Proċedura : 2017/0333R(APP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0087/2019

Testi mressqa :

A8-0087/2019

Dibattiti :

PV 13/03/2019 - 24
CRE 13/03/2019 - 24

Votazzjonijiet :

PV 14/03/2019 - 11.17

Testi adottati :

P8_TA(2019)0218

RAPPORT INTERIM     
PDF 201kWORD 70k
26.2.2019
PE 630.626v02-00 A8-0087/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Fond Monetarju Ewropew

(COM(2017)0827 – C8-0000/2018 – 2017/0333R(APP))

Kumitat għall-Baġit

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Vladimír Maňka, Pedro Silva Pereira

(Proċedura ta' kumitat konġunt – Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Fond Monetarju Ewropew

(COM(2017)0827 – C8-0000/2018 – 2017/0333R(APP))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Fond Monetarju Ewropew (COM(2017)0827),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli tal-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tal-5 ta' Lulju 2018 dwar il-proposti għal riforma tal-Unjoni Ekonomika Monetarja (UEM),

–  wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-President tal-Grupp tal-Euro lill-President tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Ġunju 2018 dwar l-approfondiment ulterjuri tal-UEM, u d-dikjarazzjoni tas-Summit tal-Euro tad-29 ta' Ġunju 2018 dwar ir-riforma tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp tal-Euro lill-Mexxejja dwar l-approfondiment tal-UEM tal-4 ta' Diċembru 2018,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Summit tal-Euro tal-14 ta' Diċembru 2018,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni konġunta dwar il-kooperazzjoni futura bejn il-Kummissjoni u l-MES tal-14 ta' Novembru 2018,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-11 ta' April 2018 dwar proposta għal regolament fuq it-twaqqif ta' Fond Monetarju Ewropew(3),

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-18 ta' Settembru 2018 dwar il-kunsiderazzjonijiet tal-awditjar u tal-obbligu ta' rendikont fir-rigward tal-proposta tas-6 ta' Diċembru 2017 għall-ħolqien ta' Fond Monetarju Ewropew fi ħdan il-qafas legali tal-Unjoni,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Ħames Presidenti tat-22 ta' Ġunju 2015 dwar il-kompletament tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa, il-White Paper tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2017 dwar il-futur tal-Ewropa, u d-dokument ta' riflessjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Mejju 2017 dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar it-tisħiħ tad-demokrazija Ewropea fl-UEM futura(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2014 dwar l-inkjesta dwar ir-rwol u l-attivitajiet tat-Trojka (BĊE, Kummissjoni, FMI) fir-rigward tal-pajjiżi tal-programm taż-żona tal-euro(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar il-kapaċità baġitarja għaż-żona tal-euro(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport interim tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0087/2019),

A.  billi l-introduzzjoni tal-euro hija waħda mill-kisbiet politiċi l-aktar importanti tal-proġett Ewropew u element fundamentali tal-kostruzzjoni tal-UEM;

B.  billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika żvelat id-dgħufijiet tal-arkitettura tal-euro, filwaqt li enfasizzat il-ħtieġa urġenti tal-approfondiment rapidu tal-UEM u tat-tisħiħ tal-obbligu ta' rendikont demokratiku u tat-trasparenza tagħha;

C.  billi liċ-ċittadini tal-UE l-euro joffrilhom protezzjoni u opportunitajiet; billi żona tal-euro b'saħħitha u stabbli hija essenzjali għall-membri tagħha u għall-UE kollha kemm hi;

D.  billi l-adeżjoni ma' żona monetarja komuni tirrikjedi r-rispett ta' regoli u obbligi komuni, bħal dawk stabbiliti fil-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, kif ukoll strumenti komuni biex jirrispondu għall-iskossi ekonomiċi u finanzjarji gravi u għall-promozzjoni tar-responsabbiltà, tas-solidarjetà u tal-konverġenza soċjoekonomika 'l fuq; billi t-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (Trattat dwar il-MES) jipprevedi rabta ċara mal-mekkaniżmi Ewropej ta' sorveljanza makroekonomika, b'mod partikolari r-rispett tar-regoli tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, inklużi l-klawsoli ta' flessibbiltà tiegħu, u l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali sostenibbli u inklużivi; billi t-tnaqqis tar-riskju u l-kondiviżjoni tar-riskju għandhom jimxu id f'id fl-approfondiment tal-UEM;

E.  billi l-ħolqien tal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) u t-trasformazzjoni sussegwenti tagħha fil-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) irrappreżentaw pass importanti lejn il-ħolqien ta' mekkaniżmu Ewropew għall-ġestjoni tal-kriżijiet, li jgħin biex tissaħħaħ l-UEM u jagħti assistenza finanzjarja lil diversi pajjiżi Ewropej milquta mill-kriżi;

