Proċedura : 2018/0148(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0086/2019

Testi mressqa :

A8-0086/2019

Dibattiti :

PV 25/03/2019 - 19
CRE 25/03/2019 - 19

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 7.10

Testi adottati :

P8_TA(2019)0230

RAPPORT     ***I
PDF 291kWORD 115k
22.2.2019
PE 625.429v02-00 A8-0086/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009

(COM(2018)0296 – C8-0190/2018 – 2018/0148(COD))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Michał Boni

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009

(COM(2018)0296 – C8-0190/2018 – 2018/0148(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0296),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 114 u 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0190/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0086/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Jixraq li r-Regolament (KE) Nru 1222/2009 jiġi ssostitwit b'Regolament ġdid li jinkorpora emendi li saru fl-2011, u li jimmodifika u jtejjeb uħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu sabiex il-kontenut jiġi ċċarat u aġġornat, filwaqt li jitqies il-progress teknoloġiku li sar fl-aħħar snin fil-qasam tat-tajers.

(3)  Jixraq li r-Regolament (KE) Nru 1222/2009 jiġi ssostitwit b'Regolament ġdid, li jinkorpora emendi li saru fl-2011, li jimmodifika u jtejjeb uħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu sabiex il-kontenut jiġi ċċarat u aġġornat, filwaqt li jqis il-progress teknoloġiku li sar fl-aħħar snin fil-qasam tat-tajers. Madankollu, peress li l-provvista u d-domanda ftit li xejn inbidlu f'termini tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, f'dan l-istadju m'hemmx bżonn li tinbidel l-iskala ta' gradazzjoni għall-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu eżaminati r-raġunijiet għal dak in-nuqqas ta' żvilupp u l-fatturi tax-xiri, bħalma huma l-prezz, il-prestazzjoni, eċċ..

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Is-settur tat-trasport jirrappreżenta terz tal-konsum tal-enerġija tal-Unjoni. Fl-2015, it-trasport bit-triq kien responsabbli għal madwar 22 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tal-UE. It-tajers, l-aktar minħabba r-reżistenza għad-dawrien tagħhom, jirrappreżentaw bejn 5 % u 10 % tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi. Għaldaqstant, tnaqqis fir-reżistenza għad-dawrien tat-tajers jista' jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil tat-trasport bit-triq, u b'hekk ukoll għat-tnaqqis fl-emissjonijiet.

(4)  Is-settur tat-trasport jirrappreżenta terz tal-konsum tal-enerġija tal-Unjoni. Fl-2015, it-trasport bit-triq kien responsabbli għal madwar 22 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tal-UE. It-tajers, l-aktar minħabba r-reżistenza għad-dawrien tagħhom, jirrappreżentaw bejn 5 % u 10 % tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi. Għaldaqstant, it-tnaqqis fir-reżistenza għad-dawrien tat-tajers jista' jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil tat-trasport bit-triq, u b'hekk għat-tnaqqis fl-emissjonijiet u għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Sabiex tiġi indirizzata l-isfida tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tat-trasport bit-triq, huwa xieraq li l-Istati Membri, b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jipprovdu inċentivi favur l-innovazzjoni ta' proċess teknoloġiku ġdid għat-tajers C1, C2 u C3 effiċjenti fl-użu tal-fjuwil u sikuri.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  It-tajers huma kkaratterizzati minn għadd ta' parametri marbutin ma' xulxin. It-titjib ta' parametru wieħed bħar-reżistenza għad-dawrien jista' jolqot ħażin parametri oħra, bħall-qabda fuq l-imxarrab, u bil-maqlub, it-titjib tal-qabda fuq l-imxarrab jista' jolqot ħażin l-istorbju estern tad-dawrien. Jenħtieġ li l-manifatturi tat-tajers jiġu mħeġġa jtejbu l-parametri kollha lil hinn mill-istandards diġà miksuba.

(5)  (Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  It-titjib tat-tikkettar tat-tajers se jippermetti li l-konsumaturi jiksbu informazzjoni aktar rilevanti u kumparabbli dwar l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, is-sikurezza u l-istorbju u jieħdu deċiżjonijiet ta' xiri kosteffettivi u b'rispett lejn l-ambjent meta jiġu biex jixtru tajers ġodda.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Sabiex l-utenti aħħarija jingħataw informazzjoni dwar il-prestazzjoni tat-tajers iddisinjati speċifikament għall-kundizzjonjiet tal-borra u tas-silġ, jixraq li jkun hemm l-obbligu li t-tikketta tinkludi informazzjoni dwar it-tajers tal-borra u tas-silġ.

(12)  Sabiex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq ġewwa l-Unjoni fejn il-klima hija aktar kiesħa u biex l-utenti aħħarija jingħataw informazzjoni dwar il-prestazzjoni tat-tajers iddisinjati speċifikament għall-kundizzjonjiet tal-borra u tas-silġ, jixraq li jkun hemm l-obbligu li t-tikketta tinkludi informazzjoni dwar it-tajers tal-borra u tas-silġ. It-tajers tal-borra u tas-silġ għandhom parametri speċifiċi li ma jistgħux jitqabblu bis-sħiħ ma' tipi ta' tajers oħra. Sabiex jiġi żgurat li l-utenti aħħarija jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet meqjusa u informati, l-informazzjoni dwar il-qabda fuq il-borra u l-qabda fuq is-silġ u l-kodiċi QR jenħtieġ li jkunu inklużi fit-tikketta. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa skala dwar il-prestazzjonijiet kemm għall-qabda fuq il-borra kif ukoll għall-qabda fuq is-silġ. Dawk l-iskali jenħtieġ li jkunu bbażati fuq ir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u fuq l-ISO 19447 għall-borra u għas-silġ rispettivament. Fi kwalunkwe każ, il-logo tal-muntanja bi tliet quċċati b'farka borra ("3PMSF") jenħtieġ li jiġi intaljat fuq tajer li jissodisfa l-valuri minimi tal-indiċi għall-prestazzjoni fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117. Bl-istess mod, tajer li jissodisfa l-valur minimu tal-indiċi għall-prestazzjoni fuq is-silġ stabbilit fl-ISO 19447 jenħtieġ li juri l-logo tat-tajers tas-silġ miftiehem skont dan l-istandard.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Il-brix tat-tajers matul l-użu huwa sors sinifikanti tal-mikroplastiċi, li jagħmlu l-ħsara lill-ambjent, u għaldaqstant il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Strateġija Ewropea għall-Plastik f'Ekonomija Ċirkolari"16 ssemmi l-bżonn li jiġi indirizzat ir-rilaxx mhux intenzjonat tal-mikroplastiċi mit-tajers, fost l-oħrajn permezz ta' miżuri ta' informazzjoni bħat-tikkettar u rekwiżiti minimi għat-tajers. Madankollu, s'issa ma hemm ebda metodu ta' ttestjar xieraq disponibbli biex ikejjel il-brix tat-tajers. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqabbad l-iżvilupp ta' tali metodu, filwaqt li jitqiesu bis-sħiħ l-istandards jew ir-regolamenti kollha tal-aħħar teknoloġija żviluppati jew proposti internazzjonalment, bil-għan li jiġi stabbilit metodu ta' ttestjar xieraq mill-iktar fis.

