità li jiksbu għarfien u kompetenzi siewja, ikunu finanzjarjament aċċessibbli għaż-żgħażagħ, u jiġu implimentati f'kundizzjonijiet sikuri u tajbin.

(6)  L-attivitajiet ta' solidarjetà offruti liż-żgħażagħ jenħtieġ li jkunu ta' kwalità għolja u jimmiraw b'mod speċjali għal dawk li huma barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET), fis-sens li jenħtieġ li jwieġbu għall-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà, jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-komunitajiet lokali u l-koeżjoni soċjali, joffru liż-żgħażagħ l-opportunità li jiksbu għarfien, ħiliet u kompetenzi siewja, ikunu finanzjarjament aċċessibbli għaż-żgħażagħ, u jiġu implimentati f'kundizzjonijiet sikuri, inklużivi u tajbin.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jipprovdi punt ta' dħul uniku għall-attivitajiet ta' solidarjetà fi ħdan l-Unjoni u lil hinn. Il-konsistenza u l-komplimentarjetà jenħtieġ li jiġu żgurati flimkien ma' politiki u ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà huwa mibni fuq il-vantaġġi u fuq is-sinerġiji tal-programmi predeċessuri u dawk eżistenti, b'mod partikolari s-Servizz Volontarju Ewropew19 u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE20. Dan jikkomplimenta wkoll l-isforzi magħmula mill-Istati Membri biex jappoġġaw liż-żgħażagħ u biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol skont il-Garanzija għaż-Żgħażagħ billi jipprovdulhom opportunitajiet addizzjonali biex jidħlu fis-suq tax-xogħol fl-għamla ta' traineeships jew ta' impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà fi ħdan l-Istat Membru rispettiv tagħhom jew bejn il-fruntieri. Hija żgurata wkoll il-komplimentarjetà ma' netwerks eżistenti fil-livell tal-Unjoni li huma pertinenti għall-attivitajiet skont il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bħan-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, l-EURES u n-netwerk Eurodesk. Barra minn hekk, il-komplimentarjetà bejn skemi relatati eżistenti, b'mod partikolari skemi ta' solidarjetà nazzjonali u skemi ta' mobilità għaż-żgħażagħ, u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li tiġi żgurata permezz ta' elaborazzjoni fuq il-prattiki tajba fejn xieraq.

(7)  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jipprovdi punt ta' dħul uniku għall-attivitajiet ta' solidarjetà fi ħdan l-Unjoni u lil hinn. Il-konsistenza u l-komplimentarjetà jenħtieġ li jiġu żgurati flimkien ma' politiki u ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà huwa mibni fuq il-vantaġġi u fuq is-sinerġiji tal-programmi predeċessuri u dawk eżistenti, b'mod partikolari s-Servizz Volontarju Ewropew19 u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE20. Dan jikkomplimenta wkoll l-isforzi magħmula mill-Istati Membri, ir-reġjuni u l-ibliet biex jappoġġaw liż-żgħażagħ u biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol skont il-Garanzija għaż-Żgħażagħ billi jipprovdulhom opportunitajiet addizzjonali biex jidħlu fis-suq tax-xogħol fl-għamla ta' traineeships jew ta' impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà fi ħdan l-Istat Membru rispettiv tagħhom jew bejn il-fruntieri. Hija żgurata wkoll il-komplimentarjetà ma' netwerks eżistenti fil-livell tal-Unjoni li huma pertinenti għall-attivitajiet skont il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bħan-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, l-EURES u n-netwerk Eurodesk. Barra minn hekk, il-komplimentarjetà bejn skemi relatati eżistenti, b'mod partikolari skemi ta' solidarjetà nazzjonali u skemi ta' mobilità għaż-żgħażagħ, u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li tiġi żgurata permezz ta' elaborazzjoni fuq il-prattiki tajba fejn xieraq.

_________________

_________________

19 Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi 'Erasmus+': il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU UE L 347, 20.12.2013, p. 50).

19 Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi "Erasmus+": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p.50-73).

20 Ir-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja ( “l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE” ) (ĠU L 122, 24.4.2014, p.1-17).

20 Ir-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja ( “l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE” ) (ĠU L 122, 24.4.2014, p.1-17).

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jagħti opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ biex iwettqu attivitajiet ta' volontarjat, traineeship jew impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà, kif ukoll biex ifasslu u jiżviluppaw proġetti ta' solidarjetà abbażi tal-inizjattiva tagħhom stess. Dawn l-opportunitajiet jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappoġġa wkoll attivitajiet ta' netwerk għall-parteċipanti u għall-organizzazzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kif ukoll lill-miżuri li jiżguraw il-kwalità tal-attivitajiet appoġġati u li jsaħħu l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tagħhom. Għalhekk, dan se jikkontribwixxi wkoll għall-kooperazzjoni Ewropea rilevanti għaż-żgħażagħ u s-sensibilizzazzjoni dwar l-impatt pożittiv tiegħu.

(9)  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jagħti opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ biex iwettqu attivitajiet ta' volontarjat, traineeship jew impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà, kif ukoll biex ifasslu u jiżviluppaw programmi u proġetti ta' solidarjetà abbażi tal-inizjattiva tagħhom stess. Dawn l-opportunitajiet jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappoġġa wkoll attivitajiet ta' netwerk għall-parteċipanti u għall-organizzazzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kif ukoll lill-miżuri li jiżguraw il-kwalità tal-attivitajiet appoġġati u li jsaħħu l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tagħhom. Għalhekk, dan se jikkontribwixxi wkoll għall-kooperazzjoni Ewropea rilevanti għaż-żgħażagħ u s-sensibilizzazzjoni dwar l-impatt pożittiv tiegħu.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Dawn l-attivitajiet jenħtieġ li jkunu għall-benefiċċju tal-komunitajiet filwaqt li jrawmu wkoll l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tal-individwu, li jista' jieħu l-għamla ta' volontarjat, traineeships u impjiegi, proġetti jew attivitajiet ta' netwerking, żviluppati b'rabta ma' oqsma differenti, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjiegi, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-intraprenditorija – b'mod partikolari l-intraprenditorija soċjali –, iċ-ċittadinanza u l-parteċipazzjoni demokratika, il-protezzjoni tal-ambjent u tan-natura, l-azzjoni klimatika, il-prevenzjoni ta' diżastri, it-tħejjija għalihom u l-irkupru minnhom, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, il-forniment ta' oġġetti tal-ikel u mhux tal-ikel, is-saħħa u l-benessri, il-kreattività u l-kultura, l-edukazzjoni fiżika u l-isport, l-assistenza soċjali u s-servizzi soċjali, l-akkoljenza u l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, il-kooperazzjoni u l-koeżjoni territorjali, u l-kooperazzjoni bejn il-fruntieri. Dawn l-attivitajiet ta' solidarjetà jenħtieġ li jinkludu dimensjoni soda ta' tagħlim u ta' taħriġ permezz ta' attivitajiet rilevanti li jistgħu jiġu offruti lill-parteċipanti qabel, matul u wara l-attività ta' solidarjetà.

(10)  Dawn l-attivitajiet jenħtieġ li jkunu għall-benefiċċju tal-komunitajiet u appoġġati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, filwaqt li jrawmu wkoll l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tal-individwu, li jista' jieħu l-għamla ta' volontarjat, traineeships u impjiegi, proġetti jew attivitajiet ta' netwerking, IT u teknoloġiji ġoddda żviluppati b'rabta ma' oqsma differenti, bħall-edukazzjoni formali u mhux formali u t-tagħlim informali, id-dialogu interkulturali, l-inklużjoni soċjali, u t-taħriġ, l-impjiegi, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-intraprenditorija – b'mod partikolari l-intraprenditorija soċjali –, iċ-ċittadinanza u l-parteċipazzjoni demokratika, il-protezzjoni tal-ambjent u tan-natura, l-azzjoni klimatika, il-prevenzjoni ta' diżastri, it-tħejjija għalihom u l-irkupru minnhom, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, il-forniment ta' oġġetti tal-ikel u mhux tal-ikel, is-saħħa u l-benessri, il-kreattività u l-kultura, l-edukazzjoni fiżika u l-isport, l-assistenza soċjali u s-servizzi soċjali, l-akkoljenza u l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, il-kooperazzjoni u l-koeżjoni territorjali, u l-kooperazzjoni bejn il-fruntieri. Dawn l-attivitajiet ta' solidarjetà jenħtieġ li jinkludu dimensjoni soda ta' edukazzjoni u ta' tagħlim u ta' taħriġ permezz ta' attivitajiet rilevanti li jistgħu jiġu offruti lill-parteċipanti qabel, matul u wara l-attività ta' solidarjetà.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-attivitajiet ta' volontarjat (kemm fi ħdan l-Unjoni, kif ukoll lil hinn minnha) jikkostitwixxu esperjenza rikka f'kuntest ta' tagħlim mhux formali u informali li ssaħħaħ l-iżvilupp personali, soċjoedukattiv u professjonali taż-żgħażagħ, kif ukoll iċ-ċittadinanza attiva u l-impjegabbiltà tagħhom. L-attivitajiet ta' volontarjat jenħtieġ li ma jkollhomx effett avvers fuq impjieg bi ħlas potenzjali jew eżistenti, u lanqas ma jenħtieġ li jitqiesu bħala sostitut għal dan. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikooperaw fir-rigward tal-politiki ta' volontarjat fil-qasam taż-żgħażagħ permezz ta' metodu miftuħ ta' kooperazzjoni.

