Proċedura : 2018/0197(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0094/2019

Testi mressqa :

A8-0094/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 3
CRE 26/03/2019 - 3

Votazzjonijiet :

PV 27/03/2019 - 18.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0303

RAPPORT     ***I
PDF 764kWORD 246k
27.2.2019
PE 627.935v01-00 A8-0094/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni

(COM(2018)0372 – C8-0227/2018 – 2018/0197(COD))

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

Rapporteur: Andrea Cozzolino

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 POŻIZZJONI FIL-FORMA TA' EMENDI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni

(COM(2018)0372 – C8-0227/2018 – 2018/0197(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0372),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 177, 178 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0227/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018 (1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta' Diċembru 2018 (2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits, il-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, kif ukoll il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0094/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [is-CPR ġdid]1 jistabbilixxi regoli komuni applikabbli għall-fondi differenti, inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR"), il-Fond Soċjali Ewropew ("FSE+"), il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ("FEMS"), il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni ("AMIF"), il-Fond għas-Sigurtà Interna ("FSI") u l-Istrument ta' Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viża" ("BMVI") li, joperaw taħt qafas komuni (il-"Fondi").

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [is-CPR il-ġdid]1 jistabbilixxi regoli komuni applikabbli għall-fondi differenti, inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR"), il-Fond Soċjali Ewropew ("FSE+"), il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali ("FAEŻR"), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ("FEMS"), il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni ("AMIF"), il-Fond għas-Sigurtà Interna ("FSI") u l-Istrument ta' Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viża ("BMVI"), li joperaw taħt qafas komuni (il-"Fondi").

__________________

__________________

1 [Referenza sħiħa – tas-CPR il-ġdid].

1 [Referenza sħiħa – tas-CPR il-ġdid].

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jiżguraw il-koordinazzjoni, il-komplementarjetà u l-koerenza bejn il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta' Koeżjoni (FK), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Soċjali (FSE+), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Agrikolu (FAEŻR), sabiex ikunu jistgħu jikkomplementaw lil xulxin meta dan ikun ta' benefiċċju għall-ħolqien ta' proġetti li jirnexxu.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-prinċipji orizzontali stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE") u fl-Artikolu 10 TFUE, inkluż il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE, jenħtieġ li jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u jiżguraw l-aċċessibbiltà f'konformità mal-Artikolu 9 tiegħu u f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw biex jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u tintegra l-perspettiva tal-ġeneru, kif ukoll jikkumbattu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li ll-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta' segregazzjoni. Jenħtieġ li l-objettivi tal-FERŻ u l-Fond ta' Koeżjoni jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju li min iniġġes iħallas. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw l-impriżi għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 TFUE.

(5)  Il-prinċipji orizzontali stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE") u fl-Artikolu 10 TFUE, inkluż il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 TUE, jenħtieġ li jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw biex jeliminaw l-inugwaljanzi soċjali u tal-introjtu, jaħdmu iktar biex jiġġieldu l-faqar, jippreservaw u jippromwovu l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità bid-drittijiet li jmorru magħhom u jiżguraw li l-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jippromwovu opportunitajiet ugwali għal kulħadd, jikkumbattu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ ukoll li l-fondi jippromwovu t-tranżizzjoni mill-kura istituzzjonali għal kura fil-familja u bbażata fil-komunità, b'mod partikolari għal dawk li jġarrbu diskriminazzjoni multipla. Jenħtieġ li l-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta' segregazzjoni. L-investimenti taħt il-FEŻR, b'sinerġija mal-FSE+, jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, u biex tiżdied il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini skont l-obbligi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbilità u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (UNCRC) biex jikkontribwixxu għad-drittijiet tat-tfal.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  F'dinja dejjem aktar interkonnessa u minħabba d-dinamiċi demografiċi u dawk ta' migrazzjoni, huwa ċar li l-politika tal-migrazzjoni tal-Unjoni tirrikjedi approċċ komuni li jserraħ fuq is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet tal-istrumenti ta' finanzjament differenti. Sabiex jiġi żgurat appoġġ koerenti, b'saħħtu u konsistenti għas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, jenħtieġ li l-FEŻR jipprovdi appoġġ biex jiffaċilita l-integrazzjoni fit-tul tal-migranti.

(8)  F'dinja dejjem aktar interkonnessa u minħabba d-dinamiċi demografiċi u dawk ta' migrazzjoni interni u esterni, huwa ċar li l-politika tal-migrazzjoni tal-Unjoni tirrikjedi approċċ komuni li jserraħ fuq is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet tal-istrumenti ta' finanzjament differenti. Il-FEŻR irid jagħti attenzjoni aktar speċifika lill-bidla demografika bħala sfida ewlenija u qasam ta' prijorità fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi. Sabiex jiġi żgurat appoġġ koerenti, b'saħħtu u konsistenti għas-solidarjetà u għar-responsabbiltà kif ukoll għall-isforzi ta' kondiviżjoni bejn l-Istati Membri fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, il-politika ta' koeżjoni tista' tikkontribwixxi għall-proċessi ta' integrazzjoni tar-rifuġjati u l-migranti taħt protezzjoni internazzjonali billi tadotta approċċ immirat lejn il-protezzjoni tad-dinjità u d-drittijiet tagħhom, mhux l-inqas fid-dawl tar-relazzjoni ta' tisħiħ reċiproku bejn l-integrazzjoni u t-tkabbir ekonomiku lokali, speċjalment billi tipprovdi appoġġ għall-infrastruttura lill-bliet u lill-awtoritajiet lokali involuti fl-implimentazzjoni tal-politiki ta' integrazzjoni;

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri u r-reġjuni li qed jiffaċċjaw sfidi ġodda u jiżgura livell għoli ta' sigurtà għaċ-ċittadini tagħhom kif ukoll jipprevjeni r-radikalizzazzjoni, filwaqt li jiddependi fuq is-sinerġiji u komplementarjetajiet ma' politiki oħra tal-Unjoni, l-investimenti taħt il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxu għas-sigurtà f'żoni fejn ikun hemm il-ħtieġa li jiġu żgurati spazji pubbliċi sikuri u siguri u infrastruttura kritika, bħalma huma t-trasport u l-enerġija.

(9)  Sabiex jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri u r-reġjuni biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp u jiġu armonizzati s-sitwazzjonijiet differenti tar-reġjuni tal-UE, jiġu indirizzati d-disparitajiet soċjali, sfidi ġodda u jiżgura soċjetajiet inklużivi u livell għoli ta' sigurtà kif ukoll jipprevjeni l-marġinalizzazzjoni u r-radikalizzazzjoni, filwaqt li jiddependi fuq is-sinerġiji u komplementarjetajiet ma' politiki oħra tal-Unjoni, l-investimenti taħt il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxu f'żoni fejn ikun hemm il-ħtieġa li jiġu żgurati spazji pubbliċi u infrastruttura kritika sikuri, moderni, aċċessibbli u siguri, bħall-komunikazzjoni, it-trasport pubbliku, l-enerġija u servizzi pubbliċi universali u ta' kwalità għolja li huma vitali biex jindirizzaw id-disparitajiet reġjonali u soċjali, jippromwovu l-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp reġjonali u jinkoraġġixxu l-impriżi u n-nies biex jibqgħu fiż-żona lokali tagħhom.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Barra minn hekk, l-investimenti taħt il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' netwerk ta' infrastruttura diġitali b'veloċità għolja, komprensiv, u l-promozzjoni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli u nadifa.

(10)  Barra minn hekk, l-investimenti taħt il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' netwerk ta' infrastruttura diġitali b'veloċità għolja u komprensiv, fl-Unjoni kollha, inkluż f'żoni rurali fejn huwa kontributur vitali għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), u għall-promozzjoni tal-mobbiltà multimodali sostenibbli u mingħajr tniġġis b'konċentrazzjoni fuq il-mixi, iċ-ċikliżmu, it-trasport pubbliku u l-mobbiltà kondiviża.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a)  Ħafna mill-akbar sfidi fl-Ewropa qed jaffettwaw dejjem aktar lill-komunitajiet Rom emarġinati, li ta' spiss jgħixu fil-mikroreġjuni l-aktar żvantaġġati li huma neqsin minn ilma tax-xorb sikur u aċċessibbli, drenaġġ, elettriku u li ma jgawdux minn possibbiltajiet ta' trasport, konnettività diġitali, sistemi ta' enerġija rinnovabbli jew reżiljenza f'każ ta' diżastru. Għalhekk, il-FEŻR-FK irid jikkontribwixxi għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien tar-Rom u jissodisfa l-potenzjal reali tagħhom bħala ċittadini tal-UE u l-Istati Membri jridu jissalvagwardjaw li l-benefiċċji tal-ħames objettivi ta' politika tal-FEŻR-FK se jilħqu lir-Rom ukoll.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Sabiex titjieb il-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-istituzzjonijiet u l-governanza fl-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta' programmi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, huwa meħtieġ li jkun hemm miżuri ta' appoġġ taħt l-objettivi speċifiċi kollha.

(12)  Sabiex jikkontribwixxu għal governanza xierqa, infurzar, kooperazzjoni transfruntiera u t-tixrid tal-aħjar prattiki u innovazzjonijiet fil-qasam tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti u l-ekonomija ċirkolari, itejbu l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-istituzzjonijiet u l-governanza fl-Istati Membri, inkluż fil-livelli reġjonali u lokali fuq il-prinċipji tal-governanza f'diversi livelli, l-implimentazzjoni tal-programmi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, huwa meħtieġ li jiġu promossi miżuri ta' tisħiħ amministrattiv ta' natura strutturali b'appoġġ għall-objettivi speċifiċi kollha. Billi huma bbażati fuq objettivi li jistgħu jitkejlu u huma notifikati liċ-ċittadini u lin-negozji bħala mezz ta' simplifikazzjoni u tnaqqis tal-piż amministrattiv impost fuq il-benefiċjarji u l-awtoritajiet ta' ġestjoni, huwa possibbli li dawn il-miżuri jilħqu l-bilanċ ideali bejn l-orjentazzjoni lejn ir-riżultati tal-politika u l-livell ta' verifiki u kontrolli.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex titħeġġeġ u tingħata spinta lill-kooperazzjoni, fil-programmi implimentati taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, huwa meħtieġ li jittejbu l-miżuri ta' kooperazzjoni ma' sħab fi Stat Membru jew bejn Stati Membri differenti fir-rigward ta' sostenn ipprovdut taħt l-objettivi speċifiċi kollha. Tali kooperazzjoni msaħħa hija addizzjonali għall-kooperazzjoni taħt l-ETC / Interreg u b'mod partikolari jenħtieġ li tappoġġa l-kooperazzjoni fost sħubijiet strutturati bil-ħsieb li jiġu implimentati strateġiji reġjonali kif imsemmi fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "It-tisħiħ tal-innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli" 1 . L-imsieħba jistgħu għalhekk jiġu minn kull reġjun fl-Unjoni, iżda jistgħu jinkludu wkoll reġjuni transfruntiera u reġjuni li huma kollha koperti minn strateġija makroreġjonali jew tal-baċini tal-baħar jew kombinazzjoni tat-tnejn.

(13)  Sabiex titħeġġeġ u tingħata spinta lill-kooperazzjoni, fil-programmi implimentati taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, huwa meħtieġ li jittejbu l-miżuri ta' kooperazzjoni mas-sħab, inklużi dawk fil-livell lokali u reġjonali fi Stat Membru jew bejn Stati Membri differenti fir-rigward ta' appoġġ ipprovdut taħt l-objettivi speċifiċi kollha. Tali kooperazzjoni msaħħa hija addizzjonali għall-kooperazzjoni taħt l-ETC / Interreg u b'mod partikolari jenħtieġ li tappoġġa l-kooperazzjoni fost sħubijiet strutturati bil-ħsieb li jiġu implimentati strateġiji reġjonali kif imsemmi fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "It-tisħiħ tal-innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli" 1 . Is-sħab jistgħu għalhekk jiġu minn kwalunkwe reġjun fl-Unjoni, iżda jistgħu jinkludu wkoll reġjuni transfruntiera u reġjuni li huma kollha koperti minn Raggruppamenti Ewropej ta' Kooperazzjoni Territorjali, strateġija makroreġjonali jew tal-baċini tal-baħar jew kombinament tat-tnejn.

_________________

_________________

1 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni tat-8 ta' Lulju 2017 (COM(2015)376) final.

1 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni tat-8 ta' Lulju 2017 COM(2017)376 final.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  Il-politika ta' koeżjoni futura tista' tikkunsidra b'mod adegwat u tipprovdi appoġġ għar-reġjuni tal-Unjoni li huma l-aktar milquta mill-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, b'mod partikolari dawk li, b'riżultat ta' dan, se jsibu ruħhom fuq il-fruntiera esterna tal-baħar jew tal-art tal-Unjoni;

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Filwaqt li jirriflettu l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Fondi se jikkontribwixxu biex jintegraw azzjonijiet klimatiċi u għall-kisba ta' mira ġenerali ta' 30 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-operazzjonijiet taħt il-FEŻR huma mistennija li jikkontribwixxu għal 30 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-FEŻR għall-objettivi tal-klima. L-operazzjonijiet taħt il-Fond ta' Koeżjoni huma mistennija li jikkontribwixxu għal 37 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Fond ta' Koeżjoni għall-objettivi tal-klima.

(14)  L-objettivi tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni jenħtieġ li jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli, b'mod partikolari l-importanza kbira tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU kif ukoll il-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas kif ukoll l-iffukar fuq il-faqar, l-inugwaljanza u tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija soċjalment u ambjentalment sostenibbli f'approċċ parteċipattiv f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi, mas-sħab ekonomiċi u soċjali, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti. Filwaqt li jirriflettu l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima u telfien tal-bijodiversità sabiex isir kontribut għal finanzjament tal-azzjonijiet meħtieġa li jridu jittieħdu fil-livell tal-UE, nazzjonali u lokali biex jissodisfaw, f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll biex tiggarantixxi interventi integrati għall-prevenzjoni tad-diżastri, billi torbot ir-reżiljenza u l-prevenzjoni tar-riskji, il-preparazzjoni u l-azzjonijiet ta' reazzjoni, il-Fondi se jikkontribwixxu biex jintegraw azzjonijiet klimatiċi u l-protezzjoni tal-bijodiversità billi tiġi mmirata 30 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE li tappoġġa l-objettivi tal-klima. Il-Fondi jridu jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għall-kisba ta' ekonomija ċirkolari u ħielsa mill-karbonju fit-territorji kollha tal-Unjoni u l-inkorporazzjoni sħiħa tad-dimensjoni reġjonali. L-operazzjonijiet taħt il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxu għal mill-inqas 35 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-FEŻR għall-objettivi tal-klima. L-operazzjonijiet taħt il-Fond ta' Koeżjoni huma mistennija li jikkontribwixxu għal 40 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Fond ta' Koeżjoni għall-objettivi tal-klima. Dawn il-perċentwali jenħtieġ li jiġu rispettati matul il-perjodu ta' programmazzjoni. Għalhekk, l-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' dawn il-fondi, u jiġu valutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u l-proċeduri ta' rieżami rilevanti. Dawn l-azzjonijiet u l-allokazzjoni finanzjarja riżervata għall-implimentazzjoni tagħhom iridu jiġu inklużi fil-Pjanijiet Integrati nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima skont l-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid] kif ukoll l-istrateġija ta' rinnovazzjoni fuq terminu twil stabbilita skont id-Direttiva dwar il-Prestazzjoni tal-Enerġija tal-Bini (E) 2018/844 riveduta biex tikkontribwixxi għall-kisba ta' stokk tal-bini dekarbonizzat sal-2050, u mehmuża mal-Programmi. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika liż-żoni intensivi fl-użu tal-karbonju li jiffaċċjaw sfidi minħabba l-impenji ta' dekarbonizzazzjoni, bil-għan li jiġu megħjuna jsegwu strateġiji konsistenti mal-impenn klimatiku tal-Unjoni u stabbiliti fi Pjanijiet Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u l-Klima u skont id-Direttiva ETS 2018/410 u biex jiġu protetti l-ħaddiema anki permezz ta' opportunitajiet ta' taħriġ u taħriġ mill-ġdid.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Sabiex il-FEŻR jipprovdi appoġġ taħt l-ETC / Interreg f'termini kemm ta' investimenti fl-infrastruttura kif ukoll l-investimenti u l-attivitajiet ta' taħriġ u ta' integrazzjoni assoċjati, jeħtieġ li jkun hemm provvediment li, il-FEŻR jista' wkoll jipprovdi appoġġ għal attivitajiet taħt l-objettivi speċifiċi tal-FSE +, stabbilit bir-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ESF+ ġdid]1.

(15)  Sabiex il-FEŻR jipprovdi appoġġ taħt l-ETC / Interreg f'termini kemm ta' investimenti fl-infrastruttura kif ukoll l-investimenti u l-attivitajiet ta' taħriġ u ta' integrazzjoni assoċjati, sabiex jittejbu u jiġu żviluppati l-ħiliet u l-kompetenzi amministrattivi, jeħtieġ li jiġi previst li l-FEŻR jista' wkoll jipprovdi appoġġ għal attivitajiet taħt l-objettivi speċifiċi tal-FSE+, stabbilit mir-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ESF+ ġdid]1.

__________________

__________________

1 [Referenza sħiħa – ESF+ il-ġdid].

1 [Referenza sħiħa – ESF+ il-ġdid].

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Sabiex jiġi konċentrat l-użu ta' riżorsi limitati bl-aktar mod effiċjenti, l-appoġġ mogħti mill-FEŻR għal investimenti produttivi taħt għan rilevanti speċifiku, jenħtieġ li jkun limitat biss għal intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju ("SMEs") fis-sens tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE1, ħlief fejn l-investimenti jinvolvu kooperazzjoni ma' SMEs f'attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni.

(16)  L-SMEs u l-mikroimpriżi huma l-muturi ewlenin tat-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni u l-impjiegi u għandhom rwol importanti fl-irkupru ekonomiku u fit-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli tal-Unjoni. Huwa meħtieġ li jiġu promossi l-SMEs f'oqsma emerġenti marbuta ma' sfidi Ewropej u reġjonali, bħall-industriji kreattivi u kulturali, kif ukoll servizzi innovattivi li jindirizzaw ħtiġijiet soċjetali ġodda inklużi l-integrazzjoni u l-inklużjoni soċjali ta' komunitajiet żvantaġġati, it-tixjiħ tal-popolazzjoni, is-servizzi tas-saħħa u tal-indokrar, l-ekoinnovazzjoni u l-effiċjenza tar-riżorsi. Sabiex jiġi konċentrat l-użu ta' riżorsi limitati bl-aktar mod effiċjenti, iżda mingħajr l-imminar tal-kisba tal-objettivi tal-programm, l-appoġġ mogħti mill-FEŻR għal investimenti produttivi taħt għan rilevanti speċifiku, preferibbilment jenħtieġ li jkun limitat biss għal impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju ("SMEs") fis-sens tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE1, mingħajr preġudizzju għall-kumpaniji tas-settur pubbliku, ħlief meta l-investimenti jinvolvu kooperazzjoni ma' SMEs. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw l-impriżi jridu jikkonformaw mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 TFUE.

_________________

_________________

1 Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

1 Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Jenħtieġ li l-FEŻR jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fl-Unjoni u biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u dawk ir-reġjuni li l-aktar għadhom lura u li huma anqas favoriti, inklużi dawk li qed jaffaċċjaw sfidi minħabba l-impenji ta' dekarbonizzazzjoni. Jenħtieġ li l-appoġġ tal-FEŻR taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għalhekk jiġi kkonċentrat fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni f'konformità mal-objettivi tal-politika stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/xxx [CPR il-ġdid]. Jenħtieġ li għalhekk l-appoġġ mill-FEŻR jikkonċentra fuq l-objettivi ta' politika ta' "Ewropa intelliġenti billi jippromwovi t-trasformazzjoni ekonomika, intelliġenti u innovattiva" u "Ewropa ekoloġika, b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju permezz tal-promozzjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju". Jenħtieġ li din il-konċentrazzjoni tematika tintlaħaq fuq livell nazzjonali filwaqt li tippermetti flessibbiltà fil-livell tal-programmi individwali u bejn tliet gruppi ta' Stati Membri ffurmati skont id-dħul nazzjonali gross rispettiv. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-metodoloġija biex tikklassifika lill-Istati Membri tiġi stabbilita bir-reqqa b'kont meħud tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda.

(17)  Jenħtieġ li l-FEŻR jgħin sabiex jitnaqqsu l-iżbilanċi reġjonali prinċipali fl-Unjoni u biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u dawk ir-reġjuni li l-aktar għadhom lura u li huma anqas favoriti, inklużi dawk li qed jiffaċċjaw sfidi minħabba l-impenji ta' dekarbonizzazzjoni permezz tal-appoġġ finanzjarju għall-perjodu tranżitorju. Jenħtieġ li jinkoraġġixxi wkoll ir-reżiljenza u jipprevjeni li t-territorji vulnerabbli jaqgħu lura Jenħtieġ li l-appoġġ tal-FEŻR taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għalhekk jiġi kkonċentrat fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni f'konformità mal-objettivi tal-politika stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/xxx [is-CPR il-ġdid]. Jenħtieġ li għalhekk l-appoġġ mill-FEŻR jikkonċentra speċifikament fuq iż-żewġ objettivi ta' politika ta' "Ewropa intelliġenti billi jippromwovi l-iżvilupp u t-trasformazzjoni ekonomika, innovattiva, intelliġenti u inklużiva, il-konnettività reġjonali fil-qasam tat-teknoloġiji, l-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), il-konnettività u amministrazzjoni pubblika effiċjenti" u "Ewropa ekoloġika, reżiljenti u b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju għal kulħadd permezz tal-promozzjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju" filwaqt li jitqiesu l-objettivi ta' politika ġenerali ta' Ewropa aktar koeżiva u bbażata fuq is-solidarjetà li tgħin biex jitnaqqsu l-asimetriji ekonomiċi, soċjali u territorjali. Jenħtieġ li tali konċentrazzjoni tematika tintlaħaq fuq livell nazzjonali filwaqt li tippermetti marġini ta' flessibbiltà fil-livell ta' programmi individwali u bejn il-kategoriji differenti tar-reġjuni, filwaqt li jitqiesu l-livelli differenti ta' żvilupp. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-metodoloġija biex tikklassifika r-reġjuni tiġi stabbilita bir-reqqa b'kont meħud tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17a)  Sabiex tiġi żgurata l-importanza strateġika tal-investimenti kofinanzjati mill-FEŻR u mill-FK, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu talba debitament ġustifikata għal aktar flessibbiltà fil-qafas attwali tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir għan-nefqa pubblika jew strutturali ekwivalenti.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex jikkonċentra l-appoġġ fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni, huwa wkoll xieraq li rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika jenħtieġ li jiġu rispettati matul il-perjodu ta' programmar, inkluż fil-każ ta' trasferiment bejn il-prijoritajiet fi programm jew bejn il-programmi.

(18)  Sabiex jikkonċentra l-appoġġ fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni, u f'konformità mal-objettivi ta' koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali stabbiliti fl-Artikolu 174 TFUE u l-objettivi ta' politika stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/xxx [is-CPR il-ġdid], huwa wkoll xieraq li rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika jenħtieġ li jiġu rispettati matul il-perjodu ta' programmar, inkluż fil-każ ta' trasferiment bejn il-prijoritajiet fi programm jew bejn il-programmi.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a)  Il-FEŻR jenħtieġ li jindirizza l-problemi ta' aċċessibbiltà għas-swieq il-kbar u d-distanza kbira minnhom, li dawk iż-żoni b'densità ta' popolazzjoni estremament baxxa qegħdin jiffaċċaw, kif imsemmi fil-Protokoll Nru 6 dwar dispożizzjonjiet speċjali għall-Objettiv 6 fil-qafas tal-Fondi Strutturali fil-Finlandja u fl-Iżvezja għall-Att tal-Adeżjoni tal-1994. Il-FEŻR jenħtieġ li jindirizza wkoll id-diffikultajiet speċifiċi li jiffaċċaw ċerti gżejjer, reġjuni mal-fruntieri, reġjuni muntanjużi, u żoni b'popolazzjoni baxxa, li s-sitwazzjoni ġeografika tagħhom tnaqqas il-pass tal-iżvilupp tagħhom, bil-għan li jiġi appoġġat l-iżvilupp sostenibbli tagħhom.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi tipi differenti ta' attivitajiet li l-ispejjeż tagħhom jistgħu jkunu appoġġati permezz ta' investimenti mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, taħt l-objettivi rispettivi tagħhom kif stabbiliti mit-TFUE. Jenħtieġ li l-Fond ta' Koeżjoni jkun jista' jappoġġa investimenti fl-ambjent u fit-TEN-T. Fir-rigward tal-ERDF, jenħtieġ li l-lista ta' attivitajiet tkun issimplifikata u jenħtieġ li tkun kapaċi tappoġġa l-investimenti fl-infrastruttura, investimenti fir-rigward ta' aċċess għal servizzi, investimenti produttivi fl-SMEs, tagħmir, softwer u assi intanġibbli, kif ukoll miżuri fir-rigward ta' informazzjoni, komunikazzjoni, studji, netwerking, kooperazzjoni, skambju ta' esperjenzi u attivitajiet li jinvolvu gruppi. Sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta' programm, jenħtieġ li ż-żewġ fondi jkunu kapaċi wkoll li jappoġġaw attivitajiet ta' assistenza teknika. Fl-aħħar nett, sabiex jipprovdi għal firxa aktar wiesgħa ta' interventi għal programmi Interreg, jenħtieġ li l-ambitu jitwessa' biex jinkludi wkoll il-kondiviżjoni ta' firxa wiesgħa ta' faċilitajiet u riżorsi umani u l-ispejjeż marbuta ma' miżuri fil-kamp ta' applikazzjoni tal-FSE+.

(19)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi tipi differenti ta' attivitajiet li l-ispejjeż tagħhom jistgħu jkunu appoġġati permezz ta' investimenti mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, taħt l-objettivi rispettivi tagħhom kif stabbiliti mit-TFUE inkluż il-crowdfunding. Jenħtieġ li l-Fond ta' Koeżjoni jkun jista' jappoġġa investimenti fl-ambjent u fit-TEN-T. Fir-rigward tal-FEŻR, jenħtieġ li l-lista ta' attivitajiet tqis il-ħtiġijiet nazzjonali u reġjonali speċifiċi kif ukoll il-potenzjal endoġenu u tkun simplifikata u jenħtieġ li tkun kapaċi tappoġġa l-investimenti fl-infrastruttura, inklużi l-infrastruttura u faċilitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni, infrastruttura kulturali u patrimonjali, infrastruttura tat-turiżmu sostenibbli wkoll permezz ta' distretti turistiċi, servizzi għall-impriżi, kif ukoll investimenti fis-settur tal-abitazzjoni, investimenti fir-rigward ta' aċċess għal servizzi b'konċentrazzjoni partikolari fuq komunitajiet żvantaġġati, emarġinati u segregati, investimenti produttivi fl-SMEs, tagħmir, softwer u assi intanġibbli, inċentivi matul il-perjodu ta' tranżizzjoni tar-reġjuni fil-proċess ta' dekarbonizzazzjoni, kif ukoll miżuri fir-rigward ta' informazzjoni, komunikazzjoni, studji, netwerking, kooperazzjoni, skambju ta' esperjenzi bejn is-sħab u attivitajiet li jinvolvu gruppi. Sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta' programm, jenħtieġ li ż-żewġ fondi jkunu kapaċi wkoll jappoġġaw attivitajiet ta' assistenza teknika. Fl-aħħar nett, sabiex jipprevedi firxa aktar wiesgħa ta' interventi għall-programmi Interreg, jenħtieġ li l-ambitu jitwessa' biex jinkludi wkoll il-kondiviżjoni ta' firxa wiesgħa ta' faċilitajiet u riżorsi umani u l-ispejjeż marbuta ma' miżuri fil-kamp ta' applikazzjoni tal-FSE+.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Proġetti ta' netwerks trans-Ewropej ta' transport skont ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 għandhom ikomplu jiġu ffinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni kemm permezz ta' ġestjoni kondiviża kif ukoll il-modalità ta' implimentazzjoni diretta taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (is-"CEF Connecting Europe Facility").

(20)  Proġetti ta' netwerks trans-Ewropej ta' trasport skont ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 għandhom ikomplu jiġu ffinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni, inkluż l-indirizzar tal-lakuni u l-konġestjoni, b'mod ibbilanċjat kif ukoll li jinkludi t-titjib tas-sikurezza tal-pontijiet u l-mini eżistenti kemm permezz ta' ġestjoni kondiviża kif ukoll il-modalità ta' implimentazzjoni diretta taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (is-"CEF - Connecting Europe Facility"). Dawn in-netwerks iridu jagħtu prijorità lill-investiment fin-netwerks tat-trasport bit-triq u jagħtu spinta lis-servizzi pubbliċi fiż-żoni rurali, speċjalment f'żoni b'popolazzjoni baxxa u f'żoni b'tixjiħ demografiku qawwi, sabiex titrawwem l-interkonnettività bejn il-bliet u l-kampanja, jiġi promoss l-iżvilupp rurali, jitnaqqas id-distakk diġitali.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Fl-istess ħin, huwa importanti li jiġi ċċarat li dawk l-attivitajiet li jaqgħu barra l-ambitu tal-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, inklużi l-investimenti biex jinkiseb it-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 sabiex ikun evitat l-irduppjar tal-finanzjament disponibbli, li diġà jeżisti bħala parti minn din id-Direttiva. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit b'mod espliċitu li l-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej elenkati fl-Anness II tat-TFUE mhumiex eliġibbli għal appoġġ mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni.