F.  billi n-natura intergovernattiva tal-MES għandha implikazzjonijiet fuq il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tiegħu u, b'mod partikolari, fuq il-kapaċità tiegħu li jirrispondi malajr għall-iskossi ekonomiċi u finanzjarji;

G.  billi l-inkorporazzjoni futura tal-MES fil-qafas ġurifiku tal-UE għandha tkompli titqies bħala parti mill-proġett ta' kompletament tal-UEM;

H.  billi d-dibattitu li għaddej dwar il-futur tal-Ewropa u tal-UEM enfasizza fehmiet politiċi differenti fost l-Istati Membri dwar il-futur fit-tul tal-MES, iżda jipprovdi wkoll bażi tajba għal pass inizjali importanti lejn it-tisħiħ tar-rwol tiegħu, l-iżvilupp tal-għodod finanzjarji tiegħu u t-titjib tal-effiċjenza u tal-obbligu ta' rendikont demokratiku tiegħu bħala parti mir-riforma tal-MES; billi d-diskussjoni dwar l-approfondiment tal-UEM għandha tipproduċi soluzzjoni politika għar-riforma tal-MES;

I.  billi fuq terminu qasir, ir-riforma tal-MES għandha tikkontribwixxi għall-unjoni bankarja, u tipprovdi garanzija ta' kontinġenza fiskali komuni xierqa għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRF);

1.  Jilqa' pożittivament il-proposta tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2017 għal regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Fond Monetarju Ewropew u jqis li dan huwa kontribut utli għad-dibattitu li għaddej dwar il-futur tal-Ewropa, l-approfondiment tal-UEM u r-riforma tal-MES; jilqa' b'sodisfazzjon, b'mod partikolari, il-proposta tal-Kummissjoni għal integrazzjoni tal-MES fl-ordinament ġuridiku tal-UE;

2.  Jinnota li l-funzjonijiet li għandhom jiġu eżerċitati mil-MES riformat se jappartjenu għall-qasam tal-politika ekonomika, u li l-isem "Fond Monetarju Ewropew" (FME) jista' jkun qarrieqi; jinnota li fl-opinjoni tiegħu tal-11 ta' April 2018, il-BĊE ssuġġerixxa li s-suċċessur tal-MES iżomm l-isem "MES"; jitlob, fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, li ssir evalwazzjoni adegwata u bir-reqqa tal-implikazzjonijiet tal-għażla ta' isem għall-MES riformat, bil-għan li jiġi żgurat l-inqas impatt possibbli għall-funzjonament bla problemi tal-MES riformat; jissuġġerixxi li l-MES iżomm l-isem attwali tiegħu, li huwa rikonoxxut fis-swieq tal-kapital, b'hekk jagħmilha ċara li l-politika monetarja taż-żona tal-euro tibqa' l-kompetenza tal-BĊE;

3.  Jenfasizza li l-funzjonament korrett tal-UEM huwa appoġġat mill-eżistenza ta' istituzzjoni li sservi bħala "sellief tal-aħħar istanza"; jinnota, f'dan il-kuntest, il-kontribut pożittiv tal-MES lejn l-indirizzar tad-dgħufijiet tal-qafas istituzzjonali tal-UEM, l-aktar billi jagħti assistenza finanzjarja lil diversi Stati Membri milquta mill-kriżi finanzjarja dinjija u mill-kriżi tad-dejn sovran;

4.  Ifakkar il-pożizzjonijiet preċedenti tiegħu favur l-inkorporazzjoni tal-MES fil-qafas ġuridiku tal-UE, biex b'hekk isir organu tal-UE veru u proprju; jinsisti li din l-inkorporazzjoni għandha tqis ukoll ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali u tkompli titqies bħala parti mill-proġett ta' kompletament tal-UEM; jemmen li tali integrazzjoni tkun tippermetti ġestjoni konformi mal-metodu Komunitarju, tiżgura l-konsistenza sħiħa tar-regoli u l-obbligi fiskali, tiffaċilita l-koordinament tal-politika ekonomika u fiskali, u ssaħħaħ il-leġittimità demokratika u l-obbligu ta' rendikont permezz tal-Parlament Ewropew;

5.  Jissottolinja l-fatt li jekk, fil-futur, ir-riżorsi baġitarji tal-UE jkunu involuti, il-Parlament għandu jkollu l-poter politiku li jeżerċita d-drittijiet applikabbli kollha marbuta mal-kontroll baġitarju fil-konfront tal-MES fi ħdan il-proċedura tal-kwittanza; jinnota li f'din l-eventwalità, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha titqies bħala l-awditur estern indipendenti u tingħata rwol ċar u formali fil-proċedura tal-kwittanza;

6.  Ifakkar il-prerogattivi ta' sorveljanza fiskali u demokratika tal-parlamenti nazzjonali; iqis li għandu jkompli jitjieb l-iskrutinju fuq il-MES riformat min-naħa tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew; jemmen li l-parlamenti nazzjonali għandhom ikollhom id-dritt li jiksbu informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-MES riformat, u jinvolvu ruħhom fi djalogu mad-Direttur Maniġerjali tal-MES;

