Proċedura : 2018/0272(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0083/2019

Testi mressqa :

A8-0083/2019

Dibattiti :

PV 11/03/2019 - 21
CRE 11/03/2019 - 21

Votazzjonijiet :

PV 12/03/2019 - 9.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0140

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 206kWORD 67k
22.2.2019
PE 627.758v02-00 A8-0083/2019

dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali

(10861/2018 – C8-0445/2018 – 2018/0272(NLE))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Heidi Hautala

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊEVIET KONTRIBUT
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali

(10861/2018 – C8-0445/2018 – 2018/0272(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (10861/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (10877/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-ewwel subparagrafi tal-Artikolu 207(3) u (4), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u tal-Artikolu 218(7) tiegħu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0445/2018),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu ta'...(1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0083/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam.

(1)

Testi Adottati ta' din id-data, P8_TA(0000)0000.


NOTA SPJEGATTIVA

L-isfond

Il-Vjetnam sar it-tielet pajjiż fl-Asja li daħal f'negozjati għal Ftehim ta' Sħubija Volontarja fl-2010, wara l-Indoneżja u l-Malasja. In-negozjati ġew konklużi f'Mejju 2017 u l-ftehim ġie ffirmat fid-19 ta' Ottubru 2018. L-objettiv tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja, li jikkonforma mal-impenn konġunt tal-UE u l-Vjetnam rigward il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, huwa li jiġi pprovdut qafas legali mmirat li jiżgura li l-importazzjonijiet kollha tal-injam u tal-prodotti tal-injam mill-Vjetnam lejn l-UE koperti mill-Ftehim ta' Sħubija Volontarja jkunu ġew prodotti legalment.

Il-Vjetnam huwa pajjiż importanti fil-kuntest tal-kummerċ tal-injam, peress li l-pajjiż għandu s-sitt l-akbar settur tal-ipproċessar tal-injam fid-dinja, orjentat lejn l-esportazzjoni. Huwa wkoll importatur ewlieni tal-injam u tal-prodotti tal-injam. Il-fabbriki tal-Vjetnam kkonsmaw madwar 34 miljun metru kubu ta' injam u ta' prodotti tal-injam fl-2017 li minnhom 25% kienu importati u 75% kienu minn pjantaġġuni domestiċi, li ħafna minnhom huma proprjetà ta' bdiewa żgħar u ġestiti minnhom. L-ikbar pajjiżi ta' oriġini għall-zkuk u għall-injam isserrat fl-2017 kienu l-Kamerun, l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kambodja. L-importazzjonijiet kibru fil-valur b'68 % matul il-perjodu 2011-17. Bħala ċentru ta' pproċessar, il-Vjetnam huwa esportatur ewlieni ta' prodotti tal-injam lejn l-UE iżda anke lejn ir-reġjun kollu, b'mod partikolari ċ-Ċina.

Il-Vjetnam kien iffaċċjat bl-isfida importanti li jindirizza l-kummerċ illegali tal-injam fis-snin preċedenti mil-Laos sal-infurzar effettiv ta' projbizzjoni fuq l-esportazzjoni, u f'dawn l-aħħar snin għal darb' oħra mill-Kambodja. Sa mill-2015, il-Kambodja kienet it-tieni l-akbar fornitur ta' injam tropikali tal-Vjetnam, minkejja l-projbizzjoni msemmija(1) ta' esportazzjonijiet lejn il-Vjetnam; Iż-żewġ pajjiżi għandhom responsabbiltà kondiviża fit-tisħiħ ta' dan il-kummerċ illegali, peress li l-awtoritajiet Vjetnamiżi, b'mod partikolari fil-livell provinċjali, ħadu deċiżjonijiet formali li ma jirrispettawx il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini, bħal pereżempju l-amministrazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni formali.