(13)  Il-brix tat-tajers matul l-użu huwa sors sinifikanti tal-mikroplastiċi, li jagħmlu l-ħsara lill-ambjent. Għaldaqstant il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Strateġija Ewropea għall-Plastik f'Ekonomija Ċirkolari"16 issemmi l-bżonn li jiġi indirizzat ir-rilaxx mhux intenzjonat tal-mikroplastiċi mit-tajers, fost l-oħrajn permezz ta' miżuri ta' informazzjoni bħat-tikkettar u rekwiżiti minimi għat-tajers. Għaldaqstant, l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' tikkettar fir-rigward tar-rata ta' brix tat-tajers toħloq benefiċċji sostanzjali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqabbad l-iżvilupp ta' tali metodu, filwaqt li jitqiesu bis-sħiħ l-istandards jew ir-regolamenti kollha tal-aħħar teknoloġija żviluppati jew proposti internazzjonalment, kif ukoll ir-riżultat tar-riċerka industrijali, bil-għan li jiġi stabbilit metodu ta' ttestjar xieraq mill-iktar fis.

__________________

__________________

16 COM(2018)0028

16 COM(2018)0028

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  It-tikketta tal-enerġija skont ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17, li tikklassifika l-konsum tal-enerġija tal-prodotti fi skala minn "A" sa "G", hija rikonoxxuta minn aktar minn 85 % tal-konsumaturi tal-Unjoni, u wriet li hija effettiva fil-promozzjoni ta' prodotti aktar effiċjenti. Jenħtieġ li t-tikketta tat-tajers tkompli tuża l-istess disinn sa fejn huwa possibbli, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-parametri tat-tajers.

(15)  It-tikketta tal-enerġija skont ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17, li tikklassifika l-konsum tal-enerġija tal-prodotti fi skala minn "A" sa "G", hija rikonoxxuta minn aktar minn 85 % tal-konsumaturi tal-Unjoni bħala għodda ta' informazzjoni ċara u trasparenti, u wriet li hija effettiva fil-promozzjoni ta' prodotti aktar effiċjenti. Jenħtieġ li t-tikketta tat-tajers tkompli tuża l-istess disinn sa fejn huwa possibbli, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-parametri tat-tajers.

__________________

__________________

17 Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).

17 Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  L-għoti ta' informazzjoni komparabbli dwar il-parametri tat-tajers fil-forma ta' tikketta standard x'aktarx li jinfluwenza d-deċiżjonijiet tax-xiri tal-utenti aħħarija favur tajers aktar sikuri, inqas storbjużi u aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil. Dan min-naħa tiegħu x'aktarx iħeġġeġ lill-manifatturi tat-tajers itejbu kemm jistgħu dawk il-parametri, u b'hekk iwittu t-triq għal konsum u produzzjoni aktar sostenibbli.

(16)  L-għoti ta' informazzjoni komparabbli dwar il-parametri tat-tajers fil-forma ta' tikketta standard x'aktarx li jinfluwenza d-deċiżjonijiet tax-xiri tal-utenti aħħarija favur tajers aktar sikuri, sostenibbli, inqas storbjużi u aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil. Dan min-naħa tiegħu x'aktarx iħeġġeġ lill-manifatturi tat-tajers itejbu kemm jistgħu dawk il-parametri, u b'hekk iwittu t-triq għal konsum u produzzjoni aktar sostenibbli.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  L-utenti aħħarija potenzjali għandhom jingħataw informazzjoni li tispjega kull komponent tat-tikketta u r-rilevanza tiegħu. Din l-informazzjoni għandha tingħata f'materjal promozzjonali tekniku, pereżempju fuq is-siti web tal-fornituri.

(22)  L-utenti aħħarija potenzjali jenħtieġ li jingħataw informazzjoni li tispjega kull komponent tat-tikketta u r-rilevanza tiegħu. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tingħata f'materjal promozzjonali tekniku, pereżempju fuq is-siti web tal-fornituri. Il-materjal promozzjonali tekniku jenħtieġ li ma jinkludix reklami fuq billboards, gazzetti, rivisti jew xandir tar-radju u t-televiżjoni.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Il-konformità min-naħa tal-fornituri u tad-distributuri mad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tat-tajers hija essenzjali biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jimmonitorjaw tali konformità permezz ta' sorveljanza tas-suq u kontrolli ex-post regolari, skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20.

(24)  Il-konformità min-naħa tal-fornituri u tad-distributuri mad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tat-tajers hija essenzjali biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jimmonitorjaw tali konformità permezz ta' sorveljanza tas-suq u kontrolli ex-post regolari, skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 u jipprevedu wkoll sanzjonijiet f'każ ta' tikkettar qarrieqi.

__________________

__________________

20 Ir-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

20 Ir-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Biex jiġu emendati l-kontenut u l-format tat-tikketta, biex jiddaħħlu rekwiżiti dwar it-tajers ittredjati mill-ġdid, il-brix u l-kilometraġġ, u biex l-Annessi jiġu adattati għall-progress tekniku, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa ta' importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anke fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201621. B'mod partikolari, biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni ndaqs waqt it-tħejjija tal-atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(30)  Sabiex jiġu emendati l-kontenut u l-format tat-tikketta, biex jiddaħħlu rekwiżiti dwar it-tajers ittredjati mill-ġdid, it-tajers tal-borra jew tas-silġ, il-brix u l-kilometraġġ, u biex l-Annessi jiġu adattati għall-progress tekniku, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa ta' importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anke fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201621. B'mod partikolari, biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni ndaqs waqt it-tħejjija tal-atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