7.  Jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni ġġenerat diskussjoni vivaċi dwar l-implikazzjonijiet politiċi, finanzjarji u ġuridiċi tagħha; jenfasizza, madankollu, li dan id-dibattitu dwar il-viżjoni fit-tul tal-qafas istituzzjonali tal-MES ma għandux idewwem l-azzjonijiet meħtieġa b'mod urġenti biex isaħħu u jinfurzaw l-obbligu ta' rendikont tal-UEM u l-kapaċità tagħha li tippromwovi l-istabbiltà finanzjarja u l-konverġenza u tirrispondi għall-iskossi ekonomiċi; jitlob, għalhekk, li jkun hemm riforma sinifikattiva tal-MES permezz ta' reviżjoni tat-Trattat dwar il-MES, mingħajr preġudizzju għal żviluppi aktar ambizzjużi fil-futur;

8.  Jenfasizza li l-missjoni primarja tal-MES riformat għandha tkompli tkun dik li jagħti assistenza finanzjarja ta' tranżizzjoni lill-Istati Membri fil-bżonn, abbażi ta' kundizzjonalità speċifika maqbula fi programmi ta' aġġustament u fid-dawl tat-tagħlimiet meħudin mill-programmi ta' assistenza finanzjarja preċedenti ġestiti mill-Kummissjoni, mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u mill-BĊE; jenfasizza li l-MES riformat irid ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-kapaċitajiet adegwati għal dak l-iskop; jopponi, għalhekk, kwalunkwe tentattiv biex il-MES riformat jinbidel fi strument għall-banek biss, jew li titnaqqas il-kapaċità finanzjarja tiegħu li jappoġġa lill-Istati Membri;

9.   Ifakkar li l-firxa ta' strumenti finanzjarji disponibbli għall-MES għandha tkun disponibbli u mtejba għall-MES riformat, inkluża l-possibbiltà li tingħata biżżejjed assistenza finanzjarja ta' prekawzjoni, b'hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jaċċedu għall-assistenza qabel ma jiltaqgħu ma' diffikultajiet kbar biex jiġbru l-fondi fis-suq tal-kapital; jiddefendi l-fatt li l-aċċess għal-linja tal-kreditu b'kundizzjonijiet prekawzjonarji (PCCL) għandu jkun disponibbli abbażi ta' ittra ta' intenzjoni u suġġett għall-kriterji applikabbli; jinnota li dawn l-istrumenti finanzjarji jridu jintużaw biex tingħata għajnuna lill-Istati Membri fil-każ ta' skossi ekonomiċi u finanzjarji gravi; ifakkar li l-assistenza finanzjarja mogħtija lill-Istati Membri tista' tkun ikkomplementata bi strument baġitarju futur għall-konverġenza u l-kompetittività biex jiġu promossi l-istabbilizzazzjoni ekonomika u finanzjarja, l-investiment u l-konverġenza soċjoekonomika 'l fuq fiż-żona tal-euro;

10.  Jenfasizza li l-UEM hija magħmula lill-Istati Membri kollha tal-UE, li kollha kemm huma, ħlief id-Danimarka u r-Renju Unit, huma meħtieġa jadottaw l-euro u jaderixxu maż-żona tal-euro, u li kwalunkwe MES għandu għalhekk ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri kollha tal-UE;

11.  Jemmen li l-MES riformat għandu jkollu rwol aktar prominenti fil-ġestjoni tal-programmi ta' assistenza finanzjarja, flimkien mal-Kummissjoni u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, filwaqt li jiżgura li l-qafas istituzzjonali tal-UE jkollu aktar awtonomija kull meta jkun meħtieġ, mingħajr preġudizzju għal sħubijiet xierqa ma' istituzzjonijiet oħra, partikolarment il-FMI;

12.  Jenfasizza li l-MES riformat għandu jkollu l-għarfien espert tiegħu stess biex jipproduċi u jivvaluta l-elementi meħtieġa mill-istatut tiegħu; jenfasizza, madankollu, li l-evalwazzjoni tat-talbiet għall-assistenza finanzjarja magħmula mill-MES, kif ukoll it-teħid ta' deċiżjonijiet tiegħu dwar it-tfassil tal-programmi ta' aġġustament, f'kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet oħrajn, m'għandhom bl-ebda mod jissostitwixxu s-sorveljanza makroekonomika u fiskali normali prevista fir-regoli u r-regolamenti fiskali tal-UE, li trid tibqa' l-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni, u lanqas jidduplikawha jew jintrikbu fuqha;

13.  Jemmen li l-programmi ta' aġġustament futuri possibbli għandhom iqisu l-impatt soċjali tal-miżuri proposti, anki meta mqabbel mal-impatt fit-tul jekk ma ssir l-ebda bidla fil-politika, fid-dawl ta' valutazzjoni tal-impatt soċjali preċedenti u sinifikanti;