Il-Ftehim ta' Sħubija Volontarja: il-proċess kollu jinbeda darba li jiġi ratifikat

Skont il-Ftehim ta' Sħubija Volontarja, pajjiż jimpenja ruħu li jistabbilixxi politika li jkollha l-għam li tiżgura li l-ebda injam illegali ma jiġi esportat lejn pajjiżi terzi, u b'mod partikolari lejn l-UE(2). Għalhekk, l-iffirmar tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja huwa l-bidu ta' proċess twil li matulu l-Vjetnam se jkollu jadotta sett sħiħ ta' leġiżlazzjoni (l-hekk imsejħa Sistema ta' Verifika tal-Legalità tal-Injam - TLAS) u jistabbilixxi l-istrutturi amministrattivi u l-kapaċità meħtieġa sabiex jimplimenta u jinforza l-impenji tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja tiegħu. Il-Ftehim ta' Sħubija Volontarja għalhekk se jikkontribwixxi biex is-settur tal-injam tal-Vjetnam jiġi riformat b'mod fundamentali. Bħala ċentru tal-ipproċessar, huwa kruċjali li l-Vjetnam jadotta wkoll leġiżlazzjoni li tiżgura li l-injam maqtugħ legalment biss jiġi importat fis-suq tiegħu. Il-Vjetnam impenja ruħu li jadotta tali leġiżlazzjoni dwar il-kontroll fuq l-importazzjoni u dan huwa ċertament huwa wieħed mill-kisbiet ewlenin tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja.

Ir-rapporteur huwa tal-fehma li l-leġiżlazzjoni dwar l-importazzjoni tal-Vjetnam għandha rwol ċentrali fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju kollu. Il-Vjetnam diġà impenja ruħu li jinkludi obbligi ta' diliġenza dovuta għall-importaturi tal-injam u ta' prodotti tal-injam, għalhekk l-għan hawnhekk huwa li jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni Vjetnamiża tkun ekwivalenti għar-Regolament tal-UE dwar l-Injam (EUTR) kemm jista' jkun, b'mod partikolari billi jiġu pprovduti rekwiżiti ta' diliġenza dovuta ekwivalenti. Barra minn hekk, huwa importanti li wieħed jinnota li l-Vjetnam intrabat ukoll li jirrikonoxxi l-liġijiet tal-pajjiż tal-ħsad bħala parti mid-definizzjoni ta' legalità skont it-TLAS. Madankollu, il-Vjetnam, għalissa, ma kkunsidrax l-inklużjoni ta' projbizzjoni sħiħa tal-injam illegali milli jidħol fis-suq Vjetnamiż, li jkun jinvolvi obbligu ta' ħtif ta' dan l-injam illegali.

Huwa biss wara li l-Vjetnam ikun implimenta bis-sħiħ l-impenji kollha tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja(3), li se jkun jista' jaċċedi għall-iskema ta' liċenzjar FLEGT tal-UE. Dan ikun pass ewlieni ukoll f'termini ta' aċċess għas-suq tal-UE, peress li l-injam importat taħt liċenzja FLEGT huwa preżunt li huwa legali skont l-EUTR. L-adeżjoni għal-liċenzjar FLEGT hija mira fit-tul, billi l-Vjetnam se jkollu jiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-impenji tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja u jagħti prova tal-kapaċità li jinforza l-leġiżlazzjoni nazzjonali relatata. Peress li l-adeżjoni tal-Vjetnam mal-iskema ta' liċenzjar FLEGT hija approvata permezz ta' proċedura ta' att delegat, il-Parlament Ewropew se jkollu r-responsabbiltà li jivvaluta b'attenzjoni jekk l-impenji u r-rekwiżiti tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja ġewx issodisfati. Ir-rapporteur hija tal-fehma li r-riżoluzzjoni li takkumpanjaha għar-rakkomandazzjoni ta' approvazzjoni tipprovdi l-opportunità li jiġu ċċarati l-parametri ta' referenza biex jiġi vvalutat jekk il-Vjetnam fil-futur hux se jkun lest biex jissieħeb fl-iskema ta' liċenzjar FLEGT tal-UE.

Ir-relazzjoni bejn il-Ftehim ta' Sħubija Volontarja u l-EVFTA

Il-Ftehim ta' Sħubija Volontarja u l-EVFTA sa issa qdew rwol ta' appoġġ reċiproku. Dawn iż-żewġ ftehimiet jikkoinċidu fil-Kapitolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja, li jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u l-kummerċ fi prodotti forestali u li b'mod espliċitu jirreferi għall-Ftehim ta' Sħubija Volontarja(4). Mad-dħul fis-seħħ l-EVFTA se jilliberalizza l-kummerċ fi prodotti tal-injam tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja. Dawk l-importazzjonijiet se jkunu koperti mill-obbligi ta' diliġenza dovuta tal-EUTR sal-bidu tal-liċenzjar FLEGT. Barra minn hekk, il-Vjetnam bħalissa mhuwiex meqjus pajjiż b'riskju kbir fir-rigward tal-importazzjonijiet lejn l-UE. Madankollu, hemm bżonn li titkompla s-sorveljanza tal-evoluzzjoni tal-kummerċ bilaterali tal-injam, inkluż fil-qafas tal-Kapitolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja, sabiex jiġi żgurat li l-liberalizzazzjoni addizzjonali ma tinvolvix riskji addizzjonali.