__________________

__________________

21 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

21 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a)  Id-data dwar il-kilometraġġ u l-brix tat-tajers, ladarba jkun disponibbli metodu ta' ttestjar xieraq, se tkun għodda ta' benefiċċju li tinforma lill-konsumaturi dwar id-durabbiltà, il-ħajja u r-rilaxx mhux intenzjonat tal-mikroplastiċi mit-tajers li jkunu xtraw. L-informazzjoni dwar il-kilometraġġ tippermetti wkoll li l-konsumaturi jagħmlu għażla infurmata rigward it-tajers b'ħajja itwal, b'kontribuzzjoni għall-ħarsien tal-ambjent, u fl-istess waqt tippermetti wkoll li dawn jagħmlu stima tal-kostijiet operattivi tat-tajers fuq perjodu ta' żmien itwal. Għalhekk, id-data dwar il-prestazzjoni fir-rigward tal-kilometraġġ u l-brix tat-tajers jenħtieġ li tiżdied mat-tikketta meta jkun hemm disponibbli metodu ta' ttestjar rilevanti, sinifikanti u riproduċibbli għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-riċerka u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda f'dak il-qasam jenħtieġ li jkomplu. L-indikazzjoni tal-kilometraġġ u tal-brix tat-tajers tkun bidla fundamentali fit-tikketta u għalhekk jenħtieġ li ssir fir-reviżjoni li jmiss ta' dan ir-Regolament.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja fit-tikketta u tiġi żgurata l-preċiżjoni tagħha, jenħtieġ li d-dikjarazzjoni tal-fornituri fuq it-tikketta rigward il-valuri għar-reżistenza għad-dawrien, il-qabda fuq l-imxarrab u l-istorbju tkun soġġetta għall-proċess ta' approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 661/2009.

(32)  Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja fit-tikketta u tiġi żgurata l-preċiżjoni tagħha, jenħtieġ li d-dikjarazzjoni tal-fornituri fuq it-tikketta rigward il-valuri għar-reżistenza għad-dawrien, il-qabda fuq l-imxarrab, il-qabda fuq il-borra u l-istorbju tkun soġġetta għall-proċess ta' approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 661/2009.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a)  Id-daqs tat-tikketta jenħtieġ li jibqa' l-istess bħal dak stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1222/2009. Id-dettalji dwar il-Qabda fuq il-Borra u l-Qabda fuq is-Silġ u l-kodiċi QR jenħtieġ li jiġu inklużi fit-tikketta.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jiżdiedu s-sikurezza, il-ħarsien tas-saħħa, u l-effiċjenza ekonomika u ambjentali tat-trasport bit-triq, permezz tal-promozzjoni ta' tajers effiċjenti fl-użu tal-fjuwil u tajers sikuri b'emissjonijiet ta' storbju baxxi.

1.  L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jippromwovi tajers sostenibbli, sikuri u effiċjenti fl-użu tal-fjuwil b'livelli ta' storbju baxxi li jistgħu jgħinu biex jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt fuq l-ambjent u fuq is-saħħa filwaqt li jitjiebu s-sikurezza u l-effiċjenza ekonomika tat-trasport bit-triq.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament japplika għat-tajers C1, C2, u C3.

1.  Dan ir-Regolament japplika għat-tajers C1, C2, u C3 li jitqiegħdu fis-suq.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  "parametru" tfisser parametru ta' tajer kif stabbilit fl-Anness I, bħar-reżistenza għad-dawrien, il-qabda fuq l-imxarrab, l-istorbju estern tad-dawrien, il-borra, is-silġ, il-kilometraġġ jew il-brix, li jkollu impatt sinifikanti fuq l-ambjent, fuq is-sikurezza fit-toroq jew fuq is-saħħa matul l-użu;

(19)  "parametru" tfisser parametru ta' tajer kif stabbilit fl-Anness I, bħar-reżistenza għad-dawrien, il-qabda fuq l-imxarrab, l-istorbju estern tad-dawrien, il-borra jew is-silġ, il-kilometraġġ jew il-brix, li jkollu impatt sinifikanti fuq l-ambjent, fuq is-sikurezza fit-toroq jew fuq is-saħħa matul l-użu;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornituri għandhom jiżguraw li t-tajers C1, C2 u C3 li jitqiegħdu fis-suq ikunu akkumpanjati:

1.  Il-fornituri għandhom jiżguraw li t-tajers C1, C2 u C3 li jitqiegħdu fis-suq ikunu akkumpanjati, mingħajr ħlas:

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  għal kull tajer individwali, minn tikketta konformi mal-Anness II fil-forma ta' stiker, li tindika l-informazzjoni u l-klassi għal kull wieħed mill-parametri stabbiliti fl-Anness I, kif ukoll minn skeda ta' informazzjoni dwar il-prodott kif stabbilit fl-Anness IV;

(a)  għal kull tajer individwali, minn tikketta konformi mal-Anness II fil-forma ta' stiker, li tindika l-informazzjoni u l-klassi għal kull wieħed mill-parametri stabbiliti fl-Anness I, kif ukoll minn skeda ta' informazzjoni dwar il-prodott kif stabbilit fl-Anness IV; jew

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fir-rigward ta' tajers mibjugħa bl-internet, il-fornituri għandhom jiżguraw li t-tikketta tintwera qrib il-prezz, u li l-iskeda ta' informazzjoni dwar il-prodott tkun aċċessibbli.

2.  Fir-rigward ta' tajers reklamati jew mibjugħa bl-internet, il-fornituri għandhom jagħmlu t-tikketta disponibbli u jiżguraw f'sitwazzjoni ta' xiri li t-tikketta tintwera b'mod viżibbli qrib il-prezz, u li l-iskeda ta' informazzjoni dwar il-prodott tkun aċċessibbli It-tikketta għandha tintwera permezz ta' immaġni mbejta, wara klikkjatura tal-maws, mogħdija bil-maws jew espansjoni tattili tal-iskrin jew permezz ta' tekniki simili.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-fornituri għandhom jiżguraw li kull riklam viżiv għal tip speċifiku ta' tajer, inkluż fuq l-internet, juri t-tikketta.

imħassar

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-fornituri għandhom jiżguraw li kull materjal promozzjonali tekniku dwar tip speċifiku ta' tajer, inkluż fuq l-internet, jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness V.

4.  Il-fornituri għandhom jiżguraw li kull materjal promozzjonali tekniku dwar tip speċifiku ta' tajer, inkluż fuq l-internet, juri t-tikketta u jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness V.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-fornituri għandhom jiżguraw li l-valuri, il-klassijiet relatati u kull informazzjoni addizzjonali oħra dwar il-prestazzjoni li jiddikjaraw fuq it-tikketta għall-parametri essenzjali stabbiliti fl-Anness I ikunu ġew soġġetti għall-proċess ta' approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 661/2009.