14.  Jenfasizza l-ħtieġa li tkun żgurata proċedura ta' teħid ta' deċiżjonijiet effiċjenti fil-MES riformat, b'mod partikolari fil-każ ta' sitwazzjonijiet urġenti; jitlob, f'dan il-kuntest, valutazzjoni tal-istruttura attwali tal-governanza;

15.  Jappella għal riforma rapida tal-MES li terġa' tiddefinixxi wkoll ir-rwol, il-funzjonijiet u l-istrumenti finanzjarji tagħha, sabiex l-MES riformat ikun jista' joffri appoġġ ta' likwidità fil-każ ta' riżoluzzjoni u jservi bħala garanzija ta' kontinġenza fiskali għall-SRF; jitlob li l-garanzija ta' kontinġenza komuni ssir operattiva mill-aktar fis possibbli, sal-2020, suġġetta għal kundizzjonijiet maqbula u, fi kwalunkwe każ, qabel l-2024;

16.  Jissottolinja r-riskju li jirriżulta mid-dewmien fl-approfondiment tal-unjoni bankarja; Jilqa' b'sodisfazzjon il-konklużjonijiet tar-rapport dwar l-appofondiment tal-UEM tal-Grupp tal-Euro lill-Mexxejja, tal-4 ta' Diċembru 2018, li ġie approvat, fl-elementi kollha tiegħu, mis-Summit tal-Euro tal-14 ta' Diċembru 2018; jilqa' pożittivament, b'mod partikolari, il-preżentazzjoni tal-introduzzjoni tal-garanzija ta' kontinġenza komuni għall-SRF, dment li jkun sar biżżejjed progress fil-qasam tat-tnaqqis tar-riskju, li l-valutazzjoni tagħha se ssir fl-2020, kif ukoll l-approvazzjoni tad-dokument dwar il-kondizzjonijiet (term sheet) dwar ir-riforma tal-MES; ifakkar il-pożizzjoni preċedenti tiegħu dwar il-bżonn li tiġi kkomplementata l-Iskema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti (EDIS), u jirrikonoxxi li t-tnaqqis tar-riskju u l-kondiviżjoni tar-riskju għandhom jimxu id f'id; jinnota li ma ntlaħaq l-ebda eżitu immedjat fir-rigward tal-baġit futur taż-żona tal-euro u tal-funzjoni ta' stabbilizzazzjoni, iżda jieħu debitament nota tal-mandat biex issir ħidma fuq l-istrument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività; jenfasizza li sar progress sinifikanti fil-qasam tat-tnaqqis tar-riskju; ifakkar li l-Parlament ta kontributi sostanzjali biex ikun permess li dan isir, b'mod partikolari fir-rigward tal-pakkett bankarju u l-garanzija ta' kontinġenza prudenzjali għal self improduttiv;

17.  Jipproponi li jiġi stabbilit protokoll għal għal Memorandum ta' Kooperazzjoni (MoC) interim bejn il-MES u l-Parlament, b'effett immedjat, biex itejjeb id-djalogu interistituzzjonali u jsaħħaħ it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont tal-MES, billi jispeċifika d-drittijiet tal-Parlament u tal-Membri tiegħu fir-rigward ta' mistoqsijiet imressqa lill-MES riformat, ta' seduti ta' smigħ regolari, tad-drittijiet ta' nomina u tad-drittijiet adegwati marbuta mal-kontroll baġitarju; ifakkar it-talba tiegħu għal arranġament interistituzzjonali għall-governanza ekonomika; jisħaq fuq il-fatt li d-Direttur Maniġerjali tal-MES riformat għandu jkun elett mill-Parlament Ewropew wara proposta tal-Kunsill u jirrapporta lill-Parlament Ewropew; iħeġġeġ li l-bilanċ bejn is-sessi għandu jkun żgurat fil-kompożizzjoni tal-korpi ta' tmexxija tal-MES riformat;

18.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Grupp tal-Euro, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lid-Direttur Maniġerjali tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)

ĠU C 252, 18.7.2018, p. 201.

(2)

ĠU C 252, 18.7.2018, p. 215.

(3)

ĠU C 220, 25.6.2018, p. 2.

(4)

ĠU C 65, 19.2.2016, p. 96.

(5)

ĠU C 378, 9.11.2017, p. 182.

(6)

ĠU C 252, 18.7.2018, p. 235.