(21)  Fl-istess ħin, huwa importanti li min-naħa waħda jiġu identifikati sinerġiji u min-naħa l-oħra jiġi ċċarat liema huma dawk l-attivitajiet li jaqgħu barra l-ambitu tal-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni; dan sabiex jinkisbu l-effetti ta' multiplikazzjoni jew ikun evitat l-irduppjar tal-finanzjament disponibbli. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit b'mod espliċitu li l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej elenkati fl-Anness II għat-TFUE mhumiex eliġibbli għal appoġġ mill-FEŻR u mill-Fond ta' Koeżjoni.

_________________

1 Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Skont il-paragrafu 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġu evalwati l-Fondi fuq il-bażi ta' tagħrif miġbur permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fondi b'mod prattiku.

(23)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġu evalwati l-Fondi fuq il-bażi ta' tagħrif miġbur permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi. Dawn ir-rekwiżiti, meta jkun xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fondi fil-prattika.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Sabiex tiġi massimizzata l-kontribuzzjoni għall-iżvilupp territorjali, azzjonijiet f'dan il-qasam jenħtieġ li jkunu bbażati fuq strateġiji territorjali integrati inkluż fiż-żoni urbani. Għalhekk, jenħtieġ li l-appoġġ mill-FEŻR jitwassal permezz tal-formoli stabbiliti fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [CPR il-ġdid] biex ikun żgurat l-involviment xieraq tal-awtoritajiet lokali, reġjonali u urbani.

(24)  Sabiex tiġi massimizzata l-kontribuzzjoni għall-iżvilupp territorjali, u sabiex jiġu indirizzati b'mod aktar effettiv l-isfidi ekonomiċi, demografiċi, ambjentali u soċjali, kif previst fl-Artikolu 174 TFUE, f'żoni bi żvantaġġi naturali jew demografiċi inkluż it-tixjiħ, id-deżertifikazzjoni rurali u t-tnaqqis demografiku, iżda wkoll il-pressjoni demografika jew fejn ikun diffiċli li wieħed ikollu aċċess għal servizzi bażiċi, l-azzjonijiet f'dan il-qasam jenħtieġ li jkunu bbażati fuq programmi, assi jew strateġiji territorjali integrati, inklużi żoni urbani u komunitajiet rurali. Dawn l-azzjonijiet jenħtieġ li jkunu ż-żewġ naħat tal-istess munita, ibbażati kemm fuq il-hubs urbani ċentrali u l-madwar tagħhom kif ukoll fuq iż-żoni rurali l-aktar remoti. Dawn l-istrateġiji jistgħu jibbenefikaw ukoll minn approċċ plurifond u integrat li jinvolvi l-FEŻR, l-FSE +, il-FEMS u l-FAEŻR. Mira ta' mill-inqas 5 % tar-riżorsi tal-FEŻR jenħtieġ li jiġu allokati fuq livell nazzjonali għal żvilupp territorjali integrat. Għalhekk, jenħtieġ li l-appoġġ jitwassal waqt li jkun żgurat l-involviment xieraq tal-awtoritajiet lokali, reġjonali u urbani, is-sħab ekonomiċi u soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24a)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika liż-żoni intensivi fl-użu tal-karbonju li jiffaċċjaw l-isfidi minħabba l-impenji ta' dekarbonizzazzjoni, bil-għan li jiġu megħjuna jsegwu strateġiji konsistenti mal-impenn klimatiku tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi li jipproteġu lill-ħaddiema u lill-komunitajiet affettwati bl-istess mod. Jenħtieġ li tali żoni jibbenefikaw minn appoġġ dedikat għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomiji tagħhom filwaqt li titqies il-ħtieġa għal taħriġ vokazzjonali mmirat u opportunitajiet ta' taħriġ mill-ġdid għall-forza tax-xogħol.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Fil-qafas tal-iżvilupp urban sostenibbli, huwa kkunsidrat neċessarju li jiġu megħjun l-iżvilupp territorjali integrat sabiex jingħelbu l-isfidi ekonomiċi, ambjentali, klimatiċi, demografiċi u soċjali li jaffettwaw iż-żoni urbani, inklużi ż-żoni urbani funzjonali, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu promossi rabtiet bejn iż-żoni urbani u dawk rurali. Il-prinċipji għall-għażla ta' żoni urbani li għalihom għandhom jiġu implimentati azzjonijiet integrati għal żvilupp urban sostenibbli, u l-ammonti indikattivi għal dawk l-azzjonijiet, jenħtieġ li jkunu stabbiliti fil-programmi taħt il-mira għall-Investiment għall-impiegi u t-tkabbir b'minimu ta' 6 % tar-riżorsi tal-FEŻR allokati fil-livell nazzjonali għal dan il-għan. Jenħtieġ li jiġi stabbilit ukoll li dan il-perċentwal għand jiġi rispettati matul il-perjodu ta' programmazzjoni f'każ ta' trasferiment bejn il-prijoritajiet fi programm jew bejn il-programmi, inklużi fir-reviżjoni ta' nofs it-terminu.

(25)  Fil-qafas tal-iżvilupp urban sostenibbli, huwa kkunsidrat neċessarju li jiġu megħjun l-iżvilupp territorjali integrat sabiex jingħelbu b'mod aktar effettiv l-isfidi ekonomiċi, ambjentali, klimatiċi, demografiċi, teknoloġiċi, soċjali u kulturali li jaffettwaw iż-żoni urbani, inklużi ż-żoni urbani funzjonali u l-komunitajiet rurali, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu promossi rabtiet bejn iż-żoni urbani u dawk rurali, inklużi ż-żoni periurbani meta jkun xieraq. Il-prinċipji għall-għażla ta' żoni urbani li għalihom iridu jiġu implimentati azzjonijiet integrati għal żvilupp urban sostenibbli, u l-ammonti indikattivi għal dawk l-azzjonijiet, jenħtieġ li jkunu stabbiliti fil-programmi taħt il-mira għall-Investiment għall-impiegi u t-tkabbir. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jibbenefikaw ukoll minn approċċ plurifond u integrat li jinvolvi l-FEŻR, l-FSE+, il-FEMS u l-FAEŻR. Mira ta' mill-inqas 10 % tar-riżorsi tal-FEŻR jenħtieġ li jiġu allokati fuq livell nazzjonali għall-prijorità tal-iżvilupp urban sostenibbli. Jenħtieġ li jiġi stabbilit ukoll li dan il-perċentwali jenħtieġ li jiġi rispettat matul il-perjodu ta' programmazzjoni f'każ ta' trasferiment bejn il-prijoritajiet fi programm jew bejn il-programmi, inkluż fir-rieżami ta' nofs it-terminu.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Sabiex jiġu identifikati jew ivvalutati soluzzjonijiet li jindirizzaw kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-iżvilupp urban sostenibbli, fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Azzjonijiet Innovattivi Urbani fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli jiġu sostitwiti bl-Inizjattiva Urbana Ewropea, u għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni diretta jew indiretta. Jenħtieġ lin di l-inizjattiva tkopri ż-żoni urbani kollha u tappoġġa l-Aġenda Urbana għall-Unjoni Ewropea1.

(26)  Sabiex jiġu identifikati jew ivvalutati soluzzjonijiet li jindirizzaw kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-iżvilupp urban sostenibbli fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Azzjonijiet Innovattivi Urbani fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli jitkomplew u jiġu żviluppati f'Inizjattiva Urbana Ewropea. Jenħtieġ li dik l-inizjattiva tappoġġa l-Aġenda Urbana tal-Unjoni Ewropea1 bil-għan li tistimola t-tkabbir, il-kwalità tal-ħajja u l-innovazzjoni u tidentifika u tindirizza l-isfidi soċjali b'suċċess.

_________________

_________________

1 Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Aġenda Urbana tal-UE tal-24 ta' Ġunju 2016.

1 Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Aġenda Urbana tal-UE tal-24 ta' Ġunju 2016.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika lir-reġjuni l-aktar imbiegħda, jiġifieri permezz tal-adozzjoni ta' miżuri taħt l-Artikolu 349 TFUE li jipprovdi għal allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda biex tpatti għall-ispejjeż addizzjonali li dawn ir-reġjuni bħala riżultat ta' restrizzjoni/jiet permanenti msemmija fl-Artikolu 349 TFUE, jiġifieri d-distanza, l-insularità, iċ-ċokon, it-topografija u l-klima diffiċli, id-dipendenza ekonomika fuq ftit prodotti, il-permanenza u l-kombinazzjoni tagħhom li tillimita b'mod sever l-iżvilupp tagħhom. Din l-allokazzjoni tista' tkopri investimenti, spejjeż operattivi u obbligi ta' servizz pubbliku bil-għan li tibbilanċja l-ispejjeż addizzjonali kkawżati minn restrizzjonijiet bħal dawn. L-għajnuna operattiva tista' tkopri n-nefqa fuq is-servizzi ta' ġarr ta' merkanzija u l-għajnuna sabiex jinbdew servizzi tat-trasport kif ukoll l-ispiża fuq l-operazzjonijiet marbutin ma' restrizzjonijiet ta' ħażna, ta' daqs eċċessiv u tal-manutenzjoni ta' għodod tal-produzzjoni, u man-nuqqas ta' kapital uman fis-suq tax-xogħol lokali. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, u kif huwa l-każ għall-operazzjonijiet kollha kofinanzjati mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, kull appoġġ tal-FEŻR għall-finanzjament tal-għajnuna operattiva u ta' investiment fir-reġjuni l-aktar imbiegħda jenħtieġ li jikkonforma mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 TFUE.

(27)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika lir-reġjuni ultraperiferiċi, jiġifieri permezz tal-adozzjoni ta' miżuri taħt l-Artikolu 349 TFUE li jipprevedi allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi biex tpatti għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba f'dawn ir-reġjuni bħala riżultat ta' restrizzjoni permanenti waħda jew bosta msemmija fl-Artikolu 349 TFUE, jiġifieri d-distanza, l-insularità, iċ-ċokon, it-topografija u l-klima diffiċli, id-dipendenza ekonomika fuq ftit prodotti, il-permanenza u l-kombinament tagħhom li tillimita b'mod sever l-iżvilupp tagħhom. Din l-allokazzjoni tista' tkopri investimenti, spejjeż operattivi u obbligi ta' servizz pubbliku bil-għan li tibbilanċja l-ispejjeż addizzjonali kkawżati minn restrizzjonijiet bħal dawn. L-għajnuna operattiva tista' tkopri n-nefqa fuq is-servizzi ta' ġarr ta' merkanzija, il-loġistika ekoloġika, il-ġestjoni tal-mobbiltà u l-għajnuna sabiex jinbdew servizzi tat-trasport kif ukoll l-ispiża fuq l-operazzjonijiet marbutin ma' restrizzjonijiet ta' ħażna, ta' daqs eċċessiv u tal-manutenzjoni ta' għodod tal-produzzjoni, u man-nuqqas ta' kapital uman fis-suq tax-xogħol lokali. Din l-allokazzjoni ma tridx tkun soġġetta għall-konċentrazzjoni tematika prevista f'dan ir-Regolament. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, u kif huwa l-każ għall-operazzjonijiet kollha kofinanzjati mill-FEŻR u mill-Fond ta' Koeżjoni, kull appoġġ tal-FEŻR għall-finanzjament tal-għajnuna operattiva u ta' investiment fir-reġjuni ultraperiferiċi jenħtieġ li jikkonforma mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 TFUE.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali billi jiġu rimedjati l-iżbilanċi reġjonali prinċipali fl-Unjoni, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri, imma pjuttost jista', minħabba l-livell ta' disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni u r-ritard tar-reġjuni l-inqas favoriti u l-limitazzjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u r-reġjuni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv,

(29)  Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali billi jiġu rimedjati l-iżbilanċi reġjonali prinċipali fl-Unjoni permezz ta' approċċ orjentat lejn iċ-ċittadini li huwa mmirat lejn l-appoġġ ta' żvilupp immexxi mill-komunità u t-trawwim ta' ċittadinanza attiva, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri, imma pjuttost jista', minħabba l-livell ta' disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni u r-ritard tar-reġjuni l-inqas favoriti u l-limitazzjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u r-reġjuni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv,

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 1a

Il-kompiti tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni

Il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni (FK) għandhom jikkontribwixxu għall-objettiv ġenerali li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni.

Il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni fl-Unjoni, u għat-tnaqqis tar-ritard ta' dawk ir-reġjuni li huma inqas favoriti, inklużi l-isfidi ambjentali, permezz tal-iżvilupp sostenibbli u l-aġġustament strutturali tal-ekonomiji reġjonali.

Il-Fond ta' Koeżjoni għandu jikkontribwixxi għall-proġetti fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej u l-ambjent.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "Ewropa iktar intelliġenti permezz tal-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti" ("PO 1") permezz:

(a)  "Ewropa aktar intelliġenti permezz tal-promozzjoni ta' żvilupp u trasformazzjoni ekonomika innovattivi, intelliġenti u inklużivi, il-konnettività reġjonali fil-qasam tat-teknoloġiji, l-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), il-konnettività u l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti" ("PO 1") permezz:

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-użu ta' teknoloġiji avvanzati;

(i)  tal-appoġġ għall-iżvilupp u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, l-investimenti u l-infrastruttura, l-użu ta' teknoloġiji avvanzati u l-appoġġ u l-promozzjoni tar-raggruppamenti għall-innovazzjoni bejn in-negozji, ir-riċerka, l-akkademja u l-awtoritajiet pubbliċi;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  tat-teħid tal-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni għaċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-gvernijiet;

(ii)  tat-tisħiħ tal-konnettività diġitali u l-ksib tal-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni għaċ-ċittadini, l-istabbilimenti xjentifiċi, il-kumpaniji, il-gvernijiet u l-amministrazzjoni pubblika fil-livell reġjonali u lokali inklużi bliet intelliġenti u rħula intelliġenti;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  tat-tijib tat-tkabbir u l-kompetittività tal-SMEs;

(iii)  tat-titjib tat-tkabbir u l-kompetittività sostenibbli tal-SMEs u tal-għoti ta' appoġġ għall-ħolqien u s-salvagwardja tal-impjiegi u l-appoġġ għat-titjib teknoloġiku u l-modernizzazzjoni;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  l-iżvilupp ta' ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, tranżizzjoni industrijali u l-intraprenditorija;

(iv)  tal-iżvilupp ta' ħiliet u strateġiji, u tal-bini ta' kapaċitajiet għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, it-tranżizzjoni ġusta, l-ekonomija ċirkolari, l-innovazzjoni soċjali, l-intraprenditorija, is-settur tat-turiżmu u t-tranżizzjoni għall-industrija 4.0;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "ekonomija aktar ekoloġika, Ewropa li ftit li xejn tipproduċi karbonju billi tippromwovi t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiċi u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju ("PO 2") permezz

(b)  "Ewropa aktar ekoloġika u reżiljenti għal kulħadd, b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju billi tippromwovi t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju ("PO 2") permezz:

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  tal-promozzjoni ta' miżuri ta' effiċjenza enerġetika;

(i)  tal-promozzjoni ta' miżuri ta' effiċjenza u ffrankar enerġetiċi u tal-prekarjetà enerġetika;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  tal-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli;

(ii)  tal-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli sostenibbli;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  tal-iżvilupp ta' sistemi tal-enerġija intelliġenti, grids u ħażna fil-livell lokali;

(iii)  tal-iżvilupp ta' sistemi tal-enerġija intelliġenti, grids u ħażna;

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  tal-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni tar-riskji u r-reżiljenza għad-diżastri;

(iv)  tal-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni tar-riskju, il-ġestjoni ta' avvenimenti estremi tat-temp u tad-diżastri naturali inklużi t-terremoti, in-nirien tal-foresti, l-għargħar u n-nixfa u r-reżiljenza għalihom, filwaqt li jitqiesu l-approċċi bbażati fuq l-ekosistemi;

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v)  tal-promozzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-ilma;

(v)  tal-promozzjoni tal-aċċess universali għall-ilma u tal-ġestjoni sostenibbli tal-ilma;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt vi

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vi)  tal-promozzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari;

(vi)  tal-promozzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u tat-titjib tal-effiċjenza fir-riżorsi;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt via (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(via)  tal-appoġġ tal-proċessi ta' trasformazzjoni reġjonali lejn id-dekarbonizzazzjoni kif ukoll it-tranżizzjoni lejn il-ġenerazzjoni ta' enerġija b'livell baxx ta' karbonju

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt vii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vii)  tat-tisħiħ tal-bijodiversità, l-infrastruttura ekoloġika fl-ambjent urban u t-tnaqqis tat-tniġġis;

(vii)  tal-protezzjoni u t-tisħiħ tal-bijodiversità u l-wirt naturali, il-preservazzjoni u l-enfasizzar ta' żoni naturali protetti, ir-riżorsi naturali u t-tnaqqis ta' kull forma ta' tniġġis bħal tal-arja, tal-ilma, tal-ħamrija, tal-istorbju u tat-tniġġis tad-dawl;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt viia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(viia)  tat-titjib tal-infrastruttura ekoloġika f'żoni urbani funzjonali, tal-iżvilupp ta' mobbiltà urbana multimodali fuq skala żgħira bħala parti minn ekonomija b'emissjonijiet żero netti;

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "Ewropa iktar konnessa permezz tat-titjib tal-mobilità u l-konnettività tal-ICT reġjonali" ("PO 3") permezz:

(c)  "Ewropa aktar konnessa għal kulħadd permezz tat-titjib tal-mobbiltà" ("PO 3") permezz:

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  tat-titjib tal-konnettività diġitali;

imħassar

(Din l-emenda se tirrikjedi aġġustamenti konsegwenzjali fl-Anness I u fl-Anness II).

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  tal-iżvilupp sostenibbli, reżiljenti għat-tibdil fil-klima, sigur, intelliġenti u intermodali tat-TEN-T;

(ii)  tal-iżvilupp ta' TEN-T intermodali reżiljenti għall-klima, intelliġenti, sigur u b'konnessjonijiet bit-triq u ferrovjarji u konnessjonijiet transfruntiera li jiffokaw fuq miżuri għat-tnaqqis tal-istorbju, trasport pubbliku u netwerks ferrovjarji li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  tal-iżvilupp ta' mobbiltà nazzjonali, reġjonali u lokali, sostenibbli, reżiljenti għall-klima, intelliġenti u intermodali, inkluż aċċess imtejjeb għat-TEN-T u l-mobilità transfruntiera;

(iii)  tal-iżvilupp ta' mobbiltà nazzjonali, reġjonali u lokali, sostenibbli, reżiljenti għall-klima, intelliġenti u intermodali, inkluż aċċess imtejjeb għat-TEN-T, il-mobbiltà transfruntiera u netwerks tat-trasport pubbliku li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  tal-promozzjni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli;

imħassar

(Din l-emenda se tirrikjedi aġġustamenti konsegwenzjali fl-Anness I u fl-Anness II).

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  "Ewropa aktar soċjali bl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali" ("PO 4") billi:

(d)  "Ewropa aktar soċjali u inklużiva li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali" ("PO 4") billi:

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  jissaħħu l-effettività tas-swieq tax-xogħol u l-aċċess għal impjiegi ta' kwalità permezz tal-iżvilupp tal-innovazzjoni soċjali u l-infrastruttura;

(i)  jissaħħu l-effettività u l-inklużività tas-swieq tax-xogħol u l-aċċess għal impjiegi ta' kwalità għolja permezz tal-iżvilupp tal-innovazzjoni u l-infrastruttura soċjali u l-promozzjoni tal-ekonomija u l-innovazzjoni soċjali;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  jittejjeb l-aċċess għal servizzi ta' kwalità u inklużivi fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja permezz tal-iżvilupp fl-infrastruttura;

(ii)  jittejjeb l-aċċess ugwali għal servizzi ta' kwalità u inklużivi fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u fit-tagħlim tul il-ħajja u l-isport permezz tal-iżvilupp fl-infrastruttura u s-servizzi aċċessibbli;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt iia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iia)  investiment fis-settur tal-abitazzjoni, meta l-bini jkun il-proprjetà ta' awtoritajiet pubbliċi jew ta' operaturi mingħajr skop ta' profitt għal użu bħala abitazzjoni maħsub għal familji bi dħul baxx jew għal persuni bi bżonnijiet speċjali;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  tiżdied l-integrazzjoni soċjoekonomika ta' komunitajiet marġinalizzati, migranti u gruppi żvantaġġati, permezz ta' miżuri integrati li jinkludu akkomodazzjoni u servizzi soċjali;

(iii)  tiġi promossa l-inklużjoni soċjoekonomika ta' komunitajiet emarġinati u komunitajiet fil-bżonn bħar-Rom u gruppi żvantaġġati, permezz ta' azzjonijiet integrati li jinkludu s-settur tal-abitazzjoni u servizzi soċjali;

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt iiia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iiia)  tiġi promossa l-integrazzjoni soċjoekonomika fit-tul tar-rifuġjati u l-migranti taħt protezzjoni internazzjonali permezz ta' azzjonijiet integrati inklużi s-settur tal-abitazzjoni u s-servizzi soċjali billi jiġi pprovdut appoġġ għall-infrastruttura għall-bliet u l-awtoritajiet lokali involuti;

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  jiġi żgurat aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura, inkluża kura primarja;

(iv)  jiġi żgurat aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura tal-kura tas-saħħa u assi oħra, inkluża l-kura primarja u miżuri preventivi u l-avvanz tat-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura bbażata fil-familja u bbażata fil-komunità;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt iva (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iva)  jingħata appoġġ għar-riġenerazzjoni fiżika, ekonomika u soċjali ta' komunitajiet fil-bżonn;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  "Ewropa eqreb taċ-ċittadini billi trawwem l-iżvilupp sostenibbli u l-iżvilupp integrat ta' żoni urbani, rurali u kostali permezz ta' inizjattivi lokali" ("PO 5") permezz:

(e)  "Ewropa eqreb taċ-ċittadini billi trawwem l-iżvilupp sostenibbli u l-iżvilupp integrat ta' żoni urbani u ż-żoni l-oħrajn kollha permezz ta' inizjattivi lokali" ("PO 5") permezz:

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  tat-trawwim tal-iżvilupp integrat soċjali, ekonomika u ambjentali, il-wirt kulturali u s-sigurtà fiż-żoni urbani;

(i)  tat-trawwim tal-iżvilupp integrat u inklużiv soċjali, ekonomiku u ambjentali, il-wirt kulturali u naturali, it-turiżmu sostenibbli wkoll permezz tad-distretti turistiċi, l-isport u s-sigurtà fiż-żoni urbani, inklużi ż-żoni urbani funzjonali;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  trawwim soċjali, ekonomiku u ambjentali integrat ta' żvilupp lokali, il-wirt kulturali u s-sigurtà, inkluż għal żoni rurali u kostali kif ukoll permezz ta' żvilupp lokali mmexxi mill-komunità.

(ii)  trawwim integrat u inklużiv ta' żvilupp soċjali, ekonomiku u ambjentali, tal-kultura, il-wirt naturali, it-turiżmu sostenibbli wkoll permezz tad-distretti turistiċi, l-isport u s-sigurtà, ilkoll fil-livell lokali, reġjuni rurali, muntanjużi, insulari u kostali, żoni iżolati u b'popolazzjoni baxxa u ż-żoni l-oħrajn kollha li għandhom diffikultà ta' aċċess għas-servizzi bażiċi inkluż ukoll fil-livell NUTS 3, permezz ta' strateġiji ta' żvilupp territorjali u lokali, permezz tal-formoli indikati fl-Artikolu 22, punti (a) (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid].

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  It-titjib tal-mobbiltà urbana multimodali fuq skala żgħira kif imsemmi fil-punt b (viia) ta' dan l-Artikolu, li għandha titqies bħala eliġibbli għall-appoġġ jekk il-kontribuzzjoni tal-FEŻR għall-operazzjoni ma għandhiex taqbeż l-EUR 10 000 000.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-FEŻR jew il-Fond ta' Koeżjoni, kif xieraq, jista' wkoll jappoġġa l-attivitajiet taħt l-għan ta' Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, fejn jew:

Fir-rigward tal-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-FEŻR jew il-Fond ta' Koeżjoni jistgħu wkoll:

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  itejbu l-kapaċità tal-awtoritajiet tal-programm, u korpi marbuta mal-implimentazzjoni tal-Fondi;

(a)  itejbu l-kapaċità tal-awtoritajiet tal-programm, u l-korpi marbuta mal-implimentazzjoni tal-Fondi, u jappoġġaw l-awtoritajiet pubbliċi, l-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali responsabbli għall-implimentazzjoni tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni, permezz ta' pjanijiet ta' bini ta' kapaċità amministrattivi speċifiċi mmirati lejn il-lokalizzazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), is-simplifikazzjoni tal-proċeduri u t-tnaqqis fil-ħin tal-implimentazzjoni għall-azzjonijiet, dment li dawn ikunu ta' natura strutturali u l-programm innifsu jkollu objettivi li jistgħu jitkejlu;

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-appoġġ għall-bini tal-kapaċità, imsemmi fil-punt (a) ta' dan l-Artikolu, jista' jiġi komplementat b'appoġġ addizzjonali mill-Programm ta' Appoġġ għar-Riforma stabbilit skont ir-regolament UE (2018/xxx (Programm ta' Appoġġ għar-Riforma);

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kooperazzjoni msemmija fil-punt (b) għandha tinkludi l-kooperazzjoni ma' msieħba minn reġjuni transkonfinali, minn reġjuni mhux kontigwi jew minn reġjuni li jinsabu fit-territorju kopert minn strateġija makroreġjonali jew tal-baċini tal-baħar jew kombinazzjoni tagħhom.

Il-kooperazzjoni msemmija fil-punt (b) għandha tinkludi l-kooperazzjoni ma' sħab minn reġjuni transfruntiera, minn reġjuni mhux kontigwi jew minn reġjuni li jinsabu fit-territorju kopert minn Raggruppament Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali, strateġija makroreġjonali jew tal-baċini tal-baħar jew kombinament tagħhom.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Parteċipazzjoni sinifikanti tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili inklużi l-benefiċjarji fl-istadji kollha tat-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Programmi taħt il-FEŻR għandhom jiġu żgurati f'konformità mal-prinċipji, stabbiliti fil-Kodiċi tal-Kondotta Ewropea dwar is-Sħubija.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom ikunu klassifikati, f'termini ta' proporzjon tad-dħul nazzjonali gross tagħhom, kif ġej:

Ir-Reġjuni fil-livell NUTS 2 għandhom ikunu klassifikati, f'termini tal-prodott domestiku gross ("PDG") per capita tagħhom, kif ġej:

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  dawk b'introjtu nazzjonali gross ugwali għal jew ogħla minn 100 % tal-medja tal-UE ("grupp 1");

(a)  dawk b'PDG per capita ogħla minn 100 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27 ("grupp 1");

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  dawk b'introjtu nazzjonali gross ugwali għal jew ogħla minn 75 % u inqas minn 100 % tal-medja tal-UE ("grupp 2");

(b)  dawk b'PDG per capita bejn 75 % u 100 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27 ("grupp 2");

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  dawk b'introjtu nazzjonali gross anqas minn 75 % tal-medja tal-UE ("grupp 3");

(c)  dawk b'PDG per capita inqas minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27 ("grupp 3");

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-proporzjon tad-dħul gross nazzjonali tfisser il-proporzjon bejn id-dħul gross nazzjonali per capita tal-Istat Membru, imkejjel permezz tal-istandards tal-poter tal-akkwist u kkalkolat fuq il-bażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu mill-2016 sal-2016, u l-medja tad-dħul nazzjonali gross per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist ta' 27 Stati Membri għal dak l-istess perjodu ta' referenza.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-klassifikazzjoni ta' reġjun f'waħda mit-tliet kategoriji ta' reġjuni għandha tiġi determinata fuq il-bażi tal-proporzjon bejn il-prodott domestiku gross per capita ta' kull reġjun, imkejjel skont l-istandards tal-kapaċità tal-akkwist (PPS) u kkalkolat fuq il-bażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu mill-2014 sal-2016, u fuq il-medja tal-PDG tal-UE-27 għal dak l-istess perjodu ta' referenza.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  L-Istati Membri tal-grupp 1 għandhom jallokaw mill-inqas 85 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u PO 2 u mill-inqas 60 % għal PO 1;

(a)  Għall-kategorija tar-reġjuni l-aktar żviluppati ("grupp 1") huma għandhom jallokaw

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt a – punt i (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

i)  mill-inqas 50 % tar-riżorsi totali tal-FEŻR fil-livell nazzjonali lill-PO 1; kif ukoll

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt a – punt ii (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ii)  mill-inqas 30 % tar-riżorsi totali tal-FEŻR fil-livell nazzjonali lill-PO 2.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  L-Istati Membri tal-grupp 2 għandhom jallokaw mill-inqas 30 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u mill-inqas 30 % għal PO 2;

(b)  Għall-kategorija tar-reġjuni fi tranżizzjoni ("grupp 2") huma għandhom jallokaw:

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt b – punt i (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

i)  mill-inqas 40 % tar-riżorsi totali tal-FEŻR fil-livell nazzjonali lill-PO 1 u;

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt b – punt ii (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ii)  mill-inqas 30 % tar-riżorsi totali tal-FEŻR fil-livell nazzjonali lill-PO 2.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  L-Istati Membri tal-grupp 2 għandhom jallokaw mill-inqas 30 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u mill-inqas 30 % għal PO 2.

