Proċedura : 2018/0116(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0080/2019

Testi mressqa :

A8-0080/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/03/2019 - 9.9

Testi adottati :

P8_TA(2019)0143

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 189kWORD 60k
21.2.2019
PE 632.831v02-00 A8-0080/2019

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex isiru Parti, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Approċċ Integrat ta' Sikurezza, Sigurtà u Servizz f'Partiti tal-Futbol u Avvenimenti Sportivi Oħra (CETS Nru. 218)

(12527/2018 – C8-0436/2018 – 2018/0116(NLE))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Sylvia-Yvonne Kaufmann

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex isiru Parti, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Approċċ Integrat ta' Sikurezza, Sigurtà u Servizz f'Partiti tal-Futbol u Avvenimenti Sportivi Oħra

(12527/2018 – C8-0436/2018 – 2018/0116(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12527/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 87(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(8) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0436/2018),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Approċċ Integrat ta' Sikurezza, Sigurtà u Servizz f'Partiti tal-Futbol u Avvenimenti Sportivi Oħra (CETS Nru. 218),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/348/ĠAI tal-25 ta' April 2002 dwar sigurtà b'konnessjoni ma' logħbiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2017 dwar approċċ integrat għall-Politika tal-Isport: governanza tajba, aċċessibbiltà u integrità(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0080/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)

  ĠU L 121, 8.5.2002, p. 1.

(2)

  Testi adottati, P8_TA(2017)0012.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Konvenzjoni dwar Approċċ Integrat ta' Sikurezza, Sigurtà u Servizz f'Partiti tal-Futbol u Avvenimenti Sportivi oħra tal-Kunsill tal-Ewropa infetħet għall-iffirmar f'Lulju 2016. Il-Konvenzjoni hija l-uniku strument internazzjonali vinkolanti li jistabbilixxi kooperazzjoni istituzzjonali bejn il-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati kollha involuti fl-organizzazzjoni ta' avvenimenti tal-futbol u avvenimenti sportivi oħra.

Hija tibni fuq il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Vjolenza tal-Ispettaturi mill-1985. L-għadd ta' partiti tal-futbol, u avvenimenti sportivi oħra, b'attendenza għolja żdied ħafna minn dak iż-żmien. Kull sena miljuni ta' ċittadini Ewropej jattendu partiti tal-futbol u avvenimenti sportivi oħra. Peress li l-ivvjaġġar sar aktar faċli u aktar affordabbli, il-partitarji mhux biss jaraw il-partiti tat-timijiet tagħhom mid-dar iżda wkoll jivvjaġġaw madwar l-Ewropa kollha. Il-prattiki fir-rigward taż-żoni minn fejn isegwi l-pubbliku u ż-żoni għall-partitarji evolvew. Studju mwettaq u ppreżentat lill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa kkonkluda, minħabba dawn u eżempji oħra, li l-Konvenzjoni tal-1985 kellha tiġi riveduta sabiex jiġu indirizzati l-isfidi u l-evoluzzjonijiet attwali.

L-individwi li jattendu partiti tal-futbol u avvenimenti sportivi oħra għandhom dejjem igawdu ambjent sikur, sigur u akkoljenti qabel, wara u waqt il-partiti. Għalhekk ir-Rapporteur tappoġġa l-għan tal-Konvenzjoni, li tipprovdi dan l-ambjent permezz ta' approċċ bilanċjat bejn it-tliet pilastri interdipendenti: sikurezza, sigurtà u servizz.

Il-miżuri ta' sikurezza għandhom jiżguraw li l-individwi li jattendu l-partiti jkunu protetti milli jweġġgħu jew jiffaċċjaw riskju għas-saħħa fil-vjaġġ tagħhom lejn l-avveniment jew fil-post tal-avveniment. Il-miżuri ta' sigurtà għandhom jiskoraġġixxu, jipprevjenu u jissanzjonaw kwalunkwe mġiba ħażina vjolenti b'rabta mal-partiti tal-futbol. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-miżuri tas-servizz għandhom jagħmlu l-vjaġġ u l-permanenza fil-grawnd pjaċevoli u akkoljenti għal kulħadd u jipprovdu faċilitajiet lit-tfal, lill-anzjani u lill-persuni b'diżabbiltà, u b'hekk jippermettu lil kull ċittadin igawdi b'mod sħiħ l-avvenimenti sportivi bl-aktar mod sigur u sikur possibbli. L-avvenimenti sportivi għandhom jibqgħu paċifiċi u pjaċevoli għal kulħadd.