Bħala konklużjoni, ir-Rapporteur tissuġġerixxi li r-riżoluzzjoni li takkumpanjaha r-rakkomandazzjoni ta' approvazzjoni għandha tiffoka fuq il-punti ta' referenza għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja:

•  Il-Vjetnam se jkollu jadotta leġiżlazzjoni dwar l-importazzjoni li tipprovdi obbligi sodi ta' diliġenza dovuta. Din id-diliġenza dovuta, ma għandhiex titnaqqas għal sempliċi eżerċizzju ta' konformità burokratika, iżda għandha tinkludi l-passi kollha meħtieġa ta' diliġenza dovuta bħall-valutazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju. Barra minn hekk, din ma għandhiex biss tkun sempliċi kopja mill-EUTR, iżda għandha tkun mqabbla ma' struttura istituzzjonali adegwata sabiex jiġi żgurat infurzar adegwat.

•  Il-leġiżlazzjoni dwar l-importazzjoni tal-Vjetnam għandha tipprovdi għal projbizzjoni li jitqiegħed injam illegali fis-suq, addizzjonalment għall-obbligu ta' diliġenza dovuta. Dan għandu jippermetti wkoll il-possibbiltà li jinħataf l-injam illegali li jkun għadda mid-dwana.

•  It-TLAS m'għandhiex tiġi applikata biss fuq karta iżda għandha tiġi infurzata wkoll. Dan se jimplika riformi fl-awtoritajiet pubbliċi responsabbli, kif ukoll l-allokazzjoni ta' riżorsi adegwati. L-infurzar huwa essenzjali biex jiġi żgurat li l-Ftehim ta' Sħubija Volontarja ma jintużax għall-"ħasil" tal-injam illegali.

•  Il-Vjetnam għandu jaqbel ma' Pjan ta' Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja, sabiex iżomm il-livell għoli ta' impenn u jinkludi azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jiġu indirizzati l-importazzjonijiet illegali tal-injam qabel ma t-TLAS issir operattiva.

•  Il-Vjetnam għandu jikkunsidra li jespandi l-iskema ta' liċenzjar tal-esportazzjoni futura tiegħu għall-pajjiżi terzi kollha, u mhux biss għall-UE.

•  Il-Vjetnam għandu jaħdem biex iwaqqaf il-korruzzjoni mifruxa b'mod partikolari fir-rigward tal-awtoritajiet doganali, li jinsabu f'pożizzjoni ta' tmexxija fl-implimentazzjoni u fl-infurzar tal-politika u tal-għodod tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja. Il-Vjetnam għandu jinvestiga, ineħħi mill-funzjoni u jressaq quddiem il-ġustizzja lil dawk li kienu responsabbli għall-awtorizzazzjoni u l-ġestjoni tal-kummerċ illegali fil-passat.

•  Il-flussi illegali tal-injam kollha fuq il-fruntiera tal-Kambodja għandhom jieqfu. Għalhekk, l-injam mill-Kambodja għandu jitqies bħala ta' riskju għoli fil-leġiżlazzjoni tal-Vjetnam. Għandha titqies ukoll il-possibbiltà li l-importazzjonijiet mill-Kambodja jitwaqqfu għal kollox. Id-djalogu bejn iż-żewġ pajjiżi għandu jiġi mtejjeb.

•  Il-Kummissjoni għandha żżomm il-pressjoni fuq il-pajjiżi importaturi l-kbar fir-reġjun bħaċ-Ċina u l-Ġappun. Dan il-Ftehim ta' Sħubija Volontarja għandu dimensjoni reġjonali importanti ħafna u għandu l-potenzjal li jiġġenera riperkussjonijiet pożittivi għal importaturi ewlenin oħra. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tipprijoritizza aktar il-kummerċ illegali tal-injam fir-relazzjonijiet bilaterali ma' dawk il-pajjiżi.