(c)  Għall-kategorija tar-reġjuni l-inqas żviluppati ("grupp 3") huma għandhom jallokaw:

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt c – punt i (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

i)  mill-inqas 30 % tar-riżorsi totali tal-FEŻR fil-livell nazzjonali lill-PO 1 u

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt c – punt ii (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ii)  mill-inqas 30 % tar-riżorsi totali tal-FEŻR fil-livell nazzjonali lill-PO 2.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  F'każijiet debitament ġustifikati, l-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob li l-livell ta' konċentrazzjoni għar-riżorsi fil-livell tal-kategorija reġjonali jitnaqqas b'mhux aktar minn 5 punti perċentwali, jew 10 punti perċentwali fil-każijiet tar-reġjuni ultraperiferiċi, għall-objettiv tematiku determinat f'konformità mal-Artikolu 3(4)(a)(i), l-Artikolu 3(4)(b)(i) u l-Artikolu 3(4)(c)(i) [il-FEŻR–Fond ta' Koeżjoni ġdid].

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Fejn l-allokazzjoni tal-FEŻR fir-rigward ta' PO 1 jew PO 2, jew it-tnejn, ta' programm partikolari hija mnaqqsa wara diżimpenn skont l-Artikolu [99] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid], jew minħabba korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni skont l-Artikolu [98] ta' dan ir-Regolament, il-konformità mar-rekwiżit ta' konċentrazzjoni tematika stabbiliti fil-paragrafu 4 ma għandhomx jiġu vvalutati mill-ġdid.

6.  Meta l-allokazzjoni tal-FEŻR li tikkonċerna lill-PO 1 jew lill-PO 2, l-objettivi ta' politika prinċipali, jew iż-żewġ objettivi magħżula għal programm partikolari hija mnaqqsa wara diżimpenn skont l-Artikolu [99] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid], jew minħabba korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu [98] ta' dan ir-Regolament, il-konformità mar-rekwiżit ta' konċentrazzjoni tematika stabbiliti fil-paragrafu 4 ma għandhomx jiġu vvalutati mill-ġdid.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a.  Ir-riżorsi allokati għall-PO 5 li jikkontribwixxu għall-PO 1 u l-PO 2, għandhom jiġu kkalkulati bħala li jikkontribwixxu għar-rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika. Il-kontribuzzjoni għall-PO 1 u għall-PO 2 għandha tkun debitament ġustifikata abbażi ta' valutazzjoni sostanzjata.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa)  investimenti fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (RŻI);

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  investimenti produttivi fl-SMEs;

(c)  investimenti produttivi u investimenti li jgħinu biex jiġu salvagwardjati l-impjiegi eżistenti u jinħolqu impjiegi ġodda fl-SMEs u kwalunkwe appoġġ fl-SMEs fil-forma ta' għotjiet u strumenti finanzjarji;

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra minn hekk, l-investimenti produttivi f'intrapriżi li mhumiex SMEs jistgħu jiġu appoġġati meta dawn ikunu jinvolvu kooperazzjoni ma' SMEs f'attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni appoġġati taħt il-punt (a)(i) tal-Artikolu 2(1).

Barra minn hekk, l-investimenti produttivi f'impriżi li mhumiex SMEs jistgħu jiġu appoġġati meta dawn ikunu jinvolvu kooperazzjoni ma' SMEs jew infrastruttura kummerċjali li tibbenefika lill-SMEs.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra minn hekk, l-investimenti produttivi fl-SMEs jistgħu jiġu appoġġati f'attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni appoġġati taħt il-punt (a)(i) tal-Artikolu 2(1).

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku taħt PO 1 stabbilit fil-punt (a)(iv) tal-Artikolu 2(1), il-FEŻR għandu jappoġġa wkoll it-taħriġ, it-tagħlim tul il-ħajja u attivitajiet edukattivi.

Sabiex jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku taħt PO 1 stabbilit fil-punt (a)(iv) tal-Artikolu 2(1), il-FEŻR għandu jappoġġa wkoll it-taħriġ, il-mentoraġġ, it-tagħlim tul il-ħajja, it-taħriġ mill-ġdid u l-attivitajiet edukattivi.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  investimenti fl-ambjent, li jinkludu investimenti relatati mal-iżvilupp sostenibbli u l-enerġija li jippreżentaw benefiċċji ambjentali;

(a)  investimenti fl-ambjent, li jinkludu investimenti relatati mal-ekonomija ċirkolari, mal-iżvilupp sostenibbli u mal-enerġija rinnovabbli li jippreżentaw benefiċċji ambjentali;

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  investimenti f'TEN-T;

(b)  investimenti fin-netwerk ewlieni u komprensiv tat-TEN-T;

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  assistenza teknika.

(c)  assistenza teknika, inkluż it-titjib u l-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi amministrattivi tal-awtoritajiet lokali fil-ġestjoni ta' dawn il-fondi.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  informazzjoni, komunikazzjoni, studji, netwerking, kooperazzjoni, skambju ta' esperjenza u attivitajiet li jinvolvu gruppi;

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw bilanċ xieraq bejn l-investimenti taħt il-punti (a) u (b).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw bilanċ xieraq bejn l-investimenti taħt il-punti (a) u (b) fuq il-bażi tal-investimenti u tar-rekwiżiti speċifiċi ta' kull Stat Membru.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ammont tal-Fond ta' Koeżjoni trasferit lill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa23 għandu jintuża għal proġetti tat-TEN-T.

2.  L-ammont tal-Fond ta' Koeżjoni trasferit lill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa23 għandu jkun proporzjonat u għandu jintuża għal proġetti tat-TEN-T.

_________________

_________________

23 Referenza

23 Referenza

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  investiment fl-infrastruttura tal-ajruporti minbarra għar-reġjuni l-iktar imbiegħda;

(e)  investiment f'ajruport reġjonali ġdid u fl-infrastruttura tal-ajruporti, ħlief għal:

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  investiment relatat mar-reġjuni ultraperiferiċi;

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(eb)  appoġġ marbut man-netwerks ewlenin tat-TEN-T;

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ec (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ec)  investiment relatat mal-ħarsien ambjentali jew immirat sabiex jittaffa jew jitnaqqas l-impatt ambjentali negattiv tiegħu.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  l-investiment f'rimi ta' skart f'landfill;

(f)  l-investiment f'rimi ta' skart f'miżbliet, ħlief fir-reġjuni ultraperiferiċi u għall-appoġġ tad-dekummissjonar, il-konverżjoni jew is-sigurtà ta' installazzjonijiet eżistenti u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2008/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1;

____________

1 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 1 - punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  l-investimenti f'faċilitajiet għat-trattament tal-iskart residwali;

(g)  investiment f'faċilitajiet għat-trattament tal-iskart residwu bl-eċċezzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi u fil-każ ta' soluzzjonijiet ta' riċiklaġġ tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku f'konformità mal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u l-ġerarkija tal-iskart filwaqt li jiġu rispettati bis-sħiħ il-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva (UE) 2008/98 u dment li l-Istati Membri jkunu stabbilixxew il-pjanijiet tal-immaniġġjar tal-iskart tagħhom skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/851. L-iskart residwu jrid jinftiehem bħala primarjament skart muniċipali mhux miġbur b'mod separat u rifjuti mit-trattament tal-iskart;

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  l-investimenti marbuta mal-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni, il-ħażna jew il-kombustjoni tal-fjuwils fossili, bl-eċċezzjoni ta' investiment relatat ma' vetturi nodfa kif iddefiniti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(h)  l-investimenti marbuta mal-produzzjoni, l-ipproċessar, it-trasport, id-distribuzzjoni, il-ħażna jew il-kombustjoni tal-fjuwils fossili, bl-eċċezzjoni ta' investiment:

(ha)  marbut ma' vetturi nodfa kif definit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26

(hb)  marbut ma' koġenerazzjoni b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju b'effiċjenza għolja u sistemi ta' tisħin distrettwali effiċjenti;

(hc)  li jipprovdi kontribut sostanzjali għal ekonomija b'emissjonijiet żero netti;

(hd)  marbut mal-ilħuq tal-miri stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-11 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija u d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli;

__________________

__________________

26 Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  L-eċċezzjonijiet imsemmija fil-punt b ta' dan il-paragrafu h għandhom ikunu limitati għal ammont sa 1 % tar-riżorsi totali tal-FEŻR-FK fil-livell nazzjonali.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  l-investiment fl-infrastruttura tal-broadband f'żoni fejn hemm mill-inqas żewġ netwerks tal-broadband ta' kategorija ekwivalenti;

imħassar

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  finanzjament għax-xiri tal-vetturi ferrovjarji għall-użu fit-trasport ferrovjarju, ħlief jekk dan huwa marbut:

imħassar

(i)  rilaxx tal-obbligu tas-servizz pubbliku maħruġ għall-offerti pubbliċi taħt ir-Regolament 1370/2007 kif emendat;

(ii)  il-provvista ta' servizzi tat-trasport bil-ferrovija fuq linji li nfetħu għall-kompetizzjoni, u l-benefiċjarju jkun membru ġdid eliġibbli għal finanzjament skont ir-Regolament (UE) 2018/xxxx [Ir-Regolament Investi tal-UE].

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ja)  investimenti fil-kostruzzjoni ta' faċilitajiet ta' kura istituzzjonali li jissegregaw jew ifixklu l-għażla u l-indipendenza personali;

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Barra dan, il-Fond ta' Koeżjoni ma għandux jappoġġa investiment f'akkomodazzjoni sakemm dan ma jkunx relatat mal-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jew l-użu ta' enerġija rinnovabbli.

2.  Barra dan, il-Fond ta' Koeżjoni ma għandux jappoġġa investiment fis-settur tal-abitazzjoni sakemm dan ma jkunx relatat mal-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u tal-enerġija jew l-użu ta' enerġija rinnovabbli u mal-kundizzjonijiet ta' għajxien aċċessibbli għal persuni anzjani u persuni b'diżabbiltajiet u adattament sismiku.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6a

Sħubija

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura l-parteċipazzjoni sinifikanti u inklużiva tas-sħab soċjali, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-utenti tas-servizzi fil-ġestjoni, il-programmazzjoni, it-twettiq, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet u l-politiki appoġġati mill-FEŻR u mill-Fond ta' Koeżjoni taħt ġestjoni kondiviża, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament propost dwar is-CPR "Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014".

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Indikaturi komuni tal-output u tar-riżultati, kif stabbilit fl-Anness I fir-rigward tal-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, u, fejn meħtieġ, l-indikaturi tal-produzzjoni u tar-riżultati speċifiċi għall-programmi għandhom jintużaw skont il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu [12(1)], il-punt (d)(ii) tal-Artikolu [17(3)] u l-punt (b) tal-Artikolu [37(2)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [CPR il-ġdid].

1.  Indikaturi komuni tal-output u tar-riżultati, kif stabbilit u definit fl-Anness I fir-rigward tal-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, u, meta jkun rilevanti, l-indikaturi tal-produzzjoni u tar-riżultati speċifiċi għall-programmi għandhom jintużaw skont il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu [12(1)], il-punt (d)(ii) tal-Artikolu [17(3)] u l-punt (b) tal-Artikolu [37(2)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid].

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  L-Istati Membri jistgħu, f'każ debitament ġustifikat, jagħmlu talba għal aktar flessibbiltà fil-qafas kurrenti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir għan-nefqa pubblika jew strutturali ekwivalenti, appoġġata mill-amministrazzjoni pubblika permezz tal-kofinanzjament ta' investimenti bħala parti mill-FEŻR u l-FK. Meta jkun qed jiġi definit l-aġġustament fiskali jew taħt il-parti preventiva jew taħt il-parti korrettiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, il-Kummissjoni għandha tivvaluta bir-reqqa din it-talba b'mod li jirrifletti l-importanza strateġika tal-investimenti kofinanzjati mill-FEŻR u mill-FK.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-FEŻR jista' jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat fi programmi taħt iż-żewġ għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid] skont il-Kapitolu II tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament [is-CPR il-ġdid].

1.  Il-FEŻR għandu jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat fi programmi taħt iż-żewġ għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid] skont il-Kapitolu II tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament [is-CPR il-ġdid].

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Mill-inqas 5 % tar-riżorsi tal-FEŻR disponibbli fuq livell nazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, ħlief għall-assistenza teknika, għandhom jiġu allokati għal żvilupp territorjali integrat, f'żoni mhux urbani li għandhom żvantaġġi naturali, ġeografiċi jew demografiċi jew li għandhom diffikultà biex jaċċedu għas-servizzi bażiċi. Minn dan l-ammont, mill-inqas 17,5 % għandhom jiġu allokati lil żoni u lil komunitajiet rurali filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' Patt dwar l-Irħula Intelliġenti biex jiġu żviluppati proġetti bħal irħula intelliġenti.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-iżvilupp territorjali integrat, appoġġat mill-FEŻR, esklussivament permezz tal-formoli msemmija fl-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid].

2.  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-iżvilupp territorjali integrat, permezz ta' assi jew programm speċifiku jew permezz ta' forom oħrajn imsemmija fl-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid], u jistgħu jibbenefikaw minn approċċ plurifond u integrat taħt il-FEŻR, l-FSE+, il-FEMS u l-FAEŻR.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-FEŻR għandu jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat ibbażat fuq strateġiji territorjali f'konformità mal-Artikolu [23] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid] iffokat fuq żoni urbani ("żvilupp urban sostenibbli") fi programmi taħt iż-żewġ għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) ta' dak ir-Regolament.

1.  Sabiex jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi, ambjentali, klimatiċi, demografiċi u soċjali, il-FEŻR għandu jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat ibbażat fuq strateġiji territorjali f'konformità mal-Artikolu [23] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid], li jistgħu anki jibbenefikaw minn approċċ plurifond u integrat li jinvolvi l-FEŻR u l-FSE+, u ffokat fuq iż-żoni urbani funzjonali ("żvilupp urban sostenibbli") fi programmi taħt iż-żewġ għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) ta' dak ir-Regolament.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mill-inqas 6 % tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, ħlief għall-assistenza teknika, għandhom jiġu allokati għal żvilupp urban sostenibbli permezz ta' żvilupp lokali mmexxi mill-komunità, investimenti territorjali integrati jew għodda territorjali oħra taħt l-għażla PO 5.

Mill-inqas 10% tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, ħlief għall-assistenza teknika, għandhom jiġu allokati għal żvilupp urban sostenibbli permezz ta' programm speċifiku, ta' assi prijoritarju speċifiku, ta' żvilupp lokali mmexxi mill-komunità, investimenti territorjali integrati jew għodda territorjali oħra, kif definit fl-Artikolu 22(c) tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid]. L-"awtoritajiet urbani" imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 2018/XXXX [is-CPR il-ġdid] għandhom jingħataw is-setgħa li jagħżlu l-miżuri u l-proġetti involuti. L-operazzjonijiet imwettqa fl-ambitu ta' PO differenti mill-PO 5 jistgħu, jekk ikunu konsistenti, jikkontribwixxu għall-ilħiq tal-limitu minimu ta' 10 % għall-iżvilupp urban sostenibbli. Investimenti magħmula taħt l-għażla PO 5 (i) iridu jgħoddu bħala li jikkontribwixxu għall-allokazzjoni ta' 10 %, kif ukoll għal operazzjonijiet imwettqa taħt PO oħrajn, jekk ikunu konsistenti mal-iżvilupp urban sostenibbli.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din l-inizjattiva għandha tkopri ż-żoni urbani kollha u għandha l-appoġġ tal-Aġenda Urbana tal-Unjoni.

Din l-inizjattiva għandha tkopri ż-żoni urbani funzjonali kollha u għandha l-isħubijiet u l-kostijiet organizzattivi tal-Aġenda Urbana tal-Unjoni. L-awtoritajiet lokali jridu jiġu involuti b'mod attiv fl-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Urbana Ewropea.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  appoġġ għall-bini ta' kapaċità;

(a)  appoġġ għall-bini ta' kapaċità, inklużi azzjonijiet ta' skambju għar-rappreżentanti reġjonali u lokali fil-livell sottonazzjonali;

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  appoġġ għal azzjonijiet innovattivi;

(b)  appoġġ għal azzjonijiet innovattivi li jistgħu jirċievu kofinanzjament addizzjonali għar-Regolament (UE) 2018/xxx (Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali) u jiġu pprovduti b'mod konġunt man-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali b'mod partikolari fir-rigward ta' konnessjonijiet rurali u urbani u proġetti li jappoġġaw l-iżvilupp ta' żoni urbani u urbani funzjonali;

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  appoġġ għall-għarfien, l-iżvilupp ta' politika u l-komunikazzjoni.

(c)  appoġġ għall-għarfien, il-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali, l-iżvilupp ta' politika u l-komunikazzjoni.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta ssir talba minn Stat Membru wieħed jew iktar minn wieħed, l-Inizjattiva Urbana Ewropea tista' tappoġġa wkoll il-kooperazzjoni intergovernattiva fuq kwistjonijiet urbani.

Meta ssir talba minn Stat Membru wieħed jew iktar minn wieħed, l-Inizjattiva Urbana Ewropea tista' tappoġġa wkoll il-kooperazzjoni intergovernattiva fuq kwistjonijiet urbani bħalma huma l-qafas ta' referenza dwar bliet sostenibbli, l-aġenda territorjali tal-Unjoni Ewropea u l-aġġustament tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU għaċ-ċirkostanzi fil-livell lokali.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-iżviluppi b'rabta mal-Inizjattiva Urbana Ewropea.

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10a

Żoni li jiffaċċaw żvantaġġi u sfidi naturali jew demografiċi

1.  Fil-programmi li huma kofinanzjati mill-FEŻR, li jkopru żoni bi żvantaġġi u sfidi gravi u permanenti, naturali jew demografiċi, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 174 TFUE, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-indirizzar tal-isfidi speċifiċi ffaċċjati minn dawk iż-żoni.

B'mod partikolari, iż-żoni jew raggruppamenti ta' unitajiet amministrattivi lokali (LAUs) tal-livell 3 NUTS b'densità ta' popolazzjoni ta' inqas minn 12,5-il abitant għal kull km² għal żoni b'popolazzjoni baxxa jew inqas minn 8 abitanti għal kull km² għal żoni b'popolazzjoni baxxa ħafna, jew bi tnaqqis medju tal-popolazzjoni ta' aktar minn 1 % bejn l-2007 u l-2017 għandhom ikunu soġġetti għal pjanijiet reġjonali u nazzjonali speċifiċi biex tissaħħaħ l-attraenza, jiżdied l-investiment fin-negozju u tingħata spinta lill-aċċessibbiltà tas-servizzi diġitali u pubbliċi, inkluż fond fil-ftehim ta' kooperazzjoni. Finanzjament dedikat jista' jiġi allokat fil-Ftehim ta' Sħubija.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-allokazzjoni addizzjonali speċifika għar-reġjuni l-aktar imbiegħda għandha tintuża sabiex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba f'dawn ir-reġjuni bħala riżultat tar-restrizzjoni/jiet permanenti għall-iżvilupp tagħhom elenkati fl-Artikolu 349 TFUE.

1.  L-Artikolu 3 ma għandux japplika għall-allokazzjoni addizzjonali speċifika għar-reġjuni ultraperiferiċi. Din l-allokazzjoni addizzjonali speċifika għar-reġjuni ultraperiferiċi għandha tintuża sabiex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba f'dawn ir-reġjuni bħala riżultat tar-restrizzjoni/jiet permanenti għall-iżvilupp tagħhom elenkati fl-Artikolu 349 TFUE.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  B'deroga mill-Artikolu 4(1), il-FEŻR jista' jappoġġa l-investiment produttiv fl-impriżi fir-reġjuni ultraperiferiċi, irrispettivament mid-daqs tagħhom.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2027.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13a

Tħassir

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2013 u r-Regolament (KE) Nru 1300/2013, huma mħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2021.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 13b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13b

Reviżjoni

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirrevedu dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2027 skont l-Artikolu 177 TFUE.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 1 – Kolonna 1 – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Ewropa aktar intelliġenti bil-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti

1.   Ewropa aktar intelliġenti bil-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti, il-konnettività reġjonali fil-qasam tat-teknoloġiji, l-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), il-konnettività u l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti ("PO 1") billi:

Emenda    127

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 1 – Kolonna 2 – Outputs – RCO -01 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCO -01 – Introjtu medju reġjonali

Emenda    128

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 1 – Kolonna 2 – Outputs – RCO 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCO 10a – Impriżi appoġġati biex jittrasformaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom f'ekonomija ċirkolari

Emenda    129

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 1 – Kolonna 2 – Outputs – RCO 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCO 14a – Hubs soċjoekonomiċi addizzjonali b'aċċess għal broadband ta' kapaċità għolja ħafna

Emenda    130

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 1 – Kolonna 2 – Outputs – RCR 14b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCR 14b – Hubs soċjoekonomiċi b'abbonamenti għall-broadband ma' netwerk b'kapaċità għolja ħafna

Emenda    131

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 1 – Kolonna 2 – Riżultati – RCR -01 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCR -01 – Żieda fil-proporzjon tal-introjtu reġjonali kif definit fl-Artikolu 3(3)

Emenda    132

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 1 – Kolonna 2 – Riżultati – RCR 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCR 14 - Impriżi li jużaw servizzi diġitali pubbliċi*

RCR 14 - Utenti ta' servizzi diġitali pubbliċi*

Emenda    133

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Kolonna 1 – Objettiv ta' politika 2 – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ewropa aktar ekoloġika, bl-użu ta' anqas karbonju, permezz tal-promozzjoni ta' tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiċi u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju

2.  Ewropa aktar ekoloġika u reżiljenti għal kulħadd, b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju permezz tal-promozzjoni ta' tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju

Emenda    134

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 2 – Outputs – RCO 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCO 18a – Il-perċentwal tal-iffrankar tal-enerġija annwali għall-istokk kollu tal-bini (meta mqabbel max-xenarju ta' referenza) f'konformità mal-objettiv tal-ilħuq ta' stokk tal-bini effiċjenti ħafna u dekarbonizzat kif inkluż fl-istrateġija nazzjonali għar-rinnovazzjoni fit-tul biex tiġi appoġġata r-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali ta' bini residenzjali u mhux residenzjali

Emenda    135

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 2 – Outputs – RCR 18b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCO 18b – Unitajiet domestiċi bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija tal-abitazzjonijiet tagħhom li tilħaq mill-inqas iffrankar tal-enerġija ta' 60%

Emenda    136

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 2 – Outputs – RCO 18c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCO 18c – Unitajiet domestiċi bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija tal-abitazzjonijiet tagħhom li tilħaq livell standard ta' bini mingħajr konsum nett ta' enerġija (NZEB) wara r-rinnovazzjoni

Emenda    137

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 2 – Outputs – RCO 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCO 19 – Bini pubbliku appoġġat biex itejjeb il-prestazzjoni fl-użu tal-enerġija

RCO 19 – Bini appoġġat biex itejjeb il-prestazzjoni fl-użu tal-enerġija (li minnu: residenzjali, privat mhux residenzjali, pubbliku mhux residenzjali)

Emenda    138

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 2 – Outputs – RCO 19b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCO 19b – Għadd ta' konsumaturi f'sitwazzjoni ta' faqar enerġetiku/vulnerabbli appoġġati biex tittejjeb il-prestazzjoni fl-użu tal-enerġija tal-abitazzjoni tagħhom

Emenda    139

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 2 – Outputs – RCO 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCO 20a – Bini appoġġat biex tittejjeb it-tħejjija intelliġenti tiegħu

Emenda    140

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 2 – Outputs – RCO 22a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCO 22a – Konsum tal-enerġija rinnovabbli finali totali u konsum għal kull settur (tisħin u tkessiħ, trasport, elettriku)

Emenda    141

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 2 – Outputs – RCO 22b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCO 22b – Sehem ta' enerġija rinnovabbli totali prodotta

Emenda    142

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 2 – Outputs – RCO 22c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCO 22c – Tnaqqis tal-importazzjoni annwali ta' enerġija mhux rinnovabbli

Emenda    143

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 2 – Outputs – RCO 97a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCO 97a – Sehem ta' prosumaturi tal-enerġija rinnovabbli fil-kapaċità tal-elettriku totali installata

Emenda    144

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 2 – Outputs – RCO 98a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCO 98a – Appoġġ ta' reġjuni f'perjodu ta' tranżizzjoni affettwati mid-dekarbonizzazzjoni

Emenda    145

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 2 – Outputs – RCO 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCO 24 – Sistemi ta' tħejjija, ġodda jew imtejba, għal sistemi ta' monitoraġġ, tħejjija, twissija u reazzjoni għad-diżastri*

RCO 24 – Sistemi ta' tħejjija, ġodda jew imtejba, għal sistemi ta' monitoraġġ, tħejjija, twissija u reazzjoni għad-diżastri naturali bħal terremoti, nirien fil-foresti, għargħar jew nixfiet*

Emenda    146

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 2 – Outputs – RCO 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCO 28 – Żoni koperti minn miżuri ta' protezzjoni kontra n-nirien fil-foresti

RCO 28 – Żoni koperti minn miżuri ta' protezzjoni kontra n-nirien fil-foresti, terremoti, għarar u nixfiet

Emenda    147

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 2 – Outputs – RCO 32a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCO 32a – Fjuwils fossili totali sostitwiti minn sorsi ta' enerġija b'livell baxx ta' emissjonijiet

Emenda    148

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 2 – Outputs – RCO 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCO 34 – Kapaċità addizzjonali għar-riċiklaġġ tal-iskart

RCO 34 – Kapaċità addizzjonali għall-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart

Emenda    149

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 3 – Riżultati – RCO 34a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCO 34a – Numru ta' impjiegi konvertiti

Emenda    150

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Kolonna 3 – Riżultati – RCR 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCO 27 Unitajiet domestiċi bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija ta' fejn joqogħdu

RCR 27 Unitajiet domestiċi bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija tal-abitazzjonijiet tagħhom li tilħaq mill-inqas iffrankar tal-enerġija ta' 60 %

Emenda    151

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Kolonna 3 – Riżultati – RCR 28a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCR 28a Bini bi prestazzjonijiet tal-enerġija mtejba li jirriżultaw mill-arranġamenti kuntrattwali li jiggarantixxu ffrankar tal-enerġija verifikabbli u effiċjenza mtejba, bħall-ikkuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE1a

___________________

1a Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

Emenda    152

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 3 – Riżultati – RCR 30a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCR 30a – Bini bi tħejjija intelliġenti mtejba

Emenda    153

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 3 – Riżultati – RCR -43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCR 43 – Telf ta' ilma

RCR 43 – Tnaqqis ta' telf ta' ilma

Emenda    154

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 3 – Riżultati – RCR -46a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCR -46 – Ġenerazzjoni tal-iskart per capita

Emenda    155

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 1 – Kolonna 3 – Riżultati – RCR -46b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCR -46b - Skart per capita mibgħut għar-rimi u għall-irkupru tal-enerġija

Emenda    156

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 3 – Riżultati – RCR -47a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCR -47a – Bijoskart riċiklat

Emenda    157

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 3 – Riżultati – RCR 48a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCR 48a – Popolazzjoni servuta minn faċilitajiet ta' preparazzjoni ta' skart għall-użu mill-ġdid

Emenda    158

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 1 – Kolonna 3 – Riżultati – RCR -48b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCR 48b – Rata ta' użu ta' materjal ċirkolari

Emenda    159

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 3 – Riżultati – RCR 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCR 49 – Skart irkuprat

RCR 49 – Skart riutilizzat

Emenda    160

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 3 – Riżultati – RCR 49a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCR 49a – Skart preparat għall-użu mill-ġdid

Emenda    161

Proposta għal regolament

Anness II – Objettiv ta' politika 3 – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Ewropa aktar konnessa bit-tisħiħ tal-mobilità u l-konnettività ICT reġjonali

3.   Ewropa aktar konnessa għal kulħadd permezz tat-titjib tal-mobbiltà

Emenda    162

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 3 – Kolonna 2 – Outputs – RCO 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCO 43 – Tul ta' toroq ġodda appoġġati – TEN-T1

RCO 43 – Tul ta' toroq ġodda appoġġati – TEN-T1 (netwerks ewlenin u komprensivi)

______________

________________

1 Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

Emenda    163

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 3 – Kolonna 2 – Outputs – RCO 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCO 45 – Tul ta' toroq rikostruwiti jew imtejba – TEN-T

RCO 45 – Tul ta' toroq rikostruwiti jew imtejba – TEN-T (netwerks ewlenin u komprensivi)

Emenda    164

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 3 – Kolonna 2 – Outputs – RCO 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCO 47 – Tul ta' linji tal-ferrovija ġodda appoġġati - TEN-T3

RCO 47 – Tul ta' linji tal-ferrovija ġodda appoġġati TEN-T3 (netwerks ewlenin u komprensivi)

Emenda    165

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 3 – Kolonna 2 – Outputs – RCO 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCO 49 – Tul ta' linji tal-ferrovija rikostruwiti jew imtejba – TEN-T4

RCO 49 – Tul ta' toroq rikostruwiti jew imtejba – TEN-T4 (netwerks ewlenin u komprensivi)