(11)  L-attivitajiet ta' volontarjat (kemm fi ħdan l-Unjoni, kif ukoll lil hinn minnha) jikkostitwixxu esperjenza rikka f'kuntest ta' tagħlim mhux formali u informali li ssaħħaħ l-iżvilupp personali, soċjoedukattiv u professjonali taż-żgħażagħ, kif ukoll iċ-ċittadinanza attiva, l-iskambji ta' prattiki tajba, u l-prospettivi tal-impjegabbiltà fis-suq tax-xogħol. L-attivitajiet ta' volontarjat jenħtieġ li ma jkollhomx effett avvers fuq impjieg bi ħlas potenzjali jew eżistenti, u lanqas ma jenħtieġ li jitqiesu bħala sostitut għal dan. Il-parteċipanti fl-attivitajiet ta' volontarjat jenħtieġ li jiġu kkumpensati b'mod adegwat għall-ispejjeż tagħhom relatati mal-attività ta' volontarjat, inklużi l-akkomodazzjoni, it-trasport lokali, il-flus għall-ispejjeż żgħar, l-ikliet, it-trasport mill-post ta' residenza tagħhom lejn il-post tal-attività ta' volontarjat u lura. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkooperaw fir-rigward tal-politiki ta' volontarjat fil-qasam taż-żgħażagħ permezz ta' metodu miftuħ ta' kooperazzjoni.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-ispirtu ta' inizjattiva taż-żgħażagħ hu assi importanti għas-soċjetà u għas-suq tax-xogħol. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jikkontribwixxi għat-trawwim ta' dan l-aspett billi joffri l-opportunità liż-żgħażagħ li jfasslu u jimplimentaw il-proġetti tagħhom stess immirati biex jindirizzaw sfidi speċifiċi għall-benefiċċju tal-komunitajiet lokali. Dawn il-proġetti huma opportunità biex jiġu ppruvati ideat u biex iż-żgħażagħ jiġu appoġġati li jkunu huma stess dawk li jixprunaw l-attivitajiet ta' solidarjetà. Dawn iservu wkoll bħala punt tat-tluq għall-involviment ulterjuri f'attivitajiet ta' solidarjetà u huma l-ewwel pass biex il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jitħeġġu sabiex jinvolvu rwieħhom f'impjieg indipendenti jew fit-twaqqif ta' assoċjazzjonijiet, ta' organizzazzjonijiet nongovernattivi jew ta' korpi oħra attivi fis-setturi tas-solidarjetà, ta' mingħajr skop ta' qligħ u taż-żgħażagħ.

(13)  L-ispirtu ta' inizjattiva taż-żgħażagħ hu assi importanti għas-soċjetà u għas-suq tax-xogħol. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jikkontribwixxi għat-trawwim ta' dan l-aspett billi joffri l-opportunità liż-żgħażagħ li jfasslu u jimplimentaw il-proġetti tagħhom stess immirati biex jindirizzaw sfidi speċifiċi għall-benefiċċju tal-komunitajiet lokali u reġjonali tagħhom filwaqt li jittieħed kont tal-fatturi lokali, reġjonali u transfruntiera speċifiċi fejn ikun meħtieġ. Dawn il-proġetti huma opportunità biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi għal sfidi ewlenin u biex iż-żgħażagħ jiġu appoġġati biex ikunu huma stess dawk li jixprunaw l-attivitajiet ta' solidarjetà. Dawn iservu wkoll bħala punt tat-tluq għall-involviment ulterjuri f'attivitajiet ta' solidarjetà u huma l-ewwel pass biex il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jitħeġġu sabiex jinvolvu rwieħhom f'impjieg indipendenti jew fit-twaqqif ta' assoċjazzjonijiet, ta' organizzazzjonijiet nongovernattivi, ta' intrapriżi soċjali jew ta' korpi oħra attivi fis-setturi tas-solidarjetà, ta' mingħajr skop ta' qligħ u taż-żgħażagħ.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-iżgurar tal-kwalità tal-attivitajiet u opportunitajiet oħra offruti taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, b'mod partikolari billi jiġu offruti taħriġ, appoġġ lingwistiku, assigurazzjoni, appoġġ amministrattiv u appoġġ wara l-attività lill-parteċipanti, kif ukoll il-validazzjoni tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-kompetenzi miksuba permezz tal-esperjenza tagħhom fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Is-sikurezza u s-sigurtà tal-voluntiera jibqgħu ta' importanza kruċjali u l-voluntiera ma għandhomx jintbagħtu f'operazzjonijiet li jitwettqu f'żoni ta' kunflitti armati internazzjonali u mhux internazzjonali.

(15)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-iżgurar tal-kwalità tal-attivitajiet u opportunitajiet oħra offruti taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, b'mod partikolari billi jiġu offruti taħriġ, appoġġ lingwistiku, aċċess għal servizz ta' appoġġ personali, assigurazzjoni, appoġġ amministrattiv u appoġġ qabel u wara l-attività lill-parteċipanti, kif ukoll il-validazzjoni tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-kompetenzi miksuba permezz tal-esperjenza tagħhom fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Is-sikurezza u s-sigurtà tal-voluntiera jibqgħu ta' importanza kruċjali u l-voluntiera ma għandhomx jintbagħtu f'operazzjonijiet li jitwettqu f'żoni ta' kunflitti armati internazzjonali u mhux internazzjonali.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  It-tikketta tal-kwalità jenħtieġ li tiżgura l-konformità tal-organizzazzjonijiet parteċipanti mal-prinċipji u mar-rekwiżiti tal-Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, fir-rigward tad-drittijiet u tar-responsabbiltajiet tagħhom matul l-istadji kollha tal-esperjenza ta' solidarjetà. Il-kisba ta' tikketta tal-kwalità hija prekundizzjoni għall-parteċipazzjoni iżda jenħtieġ li ma twassalx b'mod awtomatiku għal finanzjament mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(17)  It-tikketta tal-kwalità jenħtieġ li tiżgura l-konformità effikaċi u kontinwa tal-organizzazzjonijiet parteċipanti mal-prinċipji u mar-rekwiżiti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, fir-rigward tad-drittijiet u tar-responsabbiltajiet tagħhom matul l-istadji kollha tal-esperjenza ta' solidarjetà., inklużi l-fażijiet ta' tħejjija u ta' segwitu. Il-kisba ta' tikketta tal-kwalità hija prekundizzjoni għall-parteċipazzjoni iżda jenħtieġ li ma twassalx b'mod awtomatiku għal finanzjament mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Kwalunkwe entità li tixtieq tieħu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jenħtieġ li tirċievi tikketta tal-kwalità, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet xierqa. Il-proċess li jwassal għall-attribuzzjoni ta' tikketta tal-kwalità jenħtieġ li jitwettaq fuq bażi kontinwa mill-korpi ta' implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. It-tikketta tal-kwalità attribwita jenħtieġ li terġa' tiġi vvalutata b'mod perjodiku u tista' tiġi revokata jekk, fil-kuntest tal-verifiki li jridu jsiru, il-kundizzjonijiet li wasslu għall-attribuzzjoni tagħha jinstab li ma jibqgħux issodisfati.

(18)  Kwalunkwe entità li tixtieq tieħu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jenħtieġ li tirċievi tikketta tal-kwalità, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet xierqa. Il-proċess li jwassal għall-attribuzzjoni ta' tikketta tal-kwalità jenħtieġ li jitwettaq fuq bażi kontinwa mill-korpi ta' implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. It-tikketta tal-kwalità attribwita jenħtieġ li terġa' tiġi vvalutata tal-inqas kull erba' snin u tista' tiġi revokata jekk, fil-kuntest tal-verifiki li jridu jsiru, jiġi kkonstatat li l-kundizzjonijiet li wasslu għall-attribuzzjoni tagħha ma għadhomx issodisfati.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Jenħtieġ li jiġi ffaċilitat it-tkabbir tal-proġetti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ miżuri speċifiċi li jgħini lill-promoturi tal-proġetti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex japplikaw għal għotjiet jew jiżviluppaw sinerġiji permezz ta' appoġġ għal Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-programmi marbuta mal-migrazzjoni, is-sigurtà, il-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, is-saħħa u l-kultura.