(7)

Testi adottati, P8_TA(2018)0226.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (17.1.2019)

għall-Kumitat għall-BaġitsKumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Fond Monetarju Ewropew

(COM(2017)08272017/0333R(APP))

Rapporteur għal opinjoni: Cătălin Sorin Ivan

PA_Consent_Interim

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitati responsabbli, biex jinkorporaw is-suġġerimenti li ġejjin fir-rapport tagħhom:

A.  billi l-kundizzjonijiet u s-sistemi ta' obbligu ta' rendikont għandhom ikunu definiti b'mod ċar meta jiġi stabbilit il-Fond Monetarju Ewropew (FME) il-ġdid;

B.  billi t-trasparenza hija komponent fundamentali ta' governanza tajba kemm fil-livell ta' teħid ta' deċiżjonijiet kif ukoll fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet istituzzjonali;

C.  billi d-dimensjoni parlamentari tal-FME tal-futur għandha tiġi żgurata billi tirrifletti prattiki kurrenti fis-seħħ fil-Fond Monetarju Internazzjonali, fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u fil-Bank Dinji, permezz ta' netwerks jew djalogi parlamentari;

D.  billi għandha ssir referenza għall-gwida tal-INTOSAI dwar il-governanza tajba, meta jkunu involuti arranġamenti ta' awditjar estern;

E.  billi l-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jindirizzaw waħedhom ir-riskji sistemiċi ġġenerati minn Stat Membru għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni;

1.  Jilqa' s-sett il-ġdid ta' miżuri proposti mill-Kummissjoni biex titlesta l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) f'konformità mal-pożizzjoni fit-tul tal-Parlament dwar l-integrazzjoni tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) fil-qafas legali tal-UE; iqis li kull wieħed mit-tliet pilastri tal-Unjoni Bankarja għandu japprofondixxi l-arkitettura finanzjarja globali;

2.  Jilqa' t-trasformazzjoni tal-fond ta' salvataġġ tal-MES taż-żona tal-euro f'Fond Monetarju Ewropew (FME) fi ħdan il-qafas legali tal-Unjoni, billi dan l-ankraġġ istituzzjonali jikkostitwixxi pass fundamentali fl-evoluzzjoni tar-riforma ġenerali u tal-approfondiment tal-UEM;

3.  Jinnota li l-użu tal-metodu Komunitarju f'din il-proposta huwa xprun qawwi li jsaħħaħ il-leġittimità demokratika tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE u l-integrazzjoni tal-UE;

4.  Iqis li din l-evoluzzjoni se tippreżenta l-opportunità li jitfassal qafas ta' obbligu ta' rendikont b'saħħtu, b'sorveljanza parlamentari msaħħa bbażata fuq ir-rieżami u l-opinjonijiet tal-awditjar estern;

5.  Ifakkar li kwalunkwe żvilupp ulterjuri fl-arkitettura tal-Unjoni fir-rigward ta' ħolqien ta' istituzzjoni ġdida għandu dejjem iqis il-kwistjonijiet ta' obbligu ta' rendikont demokratiku u ta' sorveljanza politika tal-UE bi trasparenza msaħħa, dispożizzjonijiet ċari ta' awditjar pubbliku (inklużi d-dimensjonijiet kollha ta' awditjar pubbliku i.e. komponenti finanzjarji, ta' konformità u ta' prestazzjoni) kif ukoll l-effiċjenza tal-attivitajiet; jemmen li l-kombinazzjoni ta' dawn l-elementi tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-leġittimità parlamentari tal-governanza ekonomika tal-UE;

6.  Jenfasizza li, fir-rigward tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES), il-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-preżent ma għandhiex drittijiet ta' awditjar stabbiliti sew u li ma hemm ebda obbligu formali ta' rendikont lill-Parlament;

7.  Jenfasizza li l-fehmiet tal-Parlament għandhom jinstemgħu peress li l-FME l-ġdid se jittratta kwistjonijiet li jkollhom impatt fuq il-governanza dinjija jew tal-UE u li jaffettwaw liċ-ċittadini Ewropej; iqis ukoll li l-parlamenti nazzjonali Ewropej għandhom ikunu parti mill-katina tal-obbligu ta' rendikont meta fin-nofs ikun hemm il-politiki tal-Istati Membri tal-UE;

8.  Iqis li, fir-rigward tad-dimensjoni pubblika u l-impatt tal-FME tal-futur, l-awdituri pubbliċi għandhom jagħtu garanzija ta' affidabbiltà, filwaqt li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri tingħata rwol ċar fil-proċedura ta' kwittanza tal-FME, skont l-Artikolu 287 tat-TFUE;

9.  Jissuġġerixxi li l-FME jingħata l-kompitu li jevalwa u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-qafas fiskali tal-Unjoni u l-adegwatezza tal-pożizzjoni fiskali fiż-żona tal-euro u fil-livell nazzjonali, sabiex jiġu żgurati valutazzjonijiet indipendenti tal-baġits u tal-previżjonijiet ekonomiċi tal-Istati Membri;

10.  Jitlob li l-proposta tal-Kummissjoni tinkludi dispożizzjoni ċara li tistabbilixxi li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri hija l-awditur estern tal-FME, b'definizzjoni espliċita tad-drittijiet tagħha;