Emenda    166

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 3 – Kolonna 3 – Riżultati – RCR 55a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCR -55a – Proporzjon tat-tlestija tal-kuritur tat-TEN-T fit-territorju nazzjonali

Emenda    167

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 3 – Kolonna 3 – Riżultati – RCR -57a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCR -57a – Proporzjon tat-tlestija tal-kuritur tat-TEN-T fit-territorju nazzjonali

Emenda    168

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 1 – Kolonna 1 – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Ewropa iktar soċjali fl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

4.  Ewropa aktar soċjali u inklużiva fl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Emenda    169

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 3 – Kolonna 3 – Riżultati – RCR -68a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCR -68a – Membri ta' komunitajiet emarġinati u gruppi żvantaġġati permezz ta' azzjonijiet integrati li jinkludu s-settur tal-abitazzjoni u s-servizzi soċjali (ħlief ir-Rom)

Emenda    170

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 3 – Kolonna 3 – Riżultati – RCR -68b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

RCR -68b – Membri ta' komunitajiet emarġinati u gruppi żvantaġġati permezz ta' azzjonijiet integrati li jinkludu s-settur tal-abitazzjoni u s-servizzi soċjali (Rom)

Emenda    171

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 1 – Kolonna 1 – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini bit-trawwim tal-iżvilupp sostenibbli u integrat ta' żoni urbani, rurali u kostali u tal-inizjattivi lokali

5.  Ewropa eqreb taċ-ċittadini bit-trawwim tal-iżvilupp sostenibbli u integrat ta' żoni urbani u ż-żoni l-oħrajn kollha permezz ta' inizjattivi lokali

Emenda    172

Proposta għal regolament

Anness II – Kolonna 1 – Objettiv ta' politika 1 – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ewropa aktar intelliġenti bil-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti

1.  Ewropa aktar intelliġenti bil-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti, il-konnettività reġjonali fil-qasam tat-teknoloġiji, l-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), il-konnettività u l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz ta':

Emenda    173

Proposta għal regolament

Anness II – Objettiv ta' politika 1 – Kolonna 3 – Outputs – CCO -01a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

CCO -01a – Impriżi appoġġati għal attività ekonomika sostenibbli

Emenda    174

Proposta għal regolament

Anness II – Objettiv ta' politika 1 – Kolonna 3 – Outputs – CCO 04

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

CCO 04 – SMEs appoġġati biex joħolqu l-impjiegi u t-tkabbir

CCO 04 – SMEs appoġġati biex joħolqu l-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli

Emenda    175

Proposta għal regolament

Anness II – Objettiv ta' politika 1 – Kolonna 4 – Riżultati – CCO -01a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

CCR -01a – Żieda fil-proporzjon tal-introjtu reġjonali

Emenda    176

Proposta għal regolament

Anness II – Kolonna 1 – Objettiv ta' politika 2 – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Ewropa aktar ekoloġika, bl-użu ta' anqas karbonju, permezz tal-promozzjoni ta' tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiċi u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju

2.   Ewropa aktar ekoloġika u reżiljenti għal kulħadd, b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju permezz tal-promozzjoni ta' tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju

Emenda    177

Proposta għal regolament

Anness II – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 3 – Outputs – CCO 08a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

CCO 08a – Żvilupp ta' impriżi ġodda

Emenda    178

Proposta għal regolament

Anness II – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 3 – Outputs – CCO 09a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

CCO 09a – Adattament tat-tibdil fil-klima akbar, prevenzjoni tar-riskju tad-diżastri naturali akbar u reżiljenza mtejba għad-diżastri u għall-avvenimenti estremi tat-temp

Emenda    179

Proposta għal regolament

Anness II – Objettiv ta' politika 2 – Kolonna 4 – Riżultati – CCR 07a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

CCR 07a – Numru ta' impjiegi maħluqa

Emenda    180

Proposta għal regolament

Anness II – Objettiv ta' politika 3 – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Ewropa aktar konnessa bit-tisħiħ tal-mobilità u l-konnettività ICT reġjonali

3. Ewropa aktar konnessa għal kulħadd permezz tat-titjib tal-mobbiltà

Emenda    181

Proposta għal regolament

Anness II – Objettiv ta' politika 3 – Kolonna 3 – Outputs – CCO 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

CCO 14 –Toroq TEN-T: Toroq ġodda u aġġornati

CCO 14 –Toroq TEN-T: Toroq u pontijiet ġodda u aġġornati

Emenda    182

Proposta għal regolament

Anness II – Objettiv ta' politika 3 – Kolonna 4 – Riżultati – CCR 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

CCR 13 – Iffrankar ta' ħin bis-saħħa ta' infrastruttura tat-toroq imtejba

CCR 13 – Iffrankar ta' ħin bis-saħħa ta' infrastruttura tat-toroq u tal-pontijiet imtejba

Emenda    183

Proposta għal regolament

Anness II – Objettiv ta' politika 4 – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Ewropa iktar soċjali fl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

4.  Ewropa aktar soċjali u inklużiva fl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

Emenda    184

Proposta għal regolament

Anness II – Objettiv ta' politika 5 – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini bit-trawwim tal-iżvilupp sostenibbli u integrat ta' żoni urbani, rurali u kostali u tal-inizjattivi lokali

5.  Ewropa eqreb taċ-ċittadini bit-trawwim tal-iżvilupp sostenibbli u integrat ta' żoni urbani u ż-żoni l-oħrajn kollha

(1)

  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 90.

(2)

  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

A. Introduzzjoni

L-idea li fuqha hija bbażata l-Unjoni Ewropea hija l-kooperazzjoni paċifika bejn popli u nazzjonijiet differenti għall-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u tas-solidarjetà bejn ir-reġjuni differenti.

Dawn l-għanijiet għandhom jiġu segwiti permezz tal-politika ta' koeżjoni, li hija l-politika tal-UE ewlenija dwar l-investiment fit-tkabbir u l-impjiegi li tgħin biex jitnaqqsu d-differenzi territorjali billi tgħin biex iċ-ċittadini u r-reġjuni tal-UE jitqarrbu lejn il-proġett Ewropew.

Dawn il-kompiti saru aktar diffiċli minħabba l-effetti ta' distorsjoni maħluqa mill-kriżijiet ekonomiċi, li wessgħu l-inugwaljanzi bejn ir-reġjuni filwaqt li, fl-istess ħin, naqqsu l-inugwaljanzi bejn l-Istati Membri. Għal dawn ir-raġunijiet, la l-obbligi baġitarji tal-UE jew nazzjonali, u lanqas il-konsegwenzi tal-Brexit, ma għandhom bl-ebda mod jitħallew idgħajfu l-politika ta' koeżjoni jew ifixklu l-għanijiet tagħha.

Il-politika ta' koeżjoni futura trid titgħallem mill-esperjenzi tal-passat, sabiex twieġeb aħjar għall-isfidi tal-lum. Għandu jkollha baġit adegwat. Sfidi qodma u ġodda, bħat-tibdil fil-klima, il-konsegwenzi soċjali tal-kriżi ekonomika u l-bidliet demografiċi, ifissru li l-politika ta' koeżjoni issa għandha aktar kompiti u aktar objettivi ta' investiment fir-reġjuni tal-UE kollha. Għandha tiġi evitata ċentralizzazzjoni eċċessiva peress li din tipperikola d-dimensjoni territorjali tagħha.

B. L-Objettivi Ġenerali tar-Rapporteur

Wara l-esperjenzi, li ma kinux għalkollox pożittivi, tal-perjodu ta' programmazzjoni attwali, se jkun importanti li jiġi żgurat li l-Politika ta' Koeżjoni wara l-2020 tinbeda fil-pront, bl-għan li l-inizjattivi speċifiċi jkunu jistgħu jinbdew fil-ħin fl-Istati Membri u fir-reġjuni kollha.

Ir-rapporteur laqa' l-ħidma tal-Kummissjoni fuq is-simplifikazzjoni iżda madankollu jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-simplifikazzjoni ma għandhiex tkun applikata għall-prinċipji jew l-għanijiet, iżda għat-tnaqqis tal-burokrazija u tal-ispejjeż imġarrba mir-reġjuni u miċ-ċittadini. Ir-rapporteur jiddispjaċih, u għalhekk qed ifittex li jirrettifika, għall-fatt li s-sinerġiji bejn il-Fondi SIE, għalkemm ġew invokati diversi drabi, qegħdin jitneħħew, b'mod partikolari fir-rigward tal-fond soċjali l-ġdid (FSE+).

L-għan tar-rapporteur huwa li jissaħħu dawn is-sinerġiji, sabiex ikomplu jiġu żgurati approċċi integrati u komplementari għall-isfidi ewlenin fil-qasam, b'mod partikolari fir-rigward tal-approċċ lejn it-territorju u l-approċċ lejn Ewropa aktar soċjali.

Ir-rapporteur irrikonoxxa wkoll l-interdipendenza bejn il-politika ta' koeżjoni u l-politiki makroekonomiċi. Madankollu, din ir-rabta m'għandhiex tkun ta' detriment għad-dimensjoni territorjali; min-naħa l-oħra, għandha tistabbilixxi approċċ ġdid u kostruttiv ibbażat fuq ristrutturazzjoni fil-fond tal-għanijiet tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż u, b'mod aktar ġenerali, tas-Semestru Ewropew innifsu. Huwa b'dan il-mod biss li r-relazzjoni msemmija ma tibqax każ ta' politika (dik ta' koeżjoni) għas-servizz tal-oħra (dik makroekonomika), u minflok issir komplementari għall-benefiċċju kemm taż-żewġ politiki kif ukoll, b'mod speċjali, għall-benefiċċju taċ-ċittadini. Forma ta' governanza ekonomika li għalhekk tottimizza l-fehim tad-diversità reġjonali fir-rekwiżiti u l-isfidi tal-iżvilupp ekonomiku, soċjali u istituzzjonali u li tippermetti li l-politiki ta' appoġġ jiġu ristrutturati. Fl-istess ħin, l-ebda forma ta' kondizzjonalità makroekonomika ma hija utli.

B'mod aktar ġenerali, u fir-rigward tal-futur tal-politika ta' koeżjoni, ir-rapporteur iqis li l-livelli ta' kofinanzjament għandhom rwol essenzjali fl-arkitettura tal-fondi. Iż-żieda tal-kofinanzjament – mill-perspettiva tal-Kummissjoni – tfisser "ir-responsabbilizzazzjoni" tal-Istati Membri, iżda wkoll l-iżgurar tad-disponibbiltà ta' aktar riżorsi u li t-tnaqqis tar-riżorsi tal-UE jkollu impatt iżgħar. Anki jekk dan huwa kollu minnu u ġust, hemm id-dmir li dawn l-Istati Membri jitqiegħdu f'pożizzjoni li fiha jkunu jistgħu jużaw dawn ir-riżorsi mingħajr ma joħolqu ebda kunflitt ma' dispożizzjonijiet oħra tal-UE. Dan huwa kontroversjali ħafna iżda hija nassa li trid tiġi evitata, inkluż bil-promozzjoni ta' soluzzjonijiet oriġinali u kuraġġużi.

C. Emendi ewlenin tar-rapporteur

Ir-rapporteur jemmen li l-Artikolu 174 TFUE jeħtieġ li jiġi kkwotat biex jirrileva d-dimensjoni territorjali u reġjonali tal-azzjonijiet taħt il-politika ta' koeżjoni tal-UE.

L-Artikolu 2 tal-Proposta jistabbilixxi l-għanijiet speċifiċi għall-FEŻR u għall-Fond ta' Koeżjoni billi jaqsamhom f'ħames oqsma makro: Ewropa aktar intelliġenti, aktar ekoloġika, aktar konnessa, aktar soċjali u eqreb taċ-ċittadini. Min-naħa tagħhom dawn qed jitqassmu f'21 qasam ta' appoġġ, li huma ferm aktar vagi u inqas dettaljati minn dawk tal-perjodu ta' programmazzjoni attwali. Il-ħames oqsma ġodda jiġbru u jissemplifikaw il-11-il prijorità ta' investiment preċedenti. Il-proposta tal-Kummissjoni, meta mqabbla mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, hija inqas definita, u tħalli spazju għad-diskrezzjoni fl-għażla tal-miżuri li għandhom jittieħdu fil-livell tal-Istati Membri. Għalkemm il-lista hija inklużiva biżżejjed, xorta kien meħtieġ li tittieħed azzjoni, b'mod partikolari biex tissaħħaħ il-possibbiltà li jittieħdu miżuri għall-benefiċċju tal-wirt naturali, il-mobbiltà urbana mingħajr emissjonijiet u t-turiżmu sostenibbli.

L-Artikolu 3 tal-proposta jikkunsidra l-kriterji ta' konċentrazzjoni tal-objettivi tematiċi u jibdel il-klassifikazzjoni tagħhom minn livell reġjonali u marbut mal-PDG per capita għal livell nazzjonali marbut mal-Introjtu Nazzjonali Gross. Dan l-approċċ, fil-fehma tar-rapporteur, jiftaħ dibattitu politiku dwar il-konsegwenzi reali ta' ċentralizzazzjoni possibbli u dwar l-effetti li din jista' jkollha fuq ir-reġjuni tal-UE. B'mod partikolari, ir-rapporteur huwa mħasseb dwar l-effetti ta' konċentrazzjoni tematika mwettqa fil-livell nazzjonali u b'nuqqas ta' flessibbiltà, fuq ir-riallokazzjoni territorjali tal-appoġġ, speċjalment għall-pajjiżi l-kbar u dawk bi strutturi amministrattivi federali (li fost l-oħrajn huma fost il-pajjiżi benefiċjarji ewlenin tal-fondi) kif ukoll għall-ekonomiji nazzjonali aktar kumplessi u frammentati b'rati ogħla ta' inugwaljanzi territorjali. Għar-rapporteur, il-ġestjoni tal-fondi għandha tikkunsidra l-ispeċifiċitajiet territorjali, ekonomiċi u soċjali tal-benefiċjarji tal-politika ta' koeżjoni, l-ewwelnett billi tibda mir-reġjuni. Ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li hemm ħafna marġini ta' valutazzjoni u appoġġ fl-Artikolu 3, bl-għan ċar li l-politika ta' koeżjoni ssir tassew strument disponibbli għall-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali, sabiex huma jaffrontaw l-isfidi li qed jinħolqu mit-trasformazzjonijiet attwali.

Ir-rapporteur għalhekk iqis li huwa imperattiv li tiġi stabbilita mill-ġdid il-konċentrazzjoni tematika fil-livell tal-kategoriji tar-reġjuni u mhux, kif propost mill-Kummissjoni, fil-livell tal-Istati Membri minħabba li din l-għażla tal-aħħar toħloq ċentralizzazzjoni eċċessiva mingħajr ma tiggarantixxi l-flessibbiltà mixtieqa min-naħa l-oħra. Barra minn hekk, ir-rapporteur jaqbel li r-riżerva minima trid tiġi ffokata fuq il-PO 1 u l-PO 2 (Ewropa aktar ekoloġika), iżda jqis li l-PO 2 għandha tiġi estiża wkoll għall-grupp tar-reġjuni l-aktar żviluppati. Fl-aħħar nett, sabiex jiġi żgurat marġini reali bi flessibbiltà suffiċjenti, ir-rapporteur qies xierqa l-introduzzjoni ta' kriterju trażversali li jippermetti lill-Istati Membri, meta dan ikun adegwatament sostnut minn data fl-analiżi tar-rekwiżiti, jitolbu flessibbiltà addizzjonali fir-rigward tal-perċentwali allokat lill-PO 1 (sa massimu ta' 5 punti perċentwali, u sa massimu ta' 10 punti perċentwali għar-reġjuni ultraperiferiċi) fil-livell tal-kategorija tar-reġjuni, mill-ġdid bil-ħsieb li jiġu ssodisfati aħjar ir-rekwiżiti taċ-ċittadini u tal-ekonomija.

L-Artikoli 4 u 5 jistabbilixxu l-kamp ta' applikazzjoni tal-appoġġ mill-FEŻR u mill-Fond ta' Koeżjoni, li jinkludi: l-investimenti fl-infrastruttura, l-investimenti fl-aċċess għas-servizzi, l-investimenti produttivi fl-SMEs, l-investimenti relatati mal-iżvilupp sostenibbli u l-enerġija li jipprovdu benefiċċji ambjentali u fl-assistenza teknika. L-assistenza teknika hija definita fil-Proposta għal Regolament "CPR", fl-Artikolu 31 (dwar il-perċentwali tal-fondi rimborżati għall-assistenza teknika) u fl-Artikolu 32 (il-possibbiltà li l-Istati Membri jwettqu azzjonijiet addizzjonali ta' assistenza teknika biex isaħħu l-kapaċitajiet tal-awtoritajiet u tal-benefiċjarji tal-Istati Membri għall-amministrazzjoni u l-użu effikaċi tal-fondi). Ir-rapporteur huwa wkoll tal-fehma li, filwaqt li l-Artikolu 31 jibdel is-sens tal-assistenza teknika tradizzjonali għall-programmi li se tiġi rimborżata fuq bażi ta' perċentwali, fl-istess ħin mal-progress tal-programmi nfushom, l-Artikolu 32 jiftaħ tieqa importanti fuq ir-relazzjoni mill-qrib bejn il-programmazzjoni tal-Fondi Strutturali u l-iżvilupp, it-titjib u l-ottimizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi lokali.

Għal din ir-raġuni, ir-rapporteur iqis li huwa essenzjali li tiġi inkluża referenza ċara għall-Artikolu 4 u għall-Artikolu 5, li tenfasizza l-importanza tal-użu ta' dawn il-fondi għat-tisħiħ tal-awtoritajiet pubbliċi. Jeħtieġ li wieħed imur lil hinn minn sistema li, quddiem spiża enormi ta' assistenza teknika "esterna", tiżgura biss li jissewwew in-nuqqasijiet strutturali fl-awtoritajiet pubbliċi mingħajr, fl-istess ħin, ma tipprevedi miżuri li jistgħu jiżguraw li jingħelbu l-istess dgħufijiet. Ir-rapporteur, għalhekk, daħħal lura, bħala objettiv trażversali, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi, b'mod partikolari b'rabta mal-aċċessibbiltà tas-servizzi għaċ-ċittadini u l-effiċjenza tat-tweġibiet ipprovduti. Ir-rapporteur qies li l-proposta tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward ma kinitx biżżejjed u li, f'ċerti punti, kellha nuqqasijiet u inkludiha sabiex ma jinterrompix l-azzjonijiet mibdija waqt il-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020.

L-Artikolu 6 tal-proposta – dwar is-setturi esklużi mill-azzjoni tal-FEŻR – jeħtieġ aktar riflessjoni. Il-lista hija ħafna itwal minn qabel, fatt bil-ġustifikazzjoni li l-għan ikun li jitnaqqsu l-oqsma tal-inċertezza. Madankollu, għad baqa' xi dubji, b'mod partikolari fir-rigward tal-qasam tal-investimenti fir-rimi tal-iskart f'miżbliet, peress li jrid jiġi ppreservat l-appoġġ għad-dekummissjonar, il-konverżjoni u t-tħaddim sikur tal-faċilitajiet li ma għadhomx jintużaw. Fl-istess ħin, huwa meqjus neċessarju li jiġi definit il-kunċett ta' "rifjut residwu" sabiex jiġi definit aħjar il-kamp ta' applikazzjoni tal-esklużjoni mill-finanzjament, b'mod partikolari biex jiġu evitati kontradizzjonijiet mad-Direttivi dwar l-Iskart u l-Enerġija. Daqstant kontroversjali huma l-esklużjonijiet mill-infrastruttura tal-ajruporti u x-xiri ta' materjal fuq ir-roti.

L-Artikoli 8 u 9 huma partikolarment rilevanti għall-kwistjoni tar-relazzjoni bejn il-politika ta' koeżjoni u r-reġjuni. L-ewwel nett, ir-rapporteur għażel li jenfasizza li l-Artikolu 8 huwa intiż għall-benefiċċju ta' "żoni mhux urbani" filwaqt li jqis li, għaż-żoni urbani, jeħtieġ li jiġi previst li tiġi allokata riżerva minima (ta' mill-inqas 5 %) għall-appoġġ u l-iżvilupp ta' dawk iż-żoni li, anki fid-dawl tal-kriżi, qed jiffaċċaw fenomeni ta' tfaqqir (materjali u intanġibbli, fi prodotti u servizzi) u ta' tnaqqis demografiku. Iċ-ċifri juru l-urġenza li jittieħdu miżuri mfassla apposta u mmirati biex is-sitwazzjoni ħażina attwali ma tibqax tiggrava.

Huwa daqstant ieħor importanti l-iżvilupp urban sostenibbli (Artikolu 9), li għalih, anki fid-dawl tas-suċċess tal-eżerċizzju ta' programmazzjoni attwali, huwa meqjus neċessarju li jiżdiedu r-riżorsi għal din il-forma ta' żvilupp lokali u li titwessa' l-kategorija tal-istrumenti li jistgħu jintużaw. B'mod partikolari, kemm għall-Artikolu 8 kif ukoll għall-Artikolu 9, tqies li kien essenzjali li terġa' tiġi introdotta l-possibbiltà ta' appoġġ integrat kofinanzjat permezz tal-FEŻR/FK u tal-FSE+.

Dawn l-emendi u emendi oħrajn tar-rapporteur għandhom l-għan li jiżguraw, kemm għall-preżent kif ukoll għall-ġejjieni, politika ta' koeżjoni li tkompli tnaqqas l-inugwaljanzi u tikkontribwixxi għal Ewropa aktar soċjali, aktar attenta u eqreb tar-reġjuni, taċ-ċittadini, tal-impriżi u taż-żgħażagħ tagħha stess.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (11.12.2018)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni

(COM(2018)0372 – C8-0227/2018 – 2018/0197(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jan Olbrycht

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  Il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni (FK) jenħtieġ li jikkontribwixxu għal finanzjament ta' sostenn previst għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali filwaqt li jeliminaw id-disparitajiet prinċipali u jikkoreġu l-iżbilanċi reġjonali tal-Unjoni, inaqqsu d-dewmien fir-reġjuni l-inqas preferuti, permezz ta' żvilupp sostenibbli u l-adattament strutturali tal-ekonomiji reġjonali.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [is-CPR ġdid] jistabbilixxi regoli komuni applikabbli għall-fondi differenti, inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR"), il-Fond Soċjali Ewropew ("FSE+"), il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ("FEMS"), il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni ("AMIF"), il-Fond għas-Sigurtà Interna ("FSI") u l-Istrument ta' Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viża" ("BMVI") li, joperaw taħt qafas komuni (il-"Fondi").

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [is-CPR ġdid]16 jistabbilixxi regoli komuni applikabbli għall-fondi differenti, inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR"), il-Fond Soċjali Ewropew ("FSE+"), il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali ("FAEŻR") u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ("FEMS"), il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni ("AMIF"), il-Fond għas-Sigurtà Interna ("FSI") u l-Istrument ta' Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viża" ("BMVI") li, joperaw taħt qafas komuni (il-"Fondi").

__________________

__________________

16 [Referenza sħiħa – tas-CPR il-ġdid].

16 [Referenza sħiħa – tas-CPR il-ġdid].

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-prinċipji orizzontali stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE") u fl-Artikolu 10 TFUE, inkluż il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE, jenħtieġ li jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u jiżguraw l-aċċessibbiltà f'konformità mal-Artikolu 9 tiegħu u f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw biex jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u tintegra l-perspettiva tal-ġeneru, kif ukoll jikkumbattu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li ll-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta' segregazzjoni. Jenħtieġ li l-objettivi tal-FERŻ u l-Fond ta' Koeżjoni jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju li min iniġġes iħallas. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw l-impriżi għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 TFUE.

(5)  Il-prinċipji orizzontali stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE") u fl-Artikolu 10 TFUE, inkluż il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 TUE, jenħtieġ li jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u jiżguraw l-aċċessibbiltà f'konformità mal-Artikolu 9 tiegħu u f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw biex jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u jintegraw il-perspettiva tal-ġeneru u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, kif ukoll jikkumbattu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li ll-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta' segregazzjoni. Jenħtieġ li l-objettivi tal-FERŻ u l-Fond ta' Koeżjoni jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju li min iniġġes iħallas. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw l-impriżi għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 TFUE.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Sabiex il-FEŻR jipprovdi appoġġ taħt l-ETC / Interreg f'termini kemm ta' investimenti fl-infrastruttura kif ukoll l-investimenti u l-attivitajiet ta' taħriġ u ta' integrazzjoni assoċjati, jeħtieġ li jkun hemm provvediment li, il-FEŻR jista' wkoll jipprovdi appoġġ għal attivitajiet taħt l-objettivi speċifiċi tal-FSE +, stabbilit bir-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ESF+ ġdid]18.

(15)  Sabiex il-FEŻR jipprovdi appoġġ taħt l-ETC / Interreg f'termini kemm ta' investimenti fl-infrastruttura kif ukoll l-investimenti u l-attivitajiet ta' taħriġ u ta' integrazzjoni assoċjati, sabiex jittejbu u jiġu żviluppati l-ħiliet u l-kompetenzi amministrattivi, jeħtieġ li jkun hemm provvediment li, il-FEŻR jista' wkoll jipprovdi appoġġ għal attivitajiet taħt l-objettivi speċifiċi tal-FSE+, stabbilit mir-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ESF+ ġdid]18.

__________________

__________________

18 [Referenza sħiħa — ESF+ il-ġdid].

18 [Referenza sħiħa — ESF+ il-ġdid].

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Jenħtieġ li l-FEŻR jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fl-Unjoni u biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u dawk ir-reġjuni li l-aktar għadhom lura u li huma anqas favoriti, inklużi dawk li qed jaffaċċjaw sfidi minħabba l-impenji ta' dekarbonizzazzjoni. Jenħtieġ li l-appoġġ tal-FEŻR taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għalhekk jiġi kkonċentrat fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni f'konformità mal-objettivi tal-politika stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/xxx [CPR il-ġdid]. Jenħtieġ li għalhekk l-appoġġ mill-FEŻR jikkonċentra fuq l-objettivi ta' politika ta' "Ewropa intelliġenti billi jippromwovi t-trasformazzjoni ekonomika, intelliġenti u innovattiva" u "Ewropa ekoloġika, b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju permezz tal-promozzjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju". Jenħtieġ li din il-konċentrazzjoni tematika tintlaħaq fuq livell nazzjonali filwaqt li tippermetti flessibbiltà fil-livell tal-programmi individwali u bejn tliet gruppi ta' Stati Membri ffurmati skont id-dħul nazzjonali gross rispettiv. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-metodoloġija biex tikklassifika lill-Istati Membri tiġi stabbilita bir-reqqa b'kont meħud tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda.

(17)  Jenħtieġ li l-FEŻR jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fl-Unjoni u biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u dawk ir-reġjuni li l-aktar għadhom lura u li huma anqas favoriti u anqas żviluppati, inklużi dawk li qed jaffaċċjaw sfidi minħabba l-impenji ta' dekarbonizzazzjoni. Jenħtieġ li l-appoġġ tal-FEŻR taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għalhekk jiġi kkonċentrat fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni f'konformità mal-objettivi tal-politika stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/xxx [CPR il-ġdid]. Jenħtieġ li għalhekk l-appoġġ mill-FEŻR jikkonċentra fuq l-objettivi ta' politika ta' "Ewropa intelliġenti billi jippromwovi t-trasformazzjoni ekonomika, intelliġenti u innovattiva" u "Ewropa ekoloġika, b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju permezz tal-promozzjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju". Jenħtieġ li tali konċentrazzjoni tematika tintlaħaq fuq livell nazzjonali filwaqt li tippermetti marġini ta' flessibbiltà fil-livell ta' programmi individwali u bejn il-kategoriji differenti tar-reġjuni, filwaqt li jitqiesu l-livelli differenti ta' żvilupp. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-metodoloġija biex tikklassifika lir-reġjuni tiġi stabbilita bir-reqqa b'kont meħud tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi tipi differenti ta' attivitajiet li l-ispejjeż tagħhom jistgħu jkunu appoġġati permezz ta' investimenti mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, taħt l-objettivi rispettivi tagħhom kif stabbiliti mit-TFUE. Jenħtieġ li l-Fond ta' Koeżjoni jkun jista' jappoġġa investimenti fl-ambjent u fit-TEN-T. Fir-rigward tal-ERDF, jenħtieġ li l-lista ta' attivitajiet tkun issimplifikata u jenħtieġ li tkun kapaċi tappoġġa l-investimenti fl-infrastruttura, investimenti fir-rigward ta' aċċess għal servizzi, investimenti produttivi fl-SMEs, tagħmir, softwer u assi intanġibbli, kif ukoll miżuri fir-rigward ta' informazzjoni, komunikazzjoni, studji, netwerking, kooperazzjoni, skambju ta' esperjenzi u attivitajiet li jinvolvu gruppi. Sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta' programm, jenħtieġ li ż-żewġ fondi jkunu kapaċi wkoll li jappoġġaw attivitajiet ta' assistenza teknika. Fl-aħħar nett, sabiex jipprovdi għal firxa aktar wiesgħa ta' interventi għal programmi Interreg, jenħtieġ li l-ambitu jitwessa' biex jinkludi wkoll il-kondiviżjoni ta' firxa wiesgħa ta' faċilitajiet u riżorsi umani u l-ispejjeż marbuta ma' miżuri fil-kamp ta' applikazzjoni tal-FSE+.