(21)  Jenħtieġ li jiġi ffaċilitat it-tkabbir tal-proġetti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Fl-istess ħin, għandha tiġi pprovduta informazzjoni preċiża u kontinwament aġġornata dwar dawn l-opportunitajiet għal benefiċjarji potenzjali. Jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ miżuri speċifiċi li jgħini lill-promoturi tal-proġetti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex japplikaw għal għotjiet jew jiżviluppaw sinerġiji permezz ta' appoġġ għal Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-programmi marbuta mal-migrazzjoni, is-sigurtà, il-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, is-saħħa u l-kultura.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jenħtieġ li jibqa' jiġi żviluppat b'mod kontinwu biex jiġi żgurat aċċess faċli għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u jiġi pprovdut one-stop shop kemm għall-individwi, kif ukoll għall-organizzazzjonijiet interessati fir-rigward tar-reġistrazzjoni, tal-identifikazzjoni u tat-tlaqqigħ tal-profili u tal-opportunitajiet, tan-netwerking u tal-iskambji virtwali, tat-taħriġ online, tal-appoġġ lingwistiku u tal-appoġġ wara l-attività, kif ukoll ta' funzjonalitajiet siewja oħra, fost l-oħrajn, li jistgħu jqumu fil-futur.

(23)  Il-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jenħtieġ li jibqa' jiġi żviluppat b'mod kontinwu biex jiġi żgurat aċċess faċli u faċli għall-utent għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u jiġi pprovdut one-stop shop kemm għall-individwi, kif ukoll għall-organizzazzjonijiet interessati fir-rigward tar-reġistrazzjoni, tal-identifikazzjoni u tat-tlaqqigħ tal-profili u tal-opportunitajiet, tan-netwerking u tal-iskambji virtwali, tat-taħriġ online, tal-appoġġ lingwistiku u tal-appoġġ wara l-attività, kif ukoll ta' funzjonalitajiet siewja oħra, fost l-oħrajn, li jistgħu jqumu fil-futur.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li l-attivitajiet appoġġati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jkunu aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha, b'mod partikolari dawk l-aktar żvantaġġati. Jenħtieġ li jittieħdu miżuri speċjali biex jiġu promossi l-inklużjoni soċjali, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ żvantaġġati, kif ukoll biex jiġu meqjusa r-restrizzjonijiet imposti mid-distanza remota ta' għadd ta' żoni rurali u tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u tal-Pajjiżi u tat-Territorji extra-Ewropej. B'mod simili, il-pajjiżi parteċipanti jeħtieġ li jieħdu impenn li jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li jsolvu, fejn possibbli, u mingħajr preġudizzju għall-acquis ta' Schengen u għad-dritt tal-Unjoni dwar id-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, ta' kwistjonijiet amministrattivi li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta' viżi u ta' permessi ta' residenza, kif ukoll il-ħruġ tal-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea fil-każ ta' attivitajiet transfruntiera fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

(28)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li l-attivitajiet appoġġati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jkunu aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha, b'mod partikolari dawk l-aktar żvantaġġati. Jenħtieġ li jittieħdu miżuri speċjali biex jiġu promossi l-inklużjoni soċjali, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ żvantaġġati, kif ukoll biex jiġu meqjusa r-restrizzjonijiet imposti mid-distanza remota ta' għadd ta' żoni rurali u tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u tal-Pajjiżi u tat-Territorji extra-Ewropej. Għaldaqstant, il-monitoraġġ tal-programm jenħtieġ li jirrapporta dwar sa liema punt il-parteċipazzjoni tissodisfa l-aspirazzjoni li tiġi riflessa l-eteroġeneità tas-soċjetà f'termini ta' gruppi minoritarji, diżabbiltà/abbiltà, żvantaġġ soċjali/finanzjarju u loriġini reġjonali tal-parteċipanti. B'mod simili, il-pajjiżi parteċipanti jeħtieġ li jieħdu impenn li jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li jsolvu, fejn possibbli, u mingħajr preġudizzju għall-acquis ta' Schengen u għad-dritt tal-Unjoni dwar id-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, ta' kwistjonijiet amministrattivi li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta' viżi u ta' permessi ta' residenza, kif ukoll il-ħruġ tal-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea fil-każ ta' attivitajiet transfruntiera fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Sensibilizzazzjoni, pubbliċità u disseminazzjoni xierqa tal-opportunitajiet u tar-riżultati tal-azzjonijiet appoġġati mill-Programmm, jenħtieġ li jiġu żgurati fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-intrapriżi soċjali billi jitħeġġu biex jappoġġaw l-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. L-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, ta' pubbliċità u ta' disseminazzjoni jenħtieġ li jibbażaw fuq il-korpi ta' implimentazzjoni kollha tal-Programm, inkluż, meta rilevanti, bl-appoġġ ta' partijiet ikkonċernati ewlenin oħra.

(38)  Sensibilizzazzjoni, pubbliċità u disseminazzjoni xierqa tal-opportunitajiet u tar-riżultati tal-azzjonijiet appoġġati mill-Programmm, jenħtieġ li jiġu żgurati fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-intrapriżi soċjali billi jitħeġġu biex jappoġġaw l-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. L-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, ta' pubbliċità u ta' disseminazzjoni jenħtieġ li jibbażaw fuq il-korpi ta' implimentazzjoni kollha tal-Programm, inkluż, meta rilevanti, bl-appoġġ ta' partijiet ikkonċernati ewlenin oħra.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Sabiex jintlaħqu aħjar l-għanijiet tal-Programm, jenħtieġ li preferibilment l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-aġenziji nazzjonali jaħdmu flimkien mill-qrib fi sħubija ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u partijiet ikkonċernati lokali li għandhom għarfien espert fl-azzjonijiet ta' solidarjetà.

(39)  Sabiex jintlaħqu aħjar l-għanijiet tal-Programm, jenħtieġ li l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-aġenziji nazzjonali preferibbilment jaħdmu flimkien mill-qrib fi sħubija ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi, intrapriżi soċjali, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u partijiet ikkonċernati lokali li għandhom għarfien espert fl-azzjonijiet ta' solidarjetà, inklużi aġenziji ta' infrastruttura u ta' appoġġ għall-volontarjat bħal ċentri ta' volontarjat.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Programm jagħmel użu massimu mill-arranġamenti ta' ġestjoni eżistenti li diġà huma fis-seħħ. Għaldaqstant, l-implimentazzjoni tal-Programm hija fdata f'idejn l-istrutturi eżistenti, jiġifieri l-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali maħturin biex jimmaniġġjaw l-azzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III tar-[Regolament il-Ġdid dwar Erasmus]. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta regolarment mal-partijiet ikkonċernati ewlenin, inkluż l-organizzazzjonijiet parteċipanti, dwar l-implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(41)  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Programm jagħmel użu massimu mill-arranġamenti ta' ġestjoni eżistenti li diġà huma fis-seħħ. Għaldaqstant, l-implimentazzjoni tal-Programm hija fdata f'idejn l-istrutturi eżistenti, jiġifieri l-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali maħturin biex jimmaniġġjaw l-azzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III tar-[Regolament il-Ġdid dwar Erasmus]. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta regolarment mal-partijiet ikkonċernati ewlenin, inkluż l-organizzazzjonijiet parteċipanti, dwar l-implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u tinvolvihom b'mod attiv fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)   "voluntier" tfisser persuna li rreġistrat fil-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, twettaq attivitajiet ta' benefiċċju għas-soċjetà, minn rajha; 

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  “proġett ta' solidarjetà” tfisser attività ta' solidarjetà fil-pajjiż mhux imħallsa għal perjodu ta' mhux aktar minn 12-il xahar, li jitwettaq minn gruppi ta' mill-inqas ħames parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bl-għan li jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin fi ħdan il-komunitajiet tagħhom filwaqt li jippreżentaw valur miżjud Ewropew ċar;

(9)  "proġett ta' solidarjetà" tfisser attività ta' solidarjetà fil-pajjiż jew transfruntiera mhux imħallsa għal perjodu ta' mhux aktar minn 12-il xahar, li titwettaq minn gruppi ta' mill-inqas ħames parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jew minn organizzazzjoni parteċipanti, bl-għan li jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin fi ħdan il-komunitajiet tagħhom filwaqt li jippreżentaw valur miżjud Ewropew ċar;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-għan speċifiku tal-Programm hu li ż-żgħażagħ, inklużi dawk b'inqas opportunitajiet, jingħataw opportunitajiet b'aċċess iktar faċli għal involviment f'attivitajiet ta' solidarjetà fl-Ewropa u lil hinn minnha, filwaqt li jtejbu u jivvalidaw kif xieraq il-kompetenzi tagħhom, kif ukoll jiffaċilitaw l-impjegabbiltà u t-tranżizzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

2.  L-għan speċifiku tal-Programm hu li ż-żgħażagħ,inklużi dawk b'inqas opportunitajiet, jingħataw opportunitajiet li jkunu faċilment aċċessibbli u inklużivi għall-involviment f'attivitajiet ta' solidarjetà fl-Ewropa u lil hinn minnha, b'enfażi fuq il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi potenzjalment kandidati filwaqt li jtejbu u jivvalidaw kif xieraq l-għarfien u l-kompetenzi tagħhom, kif ukoll potenzjalment jiffaċilitaw l-impjegabbiltà tagħhom.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-approċċ tagħhom biex jinvolvu żgħażagħ minn sfondi differenti;