•  L-eżerċizzju tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja s'issa kien eżempju pożittiv mingħajr preċedent tal-involviment tas-soċjetà ċivili fil-Vjetnam. Dan għandu jkompli u l-Vjetnam għandu jżomm kelmtu li jinvolvi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊs) fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja. L-involviment tal-OSĊs huwa pilastru importanti tas-sistema ta' governanza tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja.

(1)

https://www.phnompenhpost.com/national/despite-ban-timber-exports-vietnam-nearing-2016-total

(2)

Il-Ftehim ta' Sħubija Volonatrja jkopri l-prodotti ewlenin kollha esportati lejn l-UE, b'mod partikolari l-ħames prodotti tal-injam obbligatorji kif definiti fir-Regolament FLEGT tal-2005 (zkuk, injam isserrat, traversi ferrovjarji, plywood u fuljetta) u jinkludi wkoll għadd ta' prodotti oħra tal-injam bħall-partiċelli taċ-ċippa tal-injam, kisi tal-art bil-parkè, bord tal-injam mill-frak u għamara tal-injam. Il-Ftehim jkopri l-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi kollha għalkemm, tal-inqas għall-ewwel, l-iskema ta' liċenzjar tapplika biss għall-esportazzjonijiet tal-UE.

(3)

Id-disponibbiltà tas-sistema TLAS għal-liċenzjar FLEGT l-ewwel se tiġi vvalutata b'mod konġunt mill-UE u l-Vjetnam. Huwa biss meta ż-żewġ partijiet jaqblu li s-sistema hija b'saħħitha biżżejjed li l-liċenzjar ikun jista' jibda.

(4)

L-Artikolu 13.8, paragrafu 2(a): [kull Parti għandha] tħeġġeġ il-promozzjoni tal-kummerċ tal-prodotti forestali minn foresti ġestiti b'mod sostenibbli u maħsuda skont il-leġiżlazzjoni domestika fil-pajjiż tal-ħsad; dan jista' jinkludi l-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija Volontarju dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, Governanza u Kummerċ (« FLEGT »).


ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊEVIET KONTRIBUT

Il-lista li ġejja hija mfassla fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur. Ir-rapporteur irċeviet informazzjoni mill-entitajiet jew mill-persuni li ġejjin fi tħejjija għall-Abbozz ta' Riżoluzzjoni Leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali.

Entità u/jew persuna

Faith Doherty, Jago Wadley

Environmental Investigation Agency (Aġenzija tal-Investigazzjoni Ambjentali), EIA

Edwin Shanks

European Forest Institute (Istitut Ewropew tal-Foresti), EFI

Ir-Rappreżentanti

Handicraft and Wood industry association of Ho Chi Minh City, HAWA (Assoċjazzjoni tal-industrija tal-artiġjanat u tal-injam ta' Ho Chi Minh City, Hawa)

Perrine Fournier

FERN

Jo Blackman

Global Witness (Xhud Globali)

Is-Sur Nguyen Xuan Phuc Vjetnam, Prim Ministru

Il-Gvern tal-Vjetnam

Is-Sur Nguyen Xuan Cuong, Ministru għall-Iżvilupp Agrikolu u Rurali

Il-Gvern tal-Vjetnam

Is-Sur Hà Công Tuấn, Aġent Ministru għall-Iżvilupp Agrikolu u Rurali

Il-Gvern tal-Vjetnam

Is-Sa Nguyen Thi Kim Ngan, President tal-Assemblea Nazzjonali

Il-Parlament tal-Vjetnam

L-awtoritajiet provinċjali, id-dwana, il-pulizija, il-kontroll tal-fruntieri, u t-tmexxija tal-provinċja

Il-provinċja ta' Gia Lai, fil-Vjetnam

Ir-Rappreżentanti

Centre for Education and Development (Ċentru għall-Edukazzjoni u l-Iżvilupp) – CED, Vietnam (NGO)

Ir-Rappreżentanti

Centre for Sustainable Rural Development (Ċentru għall-Iżvilupp Rurali Sostenibbli) (SRD), Vjetnam (NGO)  

Ir-Rappreżentanti

Pan Nature, Vjetnam (NGO)

Ir-Rappreżentanti

World Wildlife Fund, WWF, Vietnam

Is-Sur Say Sam Al, Ministru għall-Ambjent

Il-Gvern tal-Kambodja

Is-Sur Veng Sakhon, Ministru għall-Agrikoltura, il-Forestrija u s-Sajd

Il-Gvern tal-Kambodja

Is-Sur Sak Setha, Segretarju tal-Istat tal-Ministeru tal-Intern

Il-Gvern tal-Kambodja

Rappreżentant

Wildlife Conservation Society (Soċjetà tal-konservazzjoni tal-flora u fawna selvaġġi) WCS, il-Kambodja