(19)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi tipi differenti ta' attivitajiet li l-ispejjeż tagħhom jistgħu jkunu appoġġati permezz ta' investimenti mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, taħt l-objettivi rispettivi tagħhom kif stabbiliti mit-TFUE. Jenħtieġ li l-Fond ta' Koeżjoni jkun jista' jappoġġa investimenti fl-ambjent u fit-TEN-T. Fir-rigward tal-ERDF, jenħtieġ li l-lista ta' attivitajiet tkun issimplifikata u jenħtieġ li tkun kapaċi tappoġġa l-investimenti fl-infrastruttura, investimenti fir-rigward ta' aċċess għal servizzi, investimenti produttivi fl-SMEs, tagħmir, softwer u assi intanġibbli, kif ukoll miżuri fir-rigward ta' informazzjoni, komunikazzjoni, studji, netwerking, kooperazzjoni, skambju ta' esperjenzi u attivitajiet li jinvolvu gruppi. Sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-programm, jenħtieġ li ż-żewġ fondi jkunu kapaċi wkoll li jappoġġaw attivitajiet ta' assistenza teknika, inkluż it-titjib u l-iżvilupp tal-ħiliet u tal-kompetenzi amministrattivi. Fl-aħħar nett, sabiex jipprovdi għal firxa aktar wiesgħa ta' interventi għal programmi Interreg, jenħtieġ li l-ambitu jitwessa' biex jinkludi wkoll il-kondiviżjoni ta' firxa wiesgħa ta' faċilitajiet u riżorsi umani u l-ispejjeż marbuta ma' miżuri fil-kamp ta' applikazzjoni tal-FSE+.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – punt iva (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iva)  tat-titjib tal-konnettività diġitali;

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jinbidel l-objettiv speċifiku "tat-titjib tal-konnettività diġitali" minn PO3 għal PO1 sabiex effettivament jinkisbu l-innovazzjoni u t-trasformazzjoni ekonomika intelliġenti.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt a - punt ivb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ivb)  tat-tisħiħ taċ-ċibersigurtà;

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt viia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(viia)  tal-promozzjoni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli;

Ġustifikazzjoni

It-tibdil tal-objettiv "tal-promozzjoni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli" minn PO3 għal PO2 se jgħin biex bliet u rħula Ewropej isiru aktar ekoloġiċi. Dan huwa pass importanti lejn l-adattament għall-klima fl-Ewropa.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "Ewropa iktar konnessa permezz tat-titjib tal-mobilità u l-konnettività tal-ICT reġjonali" ("PO 3") permezz:

(c)  "Ewropa iktar konnessa permezz tat-titjib tal-mobbiltà u l-konnettività reġjonali" ("PO 3") permezz:

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  tat-titjib tal-konnettività diġitali;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jinbidel l-objettiv speċifiku "tat-titjib tal-konnettività diġitali" minn PO3 għal PO1 sabiex effettivament jinkisbu l-innovazzjoni u t-trasformazzjoni ekonomika intelliġenti.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  tal-promozzjoni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli;

imħassar

Ġustifikazzjoni

It-tibdil tal-objettiv "tal-promozzjoni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli" minn PO3 għal PO2 se jgħin biex bliet u rħula Ewropej isiru aktar ekoloġiċi. Dan huwa pass importanti lejn l-adattament għall-klima fl-Ewropa.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – punt iva (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iva)  tal-promozzjoni tal-konnessjonijiet tat-trasport, inkluż il-konnessjoni marittima, għar-reġjuni periferiċi u insulari tal-Unjoni;

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt iva (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iva)  jiġu żviluppati l-intraprenditorija soċjali u l-innovazzjoni soċjali.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom ikunu klassifikati, f'termini ta' proporzjon tad-dħul nazzjonali gross tagħhom, kif ġej:

Ir-Reġjuni għandhom ikunu klassifikati, f'termini ta' proporzjon tal-prodott domestiku gross tagħhom, kif ġej:

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  dawk b'introjtu nazzjonali gross ugwali għal jew ogħla minn 100 % tal-medja tal-UE (“grupp 1”);

(a)  ir-reġjuni aktar żviluppati;

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  dawk b'introjtu nazzjonali gross ugwali għal jew ogħla minn 75 % u anqas 100 % tal-medja tal-UE (“grupp 2”);

(b)  ir-reġjuni fi tranżizzjoni;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  dawk b'introjtu nazzjonali gross anqas minn 75 % tal-medja tal-UE (“grupp 3”);

(c)  ir-reġjuni inqas żviluppati;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-proporzjon tad-dħul gross nazzjonali tfisser il-proporzjon bejn id-dħul gross nazzjonali per capita tal-Istat Membru, imkejjel permezz tal-istandards tal-poter tal-akkwist u kkalkolat fuq il-bażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu mill-2016 sal-2016, u l-medja tad-dħul nazzjonali gross per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist ta' 27 Stati Membri għal dak l-istess perjodu ta' referenza.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-klassifikazzjoni ta' reġjun f'waħda mit-tliet kategoriji ta' reġjuni għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-proporzjon bejn il-prodott domestiku gross (PDG) per capita ta' kull reġjun, imkejjel f'parità tal-kapaċità tal-akkwist (PPP) u kkalkolat fuq il-bażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu mill-2014 sal-2016, u fuq il-medja tal-PDG tal-UE-27 għal dak l-istess perjodu ta' referenza.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tal-programmi taħt il-mira tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, huma għandhom jiġu kklassifikati bħala li jaqgħu taħt il-grupp 3.

Fir-rigward tal-programmi taħt il-mira tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, huma għandhom jiġu kklassifikati bħala reġjuni inqas żviluppati.

Ġustifikazzjoni

Sabiex il-konċentrazzjoni tematika tal-appoġġ tal-FEŻR tiġi ssimplifikata u ssir aktar flessibbli u operazzjonali, fil-klassifikazzjoni rilevanti huma proposti biss 2 kategoriji ta' pajjiżi. Il-livell limitu ta' referenza huwa stabbilit għal 90 % tal-medja tal-UE tal-proporzjon tal-introjtu nazzjonali gross b'analoġija mal-kriterju ta' eliġibbiltà għall-Fond ta' Koeżjoni (Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, Art. 102, punt 3)

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  L-Istati Membri tal-grupp 1 għandhom jallokaw mill-inqas 85% mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u PO 2 u mill-inqas 60 % għal PO 1;

(a)  F'reġjuni aktar żviluppati mill-inqas 75 % tat-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom fil-livell nazzjonali għandhom jiġu allokati taħt il-prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u PO 2 u mill-inqas 30 % għal PO 2;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  L-Istati Membri tal-grupp 2 għandhom jallokaw mill-inqas 45 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u mill-inqas 30 % għal PO 2;

(b)  F'reġjuni fi tranżizzjoni mill-inqas 35 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fil-livell nazzjonali għandhom jiġu allokati taħt il-prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u mill-inqas 30 % għal PO 2;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  L-Istati Membri tal-grupp 3 għandhom jallokaw mill-inqas 35 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u mill-inqas 30 % għal PO 2.

(c)  F'reġjuni inqas żviluppati mill-inqas 25 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR fil-livell nazzjonali għandhom jiġu allokati taħt il-prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u mill-inqas 30 % għal PO 2;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  assistenza teknika.

(f)  assistenza teknika, inkluż it-titjib u l-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi amministrattivi tal-awtoritajiet lokali fil-ġestjoni ta' dawn il-fondi.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  l-iżvilupp ta' mobbiltà nazzjonali, reġjonali u lokali li tkun sostenibbli, reżiljenti għat-tibdil fil-klima, intelliġenti u intermodali, inkluż aċċess imtejjeb għat-TEN-T u l-mobbiltà transfruntiera;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb)  promozzjoni ta' mobbiltà urbana multimodali sostenibbli;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  assistenza teknika.

(c)  assistenza teknika, inkluż it-titjib u l-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi amministrattivi tal-awtoritajiet lokali fil-ġestjoni ta' dawn il-fondi.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw bilanċ xieraq bejn l-investimenti taħt il-punti (a) u (b).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw bilanċ xieraq bejn l-investimenti taħt il-punti (a), (b), (ba) u (bb).

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  investiment fl-infrastruttura tal-ajruporti minbarra għar-reġjuni l-iktar imbiegħda;

(e)  investiment fl-infrastruttura tal-ajruporti minbarra għar-reġjuni l-iktar imbiegħda u r-reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi serji u permanenti f'konformità mal-Artikolu 174 TFUE;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  finanzjament għax-xiri tal-vetturi ferrovjarji għall-użu fit-trasport ferrovjarju, ħlief jekk dan huwa marbut:

imħassar

(i)  rilaxx tal-obbligu tas-servizz pubbliku maħruġ għall-offerti pubbliċi taħt ir-Regolament 1370/2007 kif emendat;

(ii)  il-provvista ta' servizzi tat-trasport bil-ferrovija fuq linji li nfetħu għall-kompetizzjoni, u l-benefiċjarju jkun membru ġdid eliġibbli għal finanzjament skont ir-Regolament (UE) 2018/xxxx [Ir-Regolament Investi tal-UE].

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Barra dan, il-Fond ta' Koeżjoni ma għandux jappoġġa investiment f'akkomodazzjoni sakemm dan ma jkunx relatat mal-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jew l-użu ta' enerġija rinnovabbli.

2.  Barra dan, il-Fond ta' Koeżjoni ma għandux jappoġġa investiment f'akkomodazzjoni sakemm dan ma jkunx relatat mal-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, l-użu ta' enerġija rinnovabbli, jew l-użu tal-ilma.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mill-inqas % tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, ħlief għall-assistenza teknika, għandhom jiġu allokati għal żvilupp urban sostenibbli permezz ta' żvilupp lokali mmexxi mill-komunità, investimenti territorjali integrati jew għodda territorjali oħra taħt l-għażla PO5.

Mill-inqas 10% tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, ħlief għall-assistenza teknika, għandhom jiġu allokati għal żvilupp urban sostenibbli permezz ta' żvilupp lokali mmexxi mill-komunità, investimenti territorjali integrati jew għodda territorjali oħra taħt l-għażla PO5.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  appoġġ għall-bini ta' kapaċità;

(a)  appoġġ għall-bini ta' kapaċità fil-livell sottonazzjonali;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  appoġġ għall-għarfien, l-iżvilupp ta' politika u l-komunikazzjoni.

(c)  appoġġ għall-għarfien, il-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali, l-iżvilupp ta' politika u l-komunikazzjoni.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12a

Żoni bi żvantaġġi naturali jew demografiċi

Fil-programmi operazzjonali kkofinanzjati mill-FEŻR, li jkopru żoni bi żvantaġġi gravi u permanenti, naturali jew demografiċi, kif hemm imsemmi fl-Artikolu 174 TFUE, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-indirizzar tad-diffikultajiet speċifiċi ta' dawk iż-żoni.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Anness 1 – tabella 1 – Objettiv ta' politika 3 – RCO 34

RCO 34 - Kapaċità addizzjonali għar-riċiklaġġ tal-iskart

RCR 46 - Għadd ta' nies servuti minn faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-iskart kif ukoll sistemi żgħar ta' mmaniġġar tal-iskart

RCR 47 - Skart riċiklat

RCR 48 - Skart riċiklat użat bħala materja prima

RCR 49 - Skart irkuprat

Emenda

RCO 34 - Kapaċità addizzjonali għar-riċiklaġġ u l-prevenzjoni tal-iskart

RCR  - 46 - Ġenerazzjoni tal-iskart per capita

ERC  -46a - Skart per capita mibgħut għar-rimi u għall-irkupru tal-enerġija

RCR 46 - Għadd ta' nies servuti minn faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-iskart kif ukoll sistemi żgħar ta' mmaniġġar tal-iskart

RCR 47 - Skart riċiklat

RCR 47a - Bijoskart riċiklat

RCR 48 - Skart riċiklat użat bħala materja prima

RCR 49 - Skart irkuprat

RCR 49a - Għadd ta' persuni servuti minn faċilitajiet ta' preparazzjoni ta' skart għall-użu mill-ġdid

RCR 49b - Skart ippreparat għall-użu mill-ġdid kif definit fl-Artikolu 11a(1b) tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart (UE) 2018/851

RCR 49c - Indikaturi li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sal-31 ta' Marzu 2019 permezz tal-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni biex jitkejjel il-progress ġenerali tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart (Artikolu 9(7) tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart (UE) 2018/851)

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni

Referenzi

COM(2018)0372 – C8-0227/2018 – 2018/0197(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

11.6.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

11.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jan Olbrycht

28.6.2018

Eżami fil-kumitat

24.9.2018

Data tal-adozzjoni

10.12.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth, Lefteris Christoforou, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, John Howarth, Siegfried Mureşan, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Pina Picierno, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Indrek Tarand, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, Karine Gloanec Maurin, Marco Valli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Claudia Schmidt

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

25

+

ALDE

Jean Arthuis

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Liadh Ní Riada

PPE

Richard Ashworth, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Patricija Šulin

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Pina Picierno, Daniele Viotti, Manuel dos Santos

Verts/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana

1

-

ENF

André Elissen

1

0

ENF

Marco Zanni

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

POŻIZZJONI FIL-FORMA TA' EMENDI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (11.10.2018)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni

(COM(2018)0372 – C8-0227/2018 – 2018/0197(COD))

Għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit: Gilles Pargneaux (rapporteur)

EMENDA

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jippreżenta lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, l-emenda li ġejja:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  Sabiex il-politika ta' koeżjoni tkun ta' suċċess wara l-2020, huwa essenzjali li jitnaqqas il-piż amministrattiv impost fuq il-benefiċjarji u l-awtoritajiet maniġerjali, li jinstab il-bilanċ it-tajjeb bejn l-orjentazzjoni lejn ir-riżultati tal-politika u l-livelli ta' verifiki u kontrolli mwettqa biex tiżdied il-proporzjonalità, jiġi introdott id-divrenzjar fl-implimentazzjoni tal-programmi, u jiġu ssemplifikati r-regoli u l-proċeduri, peress li attwalment meqjusa bħala kumplessi żżejjed;

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  F'dinja dejjem aktar interkonnessa u minħabba d-dinamiċi demografiċi u dawk ta' migrazzjoni, huwa ċar li l-politika tal-migrazzjoni tal-Unjoni tirrikjedi approċċ komuni li jserraħ fuq is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet tal-istrumenti ta' finanzjament differenti. Sabiex jiġi żgurat appoġġ koerenti, b'saħħtu u konsistenti għas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, jenħtieġ li l-FEŻR jipprovdi appoġġ biex jiffaċilita l-integrazzjoni fit-tul tal-migranti.

(8)  F'dinja dejjem aktar interkonnessa u minħabba d-dinamiċi demografiċi u dawk ta' migrazzjoni, huwa ċar li l-politika tal-migrazzjoni tal-Unjoni tirrikjedi approċċ komuni li jserraħ fuq is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet tal-istrumenti ta' finanzjament differenti. Sabiex jiġi żgurat appoġġ koerenti, b'saħħtu u konsistenti għas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, jenħtieġ li l-FEŻR jipprovdi appoġġ biex jiffaċilita l-integrazzjoni fit-tul tal-migranti u r-rifuġjati. Jenħtieġ tingħata prijorità lill-promozzjoni tal-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, lill-ġlieda kontra l-faqar u d-diskriminazzjoni, kif ukoll lill-investiment fl-edukazzjoni, lit-taħriġ kontinwu u lill-apprendistati.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Barra minn hekk, l-investimenti taħt il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' netwerk ta' infrastruttura diġitali b'veloċità għolja, komprensiv, u l-promozzjoni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli u nadifa.

(10)  Barra minn hekk, l-investimenti taħt il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' netwerk ta' infrastruttura diġitali b'veloċità għolja u komprensiv, fl-Unjoni kollha, inkluż f'żoni rurali fejn huwa kontributur vitali għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), u għall-promozzjoni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli u nadifa.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  Il-politika ta' koeżjoni futura trid tikkunsidra b'mod adegwat u tipprovdi appoġġ għar-reġjuni tal-Unjoni li huma l-aktar milquta mill-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, b'mod partikolari dawk li, b'riżultat ta' dan, se jsibu ruħhom fuq il-fruntiera esterna tal-baħar jew tal-art tal-Unjoni;

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a)  L-SMEs u l-mikrointrapriżi huma l-muturi ewlenin tat-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni u l-impjiegi, u jipprovdu 85 % tal-impjiegi ġodda kollha; Fil-preżent hemm aktar minn 20 miljun SME fl-Unjoni. Dawn l-intrapriżi għandhom rwol importanti fl-irkupru ekonomiku u fit-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli tal-Unjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Sabiex jiġi konċentrat l-użu ta' riżorsi limitati bl-aktar mod effiċjenti, l-appoġġ mogħti mill-FEŻR għal investimenti produttivi taħt għan rilevanti speċifiku, jenħtieġ li jkun limitat biss għal intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju ('SMEs') fis-sens tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE19, ħlief fejn l-investimenti jinvolvu kooperazzjoni ma' SMEs f'attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni.

(16)  Sabiex jiġi konċentrat l-użu ta' riżorsi limitati bl-aktar mod effiċjenti, l-appoġġ mogħti mill-FEŻR għal investimenti produttivi taħt għan rilevanti speċifiku, jenħtieġ li jkun limitat biss għal SMEs fis-sens tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE19, sabiex tingħata spinta lill-kompetittività u l-vijabbiltà ta' dawn l-intrapriżi, ħlief fejn l-investimenti jinvolvu kooperazzjoni ma' SMEs f'attivitajiet ta'riċerka u innovazzjoni.

_________________

_________________

19 Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji [mhux disponibbli bil-MT] (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

19 Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji [mhux disponibbli bil-MT] (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22a)  Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni f'waqtha u effettiva, il-proċeduri kollha ta' monitoraġġ, ta' prestazzjoni u ta' kontroll għandhom ikunu proporzjonati u ssemplifikati fir-rigward tal-awtoritajiet maniġerjali u l-benefiċjarji;

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Skont il-paragrafu 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġu evalwati l-Fondi fuq il-bażi ta' tagħrif miġbur permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fondi b'mod prattiku.

(23)  Skont il-paragrafu 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġu evalwati l-Fondi fuq il-bażi ta' tagħrif miġbur permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri. Sakemm ikun possibbli, dawn ir-rekwiżiti, jenħtieġ jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fondi b'mod prattiku.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a – punt iva(ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iva)  tal-modernizzazzjoni u tal-innovazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika, tal-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u tal-appoġġ għall-kompetittività tal-SMEs;

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  F'konformità mar-rekwiżit ta' rappurtar tagħha skont l-Artikolu [38(3)(e)(i)] tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni f'konformità mal-Anness II.

3.  F'konformità mar-rekwiżit ta' rappurtar tagħha skont l-Artikolu [38(3)(e)(i)] tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni u r-riżultati f'konformità mal-Anness II bir-rapportar kemm tal-progress kif ukoll tan-nuqqasijiet u billi tiġi żgurata rabta ċara bejn l-infiq u l-prestazzjoni.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 13 biex temenda l-Anness I sabiex tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa fil-lista ta' indikaturi li għandhom jintużaw mill-Istati Membri u biex temenda l-Anness II sabiex tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa fl-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li għandha tingħata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13 biex temenda l-Anness I sabiex tagħmel l-aġġustamenti rilevanti u motivati meħtieġa fil-lista ta' indikaturi li għandhom jintużaw mill-Istati Membri u biex temenda l-Anness II, jekk meħtieġ, sabiex tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva mtejba dwar il-prestazzjoni u r-riżultati meta mqabbla mal-objettivi stabbiliti.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni affidabbli dwar il-kwalità tad-data dwar il-prestazzjoni użata.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mill-inqas 6 % tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, ħlief għall-assistenza teknika, għandhom jiġu allokati għal żvilupp urban sostenibbli permezz ta' żvilupp lokali mmexxi mill-komunità, investimenti territorjali integrati jew għodda territorjali oħra taħt l-għażla PO5.

Mill-inqas 6 % tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, ħlief għall-assistenza teknika, għandhom jiġu allokati għal żvilupp urban sostenibbli permezz ta' żvilupp lokali mmexxi mill-komunità, investimenti territorjali integrati jew għodda territorjali oħra taħt l-għażla PO5 li jinkorpora minn PO1 sa PO5.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-FEŻR għandu jappoġġa wkoll l-Inizjattiva Urbana Ewropea, implimentata mill-Kummissjoni f'ġestjoni diretta u indiretta.

Il-FEŻR għandu jappoġġa wkoll l-Inizjattiva Urbana Ewropea.

Ġustifikazzjoni

L-aġenda urbana hija l-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri: il-prinċipju tas-sussidjarjetà jrid jiġi garantit.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (26.10.2018)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni

(COM(2018)0372 – C8-0227/2018 – 2018/0197(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Kateřina Konečná

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fit-2 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni adottat proposta għall-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss għall-perjodu 2021-2027. Dan jinkludi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR") u l-Fond ta' Koeżjoni (FK).

B'mod ġenerali, ir-Rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni, li tissimplifika l-proċeduri kumplessi assoċjati mal-FEŻR u mal-FK u tespandi l-miżuri ta' appoġġ fir-rigward tal-objettivi ekoloġiċi u klimatiċi. B'mod partikolari, hija tappoġġa investimenti ogħla għal Ewropa aktar ekoloġika u b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, bħal miżuri ta' effiċjenza tal-enerġija u ta' ekonomija ċirkolari, l-iżvilupp ta' sistemi enerġija intelliġenti, grilji u ħażniet, il-promozzjoni ta' ġestjoni sostenibbli tal-ilma u t-tnaqqis tat-tniġġis.

Madankollu, hemm bżonn li jiġi żgurat finanzjament miżjud għall-modernizzazzjoni u l-iżvilupp neċessarji tal-infrastruttura tal-Istati Membri sabiex jintlaħqu l-miri ambizzjużi ġodda kollha ambjentali, tal-enerġija, tal-ġestjoni tal-iskart u l-miri dwar il-klima tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi. L-appoġġ ta' proġetti kofinanzjati minn dawn il-fondi huwa vitali speċjalment fir-reġjuni li l-iżvilupp tagħhom għadu lura. Barra minn hekk, f'ħafna pajjiżi l-FEŻR u l-FK jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tal-investiment pubbliku – u mingħajr dan il-kofinanzjament, l-Istati Membri rispettivi ma jkollhomx il-kapaċità finanzjarja biex jagħmlu investimenti bħal dawn.

Fir-rigward tal-finanzjament, ir-Rapporteur temmen li t-tnaqqis propost (bin-nofs) tal-FK huwa sinifikanti meta mqabbel mal-perjodu ta' programmazzjoni attwali. Fl-istess ħin, l-ammont li għandu jiġi ttrasferit mill-FK għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) huwa daqs l-ammont ittrasferit fil-perjodu ta' programmazzjoni attwali 2014-2020. Peress li l-flus mill-FK, fost l-oħrajn, huma mistennija jiffinanzjaw ukoll proġetti klimatiċi u ambjentali, u b'hekk jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-UE, ir-Rapporteur ma temminx li t-tnaqqis tal-allokazzjoni tal-FK li għandu jiġi ġestit taħt il-ġestjoni kondiviża huwa adegwat. Kwalunkwe trasferiment mill-FK lejn il-FNE għandu jkun ibbażat fuq analiżi profonda tal-Kummissjoni li tappoġġa u ma ddgħajjifx il-kapaċità tal-Istati Membri li jilħqu l-objettivi ambjentali u klimatiċi tagħhom. Is-sehem tal-fondi trasferiti lejn il-FNE għandu jkun proporzjonalment ugwali għat-trasferiment fil-perjodu ta' programmazzjoni attwali (jiġifieri jitnaqqas b' 50 %) u għandu jkun disponibbli għall-Istat Membru matul il-perjodu kollu ta' programmazzjoni.

Fil-fehma tagħha, l-użu tal-FEŻR u tal-FK għandu jittejjeb billi l-investimenti tal-politika ta' koeżjoni jiġu konnessi aktar mill-qrib mal-pjanijiet ġenerali tal-Istati Membri biex jintlaħqu l-miri tal-2030, fil-kuntest ta' perkors li jwassal għal dekarbonizzazzjoni aktar fit-tul tal-ekonomija tal-UE. F'dan ir-rigward, ir-Rapporteur tipproponi żieda fir-riżorsi taħt l-Għanijiet ta' Politika 2 (PO2) li jiġġieldu kontra l-effetti tat-tibdil fil-klima.

Is-settur tat-trasport tal-UE bħalissa qed iħabbat wiċċu ma' trasformazzjonijiet fundamentali. Se jkun jeħtieġ li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport. L-emissjonijient ta' sustanzi li jniġġsu l-arja mit-trasport jeħtieġ li jitnaqqsu mingħajr ebda dewmien. Barra minn hekk, l-użu ta' vetturi b'emissjonijiet baxxi jew mingħajr emissjonijiet jeħtieġ li jiżdied. Madankollu, m'hemmx l-infrastruttura xierqa għal dawn il-vetturi. 76 % tal-punti tal-iċċarġjar kollha jinsabu biss f'erba' Stati Membri, li jkopru biss 27 % tal-erja tas-superfiċje totali tal-UE. Tranżizzjoni ta' suċċess lejn mobilità b'emissjonijiet baxxi tirrikjedi qafas ta' politika koerenti għal vetturi, infrastrutturi u grilji tal-elettriku, fejn inċentivi ekonomiċi u tal-impjieg jiġu kkumbinati madwar l-UE, fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali. Ir-Rapporteur tqis li huwa meħtieġ li l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom jiġu offruti l-opportunità li jiffinanzjaw l-iżvilupp tal-infrastruttura tagħhom għal vetturi b'emissjonijiet baxxi minn kull sors possibbli tal-Unjoni, inklużi kemm l-FEŻR kif ukoll il-FK. Infrastruttura tal-iċċarġjar u tar-riforniment trid tiġi stabbilita malajr. F'dan ir-rigward, ir-Rapporteur tipproponi li l-objettiv ta' mobilità urbana multimodali sostenibbli jiġi promoss minn Objettiv ta' Politika 3 (PO3) għal Objettiv ta' Politika 2 (PO2), fejn ir-riżorsi huma allokati bħalissa u fejn hemm aktar pressjoni fuq l-Istati Membri biex jintlaħqu l-miri ambjentali. Hija tal-fehma li t-tranżizzjoni lejn mobilità b'emissjonijiet baxxi hija aktar konnessa mal-għan globali Ewropew ta' emissjonijiet baxxi tal-karbonju milli ma' miri ta' konnettività.

Ir-riskju ta' nixfiet f'diversi reġjuni tal-UE qed jiżdied minħabba t-tibdil fil-klima; Għalhekk, il-ħarsien tar-riżorsi tal-ilma, tal-ekosistemi tal-ilma u tal-ilma għax-xorb u għall-għawm jirrappreżenta s-sisien tal-protezzjoni ambjentali fl-Ewropa. F'dawn l-aħħar snin, l-Ewropa sofriet aktar minn 100 għargħar kbir. Minbarra l-ħsara ekonomika u soċjali, l-għargħar jista' jkollu konsegwenzi ambjentali gravi. Ir-Rapporteur temmen li hija meħtieġa promozzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-ilma, li tinkludi miżuri kontra n-nixfa u l-għargħar.

L-istorbju dannuż jista' jaffettwa kważi kull aspett tal-ħajja ta' persuna. Livelli għoljin kontinwi ta' storbju jistgħu jikkawżaw problemi tas-saħħa u żieda fl-istress. Livelli għoljin ta' storbju jistgħu wkoll jaffettwaw b'mod negattiv lill-ekosistemi kollha. It-tniġġis tad-dawl huwa ta' ħsara għas-saħħa wkoll. Dan jaħli l-enerġija, iżid l-emissjonijiet tal-karbonju u konsegwentement iżid l-ispejjeż għall-konsumaturi. Id-dawl artifiċjali jaffettwa wkoll lill-flora u lill-fawna b'modi differenti. Għalhekk, ir-Rapporteur tistabbilixxi proposta dwar miżuri fil-qasam tat-tnaqqis tat-tniġġis akustiku u tad-dawl.

Il-politika ta' koeżjoni hi element ewlieni biex l-ekonomija ċirkolari tiġi ttrasformata f'realtà. Ir-Rapporteur temmen li l-pajjiżi inqas żviluppati għandu jkollhom l-opportunità li jimmodernizzaw il-faċilitajiet attwali tagħhom għat-trattament tal-iskart residwu sabiex jilħqu l-miri tal-ekonomija ċirkolari. Il-modernizzazzjoni tal-faċilitajiet attwali fil-prattika hija inqas ekonomikament diffiċli mill-iżvilupp ta' faċilità ġdida u, fl-aħħar mill-aħħar, ħafna drabi hija aktar fattibbli għal pajjiżi b'baġits limitati filwaqt li fl-istess ħin toffri impatt ambjentali pożittiv reali.