(d)  l-approċċ inklużiv tagħhom biex jinvolvu żgħażagħ minn sfondi differenti u żvantaġġati, inklużi dawk li qed jiffaċċjaw ostakoli biex jieħdu sehem bis-sħiħ fil-programm;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  miżuri mmirati għall-iżgurar tal-kwalità tal-volontarjat, it-traineeships jew l-impjiegi, inklużi taħriġ, appoġġ lingwistiku, assigurazzjoni komplementari, appoġġ qabel u/jew wara l-attività ta' solidarjetà, kif ukoll l-użu ulterjuri tal-Youthpass li jidentifika u jiddokumenta l-kompetenzi miksuba matul l-attivitajiet ta' solidarjetà għall-parteċipanti, u l-bini ta' kapaċità u, appoġġ amministrattiv għall-organizzazzjonijiet parteċipanti;

(a)  miżuri mmirati għall-iżgurar tal-kwalità u l-aċċessibbiltà tal-volontarjat, it-traineeships jew l-impjiegi, inkluż taħriġ, appoġġ lingwistiku, assigurazzjoni komplementari, appoġġ qabel u/jew wara l-attività ta' solidarjetà, kif ukoll l-użu ulterjuri tal-Youthpass li jidentifika u jiddokumenta l-kompetenzi miksuba matul l-attivitajiet ta' solidarjetà għall-parteċipanti, u l-bini ta' kapaċità u, appoġġ amministrattiv għall-organizzazzjonijiet parteċipanti;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa)  miżuri mmirati lejn il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-opportunitajiet indaqs;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-volontarjat kif imsemmi fl-Artikolu 4.1, punt (a) għandu jinkludi komponent ta' tagħlim u ta' taħriġ, ma għandux jissostitwixxi t-traineeships jew l-impjiegi, ma għandux jitqies l-istess daqs impjieg, u għandu jkun ibbażat fuq ftehim ta' volontarjat bil-miktub.

1.  Il-volontarjat kif imsemmi fl-Artikolu 4.1, punt (a) għandu jiffoka u jkollu impatt fuq bżonnijiet komunitarji identifikati, għandu jinkludi komponent ta' tagħlim u ta' taħriġ, ma għandux jissostitwixxi t-traineeships jew l-impjiegi, ma għandux jitqies l-istess daqs impjieg, u għandu jkun ibbażat fuq ftehim ta' volontarjat bil-miktub. Tali ftehim għandu jiżgura protezzjoni legali u soċjali xierqa tal-parteċipant. Il-parteċipanti fl-attivitajiet ta' volontarjat għandhom jiġu kkumpensati b'mod xieraq għall-ispejjeż tagħhom relatati mal-attività ta' volontarjat.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha tingħata preferenza lill-għażla ssimplifikata fir-rigward tal-kosti, ħalli jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti għall-benefiċjarji.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u pajjiżi parteċipanti oħra għandhom jippromwovu l-inklużjoni soċjali u kundizzjonijiet ta' aċċess ugwali, inkluż għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet.

+

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Bħala riżultat tal-valutazzjoni, l-entità tista' tingħata tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. It-tikketta miksuba għandha terġa' tiġi vvalutata kull ċertu żmien u tista' tiġi rrevokata.

3.  Bħala riżultat tal-valutazzjoni, l-entità tista' tingħata tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. It-tikketta miksuba għandha terġa' tiġi vvalutata tal-inqas kull erba' snin u tista' tiġi revokata f'każ ta' użu ħażin.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. Għandha tiġi akkumpanja wkoll minn evalwazzjoni finali tal-programm predeċessur.

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. Għandha tiġi akkumpanjata minn evalwazzjoni finali tal-programm predeċessur.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament mill-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament mill-Unjoni, b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż il-midja u l-pubbliku.

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament mill-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini tiegħu u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament mill-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata fil-pront u li tkun koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż il-midja u l-pubbliku.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, id-destinatarji tiegħu, it-tul tiegħu u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 21 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 23 għandhom jiżviluppaw strateġija konsistenti fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni effettiva, kif ukoll id-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tal-attivitajiet appoġġati taħt l-azzjonijiet li jimmaniġjaw fi ħdan il-Programm, għandhom jassistu lill-Kummissjoni fil-kompitu ġenerali tagħha tad-disseminazzjoni tal-informazzjoni fir-rigward tal-Programm, inkluż l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet u l-attivitajiet ġestiti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, u r-riżultati tagħha, u għandha tinforma lill-gruppi mmirati rilevanti dwar l-azzjonijiet u l-attivitajiet imwettqa f'pajjiżhom.

3.  L-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 23 għandhom jiżviluppaw strateġija konsistenti fir-rigward tal-informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni effettiva, kif ukoll id-disseminazzjoni lill-benefiċjarji potenzjali kollha u l-isfruttament tar-riżultati tal-attivitajiet appoġġati taħt l-azzjonijiet li jimmaniġjaw fi ħdan il-Programm, għandhom jassistu lill-Kummissjoni fil-kompitu ġenerali tagħha tad-disseminazzjoni tal-informazzjoni fir-rigward tal-Programm, inkluż l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet u l-attivitajiet ġestiti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, u r-riżultati tagħha, u għandha tinforma lill-gruppi mmirati rilevanti dwar l-azzjonijiet u l-attivitajiet imwettqa f'pajjiżhom.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jistabbilixxi l-istandards interni ta' kontroll għall-aġenzija nazzjonali u r-regoli għall-ġestjoni tal-fondi mill-Unjoni għall-appoġġ ta' għotja mill-aġenziji nazzjonali;

(a)  jistabbilixxi l-istandards interni ta' kontroll għall-aġenzija nazzjonali u r-regoli għall-ġestjoni tal-fondi mill-Unjoni għall-appoġġ ta' għotja mill-aġenziji nazzjonali, filwaqt li jqis ir-rekwiżiti ta' simplifikazzjoni u ma jimponix piżijiet addizzjonali fuq il-parteċipanti u fuq l-organizzazzjonijiet parteċipanti;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 25 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awditi dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew minn entitajiet, inkluż oħrajn minbarra dawk imqabbda mill-Istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva skont l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju.

1.  L-awditi dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew minn entitajiet, inklużi oħrajn minbarra dawk imqabbda mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva skont l-Artikolu [127] tar-Regolament Finanzjarju u għandhom jitwettqu skont l-istess kriterji fl-Istati Membri kollha.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-aġenziji nazzjonali għandhom ikunu responsabbli għall-kontrolli primarji tal-benefiċjarji tal-għotjiet għall-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà li jiġu assenjati lilhom. Dawk il-kontrolli għandhom jagħtu aċċertament raġonevoli li l-għotjiet mogħtija jintużaw kif kien intenzjonat u f'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni.

2.  L-aġenziji nazzjonali għandhom ikunu responsabbli għall-kontrolli primarji tal-benefiċjarji tal-għotjiet għall-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà li jiġu assenjati lilhom. Dawk il-kontrolli għandhom ikunu proporzjonati u adegwati u għandhom jagħtu aċċertament raġonevoli li l-għotjiet mogħtija jintużaw kif kien intenzjonat u f'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati fil-qafas ta' dan ir-Regolament, jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  persentaġġ ta' parteċipanti bi sfond ta' inqas opportunitajiet; u

(b)  persentaġġ ta' parteċipanti bi sfond ta' inqas opportunitajiet;

Emenda    38

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  persentaġġi tal-bilanċ bejn is-sessi, il-gruppi minoritarji, id-diżabbiltà/l-abbiltà u l-oriġini reġjonali tal-parteċipanti.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

Referenzi

COM(2018)0440 – C8-0264/2018 – 2018/0230(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

2.7.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

2.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Ivana Maletić

20.6.2018

Eżami fil-kumitat

21.11.2018

Data tal-adozzjoni

17.1.2019

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

1

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Rosa D’Amato, Tamás Deutsch, Aleksander Gabelic, Iratxe García Pérez, Michela Giuffrida, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Sławomir Kłosowski, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Konstantinos Papadakis, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Monika Smolková, Ruža Tomašić, Ramón Luis Valcárcel Siso, Monika Vana, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan, Kerstin Westphal, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ivana Maletić, Bronis Ropė, Maria Gabriela Zoană, Damiano Zoffoli

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

28

+

ALDE

Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg

ECR

Sławomir Kłosowski, Mirosław Piotrowski, Ruža Tomašić

PPE

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Tamás Deutsch, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Ivana Maletić, Lambert van Nistelrooij, Andrey Novakov, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Ramón Luis Valcárcel Siso, Joachim Zeller

S&D

Aleksander Gabelic, Iratxe García Pérez, Michela Giuffrida, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Liliana Rodrigues, Monika Smolková, Derek Vaughan, Kerstin Westphal, Maria Gabriela Zoană, Damiano Zoffoli

1

-

NI

Konstantinos Papadakis

5

0

EFDD

Rosa D'Amato

GUE/NGL

Martina Michels, Younous Omarjee

VERTS/ALE

Bronis Ropė, Monika Vana

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

25.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jħassar [ir-Regolament dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà] u r-Regolament (UE) Nru 375/2014

(COM(2018)0440 – C8-0264/2018 – 2018/0230(COD))

Rapporteur for opinion (*): Eleni Theocharous

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kummissjoni Ewropea ssuġġeriet li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà li tnieda dan l-aħħar għaż-żgħażagħ jingħaqad mal-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE/Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja li ġie stabbilit fl-2014 u huwa bbażat fuq l-Artikolu 214 tat-TFUE, li jipprovdi l-bażi legali għall-għajnuna umanitarja.