5.  Il-fornituri għandhom jiżguraw li l-valuri, il-klassijiet relatati, l-identifikatur tal-mudell u kull informazzjoni addizzjonali oħra dwar il-prestazzjoni li jiddikjaraw fuq it-tikketta għall-parametri essenzjali stabbiliti fl-Anness I, kif ukoll il-parametri ta' dokumentazzjoni teknika stabbiliti fl-Anness III ikunu ġew ipprovduti lill-awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip qabel ma jqiegħdu tajer fis-suq. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tirrikonoxxi li tkun irċeviet id-dokumentazzjoni mingħand il-fornitur u tivverifikaha.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-fornituri għandhom jagħmlu dokumentazzjoni teknika skont l-Anness III disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri fuq talba tagħhom.

7.  Il-fornituri għandhom jagħmlu d-dokumentazzjoni teknika skont l-Anness III disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri jew għal kwalunkwe parti terza akkreditata fuq talba.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  it-tajers, fil-post tal-bejgħ, iġorru t-tikketta skont l-Anness II fil-forma ta' stiker mogħti mill-fornituri skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1) f'pożizzjoni ċarament viżibbli;

(a)  it-tajers, fil-post tal-bejgħ, iġorru t-tikketta skont l-Anness II fil-forma ta' stiker mogħti mill-fornituri skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1) f'pożizzjoni ċarament viżibbli; jew

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  qabel il-bejgħ ta' tajer li huwa parti minn lott ta' tajers identiċi (wieħed jew aktar), it-tikketta msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tintwera lill-utent aħħari u tidher b'mod ċar qrib ħafna tat-tajer fil-post tal-bejgħ.

(b)  qabel il-bejgħ ta' tajer li huwa parti minn lott ta' tajers identiċi (wieħed jew aktar), it-tikketta msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tiġi ppreżentata lill-utent aħħari u tidher b'mod ċar qrib ħafna tat-tajer fil-post tal-bejgħ.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  it-tikketta għandha titwaħħal direttament mat-tajer u tkun tista' tinqara kollha kemm, filwaqt li ma jkun hemm xejn li jostakola l-viżibilità tagħha.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-distributuri għandhom jiżguraw li kull riklam viżiv għal tip speċifiku ta' tajer, inkluż fuq l-internet, juri t-tikketta.

imħassar

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-distributuri għandhom jiżguraw li kull materjal promozzjonali tekniku dwar tip speċifiku ta' tajer, inkluż fuq l-internet, jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness V.

3.  Id-distributuri għandhom jiżguraw li kull materjal promozzjonali tekniku dwar tip speċifiku ta' tajer, inkluż fuq l-internet, juri t-tikketta u jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness V.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Fir-rigward ta' tajers mibjugħa direttament bl-internet, id-distributuri għandhom jiżguraw li t-tikketta tintwera qrib il-prezz, u li l-iskeda ta' informazzjoni dwar il-prodott tkun aċċessibbli.

7.  Fir-rigward ta' tajers reklamati jew mibjugħa direttament bl-internet, id-distributuri għandhom jagħmlu t-tikketta disponibbli u jiżguraw f'sitwazzjoni ta' xiri li t-tikketta tintwera qrib il-prezz, u li l-iskeda ta' informazzjoni dwar il-prodott tkun aċċessibbli. Din għandha tintwera wara klikkjatura ta' maws, mogħdija bil-maws jew espansjoni tattili tal-iskrin jew tekniki simili;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 4, 6 u 7 dwar il-parametri inklużi fuq it-tikketta għandha tinkiseb bl-applikazzjoni tal-metodi ta' ttestjar u ta' kejl imsemmija fl-Anness I, u bil-proċedura ta' allinjament f'laboratorju msemmija fl-Anness VI.

L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 4, 6 u 7 dwar il-parametri inklużi fuq it-tikketta għandha tinkiseb f'konformità mal-metodi ta' ttestjar imsemmija fl-Anness I, u l-proċedura ta' allinjament f'laboratorju msemmija fl-Anness VI.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq jistabbilixxu sistema ta' spezzjonijiet ta' rutina u ad-hoc tal-postijiet tal-bejgħ bil-għan li tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-programmi ġenerali ta' sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri stabbiliti skont [l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 / ir-Regolament dwar il-konformità u l-infurzar skont COM(2017)795] għandhom jinkludu azzjonijiet biex jiżguraw l-infurzar effettiv ta' dan ir-Regolament.

3.  Il-programmi ġenerali ta' sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri stabbiliti skont [l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 / ir-Regolament dwar il-konformità u l-infurzar skont COM(2017)795] għandhom jinkludu azzjonijiet biex jiżguraw l-infurzar effettiv ta' dan ir-Regolament u għandhom jiġu msaħħa;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Tajers ittredjati mill-ġdid

 

Sa ... [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tintroduċi rekwiżiti ġodda ta' informazzjoni fl-Annessi għat-tajers ittredjati mill-ġdid, sakemm ikun hemm disponibbli metodu xieraq u fattibbli.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 11b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11b

 

Qabda fuq il-borra u fuq is-silġ

 

Sal-1 ta' Ġunju 2020, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13 sabiex tissupplementa dan ir-Regolament billi tintroduċi parametri u rekwiżiti ta' informazzjoni għat-tajers tal-qabda fuq il-borra u fuq is-silġ, bil-għan li tiġi riflessa l-prestazzjoni komparattiva tat-tajers f'ċirkostanzi ta' borra jew ta' silġ u bil-għan li t-tikketti aġġornati jintwerew kemm fil-ħwienet kif ukoll online sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dawk l-atti delegati.

 

 

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  iddaħħal parametri u rekwiżiti ta' informazzjoni għat-tajers tal-qabda fuq il-borra u fuq is-silġ;

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)  iddaħħal metodu ta' ttestjar xieraq għall-kejl tal-prestazzjonijiet tat-tajers tal-qabda fuq il-borra u tal-qabda fuq is-silġ;

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  iddaħħal parametri jew rekwiżiti ta' informazzjoni fl-Anness, b'mod partikulari għall-kilometraġġ u l-brix, dejjem jekk ikunu disponibbli metodi ta' ttestjar xierqa;

imħassar

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn xieraq, waqt li tkun qiegħda tħejji atti delegati, il-Kummissjoni għandha tittestja d-disinn u l-kontenut tat-tikketti għal gruppi speċifiċi ta' prodotti ma' gruppi rappreżentattivi tal-konsumaturi tal-Unjoni biex jiġi żgurat li t-tikketti jifhmuhom b'mod ċar.

