Proċedura : 2018/0316(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0081/2019

Testi mressqa :

A8-0081/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2019 - 11.7

Testi adottati :

P8_TA(2019)0171

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 180kWORD 53k
21.2.2019
PE 628.572v02-00 A8-0081/2019

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni ta' dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja

(15832/2018 – C8-0035/2019 – 2018/0316(NLE))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Monica Macovei

(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni ta' dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja

(15832/2018 – C8-0035/2019 – 2018/0316(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15832/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein (12367/2018),

–  wara li kkunsidra r-rikjesta għall-kunsens ippreżentata mill-Kunsill skont it-termini tal-Artikoli 74, 77(2)(a) u (b), 78(2)(e), 79(2)(c), 82(1)(d), 85(1), 87(2)(a) u 88(2)  u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0035/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0081/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-arranġament;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tan-Norveġja, tar-Repubblika tal-Iżlanda, tal-Konfederazzjoni Żvizzera u tal-Prinċipat ta' Liechtenstein.


NOTA SPJEGATTIVA

A. Sfond

F'konformità mal-Artikoli 74, 77(2)(a) u (b), 78(2)(e), 79(2)(c), 82(1)(d), 85(1), 87(2)(a) u 88(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) tat-TFUE, il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi assoċjati fil-ħidma tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (l-Aġenzija) hija pass meħtieġ meta wieħed jikkunsidra l-assoċjazzjoni tagħhom mal-acquis ta' Schengen u mal-miżuri relatati ma' Dublin u mal-Eurodac u l-parteċipazzjoni tagħhom fis-sistemi tal-IT fuq skala kbira mħaddma mill-Aġenzija.

L-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistipula li "Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet ta' assoċjazzjoni tagħhom, għandhom isiru arranġamenti sabiex, fost l-oħrajn, jiġu speċifikati n-natura u l-ambitu tar-regoli dettaljati, għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen u miżuri relatati mal-Eurodac fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji, il-persunal u d-drittijiet għall-vot." Il-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 37 huma r-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, minn hawn 'il quddiem "il-pajjiżi assoċjati".

L-abbozz ta' Arranġament jipprevedi l-parteċipazzjoni sħiħa tal-pajjiżi assoċjati fl-attivitajiet tal-Aġenzija [Artikolu 1], rappreżentanza fil-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija bi drittijiet tal-vot limitati fuq ċerti deċiżjonijiet [Artikolu 2], rappreżentanza fil-Gruppi Konsultattivi tal-Aġenzija bi drittijiet tal-vot limitati fuq id-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 [Artikolu 3], kontribuzzjonijiet finanzjarji annwali tal-pajjiżi assoċjati lill-baġit tal-Aġenzija fir-rigward tas-SIS, il-VIS, DubliNet u l-EES b'somma annwali kkalkulata skont il-PDG tagħha bħala perċentwali tal-PDG tal-Istati kollha li jieħdu sehem fil-ħidma tal-Aġenzija u, fir-rigward tal-Eurodac, b'somma annwali ta' perċentwal fiss (speċifika għal kull pajjiż assoċjat) tal-approprjazzjonijiet baġitarji rilevanti għas-sena tal-baġit. [Artikolu 4 u Anness I]. L-abbozz ta' arranġament jiddefinixxi wkoll l-istatus legali tal-Aġenzija fil-pajjiżi assoċjati [Artikolu 5], ir-responsabbiltà tal-Aġenzija fir-rigward tal-pajjiżi assoċjati [Artikolu 6], ir-rikonoxximent mill-pajjiżi assoċjati tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-Aġenzija [Artikolu 7], il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Aġenzija fil-pajjiżi assoċjati, u deroga tar-regolamenti tal-persunal li tippermetti li ċittadini tal-pajjiżi assoċjati jiġu ingaġġati b'kuntratt mill-Aġenzija [Artikolu 9]. L-abbozz ta' arranġament finalment fih dispożizzjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-frodi [Artikolu 10], ir-riżoluzzjoni ta' tilwim [Artikolu 12], id-dħul fis-seħħ [Artikolu 14] u l-validità u t-terminazzjoni [Artikolu 15].

Il-Kunsill irrefera lill-Parlament Ewropew dan l-abbozz ta' deċiżjoni dwar l-iffirmar tal-Arranġament mal-pajjiżi assoċjati dwar il-parteċipazzjoni ta' dawk l-Istati fl-Aġenzija.

B. Pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-Rapporteur tfakkar fil-ħtieġa li jiġi żgurat li l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi assoċjati fil-ħidma tal-Aġenzija tkun definita b'mod ċar fl-Arranġament fir-rigward tal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011. F'dan ir-rigward, hija tilqa' l-abbozz ta' Deċiżjoni mressaq għall-approvazzjoni lill-Parlament Ewropew li jinkludi l-elementi meħtieġa biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi assoċjati u li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jseħħu dawn il-parteċipazzjonijiet.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Arranġament mar-Renju tan-Norveġja, mar-Repubblika tal-Iżlanda, mal-Konfederazzjoni Svizzera u mal-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja

Referenzi

15832/2018 – C8-0035/2019 – COM(2018)06062018/0316(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

22.1.2019

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

30.1.2019

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

30.1.2019

CONT

30.1.2019

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

13.9.2018

CONT

10.9.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Monica Macovei

1.10.2018

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

27.9.2018

Eżami fil-kumitat

19.2.2019

 

 

 

Data tal-adozzjoni

19.2.2019

 

 

 

Data tat-tressiq

21.2.2019

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Frar 2019Avviż legali