Il-ħolqien tal-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE hija rekwiżit tat-Trattat u għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-għoti ta' għajnuna umanitarja bbażata fuq il-ħtiġijiet u li ssaħħaħ il-kapaċitajiet u r-reżiljenza tal-komunitajiet fil-pajjiżi terzi li jkunu vulnerabbli jew jintlaqtu minn diżastri. Minkejja l-potenzjal tagħha f'ħafna aspetti, l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE kellha bidu kajman ħafna, b'parteċipazzjoni ta' voluntiera ferm anqas milli ttamat li tilħaq il-Kummissjoni inizjalment, u l-evalwaturi ta' nofs it-terminu innotaw li l-impenn tas-sħab fis-settur umanitarju ma kinux disponibbli li jipparteċipaw sa fejn kien meħtieġ. Iċ-ċertifikazzjoni obbligatorja tal-organizzazzjonijiet interessati li jipparteċipaw fl-inizjattiva hija bbażata fuq proċedura twila u ta' piż żejjed. B'riżultat ta' dan, fl-2017 biss, l-għadd ta' voluntiera laħaq livell sinifikanti (iżda xorta għadu baxx wisq). Għalhekk, il-potenzjal sħiħ tal-inizjattiva jibqa' diffiċli li jiġi vvalutat u għadu bla dubju mhux sfruttat.

Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati jidhru li jilqgħu l-amalgamazzjoni tal-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE mal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, li tista' tikkomplementah partikolarment billi tipprovdi esperjenza ta' volontarjat barra l-Unjoni b'enfasi umanitarja. Jekk tiġi promossa kif suppost, din għandha tipprovdi pass importanti għaż-żgħażagħ interessati f'karriera professjonali fis-settur umanitarju u bħala punt tad-dħul importanti għall-volontarjat u għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, u tistimola l-interess fl-isfidi umanitarji globali b'mod aktar ġenerali.

Barra minn hekk, għandu jibqa' possibbli li organizzazzjonijiet umanitarji mingħajr skop ta' qligħ u professjonisti esperti jibbenefikaw minn opportunitajiet ta' taħriġ u ta' finanzjament jekk ikunu jixtiequ jipparteċipaw fil-programm il-ġdid. Ir-rapporteur tirrakkomanda li ma jiġix applikat il-limitu ta' età superjuri ġenerali ta' 30 sena fl-ambitu tas-sezzjoni li hija bbażata fuq l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, sabiex l-individwi b'aktar esperjenza jkunu jistgħu jikkontribwixxu għall-għajnuna umanitarja fuq bażi volontarja, b'mod partikolari minħabba li jistgħu jkunu jeħtieġu taħriġ speċifiku qabel il-mobilizzazzjoni.

Kif imsemmi hawn fuq, l-akkreditazzjoni tal-organizzazzjonijiet biex jipparteċipaw fl-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE hija kkumplikata u wriet li hija ostaklu kbir biex jintlaħqu numri sinifikanti ta' voluntiera. Għalhekk, se jkun importanti li l-organizzazzjonijiet li diġà ġew akkreditati, ma jkollhomx għalfejn jerġgħu jgħaddu minn proċess simili ladarba r-regolament il-ġdid jidħol fis-seħħ. Barra minn hekk, tħassib ewlieni huwa l-proċeduri simplifikati u sempliċi għat-tikketta tal-kwalità l-ġdida għall-organizzazzjonijiet parteċipanti.

Barra minn hekk, il-Kumitat irid jiżgura li d-dispożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet li jaqgħu taħt il-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja (Kapitolu IV), li għalihom għandna kompetenza esklussiva, jiżguraw il-komplementarjetà u l-konsistenza ma' attivitajiet oħra ta' għajnuna umanitarja tal-UE u mal-Kunsens Ewropew dwar l-għajnuna umanitarja. Dan il-qasam tal-programm futur irid jiġi implimentat fir-rispett sħiħ tal-prinċipji umanitarji u għandu jkun integrat f'għajnuna umanitarja bbażata fuq il-ħtiġijiet, ikkoordinata u effikaċi.

F'dan ir-rigward, ir-rapporteur għal opinjoni tara l-akbar potenzjal f'azzjonijiet li jiffukaw fuq il-bini tal-kapaċità organizzattiva u lokali, ir-reżiljenza u f'azzjonijiet ta' Kollegament bejn l-Għajnuna, ir-Riabilitazzjoni u l-Iżvilupp (LRRD), li jindirizzaw ir-rabta bejn l-aspett umanitarju u l-iżvilupp, it-tnaqqis u t-tħejjija tar-riskju ta' diżastri u b'mod aktar ġenerali s-sensibilizzazzjoni u l-komunikazzjoni dwar il-ħtiġijiet u l-prinċipji umanitarji.

Fl-aħħar nett, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li l-Kumitat tagħna jikkondividi l-kompetenzi dwar din il-proposta leġiżlattiva mal-Kumitat għall-Kultura, aħna nemmnu li b'mod ġenerali għandha ssir aktar enfasi fuq l-iżvilupp sostenibbli, il-prinċipju "li ħadd ma jitħalla lura", il-qerda tal-faqar, id-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn is-sessi.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  Minħabba ż-żieda sinifikanti fil-kriżijiet umanitarji u l-emerġenzi globali, u bil-għan li tissaħħaħ il-promozzjoni tas-solidarjetà u l-viżibilità tal-għajnuna umanitarja fost iċ-ċittadini tal-Unjoni, hemm bżonn li tiġi żviluppata solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi affettwati minn diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b)  L-għajnuna umanitarja hija bbażata fuq il-prinċipji ta' imparzjalità, newtralità u nondiskriminazzjoni, inkorporati fid-dritt umanitarju internazzjonali u fid-dritt tal-Unjoni. L-għajnuna umanitarja tipprovdi rispons ta' emerġenza bbażat fuq il-ħtiġijiet immirat lejn il-preservazzjoni tal-ħajja, il-prevenzjoni u t-taffija tat-tbatija umana u ż-żamma tad-dinjità tal-bniedem kif ukoll l-għoti ta' protezzjoni tal-gruppi vulnerabbli affettwati minn diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem. It-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri u t-tħejjija permezz ta' attivitajiet ta' bini ta' kapaċità u reżiljenza huma wkoll elementi essenzjali tal-għajnuna umanitarja.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-14 ta' Settembru 2016 saħaq fuq il-bżonn li ninvestu fiż-żgħażagħ u ħabbar l-istabbiliment ta' Korp Ewropew ta' Solidarjetà (il-"Programm") bl-għan li jinħolqu opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Unjoni biex dawn jagħtu kontribut sinifikanti lis-soċjetà, juru solidarjetà u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, u b'hekk mhux biss jiksbu esperjenza ta' xogħol iżda wkoll esperjenza umana imprezzabbli.

imħassar

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Fil-Komunikazzjoni tagħha "Korp Ewropew ta' Solidarjetà" tas-7 ta' Diċembru 20161, il-Kummissjoni saħqet fuq il-bżonn li jissaħħu l-pedamenti għal ħidma ta' solidarjetà madwar l-Ewropa, biex iż-żgħażagħ jiġu pprovduti b'iktar opportunitajiet u ta' kwalità aħjar għall-attivitajiet ta' solidarjetà li jkopru firxa wiesgħa ta' oqsma, u biex jingħata appoġġ lill-atturi nazzjonali u lokali, fl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw sfidi u kriżijiet differenti. Il-Komunikazzjoni nediet l-ewwel fażi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà li fiha ġew immobilizzati programmi differenti tal-Unjoni biex joffru opportunitajiet ta' volontarjat, ta' traineeship jew ta' impjiegi liż-żgħażagħ madwar l-UE.

imħassar

__________________

1 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Korp Ewropew ta' Solidarjetà (COM(2016) 942 final).