Waqt li tkun qiegħda tħejji atti delegati, il-Kummissjoni għandha tittestja d-disinn u l-kontenut tat-tikketti għat-tajers ma' gruppi rappreżentattivi tal-konsumaturi tal-Unjoni biex jiġi żgurat li t-tikketti jifhmuhom b'mod ċar.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-1 ta' Ġunju 2026, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament, u tressaq rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Sal-1 ta' Ġunju 2022, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament, ikkomplementata b'valutazzjoni tal-impatt u stħarriġ fost il-konsumaturi, u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jivvaluta r-rekwiżiti għall-introduzzjoni ta' klassijiet ġodda ta' tajers, format ġdid tat-tikketta jew parametri ġodda għat-tajers, b'mod partikolari għall-kilometraġġ u għall-brix, dment li jkunu disponibbli metodi xierqa ta' ttestjar, u għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, bi proposta leġiżlattiva biex dan ir-Regolament jiġi emendat.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-rapport għandu jivvaluta l-effettività li biha dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skontu jkunu ppermettew lill-utenti aħħarija jagħżlu tajers ta' prestazzjoni aħjar, filwaqt li jitqiesu l-impatti tar-Regolament fuq in-negozju, il-konsum tal-fjuwil, is-sikurezza, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq. Ir-rapport għandu jivvaluta wkoll il-kostijiet u l-benefiċċji ta' verifika, indipendenti u obbligatorja minn parti terza, tal-informazzjoni mogħtija fit-tikketta, filwaqt li titqies l-esperjenza mal-qafas usa' previst bir-Regolament (KE) Nru 661/2009.

Dan ir-rapport għandu jivvaluta l-effettività li biha dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skontu jkunu ppermettew lill-utenti aħħarija jagħżlu tajers ta' prestazzjoni aħjar, filwaqt li jitqiesu l-impatti tar-Regolament fuq in-negozju, il-konsum tal-fjuwil, is-sikurezza, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq u s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi. Ir-rapport għandu jivvaluta wkoll il-kostijiet u l-benefiċċji ta' verifika, indipendenti u obbligatorja minn parti terza, tal-informazzjoni mogħtija fit-tikketta, filwaqt li titqies l-esperjenza b'rabta mal-qafas usa' previst bir-Regolament (KE) Nru 661/2009.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu japplika mill-1 ta' Ġunju 2020.

Għandu japplika minn ... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda    44

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima A – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta abbażi tal-koefiċċjent tar-reżistenza għad-dawrien (RRC), skont l-iskala "A" sa "G" speċifikata hawn isfel, u għandha titkejjel skont l-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, u tiġi allinjata skont il-proċedura stipulata fl-Anness VI.

Il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta abbażi tal-koefiċċjent tar-reżistenza għad-dawrien (RRC), skont l-iskala "A" sa "G" speċifikata hawn isfel, u skont l-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, u tiġi allinjata skont il-proċedura stipulata fl-Anness VI.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima A – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-klassi F għat-tajers C1, C2, C3 ma għandhiex tibqa' titqiegħed fis-suq wara l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjoni rigward ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 u għandha tintwera fuq it-tikketta bil-griż.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Annex I – Taqsima A – tabella

 

Test propost mill-Kummissjoni

Tajers C1

Tajers C2

Tajers C3

RRC f'kg/t

Klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

RRC f'kg/t

Klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

RRC f'kg/t

Klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

RRC ≤ 5,4

A

RRC ≤ 4,4

A

RRC ≤ 3,1

A

5,5 ≤ RRC ≤ 6,5

B

4,5 ≤ RRC ≤ 5,5

B

3,2 ≤ RRC ≤ 4,0

B

6,6 ≤ RRC ≤ 7,7

C

5,6 ≤ RRC ≤ 6,7

C

4,1 ≤ RRC ≤ 5,0

C

7,8 ≤ RRC ≤ 9,0

D

6,8 ≤ RRC≤ 8,0

D

5,1 ≤ RRC ≤ 6,0

D

9,1 ≤ RRC ≤ 10,5

E

8,1 ≤ RRC≤ 9,2

E

6,1 ≤ RRC ≤ 7,0

E

RRC ≥ 10,6

F

RRC ≥ 9,3

F

RRC ≥ 7,1

F

Emenda

Tajers C1

Tajers C2

Tajers C3

RRC f'kg/t

Klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

RRC f'kg/t

Klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

RRC f'kg/t

Klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

RRC ≤ 6,5

A

RRC ≤ 5,5

A

RRC ≤ 4,0

A

6,6 ≤ RRC ≤ 7,7

B

5,6 ≤ RRC ≤ 6,7

B

4,1 ≤ RRC ≤ 5,0

B

7,8 ≤ RRC ≤ 9,0

C

6,8 ≤ RRC ≤ 8,0

C

5,1 ≤ RRC ≤ 6,0

C

Vojta

D

Vojta

D

6,1 ≤ RRC ≤ 7,0

D

9,1 ≤ RRC ≤ 10,5

E

8,1 ≤ RRC ≤ 9,2

E

7,1 ≤ RRC ≤ 8,0

E

10,6 ≤ RRC ≤ 12,0

F

9,3 ≤ RRC ≤ 10,5

F

RRC ≥ 8,1

F

Emenda    47

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima B – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta abbażi tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G), skont l-iskala "A" sa "G" speċifikata fit-tabella ta' hawn isfel, u għandha tiġi kkalkolata skont il-punt 2 u titkejjel skont l-Anness 5 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117.