11.  Jitlob li l-Parlament jingħata rwol attiv fil-proċess tal-ħatra tad-direttur maniġerjali tal-FME u fl-iżgurar tal-obbligu ta' rendikont tiegħu/tagħha, primarjament permezz tal-obbligu ta' rapportar annwali lill-Parlament;

12.  Iqis li, bħall-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra kollha tal-UE, il-FME għandu jirrapporta regolarment lill-Parlament u jkun soġġett għal sorveljanza u valutazzjoni regolari tal-attivitajiet tiegħu fir-rigward tal-ġestjoni finanzjarja tajba;

13.  Jitlob li l-iskambju u l-flussi ta' informazzjoni bejn il-Parlament u l-FME tal-futur ikunu definiti b'mod ċar permezz ta' Memorandum ta' Qbil.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-Fond Monetarju Ewropew

Referenzi

2017/0333R(APP)

Kumitati responsabbli

 

BUDG

 

ECON

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

5.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Cătălin Sorin Ivan

9.10.2018

Data tal-adozzjoni

13.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Jonathan Bullock, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Arndt Kohn, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Benedek Jávor, Marian-Jean Marinescu, Péter Niedermüller

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Henna Virkkunen

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

18

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Marian-Jean Marinescu, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Henna Virkkunen, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Caterina Chinnici, Arndt Kohn, Péter Niedermüller, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Benedek Jávor, Bart Staes

4

-

EFDD

Jonathan Bullock, Marco Valli

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan, Dennis de Jong

0

0

 

 

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (23.1.2019)

għall-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Fond Monetarju Ewropew

(COM(2017)0827 – C8 – 2017/0333R(APP))

Rapporteur għal opinjoni: Danuta Maria Hübner

PA_Consent_Interim

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitati responsabbli, biex jinkorporaw is-suġġerimenti li ġejjin fir-rapport tagħhom:

1.  Jilqa' l-proposta biex il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) jiġi integrat fl-ordinament ġuridiku tal-UE; ifakkar li tali integrazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn responsabbiltà demokratika xierqa; jinnota li tali integrazzjoni biss se tiżgura l-ġestjoni tiegħu b'konformità mal-metodu Komunitarju, tippermetti l-konsistenza sħiħa tar-regoli u l-obbligi fiskali, tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-politika fiskali u ekonomika, u ssaħħaħ il-leġittimità demokratika u r-responsabbiltà permezz tal-Parlament Ewropew; ifakkar li l-kompetenzi tas-suċċessur tal-MES m'għandhom bl-ebda mod jissostitwixxu, jidduplikaw jew ikunu superimposti fuq is-sorveljanza makroekonomika u fiskali normali prevista fir-regoli u r-regolamenti finanzjarji tal-UE, li għandha tibqa' l-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni, filwaqt li tiġi rispettata l-awtonomija tas-suċċessur tal-MES;

2.  Jinnota li l-funzjonijiet li għandhom jiġu eżerċitati mis-suċċessur tal-MES se jappartienu lill-qasam tal-politika ekonomika, u li l-użu tal-isem "Fond Monetarju Ewropew" (FME) jista' jkun qarrieqi f'dak ir-rigward; jinnota wkoll li s-suċċessur tal-MES se jwettaq kompiti li jmorru bil-wisq lil hinn minn dawk ta' sempliċi "paybox"; jinnota li, fl-opinjoni tiegħu, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) issuġġerixxa li s-suċċessur tal-MES iżomm l-isem "MES"; jinnota li l-akronimu FSE jinvolvi r-riskju ta' konfużjoni bejn Fond Ewropew għall-Istabbiltà futur u l-Fond Soċjali Ewropew; fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, jitlob li l-implikazzjonijiet tal-għażla ta' isem għas-suċċessur tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà jiġu evalwati kif għandu jkun u bir-reqqa qabel ma tittieħed deċiżjoni bħal din;

3.  Ifakkar li l-politika monetarja fl-Unjoni hija kompetenza esklużiva tal-BĊE;

4.  Jemmen li, filwaqt li titqies l-istruttura istituzzjonali sħiħa tal-UE u taż-żona tal-euro, is-sistema tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) m'għandhiex tiġi trasposta kollha kif inhi fil-qafas ġuridiku tal-UE;

5.  Ifakkar li l-proposta tal-Kummissjoni tiddisponi għall-istabbiliment tas-suċċessur tal-MES bħala korp tal-UE, li jfisser li hu obbligat jagħti rendikont lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u huwa soġġett għall-kontroll ġudizzjarju mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE); jieħu nota tad-dispożizzjonijiet proposti rigward l-obbligu ta' rendikont tas-suċċessur futur tal-MES;

6.  Jemmen li l-qafas rilevanti tal-obbligu ta' rendikont għas-suċċessur futur tal-MES għandu jirreferi għall-governanza ekonomika bħala ħaġa waħda; ifakkar fit-talba li saret minn dan il-Parlament għal arranġament interistituzzjonali f'dan il-qasam;