70 % tal-Ewropej iridu li l-UE tagħmel aktar sforzi għas-saħħa u għal kwistjonijiet soċjali. Ir-Rapporteur tqajjem dubji dwar il-valur miżjud tal-inklużjoni tal-Programm tas-Saħħa tal-UE f'FSE+ imkabbar. Hija tiddeplora t-tnaqqis bi 8 % propost fil-finanzjament tas-saħħa meta mqabbel mal-perjodu 2014-2020. Barra minn hekk, il-politika ta' koeżjoni għandha tikkontribwixxi wkoll għat-titjib tal-istatus tas-saħħa taċ-ċittadini tal-Unjoni. Fil-fehma tar-Rapporteur, jistgħu jinħolqu sinerġiji mal-FSE+ u l-parti tiegħu dwar is-saħħa, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fi ħdan l-eżerċizzju tas-Semestru Ewropew, jekk ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż jiffokaw dejjem aktar fuq kwistjonijiet relatati mas-saħħa. Programmi operattivi kofinanzjati mill-FEŻR u mill-Fond ta' Koeżjoni għandhom ikunu mfassla sabiex javvanzaw l-aċċess għall-kura tas-saħħa. Ir-Rapporteur tenfasizza wkoll li huwa meħtieġ it-trawwim tal-iżvilupp integrat soċjali, ekonomiku u ambjentali, il-wirt kulturali, is-sigurtà u s-saħħa fiż-żoni urbani, rurali u kostali. Kooperazzjoni aktar profonda mal-pazjenti jew l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti huma wkoll meħtieġa fil-qasam tal-investimenti ta' suċċess b'rabta mas-saħħa.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR") huwa maħsub sabiex jgħin fil-korrezzjoni tal-iżbilanċi reġjonali ewlenin li hemm fl-Unjoni. Skont dan l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u għat-tnaqqis fir-ritard tal-iżvilupp tar-reġjuni l-anqas favoriti, li fosthom għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti bħar-reġjuni tat-tramuntana mbiegħda b'densità ta' popolazzjoni baxxa ħafna, u gżejjer, reġjuni transfruntiera u reġjuni muntanjużi.

(1)  L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR") huwa maħsub sabiex jgħin fil-korrezzjoni tal-iżbilanċi reġjonali ewlenin li hemm fl-Unjoni. Skont dan l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, huwa meħtieġ li l-FEŻR jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u għat-tnaqqis fir-ritard tal-iżvilupp tar-reġjuni l-anqas favoriti, li fosthom trid tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti bħar-reġjuni tat-tramuntana mbiegħda b'densità ta' popolazzjoni baxxa ħafna, u gżejjer, reġjuni transfruntiera u reġjuni muntanjużi.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-prinċipji orizzontali stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE") u fl-Artikolu 10 TFUE, inkluż il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE, jenħtieġ li jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u jiżguraw l-aċċessibbiltà f'konformità mal-Artikolu 9 tiegħu u f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw biex jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u tintegra l-perspettiva tal-ġeneru, kif ukoll jikkumbattu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li ll-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta' segregazzjoni. Jenħtieġ li l-objettivi tal-FERŻ u l-Fond ta' Koeżjoni jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju li min iniġġes iħallas. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw l-impriżi għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 TFUE.

(5)  Il-prinċipji orizzontali stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE") u fl-Artikoli 7 u 11 tat-TFUE, inkluż il-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE, jenħtieġ li jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u jiżguraw l-aċċessibbiltà f'konformità mal-Artikolu 9 tiegħu u f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw biex jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u tintegra l-perspettiva tal-ġeneru, kif ukoll jikkumbattu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li l-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta' segregazzjoni. Jenħtieġ li l-objettivi tal-FERŻ u l-Fond ta' Koeżjoni jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba u jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) tat-TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju li min iniġġes iħallas. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw l-impriżi jridu jikkonformaw mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a)  Jenħtieġ li, fil-livell nazzjonali, jintlaħqu konċentrazzjonijiet tematiċi skont dan ir-Regolament filwaqt li jippermettu flessibilità fir-rigward tal-programmi operattivi u bejn kategoriji differenti ta' reġjuni. Konċentrazzjonijiet tematiċi jistgħu jiġu adattati, fejn xieraq, f'konformità mar-riżorsi maħsuba għal prijoritajiet ta' investiment emerġenti mill-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju. Il-livell ta' konċentrazzjoni tematika jenħtieġ li jikkunsidra l-livell ta' żvilupp tar-reġjuni individwali, il-livelli ta' finanzjament u l-ħtiġijiet speċifiċi ta' reġjuni li l-PDG per capita tagħhom kien utilizzat bħala kriterju ta' eliġibilità għall-perjodu 2014-2020.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a)  Fid-dawl tal-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri t-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni bil-ħsieb li jkun promoss l-iżvilupp sostenibbli, jenħtieġ li jkunu meqjusa d-disparitajiet fl-iżvilupp reġjonali, il-grad li fih reġjuni inqas vantaġġati qed jaqtgħu lura u r-riżorsi limitati disponibbli għal ċerti Stati Membri jew reġjuni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  Bi qbil mal-impenji tal-Unjoni taħt il-Ftehim ta' Pariġi u skont is-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali, fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ġew introdotti miri ġodda u ambizzjużi għall-ambjent, l-enerġija, il-ġestjoni tal-iskart u l-klima. Sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna jilħqu dawk il-miri u jkomplu l-iżvilupp u l-modernizzazzjoni meħtieġa tal-infrastruttura fir-reġjuni tagħhom, jenħtieġ li jiġi żgurat finanzjament adegwat. Dik it-tranżizzjoni strutturali jkollha impatt sinifikanti fuq l-impjiegi u t-tkabbir fl-Istati Membri u r-reġjuni. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu permessi l-miżuri ta' appoġġ kollha possibbli taħt dawk il-miri speċifiċi kollha.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Filwaqt li jirriflettu l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Fondi se jikkontribwixxu biex jintegraw azzjonijiet klimatiċi u għall-kisba ta' mira ġenerali ta' 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-operazzjonijiet taħt il-FEŻR huma mistennija li jikkontribwixxu għal 30 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-FEŻR għall-objettivi tal-klima. L-operazzjonijiet taħt il-Fond ta' Koeżjoni huma mistennija li jikkontribwixxu għal 37 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Fond ta' Koeżjoni għall-objettivi tal-klima.

(14)  Filwaqt li jirriflettu l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, u sabiex jikkontribwixxu biex ikunu ffinanzjati azzjonijiet meħtieġa li jridu jittieħdu fil-livell tal-UE, nazzjonali u lokali biex jintlaħqu l-impenji tal-Unjoni, il-Fondi se jikkontribwixxu biex jiġu integrati azzjonijiet klimatiċi u tinkiseb mira ġenerali ta' 30 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-operazzjonijiet taħt il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxu 35 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-FEŻR għall-objettivi tal-klima. L-operazzjonijiet taħt il-Fond ta' Koeżjoni huma mistennija li jikkontribwixxu għal 37 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Fond ta' Koeżjoni għall-objettivi tal-klima. Wara r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali 2016/31. tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-integrazzjoni tal-kwistjonijiet klimatiċi u l-mekkaniżmi tal-protezzjoni klimatika jenħtieġ li jagħmlu distinzjoni bejn mitigazzjoni u adattament, u li jiġu materjalizzati ex ante permezz tal-proċessi kollha ta' programmazzjoni u ta' ppjanar minflok sempliċement jiġu rapportati ex post.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a)  Is-settur tat-trasport tal-Unjoni bħalissa qed iħabbat wiċċu ma' trasformazzjonijiet fundamentali, minħabba li d-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni qed ibiddlu l-proċessi ta' manifattura tradizzjonali u l-ħtiġijiet tal-konsumaturi. Huwa meħtieġ li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport. Huwa meħtieġ li l-emissjonijient ta' sustanzi li jniġġsu l-arja mit-trasport jitnaqqsu mingħajr dewmien. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li l-użu ta' vetturi b'emissjonijiet baxxi jew mingħajr emissjonijiet jiżdied sabiex jintlaħqu l-miri għal Unjoni aktar ekoloġika u b'livell baxx ta' karbonju. Madankollu, għad m'hemmx infrastruttura adegwata għal dawk il-vetturi u bħalissa hemm biss 100 000 punt għall-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi fl-Unjoni, b'76 % tat-total ta' punti tal-iċċarġjar li jinsabu f'4 Stati Membri, li jkopru biss 27 % tal-erja tas-superfiċje totali tal-Unjoni. Tranżizzjoni ta' suċċess lejn mobilità b'emissjonijiet baxxi teħtieġ qafas ta' politika komuni għall-vetturi, l-infrastrutturi u l-grilji tal-elettriku, fejn inċentivi ekonomiċi u tal-impjiegi jaħdmu flimkien fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali u huma appoġġati minn strumenti ta' finanzjament tal-Unjoni aktar b'saħħithom. Jeħtieġ li l-Istati Membri u r-reġjuni jingħataw l-opportunità li jiffinanzjaw l-iżvilupp tal-infrastruttura għal vetturi b'emissjonijiet baxxi minn kull sors possibbli, inklużi l-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni. Jenħtieġ li l-infrastruttura tal-iċċarġjar u tar-riforniment tiġi stabbilita malajr sabiex jiġu ssodisfati l-impenji klimatiċi tal-Unjoni taħt il-Ftehim ta' Pariġi u l-leġiżlazzjoni relatata tal-Unjoni.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14b)  Operazzjonijiet taħt il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jenħtieġ li jwasslu għal riżultati fir-rigward ta' miżuri u objettivi stipulati fil-Pjanijiet Nazzjonali Integrati għall-Enerġija u l-Klima li se jkunu żviluppati permezz tar-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, kif ukoll mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar dawn il-pjanijiet, kemm f'termini ta' kontenut kif ukoll ta' allokazzjoni finanzjarja.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a)  Il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jenħtieġ li jkunu kapaċi jappoġġaw attivitajiet u għanijiet minn strumenti oħra ta' finanzjament sabiex javvanzaw l-aċċess għas-saħħa u l-kura. Jistgħu jinħolqu sinerġiji mal-FSE+ u mal-parti tiegħu dwar is-saħħa, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, kif ukoll is-Semestru Ewropew u r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż li jiffukaw dejjem aktar fuq kwistjonijiet relatati mas-saħħa.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Jenħtieġ li l-FEŻR jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fl-Unjoni u biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u dawk ir-reġjuni li l-aktar għadhom lura u li huma anqas favoriti, inklużi dawk li qed jaffaċċjaw sfidi minħabba l-impenji ta' dekarbonizzazzjoni. Jenħtieġ li l-appoġġ tal-FEŻR taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għalhekk jiġi kkonċentrat fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni f'konformità mal-objettivi tal-politika stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/xxx [CPR il-ġdid]. Jenħtieġ li għalhekk l-appoġġ mill-FEŻR jikkonċentra fuq l-objettivi ta' politika ta' "Ewropa intelliġenti billi jippromwovi t-trasformazzjoni ekonomika, intelliġenti u innovattiva" u "Ewropa ekoloġika, b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju permezz tal-promozzjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju". Jenħtieġ li din il-konċentrazzjoni tematika tintlaħaq fuq livell nazzjonali filwaqt li tippermetti flessibbiltà fil-livell tal-programmi individwali u bejn tliet gruppi ta' Stati Membri ffurmati skont id-dħul nazzjonali gross rispettiv. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-metodoloġija biex tikklassifika lill-Istati Membri tiġi stabbilita bir-reqqa b'kont meħud tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda.

(17)  Jenħtieġ li l-FEŻR jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fl-Unjoni u biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u dawk ir-reġjuni li l-aktar għadhom lura u li huma anqas favoriti, inklużi dawk li qed jaffaċċjaw sfidi minħabba l-impenji ta' dekarbonizzazzjoni. Jenħtieġ li l-appoġġ tal-FEŻR taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għalhekk jiġi kkonċentrat fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni f'konformità mal-objettivi tal-politika stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/xxx [CPR il-ġdid]. Jenħtieġ li għalhekk l-appoġġ mill-FEŻR jikkonċentra fuq l-objettivi ta' politika ta' "Ewropa intelliġenti billi jippromwovi t-trasformazzjoni ekonomika, intelliġenti u innovattiva" u "Ewropa ekoloġika, b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju permezz tal-promozzjoni tat-tranżizzjoni lejn enerġija u trasport nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima, ġestjoni sostenibbli tal-ilma u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju". Jenħtieġ li din il-konċentrazzjoni tematika tintlaħaq fuq livell nazzjonali filwaqt li tippermetti flessibbiltà fil-livell tal-programmi individwali u bejn tliet gruppi ta' Stati Membri ffurmati skont id-dħul nazzjonali gross rispettiv. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-metodoloġija biex tikklassifika lill-Istati Membri tiġi stabbilita bir-reqqa b'kont meħud tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17a)  Jenħtieġ li jitqiesu l-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom ċerti awtoritajiet lokali u reġjonali sottoffinanzjati taħt sistema amministrattiva ċentralizzata. Diffikultajiet kbar ħafna f'termini ta' kofinanzjament ta' proġett qegħdin inaqqru l-użu tal-fond ta' koeżjoni f'dawk ir-reġjuni li l-aktar għandhom bżonn ta' investiment biex inaqqsu d-disparitajiet soċjoekonomiċi u territorjali.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex jikkonċentra l-appoġġ fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni, huwa wkoll xieraq li rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika jenħtieġ li jiġu rispettati matul il-perjodu ta' programmar, inkluż fil-każ ta' trasferiment bejn il-prijoritajiet fi programm jew bejn il-programmi.

(18)  Sabiex jinkisbu l-objettivi tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-konċentrazzjoni tematika tkun flessibbli biżżejjed biex tadatta għall-ħtiġijiet ta' kull reġjun, filwaqt li tippermetti l-Unjoni tappoġġa t-trasferiment bejn il-prijoritajiet fi programm jew bejn il-programmi. B'dan il-mod, jiġu evitati żbilanċi addizzjonali jew disparitajiet aktar serji ta' żvilupp bejn ir-reġjuni.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24a)  Jenħtieġ li jittejbu aktar l-effikaċja tal-istituzzjonijiet pubbliċi u tal-partijiet ikkonċernati u l-effiċjenza amministrattiva permezz ta' assistenza teknika u finanzjarja addizzjonali biex jiġu allinjati s-setturi tas-servizzi pubbliċi li huma fil-mira ta' miżuri mill-FEŻR u l-FK.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26a)  Sabiex jinkisbu l-objettivi stabbiliti, jenħtieġ li jittieħdu miżuri li jippromwovu mobilità reġjonali jew lokali jew inaqqsu t-tniġġis tal-arja u mill-istorbju.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 26b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26b)  Jenħtieġ li jittieħdu miżuri li jippromwovu modi ta' trasport nodfa, sostenibbli u sikuri.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-1.  Dan ir-Regolament se jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' appoġġ li għandu l-għan li jsaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali billi jirrimedja u billi jnaqqas ir-ritard tar-reġjuni l-anqas favoriti, li fosthom għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti bħar-reġjuni ultraperiferiċi, ir-reġjuni tat-tramuntana mbiegħda b'densità ta' popolazzjoni baxxa ħafna, u gżejjer, reġjuni transfruntiera u reġjuni muntanjużi.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  F'konformità mal-objettivi ta' politika stabbiliti fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid], il-FEŻR għandu jappoġġa l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

1.  F'konformità mal-objettivi ta' politika stabbiliti fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid], il-FEŻR għandu jappoġġa l-objettivi speċifiċi li ġejjin, filwaqt li jqis il-ħtieġa għal investiment u infrastruttura speċifiċi f'kull Stat Membru:

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "ekonomija aktar ekoloġika, Ewropa li ftit li xejn tipproduċi karbonju billi tippromwovi t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiċi u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju ('PO 2') permezz

(b)  "ekonomija aktar ekoloġika, Ewropa li ftit li xejn tipproduċi karbonju billi tippromwovi t-tranżizzjoni lejn enerġija u trasport nodfa u ġusti, investiment ekoloġiċi u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju ('PO 2') permezz

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  tal-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni tar-riskji u r-reżiljenza għad-diżastri;

(iv)  tal-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni tar-riskji, tan-nirien u tal-għargħar, ir-reżiljenza għad-diżastri u interventi kontra l-istabilità idroġeoloġika;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v)  tal-promozzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-ilma;

(v)  tal-promozzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-ilma, inklużi miżuri li jiġġieldu u jipprevjenu n-nixfa u l-għargħar, u ġestjoni tal-iskart sostenibbli;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt vi

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vi)  tal-promozzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari;

(vi)  tal-promozzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, b'mod partikolari lejn il-kisba tal-miri tar-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid tal-iskart kif definiti fid-Direttiva (UE) 2018/851 u d-Direttiva (UE) 2018/852, kif ukoll il-miri għat-tnaqqis tar-rimi fil-miżbliet kif definiti fid-Direttiva (UE) 2018/850;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu  2 – paragrafu 1 – punt b – punt vii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vii)  tat-tisħiħ tal-bijodiversità, l-infrastruttura ekoloġika fl-ambjent urban u t-tnaqqis tat-tniġġis;

(vii)  tat-tisħiħ tal-bijodiversità, l-infrastruttura ekoloġika fl-ambjent urban u t-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja, tal-ilma, tal-ħamrija, tal-istorbju u tad-dawl;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt viia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

viia)  il-promozzjoni ta' mobilità urbana multimodali sostenibbli, inkluża infrastruttura għal mobilità b'emissjonijiet baxxi;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt viia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

viia)  il-promozzjoni tal-investiment fis-settur tal-iskart sabiex ikunu ssodisfati r-rekwiżiti ambjentali stabbiliti tal-Unjoni, speċjalment fl-Istati Membri fejn dawk ir-rekwiżiti qed jinqabżu;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt viib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(viib)  il-promozzjoni tal-investiment fis-settur tal-ilma sabiex ikunu ssodisfati r-rekwiżiti ambjentali stabbiliti tal-Unjoni, speċjalment fl-Istati Membri fejn dawk ir-rekwiżiti qed jinqabżu;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  jiġi żgurat aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura, inkluża kura primarja;

(iv)  jiġi żgurat aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura, kampanja ta' sensibilizzazzjoni inkluża kura primarja;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  tat-trawwim tal-iżvilupp integrat soċjali, ekonomika u ambjentali, il-wirt kulturali u s-sigurtà fiż-żoni urbani;

(i)  tat-trawwim tal-iżvilupp integrat soċjali, ekonomika u ambjentali, il-wirt kulturali, is-sigurtà u s-saħħa fiż-żoni urbani;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  trawwim soċjali, ekonomiku u ambjentali integrat ta' żvilupp lokali, il-wirt kulturali u s-sigurtà, inkluż għal żoni rurali u kostali kif ukoll permezz ta' żvilupp lokali mmexxi mill-komunità.

(ii)  trawwim soċjali, ekonomiku u ambjentali integrat ta' żvilupp lokali, il-wirt kulturali, is-sigurtà u s-saħħa, inkluż għal żoni rurali u kostali kif ukoll permezz ta' żvilupp lokali mmexxi mill-komunità.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  itejbu l-kapaċità tal-awtoritajiet tal-programm, u korpi marbuta mal-implimentazzjoni tal-Fondi;

(a)  permezz ta' għajnuna teknika u finanzjarja, itejbu l-kapaċità tal-awtoritajiet tal-programm, u korpi marbuta mal-implimentazzjoni tal-Fondi, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  L-Istati Membri tal-grupp 2 għandhom jallokaw mill-inqas 45 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u mill-inqas 30 % għal PO 2;

(b)  L-Istati Membri tal-grupp 2 għandhom jallokaw mill-inqas 40 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u mill-inqas 35 % għal PO 2;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  L-Istati Membri tal-grupp 3 għandhom jallokaw mill-inqas 35 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO  1 u mill-inqas 30 % għal PO 2.

(c)  L-Istati Membri tal-grupp 3 għandhom jallokaw mill-inqas 35 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u mill-inqas 35 % għal PO 2.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  investimenti produttivi fl-SMEs;

(c)  investimenti produttivi fl-SMEs, skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  investiment fir-rikonverżjoni ta' reġjuni industrijali f'deklin u reġjuni li l-iżvilupp tagħhom għadu lura;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn intrapriżi li mhumiex SMEs jikkooperaw ma' SMEs f'miżuri ta' effiċjenza enerġetika, ekonomija b'livell baxx ta' karbonju jew attivitajiet ta' ekonomija ċirkolari appoġġati taħt il-punti (b) (i), (iii), (vi) u (vii) tal-Artikolu 2(1), investimenti produttivi jistgħu jkunu appoġġati meta jiġu pprovduti permezz ta' strumenti finanzjarji.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa)  investimenti f'faċilitajiet tas-saħħa u l-kura, inkluża l-kura integrata u l-kura primarja;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ab)  investimenti f'miżuri li jippromwovu l-effiċjenza fl-enerġija u l-użu ta' enerġija rinnovabbli, filwaqt li jiffokaw fuq il-ħtiġijiet speċifiċi ta' djar u bini residenzjali;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw bilanċ xieraq bejn l-investimenti taħt il-punti (a) u (b).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw bilanċ xieraq bejn l-investimenti taħt il-punti (a), (aa), (ab) u (b).

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika (inkluż il-kanċellazzjoni totali jew parzjali) ta' assistenza approvata mill-Kummissjoni skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1300/2013 u (UE) Nru 1301/2013, jew kwalunkwe att adottat skont dawn.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Talbiet għal assistenza mressqa jew approvati skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1300/2013 u (UE) Nru 1301/2013 għandhom jibqgħu validi.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – sottotitolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Objettiv ta' politika

Outputs

Riżultati

(1)

(2)

(3)

2. Ewropa aktar ekoloġika, bl-użu ta' anqas karbonju, permezz tal-promozzjoni ta' tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju

RCO 18 - Unitajiet domestiċi appoġġati biex itejbu l-prestazzjoni fl-użu tal-enerġija ta' fejn joqogħdu

RCR 26 - Konsum finali annwali tal-enerġija (li minnu: residenzjali, privat mhux residenzjali, pubbliku mhux residenzjali)

RCO 19 - Bini pubbliku appoġġat biex itejjeb il-prestazzjoni fl-użu tal-enerġija

RCO 27 - Unitajiet domestiċi bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija ta' fejn joqogħdu

RCO 20 - Linji ta' tisħin distrettwali kostruwiti ġodda jew imtejba

RCR 28 - Bini bi klassifikazzjoni tal-enerġija mtejba (li minnu: residenzjali, privat mhux residenzjali, pubbliku mhux residenzjali)

RCR 29 - Stima tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra*

RCR 30 - Impriżi bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija

RCO 22 - Kapaċità tal-produzzjoni addizzjonali tal-enerġija rinnovabbli (li minnha: elettrika, termali)

RCR 31 - Produzzjoni totali tal-enerġija rinnovabbli (li minnha: elettrika, termali)

RCO 97 - Għadd ta' komunitajiet tal-enerġija u komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli appoġġati*

RCR 32 – Enerġija rinnovabbli: Il-kapaċità konnessa mal-grilja (operazzjonali)*

RCO 23 - Sistemi ta' ġestjoni diġitali għall-grilji intelliġenti

RCR 33 - Utenti konnessi ma' grilji intelliġenti

RCO 98 - Unitajiet domestiċi appoġġati biex jużaw il-grilji tal-enerġija intelliġenti

RCR 34 - Kollokazzjoni ta' proġetti għal grilji intelliġenti

RCO 24 - Sistemi ta' tħejjija, ġodda jew imtejba, għal sistemi ta' monitoraġġ, tħejjija, twissija u reazzjoni għad-diżastri*

RCR 35 - Għadd totali ta' persuni li jibbenefikaw minn miżuri ta' protezzjoni kontra l-għarar

RCO 25 - Sistemi ta' protezzjoni ta' żoni kostali, ta' żoni biswit xmajjar u lagi, u kontra l-valangi, mibnija ġodda jew ikkonsolidati għall-protezzjoni tan-nies, l-assi u l-ambjent naturali

RCR 36 - Għadd totali ta' persuni li jibbenefikaw minn miżuri ta' protezzjoni kontra n-nirien fil-foresti

RCO 26 - Infrastruttura ekoloġika mibnija għall-adatament għat-tibdil fil-klima

RCR 37 - Għadd totali ta' persuni li jibbenefikaw minn miżuri ta' protezzjoni kontra diżastri naturali marbuta mal-klima (għajr għargħar u nirien fil-foresta)

RCO 27 - Strateġiji nazzjonali/reġjonali/lokali li jindirizzaw l-adattament għat-tibdil fil-klima

RCR 96 – Għadd totali ta' persuni li jibbenefikaw minn miżuri ta' protezzjoni kontra riskji naturali mhux marbuta mal-klima u riskji marbuta ma' attivitajiet tal-bniedem*

RCO 28 - Żoni koperti minn miżuri ta' protezzjoni kontra n-nirien fil-foresti

RCR 38 - Żmien medju stmat meħtieġ għal reazzjoni għal sitwazzjonijiet ta' diżastru*

RCO 30 - Tul ta' pajpijiet ġodda jew konsolidati għal konnessjonijiet ta' provvista tal-ilma għall-unitajiet domestiċi

RCR 41 - Għadd totali ta' persuni konnessi ma' provvista tal-ilma mtejba

RCO 31 - Tul ta' netwerks ta' ġbir ta' drenaġġ mibnija ġodda jew konsolidati

RCR 42 - Għadd totali ta' persuni konnessi ma' mill-anqas impjant ta' trattament tal-ilma tat-tieni klassi

RCO 32 - Kapaċità ġdida jew imtejba għat-trattament tal-ilma tad-drenaġġ

RCR 43 - Telf ta' ilma

RCR 44 - Ilma tad-drenaġġ ittrattat kif imiss

RCO 34 - Kapaċità addizzjonali għar-riċiklaġġ tal-iskart

RCR 46 - Għadd ta' nies servuti minn faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-iskart kif ukoll sistemi żgħar ta' mmaniġġar tal-iskart

RCR 47 - Skart riċiklat

RCR 48 - Skart riċiklat użat bħala materja prima

RCR 49 - Skart irkuprat

RCO 36 - Daqs taż-żona ta' infrastruttura ekoloġika appoġġata f'żoni urbani

RCR 50 - Għadd ta' nies li jibbenefikaw minn miżuri għall-kwalità tal-arja

RCO 37 - Daqs taż-żona ta' siti Natura 2000 koperti minn miżuri ta' protezzjoni u restawr skont il-qafas ta' azzjoni prijoritizzata

RCR 95 - Għadd totali ta' persuni li għandhom aċċess għal infrastruttura ekoloġika ġdida jew imtejba f'żoni urbani

RCO 99 - Daqs taż-żona 'il barra minn siti ta' Natura 2000, koperta minn miżuri ta' protezzjoni u restawr.