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  Il-volontarjat huwa espressjoni konkreta u viżibbli ta' solidarjetà li tippermetti lill-individwi jiddedikaw l-għarfien, il-ħiliet u l-ħin tagħhom għas-servizz tas-soċjetà, tal-komunitajiet lokali jew ta' bnedmin oħra bħalhom, mingħajr motivazzjoni finanzjarja.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4b)  L-assistenza lil persuni u komunitajiet barra mill-Unjoni ffaċċjati minn diżastri jew li huma partikolarment vulnerabbli għad-diżastri u fil-bżonn ta' għajnuna umanitarja, ibbażata fuq il-prinċipji fundamentali ta' newtralità, umanità, indipendenza u imparzjalità, hija espressjoni importanti ta' solidarjetà. L-allokazzjonijiet finanzjarji jenħtieġ li jirriflettu dan il-prinċipju u jippermettu l-parteċipazzjoni ta' mill-inqas 5000 voluntier b'appoġġ għall-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4c)  Il-voluntiera parteċipanti u l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipji stabbiliti fil-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 4d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4d)  Hemm il-ħtieġa li tiġi żviluppata aktar is-solidarjetà mal-vittmi ta' kriżijiet u diżastri fil-pajjiżi terzi kif ukoll li jiżdiedu kemm il-livelli ta' sensibilizzazzjoni kif ukoll il-viżibilità tal-għajnuna umanitarja u l-volontarjat b'mod ġenerali fost iċ-ċittadini tal-Unjoni bħala attività tul ħajjithom.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 4e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4e)  L-Unjoni u l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jimplimentaw l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, kemm internament kif ukoll permezz ta' azzjonijiet esterni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 4f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4f)  Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta' Mejju 2017 dwar l-operazzjonalizzazzjoni tar-rabta bejn l-aspett umanitarju u l-iżvilupp, il-Kunsill irrikonoxxa l-ħtieġa li tissaħħaħ ir-reżiljenza permezz ta' rabta aħjar bejn l-għajnuna umanitarja u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp u li jissaħħu aktar ir-rabtiet operazzjonali bejn l-approċċi komplementari tal-għajnuna umanitarja, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-prevenzjoni ta' kunflitti.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Iż-żgħażagħ jenħtieġ li jiġu pprovduti b'opportunitajiet li jkunu faċilment aċċessibbli biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà, li jistgħu jippermettulhom jesprimu l-impenn tagħhom għall-benefiċċju tal-komunitajiet filwaqt li jiksbu esperjenza, ħiliet u kompetenzi siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom, u b'hekk itejbu l-impjegabbiltà tagħhom. Dawk l-attivitajiet jenħtieġ li jappoġġaw ukoll il-mobilità tal-voluntiera, tat-trainees u tal-ħaddiema żgħażagħ.

(5)  Iż-żgħażagħ, inklużi dawk vulnerabbli u b'anqas opportunitajiet, jenħtieġ li jiġu pprovduti b'opportunitajiet li jkunu faċilment aċċessibbli biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà, li jistgħu jippermettulhom jesprimu l-impenn tagħhom għall-benefiċċju tal-komunitajiet filwaqt li jiksbu esperjenza, ħiliet u kompetenzi siewja għall-iżvilupp personali, kulturali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom, u b'hekk itejbu l-impjegabbiltà tagħhom. Dawk l-attivitajiet jenħtieġ li jappoġġaw ukoll il-mobilità tal-voluntiera, tat-trainees u tal-ħaddiema żgħażagħ.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-attivitajiet ta' solidarjetà offruti liż-żgħażagħ jenħtieġ li jkunu ta' kwalità għolja, fis-sens li dawn għandhom iwieġbu għall-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà, jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-komunitajiet, joffru liż-żgħażagħ l-opportunità li jiksbu għarfien u kompetenzi siewja, ikunu finanzjarjament aċċessibbli għaż-żgħażagħ, u jiġu implimentati f'kundizzjonijiet sikuri u tajbin.

(6)  L-attivitajiet ta' solidarjetà offruti liż-żgħażagħ jenħtieġ li jkunu ta' kwalità għolja, fis-sens li dawn jenħtieġ li jwieġbu għall-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà, jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-komunitajiet u għall-bini ta' kapaċità, joffru liż-żgħażagħ l-opportunità li jiksbu għarfien u kompetenzi siewja, ikunu finanzjarjament aċċessibbli għaż-żgħażagħ, u jiġu implimentati f'kundizzjonijiet sikuri u tajbin, filwaqt li d-djalogu mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-partijiet interessati jenħtieġ li jiġi mħeġġeġ sabiex jiġi żgurat programm orjentat lejn il-ħtiġijiet u jitrawwem il-volontarjat fil-pajjiżi sħab u jiżdied valur tal-iżvilupp b'saħħtu għall-attivitajiet ta' solidarjetà.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a)  Iċ-ċertifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti mwettqa skont ir-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, jenħtieġ li ma tiġix idduplikata taħt il-programm il-ġdid tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u jenħtieġ li tiġi rikonoxxuta l-ekwivalenza fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-2021 'il quddiem.

____________________

1a Ir-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja ("l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE") (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 1).

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jagħti opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ biex iwettqu attivitajiet ta' volontarjat, traineeship jew impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà, kif ukoll biex ifasslu u jiżviluppaw proġetti ta' solidarjetà abbażi tal-inizjattiva tagħhom stess. Dawn l-opportunitajiet jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappoġġa wkoll attivitajiet ta' netwerk għall-parteċipanti u għall-organizzazzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kif ukoll lill-miżuri li jiżguraw il-kwalità tal-attivitajiet appoġġati u li jsaħħu l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tagħhom. Għalhekk, dan se jikkontribwixxi wkoll għall-kooperazzjoni Ewropea rilevanti għaż-żgħażagħ u s-sensibilizzazzjoni dwar l-impatt pożittiv tiegħu.

(9)  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jagħti opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ biex iwettqu attivitajiet ta' volontarjat, traineeship jew impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà, kif ukoll biex ifasslu u jiżviluppaw proġetti ta' solidarjetà abbażi tal-inizjattiva tagħhom stess. Dawn l-opportunitajiet jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, kulturali, ċiviku u professjonali tagħhom. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappoġġa wkoll attivitajiet ta' netwerk għall-parteċipanti u għall-organizzazzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kif ukoll lill-miżuri li jiżguraw il-kwalità tal-attivitajiet appoġġati u li jsaħħu l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tagħhom. Għalhekk, dan se jikkontribwixxi wkoll għall-kooperazzjoni Ewropea rilevanti għaż-żgħażagħ u s-sensibilizzazzjoni dwar l-impatt pożittiv tiegħu.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Dawn l-attivitajiet jenħtieġ li jkunu għall-benefiċċju tal-komunitajiet filwaqt li jrawmu wkoll l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tal-individwu, li jista' jieħu l-għamla ta' volontarjat, traineeships u impjiegi, proġetti jew attivitajiet ta' netwerking, żviluppati b'rabta ma' oqsma differenti, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjiegi, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-intraprenditorija – b'mod partikolari l-intraprenditorija soċjali –, iċ-ċittadinanza u l-parteċipazzjoni demokratika, il-protezzjoni tal-ambjent u tan-natura, l-azzjoni klimatika, il-prevenzjoni ta' diżastri, it-tħejjija għalihom u l-irkupru minnhom, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, il-forniment ta' oġġetti tal-ikel u mhux tal-ikel, is-saħħa u l-benessri, il-kreattività u l-kultura, l-edukazzjoni fiżika u l-isport, l-assistenza soċjali u s-servizzi soċjali, l-akkoljenza u l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, il-kooperazzjoni u l-koeżjoni territorjali, u l-kooperazzjoni bejn il-fruntieri. Dawn l-attivitajiet ta' solidarjetà jenħtieġ li jinkludu dimensjoni soda ta' tagħlim u ta' taħriġ permezz ta' attivitajiet rilevanti li jistgħu jiġu offruti lill-parteċipanti qabel, matul u wara l-attività ta' solidarjetà.