7.  Jemmen li kwalunkwe arranġament provviżorju konkluż bejn il-Parlament Ewropew u s-suċċessur tal-MES jagħti sinjal li jżid l-awtonomija ta' dan tal-aħħar meta l-pożizzjoni qawwija tal-PE hi li, kif propost mill-Kummissjoni, għandu jiġi integrat fit-Trattat u fl-ordinament ġuridiku tal-UE;

8.  Jitlob li l-Parlament Ewropew jiġi infurmat immedjatament u b'mod xieraq bid-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu mis-suċċessur tal-MES u li jkunu ġew approvati mill-Kunsill; iħeġġeġ lid-Direttur Maniġerjali futur tas-suċċessur tal-MES iżomm djalogu trasparenti u regolari mal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew;

9.  Jenfasizza li informazzjoni kompleta, preċiża u f'waqtha hija prerekwiżit għall-obbligu ta' rendikont xieraq; jinsisti, għalhekk, li jiġi stabbilit l-ogħla standard ta' trasparenza u ta' obbligu ta' rendikont fil-ftehim interistituzzjonali futur bejn is-suċċessur tal-MES u l-Parlament Ewropew rigward id-deċiżjonijiet tas-suċċessur tal-MES, l-isfond ta' tali deċiżjonijiet, l-aċċess għad-dokumenti tas-suċċessur tal-MES u r-rekords tad-diskussjonijiet tiegħu;

10.  Jenfasizza l-ħtieġa tar-responsabbiltà demokratika tal-Bord tad-Diretturi futur tas-suċċessur tal-MES; jiddispjaċih minħabba n-nuqqas ta' involviment istituzzjonali fil-proċedura tal-għażla proposta għall-membri tiegħu u jitlob li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew jiġu inklużi fid-deċiżjoni dwar il-ħatra tagħhom;

11.  Jitlob li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri tingħata rwol ċar u formali fil-proċedura ta' kwittanza tas-suċċessur tal-MES, u li r-rapporti assoċjati jiġu eżaminati mill-Parlament Ewropew;

12.  Jitlob li jsiru sforzi biex jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi fil-kompożizzjoni tal-korpi governattivi tas-suċċessur tal-MES u fil-lista mqassra tal-kandidati għall-kariga ta' Direttur Maniġerjali;

13.  Jifhem il-bżonn li l-Istati Membri jkunu involuti fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet li għandhom impatt fuq ir-riżorsi fiskali; jenfasizza, madankollu, li s-suċċessur tal-MES huwa strument għall-ġestjoni tal-kriżijiet, u għalhekk għandu jkun jista' jaġixxi malajr; jitlob li jinstab il-bilanċ it-tajjeb bejn, minn naħa waħda, l-iżgurar tal-kontroll demokratiku tas-suċċessur tal-MES u l-obbligu ta' rendikont tiegħu lejn l-Istati Membri parteċipanti u, min-naħa l-oħra, il-ħtieġa li jiġi aġevolat it-teħid malajr tal-azzjonijiet meħtieġa; jagħraf is-setgħat baġitarji tal-parlamenti nazzjonali u jieħu nota tad-dispożizzjonijiet li jiżguraw it-trasparenza tas-suċċessur tal-MES u l-obbligu ta' rendikont tiegħu lejn il-parlamenti nazzjonali tal-membri tal-MES u lejn dawk tal-Istati Membri parteċipanti l-oħra.

14.  Jitlob li jingħata bidu għal riforma sinifikattiva tal-MES fil-futur qrib permezz ta' reviżjoni tat-Trattat dwar il-MES, mingħajr preġudizzju għal żviluppi aktar ambizzjużi fil-futur; jinnota li tali riforma għandha tiffoka fuq it-tisħiħ tal-UEM u t-titjib tal-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet, speċjalment f'sitwazzjonijiet urġenti;

15.  Jinnota li kemm l-inklużjoni tal-MES kif ukoll l-introduzzjoni tas-suċċessur tal-MES jibdlu l-arkitettura istituzzjonali tal-UE; jitlob, għalhekk, li l-kwistjoni tiġi inkorporata fid-diskussjonijiet aktar wiesgħa dwar ir-reviżjoni futura possibbli tat-Trattati.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-Fond Monetarju Ewropew

Referenzi

2017/0333R(APP)

Kumitati responsabbli

 

BUDG

 

ECON

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

13.9.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Danuta Maria Hübner

24.9.2018

Eżami fil-kumitat

6.12.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

4

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Mercedes Bresso, Pascal Durand, Esteban González Pons, Danuta Maria Hübner, Ramón Jáuregui Atondo, Alain Lamassoure, Jo Leinen, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Markus Pieper, Paulo Rangel, Helmut Scholz, György Schöpflin, Pedro Silva Pereira, Barbara Spinelli, Josep-Maria Terricabras, Kazimierz Michał Ujazdowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, Ashley Fox, Sylvia-Yvonne Kaufmann