RCR 51 - Għadd totali ta' persuni li jibbenefikaw minn miżuri għat-tnaqqis tal-istorbju

RCO 38 - Daqs taż-żona ta' art rijabilitata appoġġata

RCR 52 - Art rijabilitata użata għal żoni ekoloġiċi, akkomodazzjoni soċjali, attivitajiet ekonomiċi jew tal-komunità

RCO 39 - Sistemi installati għall-monitoraġġ tat-tniġġis fl-arja

Emenda

Objettiv ta' politika

Outputs

Riżultati

(1)

(2)

(3)

2. Ewropa aktar ekoloġika, bl-użu ta' anqas karbonju, permezz tal-promozzjoni ta' tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju

RCO 18 - Unitajiet domestiċi appoġġati biex itejbu l-prestazzjoni fl-użu tal-enerġija ta' fejn joqogħdu

RCR 26 - Konsum finali annwali tal-enerġija (li minnu: residenzjali, privat mhux residenzjali, pubbliku mhux residenzjali)

RCO 19 - Bini pubbliku appoġġat biex itejjeb il-prestazzjoni fl-użu tal-enerġija

RCO 27 - Unitajiet domestiċi bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija ta' fejn joqogħdu

RCO 20 - Linji ta' tisħin distrettwali kostruwiti ġodda jew imtejba

RCR 28 - Bini bi klassifikazzjoni tal-enerġija mtejba (li minnu: residenzjali, privat mhux residenzjali, pubbliku mhux residenzjali)

RCR 29 - Stima tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra*

RCR 30 - Impriżi bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija

RCO 22 - Kapaċità tal-produzzjoni addizzjonali tal-enerġija rinnovabbli (li minnha: elettrika, termali)

RCR 31 - Produzzjoni totali tal-enerġija rinnovabbli (li minnha: elettrika, termali)

RCO 97 - Għadd ta' komunitajiet tal-enerġija u komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli appoġġati*

RCR 32 – Enerġija rinnovabbli: Il-kapaċità konnessa mal-grilja (operazzjonali)*

RCO 23 - Sistemi ta' ġestjoni diġitali għall-grilji intelliġenti

RCR 33 - Utenti konnessi ma' grilji intelliġenti

RCO 98 - Unitajiet domestiċi appoġġati biex jużaw il-grilji tal-enerġija intelliġenti

RCR 34 - Kollokazzjoni ta' proġetti għal grilji intelliġenti

RCO 24a — Miżuri biex jiġu miġġielda n-nixfa u l-għargħar

RCR 35 - Għadd totali ta' persuni li jibbenefikaw minn miżuri ta' protezzjoni kontra l-għarar jew in-nixfa

RCO 24 - Sistemi ta' tħejjija, ġodda jew imtejba, għal sistemi ta' monitoraġġ, tħejjija, twissija u reazzjoni għad-diżastri*

RCR 36 - Għadd totali ta' persuni li jibbenefikaw minn miżuri ta' protezzjoni kontra n-nirien fil-foresti

RCO 25 - Sistemi ta' protezzjoni ta' żoni kostali, ta' żoni biswit xmajjar u lagi, u kontra l-valangi, mibnija ġodda jew ikkonsolidati għall-protezzjoni tan-nies, l-assi u l-ambjent naturali

RCR 37 - Għadd totali ta' persuni li jibbenefikaw minn miżuri ta' protezzjoni kontra diżastri naturali marbuta mal-klima (għajr għargħar u nirien fil-foresta)

RCO 26 - Infrastruttura ekoloġika mibnija għall-adatament għat-tibdil fil-klima

RCR 96 – Għadd totali ta' persuni li jibbenefikaw minn miżuri ta' protezzjoni kontra riskji naturali mhux marbuta mal-klima u riskji marbuta ma' attivitajiet tal-bniedem*

RCO 27 - Strateġiji nazzjonali/reġjonali/lokali li jindirizzaw l-adattament għat-tibdil fil-klima

RCR 38 - Żmien medju stmat meħtieġ għal reazzjoni għal sitwazzjonijiet ta' diżastru*

RCO 28 - Żoni koperti minn miżuri ta' protezzjoni kontra n-nirien fil-foresti

RCO 30 - Tul ta' pajpijiet ġodda jew konsolidati għal konnessjonijiet ta' provvista tal-ilma għall-unitajiet domestiċi

RCR 41 - Għadd totali ta' persuni konnessi ma' provvista tal-ilma mtejba

RCO 31 - Tul ta' netwerks ta' ġbir ta' drenaġġ mibnija ġodda jew konsolidati

RCR 42 - Għadd totali ta' persuni konnessi ma' mill-anqas impjant ta' trattament tal-ilma tat-tieni klassi

RCO 32 - Kapaċità ġdida jew imtejba għat-trattament tal-ilma tad-drenaġġ

RCR 43 - Telf ta' ilma

RCR 44 - Ilma tad-drenaġġ ittrattat kif imiss

RCR 45 - Kontribuzzjoni għall-irkupru tal-enerġija u materja prima mill-ilma mormi

RCR 45a – Skart muniċipali ġġenerat

RCR 45b - Skart residwali ġġenerat

RCO 34 - Kapaċità addizzjonali għar-riċiklaġġ u l-prevenzjoni tal-iskart

RCR 46 - Għadd ta' nies servuti minn faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-iskart kif ukoll sistemi u ta' mmaniġġar sostenibbli u tal-iskart żgħir

RCR 47 - Skart riċiklat

RCR 48 - Skart riċiklat użat bħala materja prima

RCR 49 - Skart użat mill-ġdid

RCO 36 - Daqs taż-żona ta' infrastruttura ekoloġika appoġġata f'żoni urbani

RCR 50 - Għadd ta' nies li jibbenefikaw minn miżuri għall-kwalità tal-arja

RCO 37 - Daqs taż-żona ta' siti Natura 2000 koperti minn miżuri ta' protezzjoni u restawr skont il-qafas ta' azzjoni prijoritizzata

RCR 95 - Għadd totali ta' persuni li għandhom aċċess għal infrastruttura ekoloġika ġdida jew imtejba f'żoni urbani

RCO 99 - Daqs taż-żona 'il barra minn siti ta' Natura 2000, koperta minn miżuri ta' protezzjoni u restawr.

RCR 51 - Għadd totali ta' persuni li jibbenefikaw minn miżuri għat-tnaqqis tal-istorbju

RCO 38 - Daqs taż-żona ta' art rijabilitata appoġġata

RCR 51a — Għadd ta' nies li jibbenefikaw minn miżuri ta' tnaqqis tat-tniġġis tad-dawl

RCO 39 - Sistemi installati għall-monitoraġġ tat-tniġġis fl-arja RCO 55 - Tul tal-linji tat-tram u tal-metro - ġodda

RCR 52 - Art rijabilitata użata għal żoni ekoloġiċi, akkomodazzjoni soċjali, attivitajiet ekonomiċi jew tal-komunità

RCO 56 - Tul tal-linji tat-tram u tal-metro - rikostruwiti/imtejba

RCR 62 - Passiġġieri tat-trasport pubbliku kull sena

RCO 57 - Materjal ferrovjarju fuq ir-roti ekoloġiku għall-użu fit-trasport pubbliku

RCR 63 - Utenti ta' linji ġodda/imtejba tat-tram u tal-metro kull sena

RCO 58 - Infrastruttura appoġġata ddedikata għas-sewqan tar-roti

RCR 64 - Utenti ta' infrastruttura ddedikata għar-roti kull sena

RCO 59 - Infrastruttura appoġġata ta' karburanti alternattivi (punti tar-riforniment/iċċarġjar)

RCR 64a -Stima tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) evitati

RCO 60 - Bliet b'sistemi ġodda jew imtejba ta' trasport urban diġitalizzat

RCO 60a — Għadd ta' punti tal-iċċarġjar veloċi tal-vetturi elettriċi

Emenda    41

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – sottotitolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Objettiv ta' politika

Outputs

Riżultati

(1)

(2)

(3)

3. Ewropa aktar konnessa bit-tisħiħ tal-mobbiltà u l-konnettività ICT reġjonali

RCO 41 - Unitajiet domestiċi addizzjonali b'aċċess għal broadband ta' kapaċità għolja ħafna

RCR 53 - Unitajiet domestiċi b'abbonamenti għall-broadband ma' netwerk ta' kapaċità għolja ħafna

RCO 42 - Impriżi addizzjonali b'aċċess għal broadband ta' kapaċità għolja ħafna

RCR 54 - Impriżi b'abbonamenti għall-broadband ma' netwerk ta' kapaċità għolja ħafna

RCO 43 - Tul ta' toroq ġodda appoġġati - TEN-T1

RCR 55 - Utenti ta' toroq ġodda, rikostruwiti jew imtejba

RCO 44 - Tul ta' toroq ġodda appoġġati - oħrajn

RCR 56 - Iffrankar ta' ħin bis-saħħa ta' infrastruttura tat-toroq imtejba

RCO 45 - Tul ta' toroq rikostruwiti jew imtejba - TEN-T

RCR 101 - Iffrankar ta' ħin bis-saħħa ta' infrastruttura mtejba tal-ferroviji

RCO 46 - Tul ta' toroq rikostruwiti jew imtejba - oħrajn

RCO 47 - Tul ta' linji tal-ferrovija ġodda appoġġati - TEN-T

RCR 57 - Tul ta' linji tal-ferrovija mgħammra bis-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju li qed joperaw

RCO 48 - Tul ta' linji tal-ferrovija ġodda appoġġati - oħrajn

RCR 58 - Għadd ta' passiġġieri li jużaw il-ferroviji appoġġati kull sena

RCO 49 - Tul ta' linji tal-ferrovija rikostruwiti jew imtejba - TEN-T

RCR 59 - Trasport ta' merkanzija bil-ferrovija

RCO 50 - Tul ta' linji tal-ferrovija rikostruwiti jew imtejba - oħrajn

RCR 60 - Trasport ta' merkanzija fil-passaġġi tal-ilma intern

RCO 51 - Tul ta' passaġġi fuq l-ilma intern ġodda jew imtejba - TEN-T

RCO 52 - Tul ta' passaġġi fuq l-ilma intern ġodda jew imtejba - oħrajn

RCO 53 - Stazzjonijiet u faċilitajiet tal-ferrovija - ġodda jew imtejba

RCO 54 - Konnessjonijiet intermodali - ġodda jew imtejba

RCO 100 - Għadd ta' portijiet appoġġati

RCO 55 - Tul tal-linji tat-tram u tal-metro - ġodda

RCR 62 - Passiġġieri tat-trasport pubbliku kull sena

RCO 56 - Tul tal-linji tat-tram u tal-metro - rikostruwiti/imtejba

RCR 63 - Utenti ta' linji ġodda/imtejba tat-tram u tal-metro kull sena

RCO 57 - Materjal ferrovjarju fuq ir-roti ekoloġiku għall-użu fit-trasport pubbliku

RCR 64 - Utenti ta' infrastruttura ddedikata għar-roti kull sena

RCO 58 - Infrastruttura appoġġata ddedikata għas-sewqan tar-roti

RCO 59 - Infrastruttura appoġġata ta' karburanti alternattivi (punti tar-riforniment/iċċarġjar)

RCO 60 - Bliet b'sistemi ġodda jew imtejba ta' trasport urban diġitalizzat

_______________

1 Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

Emenda

Objettiv ta' politika

Outputs

Riżultati

(1)

(2)

(3)

3. Ewropa aktar konnessa bit-tisħiħ tal-mobbiltà u l-konnettività ICT reġjonali

RCO 41 - Unitajiet domestiċi addizzjonali b'aċċess għal broadband ta' kapaċità għolja ħafna

RCR 53 - Unitajiet domestiċi b'abbonamenti għall-broadband ma' netwerk ta' kapaċità għolja ħafna

RCO 42 - Impriżi addizzjonali b'aċċess għal broadband ta' kapaċità għolja ħafna

RCR 54 - Impriżi b'abbonamenti għall-broadband ma' netwerk ta' kapaċità għolja ħafna

RCO 43 - Tul ta' toroq ġodda appoġġati - TEN-T1

RCR 55 - Utenti ta' toroq ġodda, rikostruwiti jew imtejba

RCO 44 - Tul ta' toroq ġodda appoġġati - oħrajn

RCR 56 - Iffrankar ta' ħin bis-saħħa ta' infrastruttura tat-toroq imtejba

RCO 45 - Tul ta' toroq rikostruwiti jew imtejba - TEN-T

RCR 101 - Iffrankar ta' ħin bis-saħħa ta' infrastruttura mtejba tal-ferroviji

RCO 46 - Tul ta' toroq rikostruwiti jew imtejba - oħrajn

RCO 47 - Tul ta' linji tal-ferrovija ġodda appoġġati - TEN-T

RCR 57 - Tul ta' linji tal-ferrovija mgħammra bis-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju li qed joperaw

RCO 48 - Tul ta' linji tal-ferrovija ġodda appoġġati - oħrajn

RCR 58 - Għadd ta' passiġġieri li jużaw il-ferroviji appoġġati kull sena

RCO 49 - Tul ta' linji tal-ferrovija rikostruwiti jew imtejba - TEN-T

RCR 59 - Trasport ta' merkanzija bil-ferrovija

RCO 50 - Tul ta' linji tal-ferrovija rikostruwiti jew imtejba - oħrajn

RCR 60 - Trasport ta' merkanzija fil-passaġġi tal-ilma intern

RCO 51 - Tul ta' passaġġi fuq l-ilma intern ġodda jew imtejba - TEN-T

RCO 52 - Tul ta' passaġġi fuq l-ilma intern ġodda jew imtejba - oħrajn

RCO 53 - Stazzjonijiet u faċilitajiet tal-ferrovija - ġodda jew imtejba

RCO 54 - Konnessjonijiet intermodali - ġodda jew imtejba

RCO 100 - Għadd ta' portijiet appoġġati

imħassar

imħassar

_______________

1 Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

Emenda    42

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – sottotitolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Objettiv ta' politika

Outputs

Riżultati

(1)

(2)

(3)

4. Ewropa iktar soċjali fl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

RCO 61 - Persuni fis-sena servuti minn faċilitajiet imtejba għal servizzi tal-impjiegi (kapaċità)

RCR 65 - Għadd fis-sena ta' persuni li qegħdin ifittxu x-xogħol li jużaw is-servizzi ta' servizzi tal-impjieg appoġġati

RCO 63 - Kapaċità ta' infrastruttura temporanja ta' akkoljenza maħluqa

RCR 66 - Okkupanza ta' infrastruttura temporanja ta' akkoljenza mibnija jew rinnovata

RCO 64 - Kapaċità ta' akkomodazzjoni rijabilitata – migranti, rifuġjati u persuni taħt protezzjoni internazzjonali jew li applikaw għaliha

RCR 67 - Okkupanza ta' akkomodazzjoni rijabilitata – migranti, rifuġjati u persuni taħt protezzjoni internazzjonali jew li applikaw għaliha

RCO 65 - Kapaċità ta' akkomodazzjoni rijabilitata - oħrajn

RCR 68 - Okkupanza ta' akkomodazzjoni rijabilitata - other

RCO 66 - Kapaċità fil-klassijiet f'infrastruttura appoġġata tal-indukrar tat-tfal (ġdida jew imtejba)

RCR 70 - Għadd annwali ta' tfal li jużaw infrastruttura appoġġata tal-indukrar tat-tfal

RCO 67 - Kapaċità fil-klassijiet f'infrastruttura appoġġata tal-edukazzjoni (ġdida jew imtejba)

RCR 71 - Għadd annwali ta' studenti li jużaw infrastruttura appoġġata tal-edukazzjoni

RCO 69 - Kapaċità ta' infrastruttura appoġġata tal-kura tas-saħħa

RCR 72 - Persuni b'aċċess għal servizzi mtejba ta' kura tas-saħħa

RCO 70 - Kapaċità ta' infrastruttura soċjali appoġġata (barra l-akkomodazzjoni)

RCR 73 - Għadd annwali ta' persuni li jużaw il-faċilitajiet appoġġati tal-kura tas-saħħa

RCR 74 - Għadd ta' persuni li jużaw il-faċilitajiet appoġġati tal-kura soċjali kull sena

RCR 75 - Żmien medju meħtieġ biex tingħata reazzjoni fil-każ ta' emerġenzi mediċi fil-qasam appoġġat

Emenda

Objettiv ta' politika

Outputs

Riżultati

(1)

(2)

(3)

4. Ewropa iktar soċjali fl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

RCO 61 - Persuni fis-sena servuti minn faċilitajiet imtejba għal servizzi tal-impjiegi (kapaċità)

RCR 65 - Għadd fis-sena ta' persuni li qegħdin ifittxu x-xogħol li jużaw is-servizzi ta' servizzi tal-impjieg appoġġati

RCO 63 - Kapaċità ta' infrastruttura temporanja ta' akkoljenza maħluqa

RCR 66 - Okkupanza ta' infrastruttura temporanja ta' akkoljenza mibnija jew rinnovata

RCO 64 - Kapaċità ta' akkomodazzjoni rijabilitata – migranti, rifuġjati u persuni taħt protezzjoni internazzjonali jew li applikaw għaliha

RCR 67 - Okkupanza ta' akkomodazzjoni rijabilitata – migranti, rifuġjati u persuni taħt protezzjoni internazzjonali jew li applikaw għaliha

RCO 65 - Kapaċità ta' akkomodazzjoni rijabilitata - oħrajn

RCR 68 - Okkupanza ta' akkomodazzjoni rijabilitata - other

RCO 66 - Kapaċità fil-klassijiet f'infrastruttura appoġġata tal-indukrar tat-tfal (ġdida jew imtejba)

RCR 70 - Għadd annwali ta' tfal li jużaw infrastruttura appoġġata tal-indukrar tat-tfal

RCO 67 - Kapaċità fil-klassijiet f'infrastruttura appoġġata tal-edukazzjoni (ġdida jew imtejba)

RCR 71 - Għadd annwali ta' studenti li jużaw infrastruttura appoġġata tal-edukazzjoni

RCO 69 - Kapaċità u aċċessibilità ta' infrastruttura appoġġata tal-kura tas-saħħa u teknoloġiji innovattivi tal-kura tas-saħħa

RCR 72 - Persuni b'aċċess għal servizzi mtejba ta' kura tas-saħħa

RCO 70 - Kapaċità u aċċessibilità ta' infrastruttura soċjali appoġġata (minbarra l-akkomodazzjoni)

RCR 73 - Għadd annwali ta' persuni li jużaw il-faċilitajiet appoġġati tal-kura tas-saħħa

RCR 74 - Għadd ta' persuni li jużaw il-faċilitajiet appoġġati tal-kura soċjali kull sena

RCR 75 - Żmien medju meħtieġ biex tingħata reazzjoni fil-każ ta' emerġenzi mediċi fil-qasam appoġġat

RCR 75a – Persuni b'aċċess għal kampanji ta' sensibilizzazzjoni u kampanji għall-prevenzjoni tal-mard

Emenda    43

Proposta għal regolament

Anness II – sottotitolu 4 – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Objettiv ta' politika

Objettiv speċifiku

Outputs

Riżultati

(1)

(2)

(3)

(4)

4. Ewropa iktar soċjali fl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

(iv) Jiġi żgurat aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura, inkluża kura primarja

CCO 20 - Kapaċità ġdida jew imtejba tal-infrastruttura tal-kura tas-saħħa

CCR 19 - Għadd totali ta' persuni b'aċċess għal servizzi mtejba ta' kura tas-saħħa

Emenda

Objettiv ta' politika

Objettiv speċifiku

Outputs

Riżultati

(1)

(2)

(3)

(4)

4. Ewropa iktar soċjali fl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

(iv) Jiġi żgurat aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura, inkluża kura primarja filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet identifikati minn pazjenti jew minn organizzazzjonijiet tal-pazjenti

CCO 20 - Kapaċità u aċċessibilità ġodda jew imtejba tal-infrastruttura tal-kura tas-saħħa

CCR 19 - Għadd totali ta' persuni b'aċċess għal servizzi mtejba ta' kura tas-saħħa

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni

Referenzi

COM(2018)0372 – C8-0227/2018 – 2018/0197(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

11.6.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

11.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Kateřina Konečná

21.6.2018

Eżami fil-kumitat

29.8.2018

Data tal-adozzjoni

25.10.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Paul Brannen, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, György Hölvényi, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Peter Liese, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Bolesław G. Piecha, John Procter, Julia Reid, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Linnéa Engström, Eleonora Evi, Norbert Lins, Sirpa Pietikäinen, Christel Schaldemose, Keith Taylor

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

José Blanco López, Jaromír Kohlíček, Tonino Picula

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

38

+

ALDE

Nils Torvalds

EFDD

Eleonora Evi

GUE/NGL

Jaromír Kohlíček, Kateřina Konečná

PEE

Birgit Collin-Langen, Angélique Delahaye, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, György Hölvényi, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Miroslav Mikolášik, Sirpa Pietikäinen, Adina Ioana Vălean

S&D

José Blanco López, Paul Brannen, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Tonino Picula, Christel Schaldemose, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE

Marco Affronte, Bas Eickhout, Linnéa Engström, Benedek Jávor, Keith Taylor

1

-

EFDD

Julia Reid

4

0

ECR

Mark Demesmaeker, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, John Procter

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (4.12.2018)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni

(COM(2018)0372 – C8-0227/2018 – 2018/0197(COD))

Rapporteur: Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

1. Il-proposta tal-Kummissjoni

Il-proposta għal-regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (minn issa 'l quddiem FEŻR) u l-Fond ta' Koeżjoni tiddefinixxi l-objettivi rilevanti għall-implimentazzjoni tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni.

Ir-regolament preżenti jistabbilixxi konċentrazzjoni tematika fil-livell nazzjonali għall-ġestjoni tal-implimentazzjoni tal-fondi. F'dan l-isfond, il-Kummissjoni tipproponi li l-parti l-kbira tar-riżorsi (minn 65 % sa 85 %) tiġi allokata lix-xogħol biex jintlaħqu l-objettivi ta' politika Nru 1: "Ewropa aktar intelliġenti" u Nru 2: "Ewropa aktar ekoloġika, b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju", kif stabbilit fir-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjoni komuni dwar il-fondi kollha tal-UE.

Ir-regolament preżenti jiddefinixxi wkoll lista limitattiva ta' attivitajiet mhux eliġibbli li jaqgħu barra l-kamp ta' intervent tal-Fondi.

Fl-aħħar nett, ir-regolament preżenti jiddefinixxi ġabra ta' indikaturi ta' segwitu u l-modalitajiet li għandhom jiġu previsti għal ċerti territorji, inkluż għall-iżvilupp urban sostenibbli, kif ukoll għar-reġjuni ultraperiferiċi.

2. Il-proposti tar-rapporteur

Billi huma r-reġjuni stess li jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jiddefinixxu l-bżonnijiet tagħhom u l-prijoritajiet tagħhom u bil-għand li tiġi inkoraġġita governanza deċentralizzata fl-implimentazzjoni tal-fondi Ewropej, ir-Rapporteur tagħkom tipproponi li tibqa' tinżamm konċentrazzjoni tematika reġjonali u mhux nazzjonali kif hemm previst fir-regolament preżenti.

Sabiex tingħata aktar flessibbiltà lir-reġjuni fl-utilizzazzjoni tar-riżorsi tal-FEŻR, ir-Rapporteur tipproponi wkoll li l-konċentrazzjoni tematika tiġi estiża biex tiġbor fiha objettivi strateġiċi oħra. F'din il-perspettiva, peress li t-trasport jaqdi rwol ċentrali fl-ilħiq tal-objettivi prijoritarji tal-Unjoni Ewropea, ir-Rapporteur tipproponi li fil-konċentrazzjoni tematika jiddaħħal l-objettiv strateġiku nru 3, "Ewropa konnessa".

Barra minn hekk, bil-għan li tingħata aktar flessibbiltà lir-reġjuni biex isostnu objettivi strateġiċi oħra. ir-Rapporteur tipproponi li jitnaqqas is-sehem minimu tar-riżorsi allokati għall-objettiv strateġiku nru 1, "Ewropa intelliġenti", minn 60 % sa 30 % għar-reġjuni l-aktar avanzati, minn 45 % sa 30 % għar-reġjuni li jinsabu fi tranżizzjoni u minn 35 % sa 20 % għar-reġjuni l-inqas avanzati.

Billi t-trasport jaqdi rwol ċentrali fl-ilħiq tal-objettivi prijoritarji tal-Unjoni Ewropea, ir-Rapporteur tipproponi li jiddaħħlu objettivi speċifiċi ġodda marbuta mat-trasport:

•  objettiv speċifiku marbut mal-mobbiltà intelliġenti u l-kwalità tas-servizzi tat-trasport fi ħdan l-objettiv ta' politika nru 1: "Ewropa aktar intelliġenti";

•  objettiv speċifiku marbut mal-mobbiltà sostenibbli fi ħdan l-objettiv ta' politika nru 2: "Ewropa aktar ekoloġika";

•  objettiv speċifiku marbut mal-finanzjament tal-fondi ta' tranżizzjoni ġusta fi ħdan l-objettiv ta' politika nru 2: "Ewropa aktar ekoloġika";

•  objettiv speċifiku marbut mal-mobbiltà bħala vettur għall-koeżjoni territorjali fi ħdan l-objettiv ta' politika nru 3: "Ewropa aktar konnessa";

•  objettiv speċifiku marbut mal-aċċess għas-servizzi pubbliċi tat-trasport fi ħdan l-objettiv ta' politika nru 4: "Ewropa aktar soċjali".

Sabiex tiġi inkoraġġita l-utilizzazzjoni tal-FEŻR fit-trasport, ir-Rapporteur tipproponi wkoll li jitħassru ċerti dispożizzjonijiet li jillimitaw l-utilizzazzjoni tal-FEŻR fl-ajruporti reġjonali u fil-vetturi ferrovjarji.

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur tressaq għadd ta' emendi biex tinkoraġġixxi s-sinerġija bejn il-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-istrumenti l-oħra tal-Baġit tal-Unjoni Ewropea biex jiġi finanzjat l-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-prinċipji orizzontali stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE") u fl-Artikolu 10 tat-TFUE, inkluż il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE, jenħtieġ li jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u jiżguraw l-aċċessibbiltà f'konformità mal-Artikolu 9 tiegħu u f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw biex jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u tintegra l-perspettiva tal-ġeneru, kif ukoll jikkumbattu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li ll-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta' segregazzjoni. Jenħtieġ li l-objettivi tal-FERŻ u l-Fond ta' Koeżjoni jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) tat-TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju li min iniġġes iħallas. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw l-impriżi għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE.

(5)  Il-prinċipji orizzontali stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE") u fl-Artikolu 10 tat-TFUE, inkluż il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE, jenħtieġ li jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u jiżguraw l-aċċessibbiltà mingħajr ostakli f'konformità mal-Artikolu 9 tiegħu u f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw li jeliminaw l-inugwaljanzi, inaqqsu d-disparitajiet reġjonali u jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u jintegraw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll li jikkumbattu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, in-nazzjonalità, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li ll-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta' segregazzjoni. Jenħtieġ li l-objettivi tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni jiġu segwiti fil-qafas tal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima u l-promozzjoni mill-Unjoni ta' żvilupp sostenibbli u tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) tat-TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju li min iniġġes iħallas. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw l-impriżi għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  F'dinja dejjem aktar interkonnessa u minħabba d-dinamiċi demografiċi u dawk ta' migrazzjoni, huwa ċar li l-politika tal-migrazzjoni tal-Unjoni tirrikjedi approċċ komuni li jserraħ fuq is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet tal-istrumenti ta' finanzjament differenti. Sabiex jiġi żgurat appoġġ koerenti, b'saħħtu u konsistenti għas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, jenħtieġ li l-FEŻR jipprovdi appoġġ biex jiffaċilita l-integrazzjoni fit-tul tal-migranti.

(8)  F'dinja dejjem aktar interkonnessa u minħabba d-dinamiċi demografiċi u dawk ta' migrazzjoni, huwa ċar li l-politika tal-migrazzjoni tal-Unjoni tirrikjedi approċċ komuni li jserraħ fuq is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet tal-istrumenti ta' finanzjament differenti. Sabiex jiġi żgurat appoġġ koerenti, b'saħħtu u konsistenti għas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, jenħtieġ li l-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jipprovdu appoġġ biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni fit-tul tal-migranti.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri u r-reġjuni li qed jiffaċċjaw sfidi ġodda u jiżgura livell għoli ta' sigurtà għaċ-ċittadini tagħhom kif ukoll jipprevjeni r-radikalizzazzjoni, filwaqt li jiddependi fuq is-sinerġiji u komplementarjetajiet ma' politiki oħra tal-Unjoni, l-investimenti taħt il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxu għas-sigurtà f'żoni fejn ikun hemm il-ħtieġa li jiġu żgurati spazji pubbliċi sikuri u siguri u infrastruttura kritika, bħalma huma t-trasport u l-enerġija.

(9)  Sabiex jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri u r-reġjuni biex jiffaċċjaw sfidi ġodda u jiżguraw livell għoli ta' sigurtà u ta' koeżjoni għaċ-ċittadini tagħhom kif ukoll jipprevjeni r-radikalizzazzjoni, filwaqt li jiddependi fuq is-sinerġiji u komplementarjetajiet ma' politiki oħra tal-Unjoni, l-investimenti taħt il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxu għas-sigurtà f'żoni fejn ikun hemm il-ħtieġa li jiġu żgurati spazji pubbliċi sikuri u siguri u infrastruttura kritika, bħalma huma t-trasport u l-enerġija.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Barra minn hekk, l-investimenti taħt il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' netwerk ta' infrastruttura diġitali b'veloċità għolja, komprensiv, u l-promozzjoni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli u nadifa.

(10)  Barra minn hekk, l-investimenti taħt il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infratruttura tat-trasport u ta' netwerk ta' infrastruttura diġitali b'veloċità għolja, komprensiv, u għall-promozzjoni tal-mobbiltà urbana multimodali nadifa, sikura u sostenibbli.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Jenħtieġ li l-FEŻR jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fl-Unjoni u biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u dawk ir-reġjuni li l-aktar għadhom lura u li huma anqas favoriti, inklużi dawk li qed jaffaċċjaw sfidi minħabba l-impenji ta' dekarbonizzazzjoni. Jenħtieġ li l-appoġġ tal-FEŻR taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għalhekk jiġi kkonċentrat fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni f'konformità mal-objettivi tal-politika stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/xxx [CPR il-ġdid]. Jenħtieġ li għalhekk l-appoġġ mill-FEŻR jikkonċentra fuq l-objettivi ta' politika ta' "Ewropa intelliġenti billi jippromwovi t-trasformazzjoni ekonomika, intelliġenti u innovattiva" u "Ewropa ekoloġika, b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju permezz tal-promozzjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju". Jenħtieġ li din il-konċentrazzjoni tematika tintlaħaq fuq livell nazzjonali filwaqt li tippermetti flessibbiltà fil-livell tal-programmi individwali u bejn tliet gruppi ta' Stati Membri ffurmati skont id-dħul nazzjonali gross rispettiv. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-metodoloġija biex tikklassifika lill-Istati Membri tiġi stabbilita bir-reqqa b'kont meħud tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda.