1.  Il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta abbażi tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G), skont l-iskala "A" sa "G" speċifikata fit-tabella ta' hawn isfel, u għandha tiġi kkalkolata skont il-punt 2 u skont l-Anness 5 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima B – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-klassi F għat-tajers C1, C2, C3 ma għandhiex tibqa' titqiegħed fis-suq wara l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjoni rigward ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 u għandha tintwera fuq it-tikketta bil-griż.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima B – punt 2 – tabella

 

Test propost mill-Kummissjoni

Tajers C1

Tajers C2

Tajers C3

G

Klassi tal-qabda fuq l-imxarrab

G

Klassi tal-qabda fuq l-imxarrab

G

Klassi tal-qabda fuq l-imxarrab

1,68 ≤ G

A

1,53 ≤ G

A

1,38 ≤ G

A

1,55 ≤ G ≤ 1,67

B

1,40 ≤ G ≤ 1,52

B

1,25 ≤ G ≤ 1,37

B

1,40 ≤ G ≤ 1,54

C

1,25 ≤ G ≤ 1,39

C

1,10 ≤ G ≤ 1,24

C

1,25 ≤ G ≤ 1,39

D

1,10 ≤ G ≤ 1,24

D

0,95 ≤ G ≤ 1,09

D

1,10 ≤ G ≤ 1,24

E

0,95 ≤ G ≤ 1,09

E

0,80 ≤ G ≤ 0,94

E

G ≤ 1,09

F

G ≤ 0,94

F

0,65 ≤ G ≤ 0,79

F

Vojta

G

Vojta

G

G ≤ 0,64

G

Emenda

Tajers C1

Tajers C2

Tajers C3

G

Klassi tal-qabda fuq l-imxarrab

G

Klassi tal-qabda fuq l-imxarrab

G

Klassi tal-qabda fuq l-imxarrab

1,55 ≤ G

A

1,40 ≤ G

A

1,25 ≤ G

A

1,40 ≤ G ≤ 1,54

B

1,25 ≤ G ≤ 1,39

B

1,10 ≤ G ≤ 1,24

B

1,25 ≤ G ≤ 1,39

C

1,10 ≤ G ≤ 1,24

C

0,95 ≤ G ≤ 1,09

C

Vojta

D

Vojta

D

0,80 ≤ G ≤ 0,94

D

1,10 ≤ G ≤ 1,24

E

0,95 ≤ G ≤ 1,09

E

0,65 ≤ G ≤ 0,79

E

G ≤ 1,09

F

G ≤ 0,94

F

G ≤ 0,64

F

Emenda    50

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima C – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

C  Klassijiet u valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien

C  Klassijiet u valur tal-istorbju estern tad-dawrien

Emenda    51

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima C – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien (N) għandu jiġi ddikjarat f'deċibeli u għandu jitkejjel skont l-Anness 3 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117.

Il-valur tal-istorbju estern tad-dawrien (N) għandu jiġi ddikjarat f'deċibeli skont l-Anness 3 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima C – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-klassi tal-istorbju estern tad-dawrien għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta abbażi tal-valuri limitu (LV) stipulati fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 kif ġej:

Il-klassi tal-istorbju estern tad-dawrien għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta f'konformità mal-valuri limitu (LV) tal-Istadju 2 stipulati fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima C – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

N f'dB

N f'dB

Klassi tal-istorbju estern tad-dawrien

Klassi tal-istorbju estern tad-dawrien

 

 

N ≤ LV - 6

N ≤ LV - 3

 

 

LV - 6 < N ≤ LV-3

LV - 3 < N ≤ LV

 

 

N > LV - 3

N > LV

Emenda    54

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima D – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-prestazzjoni tat-tajers fuq il-borra għandha tiġi ttestjata skont l-Anness 7 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117.

Il-prestazzjoni tat-tajers fuq il-borra għandha tiġi ttikkettata skont l-Anness 7 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima D – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tajer li jissodisfa l-valuri tal-indiċi minimi għall-borra stipulati fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 għandu jiġi kklassifikat bħala tajer tal-borra, u t-tikketta għandha tinkludi l-ikona li ġejja:

Tajer li jissodisfa l-valuri tal-indiċi minimi għall-borra stipulati fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 għandu jiġi kklassifikat bħala tajer tal-borra, u t-tikketta tista' tinkludi l-ikona li ġejja:

Emenda    56

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima E – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-prestazzjoni tat-tajers fuq is-silġ għandha tiġi ttestjata skont ISO 19447.

Il-prestazzjoni tat-tajers fuq is-silġ għandha tiġi ttikkettata skont l-ISO 19447.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima E – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tajer li jissodisfa l-valur tal-indiċi minimu għas-silġ stipulat f'ISO 19447 għandu jiġi kklassifikat bħala tajer tas-silġ, u t-tikketta għandha tinkludi l-ikona li ġejja:

Tajer li jissodisfa l-valur tal-indiċi minimu għas-silġ stipulat fl-ISO 19447 u t-tip approvat skont il-prestazzjoni fuq il-borra fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 għandu jiġi kklassifikat bħala tajer tas-silġ, u t-tikketta tista' tinkludi l-ikona li ġejja:

(1)

ĠU C 62, 15.2.2019, p. 280.


NOTA SPJEGATTIVA

L-Unjoni hija impenjata li tibni Unjoni tal-Enerġija b'politika progressiva dwar il-klima. L-effiċjenza enerġetika hi element kruċjali tal-Qafas Politiku tal-Unjoni dwar il-Klima u l-Enerġija tal-2030 u hi kruċjali għall-moderazzjoni tad-domanda tal-enerġija.

It-tikkettar tal-enerġija jippermetti li l-klijenti jagħmlu għażliet infurmati abbażi tal-konsum tal-enerġija ta' prodotti relatati mal-enerġija. L-għoti ta' informazzjoni dwar prodotti relatati mal-enerġija li jkunu effiċjenti u sostenibbli jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u għat-tnaqqis tal-kontijiet tal-enerġija, filwaqt li fl-istess ħin jippromwovi l-innovazzjoni u l-investimenti fil-produzzjoni ta' prodotti aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija. It-titjib tal-effiċjenza tal-prodotti relatati mal-enerġija permezz ta' għażla infurmata min-naħa tal-klijenti u l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti relatati fil-livell tal-Unjoni hu ta' benefiċċju wkoll għall-manifatturi, għall-industrija u għall-ekonomija tal-Unjoni inġenerali.

Il-leġiżlazzjoni ġiet introdotta għall-ewwel darba f'Novembru 2012 u kienet teħtieġ li t-tajers kollha jġorru tikketti b'informazzjoni dwar l-effiċjenza tagħhom fl-użu tal-fjuwil, il-qabda fuq l-imxarrab u l-ammont ta' storbju tad-dawrien iġġenerat.

It-tajers huma ħafna aktar minn prodott tal-enerġija minħabba li huma element ta' sikurezza attiva, peress li huma l-uniku punt ta' kuntatt bejn il-vettura u t-triq. Barra minn hekk, hemm kompromess bejn il-prestazzjonijiet ambjentali u s-sikurezza.