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Gahler, Jarosław Wałęsa

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

15

+

ALDE

Maite Pagazaurtundúa Ruiz

NI

Kazimierz Michał Ujazdowski

PPE

Michael Gahler, Esteban González Pons, Danuta Maria Hübner, Alain Lamassoure, Paulo Rangel, György Schöpflin, Jarosław Wałęsa

S&D

Pervenche Berès, Mercedes Bresso, Ramón Jáuregui Atondo, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jo Leinen, Pedro Silva Pereira

4

-

ECR

Ashley Fox

ENF

Gerolf Annemans

VERTS/ALE

Pascal Durand, Josep-Maria Terricabras

3

0

GUE/NGL

Helmut Scholz, Barbara Spinelli

PPE

Markus Pieper

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment tal-Fond Monetarju Ewropew

Referenzi

2017/0333R(APP)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

27.6.2018

 

 

 

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

5.7.2018

ECON

5.7.2018

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

5.7.2018

AFCO

13.9.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Vladimír Maňka

5.7.2018

Pedro Silva Pereira

5.7.2018

 

 

Eżami fil-kumitat

26.11.2018

29.1.2019

 

 

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

59

25

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jonathan Arnott, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Reimer Böge, Thierry Cornillet, Esther de Lange, Gérard Deprez, André Elissen, Markus Ferber, José Manuel Fernandes, Jonás Fernández, Eider Gardiazabal Rubial, Stefan Gehrold, Sven Giegold, Neena Gill, Esteban González Pons, Brian Hayes, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Gunnar Hökmark, John Howarth, Danuta Maria Hübner, Petr Ježek, Wolf Klinz, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Olle Ludvigsson, Vladimír Maňka, Marisa Matias, Costas Mavrides, Alex Mayer, Bernard Monot, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Ralph Packet, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Răzvan Popa, Dariusz Rosati, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Jordi Solé, Theodor Dumitru Stolojan, Patricija Šulin, Kay Swinburne, Eleftherios Synadinos, Isabelle Thomas, Ramon Tremosa i Balcells, Inese Vaidere, Marco Valli, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, Matt Carthy, Pilar del Castillo Vera, Ashley Fox, Karine Gloanec Maurin, Ramón Jáuregui Atondo, Danuta Jazłowiecka, Janusz Lewandowski, Aleksejs Loskutovs, Thomas Mann, Jörg Meuthen, Michel Reimon, Andreas Schwab, Joachim Starbatty, Lieve Wierinck, Auke Zijlstra

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ole Christensen, Santiago Fisas Ayxelà, Sylvie Guillaume, Esther Herranz García, Agnes Jongerius, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Danilo Oscar Lancini, Jo Leinen, Marian-Jean Marinescu, Josep-Maria Terricabras, Henna Virkkunen

Data tat-tressiq

26.2.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

59

+

ALDE

Thierry Cornillet, Gérard Deprez, Petr Ježek, Wolf Klinz, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ECR

Zbigniew Kuźmiuk

PPE

Reimer Böge, Pilar del Castillo Vera, Markus Ferber, José Manuel Fernandes, Santiago Fisas Ayxelà, Stefan Gehrold, Esteban González Pons, Brian Hayes, Esther Herranz García, Monika Hohlmeier, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Danuta Jazłowiecka, Georgios Kyrtsos, Esther de Lange, Janusz Lewandowski, Aleksejs Loskutovs, Thomas Mann, Marian-Jean Marinescu, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Jan Olbrycht, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Andreas Schwab, Theodor Dumitru Stolojan, Patricija Šulin, Inese Vaidere, Henna Virkkunen

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Ole Christensen, Jonás Fernández, Eider Gardiazabal Rubial, Neena Gill, Karine Gloanec Maurin, Sylvie Guillaume, Iris Hoffmann, John Howarth, Ramón Jáuregui Atondo, Agnes Jongerius, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jo Leinen, Olle Ludvigsson, Vladimír Maňka, Costas Mavrides, Alex Mayer, Răzvan Popa, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Isabelle Thomas, Daniele Viotti

25

-

ECR

Ashley Fox, Bernd Kölmel, Ralph Packet, Joachim Starbatty, Kay Swinburne

EFDD

Jonathan Arnott, Jörg Meuthen, Bernard Monot, Marco Valli

ENF

André Elissen, Danilo Oscar Lancini, Marco Zanni, Auke Zijlstra

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Matt Carthy, Marisa Matias, Liadh Ní Riada, Dimitrios Papadimoulis

NI

Eleftherios Synadinos

VERTS/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Michel Reimon, Jordi Solé, Josep-Maria Terricabras, Monika Vana

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Marzu 2019Avviż legali