(10)  Dawn l-attivitajiet jenħtieġ li jkunu għall-benefiċċju tal-komunitajiet filwaqt li jrawmu wkoll l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, kulturali, ċiviku u professjonali tal-individwu, li jista' jieħu l-għamla ta' volontarjat, traineeships u impjiegi, proġetti jew attivitajiet ta' netwerking, żviluppati b'rabta ma' oqsma differenti, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjiegi, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-intraprenditorija – b'mod partikolari l-intraprenditorija soċjali – l-ekonomija ċirkolari, iċ-ċittadinanza u l-parteċipazzjoni demokratika, il-protezzjoni tal-ambjent u tan-natura, l-azzjoni klimatika, il-prevenzjoni ta' diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem u l-irkupru minnhom, il-protezzjoni ta' gruppi vulnerabbli milquta minn diżastri, ir-reżiljenza, it-tnaqqis tal-faqar, is-sigurtà tal-ikel, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, il-forniment ta' oġġetti tal-ikel u mhux tal-ikel, is-saħħa u l-benessri, il-kreattività u l-kultura, l-edukazzjoni fiżika u l-isport, l-assistenza soċjali u s-servizzi soċjali, l-akkoljenza u l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, b'mod partikolari tfal mhux akkumpanjati, il-prevenzjoni ta' kunflitti, il-paċi u r-rikonċiljazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-kooperazzjoni u l-koeżjoni territorjali, u l-kooperazzjoni bejn il-fruntieri. Dawn l-attivitajiet ta' solidarjetà jenħtieġ li jinkludu dimensjoni soda ta' tagħlim u ta' taħriġ permezz ta' attivitajiet rilevanti li jistgħu jiġu offruti lill-parteċipanti qabel, matul u wara l-attività ta' solidarjetà.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-attivitajiet ta' volontarjat (kemm fi ħdan l-Unjoni, kif ukoll lil hinn minnha) jikkostitwixxu esperjenza rikka f'kuntest ta' tagħlim mhux formali u informali li ssaħħaħ l-iżvilupp personali, soċjoedukattiv u professjonali taż-żgħażagħ, kif ukoll iċ-ċittadinanza attiva u l-impjegabbiltà tagħhom. L-attivitajiet ta' volontarjat jenħtieġ li ma jkollhomx effett avvers fuq impjieg bi ħlas potenzjali jew eżistenti, u lanqas ma jenħtieġ li jitqiesu bħala sostitut għal dan. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikooperaw fir-rigward tal-politiki ta' volontarjat fil-qasam taż-żgħażagħ permezz ta' metodu miftuħ ta' kooperazzjoni.

(11)  L-attivitajiet ta' volontarjat (kemm fi ħdan l-Unjoni, kif ukoll lil hinn minnha) jikkostitwixxu esperjenza rikka f'kuntest ta' tagħlim mhux formali u informali li ssaħħaħ l-iżvilupp personali, kulturali, soċjoedukattiv u professjonali tal-parteċipanti żgħażagħ, kif ukoll is-sens ta' responsabbiltà, iċ-ċittadinanza attiva u l-impjegabbiltà tagħhom. L-attivitajiet ta' volontarjat jenħtieġ li ma jkollhomx effett avvers fuq impjieg bi ħlas potenzjali jew eżistenti, u lanqas ma jenħtieġ li jitqiesu bħala sostitut għal dan. Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' volontarjat fi ħdan il-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jkunu komplementari għal skemi eżistenti ta' volontarjat lokali, reġjonali u nazzjonali, meta tali skemi jkunu fis-seħħ. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkooperaw fir-rigward tal-politiki ta' volontarjat fil-qasam taż-żgħażagħ permezz ta' metodu miftuħ ta' kooperazzjoni.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  It-traineeships u l-impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà jistgħu joffru opportunitajiet addizzjonali għaż-żgħażagħ biex dawn jidħlu fis-suq tax-xogħol filwaqt li jagħtu l-kontribut tagħhom biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin tas-soċjetà. Dan jista' jgħin biex jitrawmu l-impjegabbiltà u l-produttività taż-żgħażagħ filwaqt li titħaffef it-tranżizzjoni tagħhom mill-edukazzjoni għall-impjiegi, li hi xi ħaġa importanti biex jissaħħu l-possibbiltajiet tagħhom fis-suq tax-xogħol. L-attivitajiet ta' traineeships offruti taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jsegwu l-prinċipji tal-kwalità spjegati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships1. It-traineeships u l-impjiegi offruti jikkostitwixxu pont li permezz tiegħu, iż-żgħażagħ jidħlu fis-suq tax-xogħol u jkunu akkumpanjati minn appoġġ adegwat wara l-attività. L-attivitajiet ta' traineeship u impjiegi huma ffaċilitati mill-atturi rilevanti tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari mis-servizzi pubbliċi u privati tal-impjiegi, mis-sħab soċjali u mill-Kmamar tal-Kummerċ, u huma rimunerati mill-organizzazzjoni parteċipanti. Bħala organizzazzjonijiet parteċipanti, dawn jenħtieġ li japplikaw għal finanzjament permezz tal-istruttura ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fid-dawl tal-intermedjazzjoni bejn il-parteċipanti żgħażagħ u l-impjegaturi li joffru l-attivitajiet ta' traineeship u ta' impjiegi fis-setturi tas-solidarjetà.

(12)  It-traineeships u l-impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà jistgħu joffru opportunitajiet addizzjonali għaż-żgħażagħ, inklużi żgħażagħ b'diżabilità u dawk b'anqas opportunitajiet, biex dawn jidħlu fis-suq tax-xogħol filwaqt li jagħtu l-kontribut tagħhom biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin tas-soċjetà. Dan jista' jgħin biex jitrawmu l-impjegabbiltà u l-produttività taż-żgħażagħ filwaqt li titħaffef it-tranżizzjoni tagħhom mill-edukazzjoni għall-impjiegi, li hi xi ħaġa importanti biex jissaħħu l-possibbiltajiet tagħhom fis-suq tax-xogħol, fosthom f'organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ u fis-setturi umanitarji u soċjali. L-attivitajiet ta' traineeships offruti taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jsegwu l-prinċipji tal-kwalità spjegati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships1 u l-prinċipji stabbiliti fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità. It-traineeships u l-impjiegi offruti jikkostitwixxu pont li permezz tiegħu, iż-żgħażagħ jidħlu fis-suq tax-xogħol u jkunu akkumpanjati minn appoġġ adegwat wara l-attività. L-attivitajiet ta' traineeship u impjiegi huma ffaċilitati mill-atturi rilevanti tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari mis-servizzi pubbliċi u privati tal-impjiegi, mis-sħab soċjali u mill-Kmamar tal-Kummerċ, u huma rimunerati mill-organizzazzjoni parteċipanti. Bħala organizzazzjonijiet parteċipanti, dawn jenħtieġ li japplikaw għal finanzjament permezz tal-istruttura ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fid-dawl tal-intermedjazzjoni bejn il-parteċipanti żgħażagħ u l-impjegaturi li joffru l-attivitajiet ta' traineeship u ta' impjiegi fis-setturi tas-solidarjetà.

__________________

__________________

1 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2018 dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi (ĠU L 153, 2.5.2018, p. 1).

1 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2018 dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi (ĠU L 153, 2.5.2018, p. 1).

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-ispirtu ta' inizjattiva taż-żgħażagħ hu assi importanti għas-soċjetà u għas-suq tax-xogħol. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jikkontribwixxi għat-trawwim ta' dan l-aspett billi joffri l-opportunità liż-żgħażagħ li jfasslu u jimplimentaw il-proġetti tagħhom stess immirati biex jindirizzaw sfidi speċifiċi għall-benefiċċju tal-komunitajiet lokali. Dawn il-proġetti huma opportunità biex jiġu ppruvati ideat u biex iż-żgħażagħ jiġu appoġġati li jkunu huma stess dawk li jixprunaw l-attivitajiet ta' solidarjetà. Dawn iservu wkoll bħala punt tat-tluq għall-involviment ulterjuri f'attivitajiet ta' solidarjetà u huma l-ewwel pass biex il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jitħeġġu sabiex jinvolvu rwieħhom f'impjieg indipendenti jew fit-twaqqif ta' assoċjazzjonijiet, ta' organizzazzjonijiet nongovernattivi jew ta' korpi oħra attivi fis-setturi tas-solidarjetà, ta' mingħajr skop ta' qligħ u taż-żgħażagħ.