Rappreżentant

World Wildlife Fund, WWF, il-Kambodja

Ir-Rappreżentanti

Prey Lang Community Network, (Netwerk Komunitarju Prey Lang), il-Kambodja

Markus Hardtke

Forest Crime (Kriminalità Forestali)

Gordana Topic

Il-Kummissjoni Ewropea

Hugo-Maria Schally

Il-Kummissjoni Ewropea

Astrid Schomaker

Il-Kummissjoni Ewropea

L-Ambaxxatur Bruno Angelet

SEAE, Delegazzjoni tal-UE f'Hanoi

L-Ambaxxatur George Edgar

SEAE, Delegazzjoni tal-UE fi Phnom Penh

L-Ambaxxatur Kari Kahiluoto

Ambaxxata tal-Finlandja f'Hanoi

Ir-Rappreżentanti

Ambaxxata tal-Ġermanja f'Hanoi


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (25.1.2019)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali

(10861/2018 – C8-0445/2018 – 2018/0272(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Jan Zahradil

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jirrakkomanda lill-Parlament l-approvazzjoni tal-proposta għal abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Ftehim ta’ Sħubija Volontarju bejn l-UE u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali

Referenzi

10861/2018 – C8-0445/2018 – COM(2018)05152018/0272(NLE)

Kumitat responsabbli

 

INTA

 

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

25.10.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jan Zahradil

16.11.2018

Eżami fil-kumitat

20.11.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mireille D’Ornano, Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Maria Heubuch, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Linda McAvan, Norbert Neuser, Vincent Peillon, Lola Sánchez Caldentey, Elly Schlein, Bogusław Sonik, Eleni Theocharous, Anna Záborská, Joachim Zeller, Željana Zovko

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Stefan Gehrold, Maria Noichl, Judith Sargentini

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

20

+

ECR

Eleni Theocharous

GUE/NGL

Marina Albiol Guzmán, Lola Sánchez Caldentey

PPE

Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Stefan Gehrold, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Bogusław Sonik, Anna Záborská, Joachim Zeller, Željana Zovko

S&D

Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Linda McAvan, Norbert Neuser, Maria Noichl, Vincent Peillon, Elly Schlein

VERTS/ALE

Maria Heubuch, Judith Sargentini

1

-

EFDD

Mireille D'Ornano

0

0

 

 

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim ta’ Sħubija Volontarju bejn l-UE u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali

Referenzi

10861/2018 – C8-0445/2018 – COM(2018)05152018/0272(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

19.10.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

25.10.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

25.10.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Heidi Hautala

29.8.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.11.2018

23.1.2019

 

 

Data tal-adozzjoni

19.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, Daniel Caspary, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Karoline Graswander-Hainz, Heidi Hautala, Nadja Hirsch, France Jamet, Jude Kirton-Darling, Patricia Lalonde, Bernd Lange, David Martin, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Kārlis Šadurskis, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Klaus Buchner, Ramona Nicole Mănescu, Georg Mayer, Ralph Packet, Bolesław G. Piecha, Fernando Ruas, Lola Sánchez Caldentey

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Malin Björk, Ramón Jáuregui Atondo, Bernd Kölmel, Julia Pitera, Wim van de Camp, Mirja Vehkaperä, Marco Zanni

Data tat-tressiq

22.2.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

37

+

ALDE

Nadja Hirsch, Patricia Lalonde, Marietje Schaake, Mirja Vehkaperä

ECR

Bernd Kölmel, Emma McClarkin, Ralph Packet, Bolesław G. Piecha

EFDD

Tiziana Beghin

ENF

France Jamet, Georg Mayer, Marco Zanni

GUE/NGL

Malin Björk, Anne-Marie Mineur, Lola Sánchez Caldentey, Helmut Scholz

PPE

Laima Liucija Andrikienė, Georges Bach, Wim van de Camp, Daniel Caspary, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Ramona Nicole Mănescu, Sorin Moisă, Julia Pitera, Fernando Ruas, Kārlis Šadurskis

S&D

Maria Arena, Karoline Graswander-Hainz, Ramón Jáuregui Atondo, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Heidi Hautala

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Frar 2019Avviż legali