Kumitat ta' esperti se jimmonitorja l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni. Ir-rapporteur tixtieq tesprimi l-appoġġ tagħha tal-fatt li mhux biss il-FIFA, l-UEFA, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Leagues tal-Futbol Professjonali, l-UE u l-Interpol huma involuti f'dan il-Kumitat, iżda wkoll organizzazzjonijiet bħal "Football Supporters Europe" u "Supporters Direct Europe" li jirrappreżentaw il-partitarji tal-futbol madwar l-Ewropa.

Ir-rapporteur tappoġġa d-diversi miżuri deskritti fit-test biex jintlaħaq l-għan tal-Konvenzjoni. Hija tixtieq tirrileva punt speċifiku minn ħafna li huma importanti: Il-partijiet kollha għall-Konvenzjoni għandhom jinkorporaw politiki u proċeduri ċari dwar il-ġestjoni tal-folol u r-riskji assoċjati ta' sikurezza u sigurtà, b'mod partikolari dwar kwalunkwe mġiba razzista jew diskriminatorja oħra, inkluż insulti li ta' spiss ikunu derogatorji sessisti u/jew omofobiċi/transfobiċi. Għalhekk huwa importanti li tittejjeb id-diversità fl-isport u li jiġu appoġġati inizjattivi mill-atleti nfushom jew mill-klabbs tagħhom biex jiġġieldu kontra kwalunkwe diskriminazzjoni.

Studju(1)[1] ("Racism, ethnic discrimination and exclusion of migrants and minorities in sport: The situation in the European Union" ["Razziżmu, diskriminazzjoni etnika u esklużjoni ta' migranti u minoranzi fl-isport: Is-sitwazzjoni fl-Unjoni Ewropea"]) imfassal mill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) jiddikjara li "l-isport għadu qed jiffaċċja għadd ta' sfidi relatati mar-razziżmu u mad-diskriminazzjoni etnika. L-inċidenzi ta' razziżmu u diskriminazzjoni etnika jaffettwaw l-isport fil-livell professjonali kif ukoll fil-livell tad-dilettanti."

L-isport jgħaqqad lin-nies, irrispettivament mis-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età, jew l-orjentazzjoni sesswali tagħhom. Il-ġlieda kontra kwalunkwe mġiba diskriminatorja fis-soċjetà tagħna hija kruċjali. Ir-rapporteur tilqa' l-approċċ fil-Konvenzjoni li jippromwovi t-tolleranza, ir-rispett u l-fair play u jħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni kbira lill-implimentazzjoni ta' dan l-aspett importanti.

Minħabba li l-UE nnifisha ma tistax issir parti għall-Konvenzjoni, u peress li l-Istati Membri jistgħu jsiru parti għall-Konvenzjoni fir-rigward ta' xi paragrafi biss jekk jingħataw is-setgħa mill-UE, ir-rapporteur tixtieq tistieden lill-Membri kollha tal-Parlament Ewropew biex jappoġġaw l-abbozz ta' rapport tagħha u d-deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni fl-interess tal-UE u n-nies tagħha.

(1)

  https://fra.europa.eu/sites/default/files/fra_uploads/1207-Report-racism-sport_EN.pdf


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (11.2.2019)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex isiru Parti, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Approċċ Integrat ta' Sikurezza, Sigurtà, u Servizz f'Partiti tal-Futbol u Avvenimenti Sportivi Oħra (CETS n°218)

(COM(2018)0247 – C8-0436/2018 – 2018/0116(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Emma McClarkin

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur tilqa' l-enfasi tal-Konvenzjoni fuq approċċ integrat, li jinkludi diversi aġenziji u li jimmira lejn is-sikurezza, is-sigurtà u s-servizz; u fuq ethos ta' sħubija bejn l-awtoritajiet u l-partijiet ikkonċernati li jaġixxu flimkien. B'mod partikolari, ir-rapporteur tilqa' r-rwol li kellhom il-gruppi ta' appoġġ fit-tfassil tal-Konvenzjoni, u tittama li jibqa' jkun hemm impenn simili fil-ġejjieni.

Is-suġġett tas-sikurezza fl-isport huwa ta' importanza fundamentali speċjalment fid-dawl ta' każijiet reċenti ta' razziżmu u vjolenza fil-futbol internazzjonali. Ir-rapporteur tiegħek tinnota li sar progress biex l-avvenimenti sportivi jsiru sikuri għall-parteċipanti kollha, u tħeġġeġ l-impenn politiku mal-atturi internazzjonali tal-governanza sportiva, pereżempju fil-forma ta' kampanji konġunti bħal "Kick It Out", kif ukoll professjonisti tas-sikurezza tal-istadiums sportivi. 