Regolament ambizzjuż għandu jimponi wkoll b'mod kostanti l-istrument legali xieraq billi joffri regoli ċari u dettaljati li jipprekludu t-traspożizzjoni diverġenti mill-Istati Membri, u b'hekk jiżgura livell ogħla ta' armonizzazzjoni fl-Unjoni kollha. Qafas regolatorju armonizzat fil-livell tal-Unjoni pjuttost milli fil-livell tal-Istat Membru jnaqqas l-ispejjeż għall-manifatturi, u jiżgura kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni u l-moviment liberu tal-merkanzija fis-suq intern kollu.

Ir-rapporteur jappoġġa b'mod partikolari dawk l-elementi tal-proposta li għandhom l-għan li jsaħħu s-sorveljanza tas-suq permezz ta' sanzjonijiet u penali, li jżidu l-viżibbiltà tat-tikketta – speċjalment fir-rigward tal-bejgħ mill-bogħod – u li jintroduċu obbligi aktar b'saħħithom għall-Istati Membri.

F'dan il-kuntest, ir-Rapporteur jemmen li approċċ aktar ambizzjuż jista' jwassal għal riżultati aħjar. Huwa jrid isaħħaħ ir-regolamenti dwar it-tikkettar, billi jagħmilha obbligatorja li t-tikketti tat-tajers jintwerew lis-sewwieqa fis-sitwazzjonijiet kollha u jinkludu informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-borra u fis-silġ. Qabel ir-riklassifikazzjoni, il-Kummissjoni għandha twettaq studju preparatorju xieraq.

Ir-Rapporteur jemmen li l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tippermetti biżżejjed żmien biex il-manifatturi jikkonformaw mal-iskema prevedibbli, fejn il-parametri jistgħu jiġu aġġustati skont il-progress tekniku.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (22.11.2018)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009

(COM(2018)0296 – C8-0190/2018 – 2018/0148(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Adina-Ioana VăleanFrom Subject Size Received Categories

ITEC Service Desk RE: [2301701] - Microsoft’s Standard Home for Mac 178 KB 28/01/2019

ITEC Service Desk RE: [2301701] - Microsoft’s Standard Home for Mac 45 KB 28/01/2019

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  It-tajers huma kkaratterizzati minn għadd ta' parametri marbutin ma' xulxin. It-titjib ta' parametru wieħed bħar-reżistenza għad-dawrien jista' jolqot ħażin parametri oħra, bħall-qabda fuq l-imxarrab, u bil-maqlub, it-titjib tal-qabda fuq l-imxarrab jista' jolqot ħażin l-istorbju estern tad-dawrien. Jenħtieġ li l-manifatturi tat-tajers jiġu mħeġġa jtejbu l-parametri kollha lil hinn mill-istandards diġà miksuba.

(5)  It-tajers huma kkaratterizzati minn għadd ta' parametri marbutin ma' xulxin. It-titjib ta' parametru wieħed bħar-reżistenza għad-dawrien jista' jolqot ħażin parametri oħra, bħall-qabda fuq l-imxarrab, u bil-maqlub, it-titjib tal-qabda fuq l-imxarrab jista' jolqot ħażin l-istorbju estern tad-dawrien. Jenħtieġ li l-manifatturi tat-tajers jiġu mħeġġa jtejbu l-parametri kollha lil hinn mill-istandards diġà miksuba.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Il-brix tat-tajers matul l-użu huwa sors sinifikanti tal-mikroplastiċi, li jagħmlu l-ħsara lill-ambjent, u għaldaqstant il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Strateġija Ewropea għall-Plastik f'Ekonomija Ċirkolari"16 ssemmi l-bżonn li jiġi indirizzat ir-rilaxx mhux intenzjonat tal-mikroplastiċi mit-tajers, fost l-oħrajn permezz ta' miżuri ta' informazzjoni bħat-tikkettar u rekwiżiti minimi għat-tajers. Madankollu, s'issa ma hemm ebda metodu ta' ttestjar xieraq disponibbli biex ikejjel il-brix tat-tajers. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqabbad l-iżvilupp ta' tali metodu, filwaqt li jitqiesu bis-sħiħ l-istandards jew ir-regolamenti kollha tal-aħħar teknoloġija żviluppati jew proposti internazzjonalment, bil-għan li jiġi stabbilit metodu ta' ttestjar xieraq mill-iktar fis.

(13)  Il-brix tat-tajers matul l-użu huwa sors sinifikanti tal-mikroplastiċi, li jagħmlu l-ħsara lill-ambjent, u għaldaqstant il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Strateġija Ewropea għall-Plastik f'Ekonomija Ċirkolari"16 ssemmi l-bżonn li jiġi indirizzat ir-rilaxx mhux intenzjonat tal-mikroplastiċi mit-tajers, fost l-oħrajn permezz ta' miżuri ta' informazzjoni bħat-tikkettar u rekwiżiti minimi għat-tajers. L-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' tikkettar fir-rigward tar-rata ta' brix tat-tajers toħloq benefiċċji sostanzjali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tintroduċi, malajr kemm jista' jkun, metodu ta' ttestjar xieraq biex ikejjel il-brix tat-tajers, filwaqt li jitqiesu bis-sħiħ l-istandards jew ir-regolamenti kollha tal-aħħar teknoloġija żviluppati jew proposti internazzjonalment, bil-għan li jiġu introdotti parametri u rekwiżiti ta' informazzjoni rigward il-brix tat-tajers qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

__________________

__________________

16 COM(2018) 28 final

16 COM(2018) 28 final

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jiżdiedu s-sikurezza, il-ħarsien tas-saħħa, u l-effiċjenza ekonomika u ambjentali tat-trasport bit-triq, permezz tal-promozzjoni ta' tajers effiċjenti fl-użu tal-fjuwil u tajers sikuri b'emissjonijiet ta' storbju baxxi.

1.  L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jiżdiedu s-sikurezza, il-ħarsien tas-saħħa, u l-effiċjenza ekonomika u ambjentali tat-trasport bit-triq, permezz tal-promozzjoni ta' tajers effiċjenti fl-użu tal-fjuwil u tajers sikuri b'emissjonijiet ta' storbju baxxi u b'impatt minimu fuq l-ambjent.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-fornituri għandhom jiżguraw li l-valuri, il-klassijiet relatati u kull informazzjoni addizzjonali oħra dwar il-prestazzjoni li jiddikjaraw fuq it-tikketta għall-parametri essenzjali stabbiliti fl-Anness I ikunu ġew soġġetti għall-proċess ta' approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 661/2009.

