Proċedura : 2019/0030(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0082/2019

Testi mressqa :

A8-0082/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2019 - 11.3

Testi adottati :

P8_TA(2019)0167

RAPPORT     ***I
PDF 187kWORD 72k
21.2.2019
PE 634.693v02-00 A8-0082/2019

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula d-dispożizzjonijiet għat-tkomplija tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim li huma għaddejjin taħt il-programm Erasmus+ fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ("ir-Renju Unit") mill-Unjoni Ewropea.

(COM(2019)0065 – C8-0040/2019 – 2019/0030(COD))

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

Rapporteur: Bogdan Andrzej Zdrojewski

(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(2) tar-Regoli ta' Proċedura)

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula d-dispożizzjonijiet għat-tkomplija tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim li huma għaddejjin taħt il-programm Erasmus+ fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ("ir-Renju Unit") mill-Unjoni Ewropea.

(COM(2019)0065 – C8-0040/2019 – 2019/0030(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2019)0065),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 165(4) u 166(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0040/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0082/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi miżuri proviżorji li jirregolaw it-trasport bl-ajru bejn l-Unjoni u r-Renju Unit f'każ ta' nuqqas ta' ftehim dwar il-ħruġ, ma jkunx jista' jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, ikun jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ għall-kisba ta' dak l-għan.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Fil-perspettiva tal-ħtieġa li tiġi żgurata, qabel id-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, it-tkomplija tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim li huma għaddejjin fl-ambitu tal-programm Erasmus+, kien ikkunsidrat xieraq li tkun prevista eċċezzjoni għall-perjodu ta' tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, li huwa anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu japplika mid-data wara dik li fiha jieqfu japplikaw it-Trattati għar-Renju Unit u fir-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-data wara dik li fiha jieqfu japplikaw it-Trattati għar-Renju Unit u fir-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Madankollu, dan ir-Regolament m'għandux japplika jekk sa dik id-data jkun daħal fis-seħħ ftehim dwar ħruġ konkluż mar-Renju Unit f'konformità mal-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.


NOTA SPJEGATTIVA

Fit-30 ta' Jannar 2019, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta biex tipprevedi miżuri ta' kontinġenza għall-programm Erasmus+ fil-każ li ma jkunx intlaħaq ftehim dwar il-Brexit (jiġifieri li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni fid-29 ta' Marzu 2019 mingħajr ftehim dwar il-ħruġ). Il-proposta hija konformi mal-Pjan ta' Azzjoni ta' Kontinġenza tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018 u għandha l-għan li tiżgura li, jekk ma jkun hemm ebda ftehim dwar il-ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit fil-punt tat-tluq tar-Renju Unit, il-parteċipanti ta' Erasmus+ ikunu jistgħu jikkompletaw il-programm ta' skambju tagħhom mingħajr interruzzjoni, mingħajr ma jitilfu l-krediti, u bit-tkomplija tal-appoġġ finanzjarju. Il-Kummissjoni tikkalkula li fil-preżent hemm 14-il elf student mill-UE-27 fir-Renju Unit, u 7 elef student mir-Renju Unit fl-UE. Din il-miżura tkun tapplika biss għall-azzjonijiet ta' mobbiltà u biss għal dawk li diġà jkunu bdew qabel it-tluq tar-Renju Unit. Għaldaqstant hija miżura temporanja. Filwaqt li fit-teorija jaf tapplika għal massimu ta' 12-il xahar (il-perjodu massimu ta' skambju Erasmus+ huwa 12-il xahar), fil-parti l-kbira tal-każijiet tkun tapplika sa tmiem is-sena akkademika preżenti. Bħalma jidher ċar mill-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar "Miżuri li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-baġit ġenerali tal-Unjoni fl-2019 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni", il-miżura ma tapplikax għal proġetti ffinanzjati taħt Erasmus+ (eż. sħubiji strateġiċi) sakemm ir-Renju Unit ma jkomplix jikkontribwixxi għall-baġit tal-UE għall-2019.

Filwaqt li r-Rapporteur ikompli jittama li jista' jintlaħaq ftehim ordnat dwar il-ħruġ, huwa jilqa', madankollu, l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tagħti ċertezza lil dawk l-istudenti li investew il-ħin u sikwit, il-flus, fi skambju Erasmus+, u li jeħtieġu li jkunu jistgħu jikkompletaw l-iskambju fuq l-istess bażi li bdew bih. Dan huwa importanti immens għall-persuni kollha kkonċernati. Minħabba li l-proposta hija sensittiva fir-rigward taż-żmien - trid tiġi ffirmata bħala liġi sad-29 ta' Marzu 2019 - ir-Rapporteur jipproponi li t-test tal-Kummissjoni ma jiġix mibdul, għajr għal żewġ żidiet żgħar.

L-ewwel nett, minħabba l-urġenza tal-proċedura, mhux possibbli li jkun rispettat il-perjodu ta' tmien ġimgħat għall-parlamenti nazzjonali biex iwieġbu għall-proposti leġiżlattivi taħt l-Artikolu 4 tal-Protokoll (Nru 1) tat-TUE, TFUE u tat-Trattat EURATOM. Dan jeħtieġ li jiġi ddikjarat fi premessa b'konformità mal-Artikolu rilevanti, u hu jipproponi emenda biex dan l-għan jinkiseb. It-tieni nett, huwa importanti li fl-Artikolu jiġi ddikjarat li r-Regolament ma jidħolx fis-seħħ jekk ikun hemm ftehim tal-ħruġ, u ġiet imħejjija emenda li tiżgura din il-possibilità.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

It-tkomplija tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim li huma għaddejjin taħt il-programm Erasmus+ fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (”ir-Renju Unit”) mill-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2019)0065 – C8-0040/2019 – 2019/0030(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.1.2019

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

30.1.2019

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Bogdan Andrzej Zdrojewski

4.2.2019

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

4.2.2019

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Data tat-tressiq

21.2.2019

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Frar 2019Avviż legali