Ir-rapporteur tistieden ukoll lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet sportivi biex jirrevedu l-politiki dwar ir-regolamenti tal-istadiums kollha kemm huma bil-ħsieb li jinfetħu taqsimiet maħsuba għall-ispettaturi li jibqgħu bilwieqfa. L-eżempju tal-Ġermanja joffri lezzjonijiet siewja ta' kif l-esperjenza ta' avvenimenti sportivi tista' tittejjeb billi n-nies jitħallew jibqgħu bilwieqfa mingħajr riskji u filwaqt li jiġi żgurat ambjent sikur. 

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur tistieden lill-UE u lill-Istati Membri japprofondixxu l-kooperazzjoni ma' sħab fil-fora internazzjonali, pereżempju permezz tal-inizjattiva "Project Stadia", li għandha l-għan li tgħin lill-pajjiżi membri tal-INTERPOL jippjanaw u jwettqu attivitajiet ta' pulizija u ta' sigurtà għall-avvenimenti sportivi ewlenin.

******

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jirrakkomanda lill-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex isiru Parti, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Approċċ Integrat ta' Sikurezza, Sigurtà, u Servizz f'Partiti tal-Futbol u Avvenimenti Sportivi Oħra (CETS n°218):

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex isiru Parti, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Approċċ Integrat ta’ Sikurezza, Sigurtà, u Servizz f’Partiti tal-Futbol u Avvenimenti Sportivi Oħra (CETS n°218)

Referenzi

12527/2018 – C8-0436/2018 – COM(2018)02472018/0116(NLE)

Kumitat responsabbli

 

LIBE

 

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

25.10.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Emma McClarkin

29.11.2018

Data tal-adozzjoni

4.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Silvia Costa, María Teresa Giménez Barbat, Petra Kammerevert, Rupert Matthews, Luigi Morgano, Michaela Šojdrová, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Julie Ward, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Romeo Franz, Dietmar Köster

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

16

+

ALDE

María Teresa Giménez Barbat

ECR

Rupert Matthews

ENF

Dominique Bilde

PPE

Andrea Bocskor, Norbert Erdős, Michaela Šojdrová, Sabine Verheyen, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

S&D

Silvia Costa, Petra Kammerevert, Dietmar Köster, Luigi Morgano, Julie Ward

VERTS/ALE

Romeo Franz, Helga Trüpel

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex isiru Parti, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Approċċ Integrat ta’ Sikurezza, Sigurtà, u Servizz f’Partiti tal-Futbol u Avvenimenti Sportivi Oħra (CETS n°218)

Referenzi

12527/2018 – C8-0436/2018 – COM(2018)02472018/0116(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

15.10.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

25.10.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

25.10.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Sylvia-Yvonne Kaufmann

11.6.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

29.1.2019

19.2.2019

 

 

Data tal-adozzjoni

19.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Daniel Dalton, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Romeo Franz, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Barbara Kudrycka, Juan Fernando López Aguilar, Roberta Metsola, Claude Moraes, Ivari Padar, Judith Sargentini, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Josef Weidenholzer, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Miriam Dalli, Gérard Deprez, Ska Keller, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Morten Helveg Petersen, Emil Radev, Barbara Spinelli, Jaromír Štětina

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Iris Hoffmann, Sabine Lösing, Ivan Štefanec, Rainer Wieland

Data tat-tressiq

21.2.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

38

+

ALDE

Gérard Deprez, Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Morten Helveg Petersen

ECR

Daniel Dalton, Helga Stevens

EFDD

Laura Ferrara

PPE

Asim Ademov, Michał Boni, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Emil Radev, Csaba Sógor, Ivan Štefanec, Jaromír Štětina, Traian Ungureanu, Rainer Wieland, Tomáš Zdechovský

S&D

Caterina Chinnici, Miriam Dalli, Tanja Fajon, Ana Gomes, Iris Hoffmann, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Ivari Padar, Sergei Stanishev, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Romeo Franz, Ska Keller, Judith Sargentini, Bodil Valero

3

-

ENF

Auke Zijlstra

GUE/NGL

Sabine Lösing, Barbara Spinelli

1

0

GUE/NGL

Malin Björk

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Frar 2019Avviż legali