5.  Il-fornituri għandhom jiżguraw li l-valuri, il-klassijiet relatati, l-identifikatur tal-mudell u kull informazzjoni addizzjonali oħra dwar il-prestazzjoni li jiddikjaraw fuq it-tikketta għall-parametri essenzjali stabbiliti fl-Anness I, u li l-parametri ta' dokumentazzjoni teknika stabbiliti fl-Anness III ikunu ġew ipprovduti lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip qabel ma jqiegħdu tajer fis-suq. L-awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tirrikonoxxi li rċeviet id-dokumentazzjoni mingħand il-fornitur.

Ġustifikazzjoni

Fil-prinċipju, il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip u l-proċess tat-tikkettar huma proċeduri indipendenti. Madankollu, ir-rappurtar lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip jista' jkollu valur miżjud fir-rigward tal-kontrolli u l-implimentazzjoni korretta. Jekk jirċievu l-informazzjoni kollha meħtieġa, qabel ma t-tajers jitqiegħdu fis-suq, ikunu jistgħu jwettqu testijiet fuq il-preċiżjoni tal-kejl tat-tikketta, jekk ikunu jixtiequ jagħmlu dan.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Il-kilometraġġ u l-brix tat-tajers

 

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020, atti delegati b'konformità mal-Artikolu 13 sabiex tissupplementa dan ir-Regolament billi tintroduċi parametri u rekwiżiti ta' informazzjoni għall-kilometraġġ u l-brix tat-tajers.

 

2.  Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13 sabiex tintroduċi metodu ta' ttestjar xieraq għall-kejl tal-brix tat-tajers.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  iddaħħal bidliet fil-kontenut u fil-format tat-tikketta;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-kontenut u l-format tat-tikketta huma elementi fundamentali tar-regolament u għandhom ikunu soġġetti għal kodeċiżjoni.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  iddaħħal parametri jew rekwiżiti ta' informazzjoni fl-Anness, b'mod partikulari għall-kilometraġġ u l-brix, dejjem jekk ikunu disponibbli metodi ta' ttestjar xierqa;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-parametri u l-informazzjoni dwar il-brix u l-kilometraġġ huma elementi fundamentali tar-regolament u għandhom ikunu soġġetti għal kodeċiżjoni.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  tintroduċi rekwiżiti ta' informazzjoni ġodda għall-Annessi għat-tajers li jingħatalhom wiċċ ġdid tat-trakkijiet dment li jkun hemm disponibbli metodu tal-ittestjar xieraq u tkun twettqet valutazzjoni xierqa tal-fattibbiltà;

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 14 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-1 ta' Ġunju 2026, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament, u tressaq rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Sal-1 ta' Ġunju 2022, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament, u tressaq rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 661/2009

 

Fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, jiżdied il-punt (na) li ġej:

 

"(na) rata ta' brix tat-tajers".

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

It-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra

Referenzi

COM(2018)0296 – C8-0190/2018 – 2018/0148(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

11.6.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

11.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Adina-Ioana Vălean

21.6.2018

Data tal-adozzjoni

20.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Biljana Borzan, Paul Brannen, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Seb Dance, Mark Demesmaeker, Bas Eickhout, Francesc Gambús, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Bolesław G. Piecha, Julia Reid, Frédérique Ries, Annie Schreijer-Pierik, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian-Silviu Buşoi, Nicola Caputo, Martin Häusling, Gesine Meissner, Tilly Metz, Ulrike Müller, Carlos Zorrinho

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mercedes Bresso, Innocenzo Leontini, Olle Ludvigsson, Ana Miranda

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

45

+

ALDE

Catherine Bearder, Gerben-Jan Gerbrandy, Valentinas Mazuronis, Gesine Meissner, Ulrike Müller, Frédérique Ries

ECR

Mark Demesmaeker, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, Jadwiga Wiśniewska

EFDD

Sylvie Goddyn

NI

Zoltán Balczó

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Cristian-Silviu Buşoi, Birgit Collin-Langen, Francesc Gambús, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Giovanni La Via, Innocenzo Leontini, Peter Liese, Miroslav Mikolášik, Annie Schreijer-Pierik, Adina-Ioana Vălean

S&D

Biljana Borzan, Paul Brannen, Mercedes Bresso, Nicola Caputo, Nessa Childers, Seb Dance, Karin Kadenbach, Jo Leinen, Olle Ludvigsson, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Marco Affronte, Bas Eickhout, Martin Häusling, Benedek Jávor, Tilly Metz, Ana Miranda

1

-

EFDD

Julia Reid

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

It-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra

Referenzi

COM(2018)0296 – C8-0190/2018 – 2018/0148(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

16.5.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

11.6.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

11.6.2018

IMCO

11.6.2018

TRAN

11.6.2018

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

19.6.2018

TRAN

20.6.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Michał Boni

4.7.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

5.11.2018

21.11.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

19.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

16

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, Cristian-Silviu Buşoi, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Jakop Dalunde, Christian Ehler, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, András Gyürk, Hans-Olaf Henkel, Seán Kelly, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Aleksejs Loskutovs, Edouard Martin, Tilly Metz, Angelika Mlinar, Csaba Molnár, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Carolina Punset, Julia Reda, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Neoklis Sylikiotis, Evžen Tošenovský, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Michał Boni, Rosa D’Amato, Benedek Jávor, Olle Ludvigsson, Marian-Jean Marinescu, Clare Moody, Markus Pieper, Dominique Riquet, Anneleen Van Bossuyt

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Evi, Luigi Morgano

Data tat-tressiq

22.2.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

38

+

ALDE

Fredrick Federley, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Dominique Riquet, Lieve Wierinck

ECR

Ashley Fox, Hans-Olaf Henkel, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský, Anneleen Van Bossuyt

ENF

Angelo Ciocca, Christelle Lechevalier

PPE

Pilar Ayuso, Bendt Bendtsen, Michał Boni, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Christian Ehler, András Gyürk, Seán Kelly, Janusz Lewandowski, Aleksejs Loskutovs, Marian-Jean Marinescu, Angelika Niebler, Markus Pieper, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Anna Záborská

S&D

Zigmantas Balčytis, Adam Gierek, Theresa Griffin, Peter Kouroumbashev, Olle Ludvigsson, Luigi Morgano, Dan Nica, Carlos Zorrinho

16

-

EFDD

Rosa D'Amato, Eleonora Evi

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Neoklis Sylikiotis

S&D

Edouard Martin, Csaba Molnár, Clare Moody, Miroslav Poche, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Flavio Zanonato

VERTS/ALE

Reinhard Bütikofer, Jakop Dalunde, Benedek Jávor, Tilly Metz, Julia Reda

1

0

PPE

Hermann Winkler

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Marzu 2019Avviż legali