(13)  L-ispirtu ta' inizjattiva taż-żgħażagħ hu assi importanti għas-soċjetà u għas-suq tax-xogħol. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jikkontribwixxi għat-trawwim ta' dan l-aspett billi joffri l-opportunità liż-żgħażagħ li jfasslu u jimplimentaw il-proġetti tagħhom stess immirati biex jindirizzaw sfidi speċifiċi għall-benefiċċju tal-komunitajiet lokali kif ukoll ta' dawk l-aktar fil-bżonn fis-soċjetà. Dawn il-proġetti huma opportunità biex jiġu ppruvati ideat u biex iż-żgħażagħ jiġu appoġġati li jkunu huma stess dawk li jixprunaw l-attivitajiet ta' solidarjetà. Dawn iservu wkoll bħala punt tat-tluq għall-involviment ulterjuri f'attivitajiet ta' solidarjetà u huma l-ewwel pass biex il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jitħeġġu sabiex jibqgħu ċittadini attivi kemm bħala voluntiera jew bħala impjegati f'assoċjazzjonijiet jew fit-twaqqif ta' assoċjazzjonijiet, ta' organizzazzjonijiet nongovernattivi jew ta' korpi oħra attivi fis-setturi tas-solidarjetà, ta' mingħajr skop ta' qligħ u taż-żgħażagħ.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  Il-voluntiera jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni biex jipprovdu għajnuna umanitarja bbażata fuq il-ħtiġijiet u bi prinċipji u jikkontribwixxu għat-titjib tal-effikaċja tas-settur umanitarju meta jkunu adegwatament magħżula, mħarrġa u ppreparati għall-mobilizzazzjoni sabiex jiġi żgurat li jkollhom il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex jgħinu lin-nies fil-bżonn bl-aktar mod effikaċi possibbli, u sakemm dawn ikunu jistgħu jistrieħu fuq appoġġ u superviżjoni suffiċjenti fil-post. Għalhekk, ir-rwol ta' kowċis/mentors b'livell għoli ta' ħiliet, taħriġ u esperjenza fuq il-post huwa ta' importanza kbira biex jingħata kontribut għall-effikaċja tar-rispons umanitarju kif ukoll biex jiġu appoġġati l-voluntiera.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a)  L-aġenziji nazzjonali jenħtieġ li jinkoraġġixxu lill-ex parteċipanti biex isiru ambaxxaturi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà sabiex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom permezz ta' organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, istituzzjonijiet edukattivi u workshops. Bħala ambaxxaturi, huma jipparteċipaw fit-taħriġ ta' kandidati futuri, u b'hekk jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-programm. Għal dan il-għan, l-aġenziji nazzjonali jenħtieġ li jipprovdu sostenn lill-voluntiera.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14b)  L-iżgurar ta' implimentazzjoni b'suċċess tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jeħtieġ aktar viżibbiltà u sensibilizzazzjoni u aktar promozzjoni tal-opportunitajiet ta' finanzjament disponibbli, permezz ta' kampanji ta' informazzjoni (inkluż Jum ta' Informazzjoni annwali tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà) u mezzi ta' komunikazzjoni dinamiċi b'enfasi qawwija fuq il-midja soċjali, filwaqt li tiġi żgurata l-akbar sensibilizzazzjoni possibbli fost il-gruppi fil-mira, kemm individwi kif ukoll organizzazzjonijiet.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-iżgurar tal-kwalità tal-attivitajiet u opportunitajiet oħra offruti taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, b'mod partikolari billi jiġu offruti taħriġ, appoġġ lingwistiku, assigurazzjoni, appoġġ amministrattiv u appoġġ wara l-attività lill-parteċipanti, kif ukoll il-validazzjoni tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-kompetenzi miksuba permezz tal-esperjenza tagħhom fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Is-sikurezza u s-sigurtà tal-voluntiera jibqgħu ta' importanza kruċjali u l-voluntiera ma għandhomx jintbagħtu f'operazzjonijiet li jitwettqu f'żoni ta' kunflitti armati internazzjonali u mhux internazzjonali.

(15)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-iżgurar tal-kwalità tal-attivitajiet u opportunitajiet oħra offruti taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, b'mod partikolari billi jiġu offruti taħriġ, appoġġ lingwistiku (online, jekk ma jkunx hemm soluzzjonijiet oħra), assigurazzjoni, appoġġ amministrattiv u appoġġ wara l-attività lill-parteċipanti, kif ukoll il-validazzjoni tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-kompetenzi miksuba permezz tal-esperjenza tagħhom fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. It-taħriġ xieraq, is-sikurezza u s-sigurtà tal-voluntiera jibqgħu ta' importanza kruċjali u jenħtieġ li jkunu soġġetti għal skambju regolari ta' informazzjoni u valutazzjoni tar-riskju, b'mod partikolari fir-rigward tal-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja. Il-voluntiera jenħtieġ li ma jintbagħtux f'operazzjonijiet li jitwettqu f'żoni ta' kunflitti armati internazzjonali u mhux internazzjonali. Jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni xierqa wkoll lis-sikurezza u l-interessi tat-tfal u ta' persuni oħra vulnerabbli f'kuntatt mal-voluntiera. L-attivitajiet li jinvolvu kuntatt dirett mat-tfal jenħtieġ li jkunu ggwidati mill-prinċipju "tal-aħjar interessi tat-tfal" u jenħtieġ li, fejn xieraq, ikunu soġġetti għal kontrolli tal-kondotta jew miżuri oħra bil-għan li tiġi żgurata l-protezzjoni tat-tfal.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a)  Il-prinċipji tal-Unjoni ta' opportunitajiet indaqs u ta' nondiskriminazzjoni jenħtieġ li jiġu rispettati bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, inklużi l-identifikazzjoni u l-għażla ta' voluntiera u organizzazzjonijiet parteċipanti.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Biex jiġi żgurat l-impatt tal-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fuq l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tal-parteċipanti, l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li huma l-eżiti tat-tagħlim tal-attività, jenħtieġ li jiġu identifikati u dokumentati kif xieraq, f'konformità maċ-ċirkustanzi u mal-ispeċifiċitajiet nazzjonali, kif irrakkomandat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali22.

(16)  Biex jiġi żgurat l-impatt tal-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fuq l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, kulturali, ċiviku u professjonali tal-parteċipanti, l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li huma l-eżiti tat-tagħlim tal-attività, jenħtieġ li jiġu identifikati u dokumentati kif xieraq, f'konformità maċ-ċirkustanzi u mal-ispeċifiċitajiet nazzjonali, kif irrakkomandat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali22.

_________________

_________________

22 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1–5).

22 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1–5).

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a)  L-aġenziji nazzjonali jenħtieġ li jinkoraġġixxu wkoll lill-voluntiera żgħażagħ biex isiru ambaxxaturi tal-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà sabiex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom permezz ta' netwerks taż-żgħażagħ, stabbilimenti edukattivi u workshops. L-ex voluntiera/ambaxxaturi jistgħu wkoll jikkontribwixxu għat-taħriġ ta' kandidati futuri.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  It-tikketta tal-kwalità jenħtieġ li tiżgura l-konformità tal-organizzazzjonijiet parteċipanti mal-prinċipji u mar-rekwiżiti tal-Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, fir-rigward tad-drittijiet u tar-responsabbiltajiet tagħhom matul l-istadji kollha tal-esperjenza ta' solidarjetà. Il-kisba ta' tikketta tal-kwalità hija prekundizzjoni għall-parteċipazzjoni iżda jenħtieġ li ma twassalx b'mod awtomatiku għal finanzjament mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

(17)  It-tikketta tal-kwalità jenħtieġ li tiżgura l-konformità tal-organizzazzjonijiet parteċipanti mal-valuri, prinċipji u objettivi tal-Unjoni kif ukoll mal-prinċipji u mar-rekwiżiti tal-Karta tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, fir-rigward tad-drittijiet, tas-sikurezza u tar-responsabbiltajiet tagħhom matul l-istadji kollha tal-esperjenza ta' solidarjetà. Il-kisba ta' tikketta tal-kwalità hija prekundizzjoni għall-parteċipazzjoni iżda jenħtieġ li ma twassalx b'mod awtomatiku għal finanzjament mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Kwalunkwe entità li tixtieq tieħu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jenħtieġ li tirċievi tikketta tal-kwalità, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet xierqa. Il-proċess li jwassal għall-attribuzzjoni ta' tikketta tal-kwalità jenħtieġ li jitwettaq fuq bażi kontinwa mill-korpi ta' implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. It-tikketta tal-kwalità attribwita jenħtieġ li terġa' tiġi vvalutata b'mod perjodiku u tista' tiġi revokata jekk, fil-kuntest tal-verifiki li jridu jsiru, il-kundizzjonijiet li wasslu għall-attribuzzjoni tagħha jinstab li ma jibqgħux issodisfati.

(18)  Kwalunkwe entità li tixtieq tieħu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jenħtieġ li tirċievi tikketta tal-kwalità, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet xierqa. Il-proċess li jwassal għall-attribuzzjoni ta' tikketta tal-kwalità jenħtieġ li jitwettaq fuq bażi kontinwa mill-korpi ta' implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà f'koerenza mal-iskemi ta' ċertifikazzjoni eżistenti. Il-proċess tal-akkwist ta' tikketta jenħtieġ li jiġi ssimplifikat għall-organizzazzjonijiet diġà ċċertifikati, b'mod partikolari taħt il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE attwali u għad-detenturi tal-Ftehimiet Qafas ta' Sħubija tal-ECHO. Dan il-proċess jenħtieġ li jqis proċessi simili mwettqa skont ir-Regolamenti (UE) Nru 375/2014, ir-Regolament (UE) 2018/1475 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/961b. It-tikketta tal-kwalità attribwita jenħtieġ li terġa' tiġi vvalutata b'mod perjodiku u tista' tiġi revokata jekk, fil-kuntest tal-verifiki li jridu jsiru, il-kundizzjonijiet li wasslu għall-attribuzzjoni tagħha jinstab li ma jibqgħux issodisfati. Kemm fl-attribuzzjoni ta' tikketta tal-kwalità kif ukoll ir-rivalutazzjoni tagħha, il-piż amministrattiv jenħtieġ li jitnaqqas għal minimu bil-għan li jiġi żgurat aċċess ugwali u jiġi evitat li organizzazzjonijiet iżgħar jaqtgħu qalbhom milli jieħdu sehem.

______________________

1aRegolament (UE) 2018/1475 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta' Ottubru 2018 li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1288/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE (ĠU L 250, 4.10.2018, p. 1).

1b Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja (ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1).

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)