(17)  Jenħtieġ li l-FEŻR jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fl-Unjoni u biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u dawk ir-reġjuni li l-aktar għadhom lura u li huma anqas favoriti, inklużi dawk li qed jaffaċċjaw sfidi minħabba l-impenji ta' dekarbonizzazzjoni. Jenħtieġ li l-appoġġ tal-FEŻR taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għalhekk jiġi kkonċentrat fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni f'konformità mal-objettivi tal-politika stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/xxx [CPR il-ġdid]. Jenħtieġ, għalhekk, li l-appoġġ mill-FEŻR jkun ikkonċentrat fuq l-objettivi ta' politika ta' "Ewropa aktar intelliġenti", "Ewropa aktar ekoloġika, , b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju" , "Ewropa aktar konnessa" u "Ewropa aktar soċjali". Jenħtieġ li din il-konċentrazzjoni tematika tintlaħaq fuq livell reġjonali, filwaqt li tippermetti flessibbiltà fil-livell tal-programmi individwali.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi tipi differenti ta' attivitajiet li l-ispejjeż tagħhom jistgħu jkunu appoġġati permezz ta' investimenti mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, taħt l-objettivi rispettivi tagħhom kif stabbiliti mit-TFUE. Jenħtieġ li l-Fond ta' Koeżjoni jkun jista' jappoġġa investimenti fl-ambjent u fit-TEN-T. Fir-rigward tal-FEŻR, jenħtieġ li l-lista ta' attivitajiet tkun issimplifikata u jenħtieġ li tkun kapaċi tappoġġa l-investimenti fl-infrastruttura, investimenti fir-rigward ta' aċċess għal servizzi, investimenti produttivi fl-SMEs, tagħmir, softwer u assi intanġibbli, kif ukoll miżuri fir-rigward ta' informazzjoni, komunikazzjoni, studji, netwerking, kooperazzjoni, skambju ta' esperjenzi u attivitajiet li jinvolvu gruppi. Sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta' programm, jenħtieġ li ż-żewġ fondi jkunu kapaċi wkoll li jappoġġaw attivitajiet ta' assistenza teknika. Fl-aħħar nett, sabiex jipprovdi għal firxa aktar wiesgħa ta' interventi għal programmi Interreg, jenħtieġ li l-ambitu jitwessa' biex jinkludi wkoll il-kondiviżjoni ta' firxa wiesgħa ta' faċilitajiet u riżorsi umani u l-ispejjeż marbuta ma' miżuri fil-kamp ta' applikazzjoni tal-FSE+.

(19)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi tipi differenti ta' attivitajiet li l-ispejjeż tagħhom jistgħu jkunu appoġġati permezz ta' investimenti mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, taħt l-objettivi rispettivi tagħhom kif stabbiliti mit-TFUE. Jenħtieġ li l-Fond ta' Koeżjoni u l-FEŻR jkunu jistgħu jappoġġaw investimenti fl-ambjent u fit-TEN-T. Fir-rigward tal-FEŻR, jenħtieġ li l-lista ta' attivitajiet tkun issimplifikata u jenħtieġ li jkun kapaċi jappoġġa l-investimenti fl-infrastruttura, is-sikurezza tal-mini u l-pontijiet eżistneti, investimenti fir-rigward ta' aċċess għal servizzi, investimenti produttivi fl-SMEs, tagħmir, softwer u assi intanġibbli, kif ukoll miżuri fir-rigward ta' informazzjoni, komunikazzjoni, studji, netwerking, kooperazzjoni, skambju ta' esperjenzi u attivitajiet li jinvolvu gruppi. Sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta' programm, jenħtieġ li ż-żewġ fondi jkunu kapaċi wkoll li jappoġġaw attivitajiet ta' assistenza teknika. Fl-aħħar nett, sabiex jipprovdi għal firxa aktar wiesgħa ta' interventi għal programmi Interreg, jenħtieġ li l-ambitu jitwessa' biex jinkludi wkoll il-kondiviżjoni ta' firxa wiesgħa ta' faċilitajiet u riżorsi umani u l-ispejjeż marbuta ma' miżuri fil-kamp ta' applikazzjoni tal-FSE+.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Proġetti ta' netwerks trans-Ewropej ta' trasport skont ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 għandhom ikomplu jiġu ffinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni kemm permezz ta' ġestjoni kondiviża kif ukoll il-modalità ta' implimentazzjoni diretta taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (is-"CEF - Connecting Europe Facility").

(20)  Proġetti ta' netwerks trans-Ewropej ta' trasport skont ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 għandhom ikomplu jiġu ffinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni u mill-FEŻR kemm permezz ta' ġestjoni kondiviża kif ukoll il-modalità ta' implimentazzjoni diretta taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (is-"CEF - Connecting Europe Facility").

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20a)  Barra minn hekk, sabiex jiġi mtejjeb għalkollox il-valur miżjud tal-investimenti ffinanzjati kompletament jew parzjalment mill-baġit tat-trasport tal-Unjoni, għandhom jiġu mfittxija sinerġiji bejn il-FEŻR u l-istrumenti taħt ġestjoni diretta, bħalma hi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ("FNE") kif ukoll l-istrumenti finanzjarji tal-programm futur "InvestEU".

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika lir-reġjuni l-aktar imbiegħda, jiġifieri permezz tal-adozzjoni ta' miżuri taħt l-Artikolu 349 TFUE li jipprovdi għal allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda biex tpatti għall-ispejjeż addizzjonali li dawn ir-reġjuni bħala riżultat ta' restrizzjoni/jiet permanenti msemmija fl-Artikolu 349 TFUE, jiġifieri d-distanza, l-insularità, iċ-ċokon, it-topografija u l-klima diffiċli, id-dipendenza ekonomika fuq ftit prodotti, il-permanenza u l-kombinazzjoni tagħhom li tillimita b'mod sever l-iżvilupp tagħhom. Din l-allokazzjoni tista' tkopri investimenti, spejjeż operattivi u obbligi ta' servizz pubbliku bil-għan li tibbilanċja l-ispejjeż addizzjonali kkawżati minn restrizzjonijiet bħal dawn. L-għajnuna operattiva tista' tkopri n-nefqa fuq is-servizzi ta' ġarr ta' merkanzija u l-għajnuna sabiex jinbdew servizzi tat-trasport kif ukoll l-ispiża fuq l-operazzjonijiet marbutin ma' restrizzjonijiet ta' ħażna, ta' daqs eċċessiv u tal-manutenzjoni ta' għodod tal-produzzjoni, u man-nuqqas ta' kapital uman fis-suq tax-xogħol lokali. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, u kif huwa l-każ għall-operazzjonijiet kollha kofinanzjati mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, kull appoġġ tal-FEŻR għall-finanzjament tal-għajnuna operattiva u ta' investiment fir-reġjuni l-aktar imbiegħda jenħtieġ li jikkonforma mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 TFUE.

(27)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika lir-reġjuni l-aktar imbiegħda, jiġifieri permezz tal-adozzjoni ta' miżuri taħt l-Artikolu 349 TFUE li jipprovdi għal allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda biex tpatti għall-ispejjeż addizzjonali li dawn ir-reġjuni bħala riżultat ta' restrizzjoni/jiet permanenti msemmija fl-Artikolu 349 TFUE, jiġifieri d-distanza, l-insularità, iċ-ċokon, it-topografija u l-klima diffiċli, id-dipendenza ekonomika fuq ftit prodotti, il-permanenza u l-kombinazzjoni tagħhom li tillimita b'mod sever l-iżvilupp tagħhom. Din l-allokazzjoni tista' tkopri investimenti, spejjeż operattivi u obbligi ta' servizz pubbliku bil-għan li tibbilanċja l-ispejjeż addizzjonali kkawżati minn restrizzjonijiet bħal dawn. L-għajnuna operattiva tista' tkopri n-nefqa fis-servizzi ta' ġarr tal-merkanzija, il-loġistika ekoloġika, il-ġestjoni tal-mobbiltà u l-għajnuna sabiex jiġu varati servizzi tat-trasport kif ukoll in-nefqa fl-operazzjonijiet marbuta mar-restrizzjonijiet tal-ħżin, mad-daqs eċċessiv u tal-manutenzjoni ta' għodod tal-produzzjoni, u man-nuqqas ta' kapital uman fis-suq tax-xogħol lokali. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, u kif huwa l-każ għall-operazzjonijiet kollha kofinanzjati mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, kull appoġġ tal-FEŻR għall-finanzjament tal-għajnuna operattiva u ta' investiment fir-reġjuni l-aktar imbiegħda jenħtieġ li jikkonforma mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 TFUE.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-użu ta' teknoloġiji avvanzati;

(i)  tat-trawwim tal-kapaċitajiet fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-adozzjoni ta' teknoloġiji avvanzati;

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  tat-teħid tal-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni għaċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-gvernijiet;

(ii)  tat-teħid tal-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni għaċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-gvernijiet u tat-titjib tal-konnettività diġitali;

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  tat-tijib tat-tkabbir u l-kompetittività tal-SMEs;

(iii)  tat-titjib tat-tkabbir, il-kompetittività u d-durabilità tal-SMEs;

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – subpunt iva (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iva)  tal-iżvilupp ta' modi tat-trasport intelliġenti, sikuri u interoperabbli;

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt va (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(va)  tal-promozzjoni tal-mobbiltà multimodali u b'livell baxx ta' emissjonijiet;

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt va (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(via)  tal-appoġġ għall-bidla strutturali biex issir it-tranżizzjoni għall-ġenerazzjoni tal-enerġija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju;

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  tat-titjib tal-konnettività diġitali;

(i)  tat-titjib tal-konnettività diġitali u tal-konnessjonijiet transfruntiera;

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  tal-iżvilupp sostenibbli, reżiljenti għat-tibdil fil-klima, sigur, intelliġenti u intermodali tat-TEN-T;

(ii)  tal-iżvilupp ta' TEN-T sostenibbli, reżiljenti għat-tibdil fil-klima, intelliġenti, sikur u sigur u intermodali;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  tal-iżvilupp ta' mobbiltà nazzjonali, reġjonali u lokali, sostenibbli, reżiljenti għall-klima, intelliġenti u intermodali, inkluż aċċess imtejjeb għat-TEN-T u l-mobilità transfruntiera;

(iii)  tal-iżvilupp ta' mobbiltà nazzjonali, reġjonali u lokali intermodali sostenibbli, reżiljenti għall-klima, intelliġenti, sikura u sigura, inklużi aċċess imtejjeb għat-TEN-T, mobbiltà transfruntiera, u konnettività mar-reġjuni ultraperiferiċi;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  tal-promozzjni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli;

(iv)  tal-promozzjoni tal-mobbiltà urbana multimodali u aċċessibbli sostenibbli, inklużi l-mixi, iċ-ċikliżmu, it-trasport pubbliku u l-mobilità kondiviża;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt iia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iia)  jittejjeb l-aċċess għas-servizzi pubbliċi tat-trasport li jkunu ta' kwalità u inklużivi;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  jiġi żgurat aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura, inkluża kura primarja;

(iv)  jiġi żgurat aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura, inkluża kura primarja, inklużi ż-żoni rurali;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  It-trawwim tal-iżvilupp integrat soċjali, ekonomika u anbjentali, tal-wirt kulturali u tas-sigurtàf'żoni urbani

(i)  tat-trawwim tal-iżvilupp soċjali, ekonomiku u ambjentali integrat, tal-wirt kulturali, tas-settur tat-turiżmu u tas-sigurtà fiż-żoni urbani;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  trawwim soċjali, ekonomiku u ambjentali integrat ta' żvilupp lokali, il-wirt kulturali u s-sigurtà, inkluż għal żoni rurali u kostali kif ukoll permezz ta' żvilupp lokali mmexxi mill-komunità.

(ii)  tat-trawwim tal-iżvilupp soċjali, ekonomiku u ambjentali lokali integrat, il-wirt kulturali, is-settur tat-turiżmu u s-sigurtà, inkluż għaż-żoni rurali u kostali u għar-reġjuni ultraperiferiċi, kif ukoll permezz tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e – punt iia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iia)  tat-teħid ta'miżuri biex tingħata spinta lill-attraenza tar-reġjuni u t-territorji li jippromwovu t-turiżmu sostenibbli

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fir-rigward ta' programmi implimentati taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, it-total tar-riżorsi tal-FEŻR f'kull Stat Membru għandhom ikunu kkonċentrati fuq livell nazzjonali skont il-paragrafi 3 u 4.

1.  Fir-rigward ta' programmi implimentati taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, it-total tar-riżorsi tal-FEŻR f'kull Stat Membru għandhom ikunu kkonċentrati fuq livell reġjonali skont il-paragrafi 3 u 4.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fir-rigward tal-konċentrazzjoni tematika ta' appoġġ għall-Istati Membri li jinkludu reġjuni ultraperiferiċi, ir-riżorsi tal-FEŻR allokati speċifikament għal programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi u dawk allokati għar-reġjuni l-oħra kollha għandhom jiġu ttrattati b'mod separat.

2.  Fir-rigward tal-konċentrazzjoni tematika tal-appoġġ mogħti lir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Istati Membri, ir-riżorsi tal-FEŻR allokati speċifikament għal programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi u dawk allokati għar-reġjuni l-oħra kollha għandhom jiġu ttrattati b'mod separat.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom ikunu klassifikati, f'termini ta' proporzjon tad-dħul nazzjonali gross tagħhom, kif ġej:

Ir-reġjuni għandhom jiġu klassifikati skont l-Artikolu 102(2) tar-Regolament (UE) 2018/xxx [Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni ġdid]:

(a)  dawk b'introjtu nazzjonali gross ugwali għal jew ogħla minn 100 % tal-medja tal-UE ("grupp 1");

(a)   Ir-reġjuni l-inqas żviluppati, li l-PDG tagħhom għal kull ras huwa ta' inqas minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-UE ta' 27 Stat Membru ("reġjuni l-inqas żviluppati");

(b)  dawk b'introjtu nazzjonali gross ugwali għal jew ogħla minn 75 % u anqas 100 % tal-medja tal-UE ("grupp 2");

(b)   ir-reġjuni li jinsabu fi tranżizzjoni, li l-PDG tagħhom għal kull ras huwa ta' bejn 75 % u 100 % tal-medja tal-PDG tal-UE ta' 27 Stat Membru ("reġjuni li jinsabu fi tranżizzjoni");

(c)  dawk b'introjtu nazzjonali gross anqas minn 75 % tal-medja tal-UE ("grupp 3");

(c)  ir-reġjuni l-iktar żviluppati, li l-PDG tagħhom għal kull ras huwa ta' aktar minn 100 % tal-medja tal-PDG tal-UE ta' 27 Stat Membru ("reġjuni l-iktar żviluppati").

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-proporzjon tad-dħul gross nazzjonali tfisser il-proporzjon bejn id-dħul gross nazzjonali per capita tal-Istat Membru, imkejjel permezz tal-istandards tal-poter tal-akkwist u kkalkolat fuq il-bażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu mill-2016 sal-2016, u l-medja tad-dħul nazzjonali gross per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist ta' 27 Stati Membri għal dak l-istess perjodu ta' referenza.

imħassar

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tal-programmi taħt il-mira tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, huma għandhom jiġu kklassifikati bħala li jaqgħu taħt il-grupp 3.

Fir-rigward tal-programmi taħt il-mira tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi għar-reġjuni ultraperiferiċi, dawn għandhom jiġu kklassifikati bħala li jaqgħu taħt il-grupp tar-"reġjuni l-inqas żviluppati".

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  L-Istati Membri tal-grupp 1 għandhom jallokaw mill-inqas 85 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u PO 2 u mill-inqas 60 % għal PO 1;

(a)  L-Istati Membri tal-grupp 1 għandhom jallokaw mill-inqas 60 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u PO 2;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  L-Istati Membri tal-grupp 2 għandhom jallokaw mill-inqas 45 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u mill-inqas 30 % għal PO 2;

(b)  L-Istati Membri tal-grupp 2 għandhom jallokaw mill-inqas 20 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u mill-inqas 30 % għal PO 2;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  L-Istati Membri tal-grupp 3 għandhom jallokaw mill-inqas 35 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO  1 u mill-inqas 30 % għal PO 2.

(c)  L-Istati Membri tal-grupp 3 għandhom jallokaw mill-inqas 15 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u mill-inqas 30 % għal PO 2.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  investimenti fl-infrastruttura;

(a)  investimenti fl-infrastruttura, b'mod partikolari b'valur miżjud Ewropew fit-trasport, l-enerġija u n-Netwerks Trans-Ewropej diġitali u t-titjib fis-sikurezza tal-infrastrutturi tat-trasport eżistenti bħall-pontijiet u l-mini;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  Investimenti f'mobbiltà urbana sostenibbli kif ukoll fi trasport pubbliku u korsiji għar-roti;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  finanzjament għax-xiri ta' vetturi ferrovjarji għall-użu fit-trasport ferrovjarju;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku taħt PO 1 stabbilit fil-punt (a) (iv) tal-Artikolu 2(1), il-FEŻR għandu jappoġġa wkoll it-taħriġ, it-tagħlim tul il-ħajja u attivitajiet edukattivi.

Sabiex jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku taħt PO 1 stabbilit fil-punt (a) (iv) tal-Artikolu 2(1) u għall-objettiv speċifiku ta' PO 4 spjegat fl-Artikolu 2(2)(d), il-FEŻR għandu jappoġġa wkoll it-taħriġ, it-tagħlim tul il-ħajja u attivitajiet edukattivi.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  L-ammont ittrasferit mill-FEŻR għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għandu jintuża skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) [ir-Regolament CEF il-ġdid].

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  investimenti fit-TEN-T;

(b)  investimenti fit-TEN-T u l-mobbiltà sostenibbli;

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) investiment fl-infrastruttura tal-ajruporti minbarra għar-reġjuni l-iktar imbiegħda;

imħassar

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 1 - punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  l-investimenti f'faċilitajiet għat-trattament tal-iskart residwali;

(g)  l-investimenti f'faċilitajiet għat-trattament tal-iskart residwali, ħlief għar-reġjuni ultraperiferiċi;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  finanzjament għax-xiri tal-vetturi ferrovjarji għall-użu fit-trasport ferrovjarju, ħlief jekk dan huwa marbut:

imħassar

(i)  rilaxx tal-obbligu tas-servizz pubbliku maħruġ għall-offerti pubbliċi taħt ir-Regolament 1370/2007 kif emendat;

(ii)  il-provvista ta' servizzi tat-trasport bil-ferrovija fuq linji li nfetħu għall-kompetizzjoni, u l-benefiċjarju jkun membru ġdid eliġibbli għal finanzjament skont ir-Regolament (UE) 2018/xxxx [Ir-Regolament Investi tal-UE].

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  F'konformità mar-rekwiżit ta' rappurtar tagħha skont l-Artikolu [38(3)(e)(i)] tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni f'konformità mal-Anness II.

3.  F'konformità mar-rekwiżit ta' rappurtar tagħha skont l-Artikolu [38(3)(e)(i)] tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni f'konformità mal-Anness II. Tali informazzjoni għandha tipprevedi wkoll valutazzjoni wkoll valutazzjoni kwalitattiva tal-progress milħuq lejn l-ilħiq tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 2.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-FEŻR għandu jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat ibbażat fuq strateġiji territorjali f'konformità mal-Artikolu [23] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid] iffokat fuq żoni urbani ("żvilupp urban sostenibbli") fi programmi taħt iż-żewġ għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) ta' dak ir-Regolament.

1.  Il-FEŻR għandu jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat abbażi ta' strateġiji territorjali f'konformità mal-Artikolu [23] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid] iffokat fuq żoni urbani ("żvilupp urban sostenibbli" u "pjanijiet ta' mobbiltà urbana sostenibbli") fi programmi taħt iż-żewġ għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) ta' dak ir-Regolament.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-allokazzjoni addizzjonali speċifika għar-reġjuni l-aktar imbiegħda għandha tintuża sabiex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba f'dawn ir-reġjuni bħala riżultat tar-restrizzjoni/jiet permanenti għall-iżvilupp tagħhom elenkati fl-Artikolu 349 TFUE.

1.  L-Artikolu 3 ma għandux japplika għall-allokazzjoni addizzjonali speċifika għar-reġjuni ultraperiferiċi. L-allokazzjoni addizzjonali speċifika għar-reġjuni l-aktar imbiegħda għandha tintuża sabiex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba f'dawn ir-reġjuni bħala riżultat tar-restrizzjoni/jiet permanenti għall-iżvilupp tagħhom elenkati fl-Artikolu 349 tat-TFUE.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  B'deroga mill-Artikolu 4(1), il-FEŻR jista' jappoġġa l-investiment produttiv fl-impriżi fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, irrispettivament mid-daqs ta' dawk l-impriżi.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Anness I – tabella 1 − punt 1 – kolonna 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ewropa aktar intelliġenti bil-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti

1.  Europa kompetittiva u aktar intelliġenti bit-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha u bil-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti

Emenda    47

Proposta għal regolament

Anness I – tabella 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Objettiv ta' politika

Outputs

Riżultati

(1)

(2)

(3)

3. Ewropa aktar konnessa bit-tisħiħ tal-mobilità u l-konnettività ICT reġjonali

RCO 43 - Tul ta' toroq ġodda appoġġati - TEN-T

RCR 55 - Utenti ta' toroq ġodda, rikostruwiti jew imtejba

RCO 44 - Tul ta' toroq ġodda appoġġati - oħrajn

RCR 56 - Iffrankar ta' ħin bis-saħħa ta' infrastruttura tat-toroq imtejba

RCO 45 - Tul ta' toroq rikostruwiti jew imtejba - TEN-T

RCR 101 - Iffrankar ta' ħin bis-saħħa ta’ infrastruttura mtejba tal-ferroviji

RCO 46 - Tul ta' toroq rikostruwiti jew imtejba - oħrajn -

RCR 57 - Tul ta' linji tal-ferrovija mgħammra bis-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju li qed joperaw

RCO 47 - Tul ta' linji tal-ferrovija ġodda appoġġati - TEN-T

RCR 58 - Għadd ta' passiġġieri li jużaw il-ferroviji appoġġati kull sena

RCO 48 - Tul ta' linji tal-ferrovija ġodda appoġġati - oħrajn

RCR 59 - Trasport ta' merkanzija bil-ferrovija

RCO 49 - Tul ta' linji tal-ferrovija rikostruwiti jew imtejba - TEN-T

RCR 60 - Trasport ta' merkanzija fil-passaġġi tal-ilma intern

RCO 50 - Tul ta' linji tal-ferrovija rikostruwiti jew imtejba - oħrajn

RCO 51 - Tul ta' passaġġi fuq l-ilma intern ġodda jew imtejba - TEN-T

RCO 52 - Tul ta' passaġġi fuq l-ilma intern ġodda jew imtejba - oħrajn

RCO 53 - Stazzjonijiet u faċilitajiet tal-ferrovija - ġodda jew imtejba

RCO 54 - Konnessjonijiet intermodali - ġodda jew imtejba

RCO 100 - Għadd ta' portijiet appoġġati

RCO 55 - Tul tal-linji tat-tram u tal-metro - ġodda

RCR 62 - Passiġġieri tat-trasport pubbliku kull sena

RCO 56 - Tul tal-linji tat-tram u tal-metro - rikostruwiti/imtejba

RCR 63 - Utenti ta' linji ġodda/imtejba tat-tram u tal-metro kull sena

RCO 57 - Materjal ferrovjarju fuq ir-roti ekoloġiku għall-użu fit-trasport pubbliku

RCR 64 - Utenti ta' infrastruttura ddedikata għar-roti kull sena

RCO 58 - Infrastruttura appoġġata ddedikata għas-sewqan tar-roti

RCO 59 - Infrastruttura appoġġata ta' karburanti alternattivi (punti tar-riforniment/iċċarġjar)

Emenda

Objettiv ta' politika

Outputs

Riżultati

(1)

(2)

(3)

3. Ewropa aktar konnessa bit-tisħiħ tal-mobilità u l-konnettività ICT reġjonali

RCO 43 - Tul ta' toroq ġodda appoġġati - TEN-T

RCR 55 - Utenti ta' toroq ġodda, rikostruwiti jew imtejba

RCO 44 - Tul ta' toroq ġodda appoġġati - oħrajn

RCR 56 - Iffrankar ta' ħin bis-saħħa ta' infrastruttura tat-toroq imtejba

RCO 45 - Tul ta' toroq rikostruwiti jew imtejba - TEN-T

RCR 101 - Iffrankar ta' ħin bis-saħħa ta’ infrastruttura mtejba tal-ferroviji

RCO 46 - Tul ta' toroq rikostruwiti jew imtejba - oħrajn -

- numru ta' pontijiet u mini tat-triq u tal-ferrovija kkontrollati kull tliet snin u miżmuma tajjeb fl-interess tas-sikurezza

RCO 47 - Tul ta' linji tal-ferrovija ġodda appoġġati - TEN-T

RCO 48 - Tul ta' linji tal-ferrovija ġodda appoġġati - oħrajn

RCO 49 - Tul ta' linji tal-ferrovija rikostruwiti jew imtejba - TEN-T

RCR 57 - Tul ta' linji tal-ferrovija mgħammra bis-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju li qed joperaw, inklużi konnessjonijiet ferrovjarji transfruntiera mgħammra b'sistemi tal-ERTMS

RCO 50 - Tul ta' linji tal-ferrovija rikostruwiti jew imtejba - oħrajn

RCO 51 - Tul ta' passaġġi fuq l-ilma intern ġodda jew imtejba - TEN-T

RCR 58 - Għadd annwali ta' passiġġieri li jużaw il-ferroviji appoġġati għal distanzi ta' inqas minn 50 km, ta' bejn 50 u 300 km u ta' aktar minn 300 km

RCO 52 - Tul ta' passaġġi fuq l-ilma intern ġodda jew imtejba - oħrajn

RCO 53 - Stazzjonijiet u faċilitajiet tal-ferrovija - ġodda jew imtejba

RCR 59 - Trasport ta' merkanzija bil-ferrovija

- Inkluż in-numru ta' dawk l-istazzjonijiet tal-ferrovija li jikkorrispondu għar-Regolament tal-Kummissjoni TSI-PRM

- Numru ta' vaguni tal-merkanzija modifikati bl-installazzjoni ta' blokok tal-brejkijiet LL għat-tnaqqis tal-istorbju

RCO 54 - Konnessjonijiet intermodali - ġodda jew imtejba

RCR 60 - Trasport ta' merkanzija fil-passaġġi tal-ilma intern

RCO 100 - Għadd ta' portijiet appoġġati

RCO 55 - Tul tal-linji tat-tram u tal-metro - ġodda

RCO 56 - Tul tal-linji tat-tram u tal-metro - rikostruwiti/imtejba

RCR 62 - Passiġġieri tat-trasport pubbliku kull sena

RCO 57 - Materjal ferrovjarju fuq ir-roti ekoloġiku għall-użu fit-trasport pubbliku

RCR 63 - Utenti ta' linji ġodda/imtejba tat-tram u tal-metro kull sena

RCO 58 - Infrastruttura appoġġata ddedikata għall-mixi u għas-sewqan tar-roti

- Utenti tar-roti kull sena

RCO 59 - Infrastruttura appoġġata ta' karburanti alternattivi (punti tar-riforniment/iċċarġjar)

- Sehem mis-suq intermodali (qasma modali) tal-utenti ta' karozzi privati, trasport pubbliku (metro - tramviji - xarabankijiet), car sharing u car pooling, roti u nies miexja

RCO 60 - Bliet b'sistemi ġodda jew imtejba ta' trasport urban diġitalizzat

RCR 64 - Utenti fis-sena ta' infrastruttura ddedikata għall-mixi u għar-roti

Emenda    48

Proposta għal regolament

Anness I – tabella 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Objettiv ta' politika

Outputs

Riżultati

(1)

(2)

(3)

5. Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini bit-trawwim tal-iżvilupp sostenibbli u integrat ta' żoni urbani, rurali u kostali u tal-inizjattivi lokali

RCO 74 - Popolazzjoni koperta minn strateġiji għall-iżvilupp urban integrat

RCR 76 - Partijiet interessati involuti fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' strateġiji ta' żvilupp urban

RCO 75 - Strateġiji integrati għall-iżvilupp urban

RCR 77 - Turisti / żjarat lejn siti appoġġati*

RCO 76 - Proġetti ta' kollaborazzjoni

RCR 78 - Utenti li jibbenefikaw minn infrastruttura kulturali sostnuta

RCO 77 - Kapaċità ta' infrastruttura kulturali u turistika appoġġata

Emenda

Objettiv ta' politika

Outputs

Riżultati

(1)

(2)

(3)

5. Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini bit-trawwim tal-iżvilupp sostenibbli u integrat ta' żoni urbani, rurali u kostali u tal-inizjattivi lokali

RCO 74 - Popolazzjoni koperta minn strateġiji għall-iżvilupp urban integrat

RCR 76 - Partijiet interessati involuti fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' strateġiji ta' żvilupp urban

- numru ta' "Pjanijiet ta' Mobbiltà Urbana Sostenibbli" (PMUS) eżistenti

RCR 77 - Turisti / żjarat lejn siti appoġġati*

RCO 75 - Strateġiji integrati għall-iżvilupp urban

RCO 76 - Proġetti ta' kollaborazzjoni

- Proġetti ta' turiżmu sostenibbli fejn jistgħu jiġu indikati sitwazzjonijiet fejn jirbaħ kulħadd kemm għat-turisti kif ukoll għall-abitanti

RCO 77 - Kapaċità ta' infrastruttura ta' turiżmu kulturali, naturali, storiku u industrijali appoġġata

RCR 78 - Utenti li jibbenefikaw minn infrastruttura kulturali u ekoturiżmu appoġġati

Emenda    49

Proposta għal regolament

Anness II – tabella 1 – punt 1 – kolonna 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ewropa aktar intelliġenti bil-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti

1.  Europa kompetittiva u aktar intelliġenti bit-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha u bil-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti

Emenda    50

Proposta għal regolament

Anness II – tabella 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Objettiv ta' politika

Outputs

Riżultati

(1)

(3)

(4)

3. Ewropa aktar konnessa bit-tisħiħ tal-mobilità u l-konnettività ICT reġjonali

CCO 14 - Toroq TEN-T: Toroq ġodda u aġġornati

CCR 13 - Iffrankar ta' ħin bis-saħħa ta' infrastruttura tat-toroq imtejba

CCO 15 –Ferroviji TEN-T: Ferroviji ġodda u aġġornati

CCR 14 - Ammont fis-sena ta' passiġġieri moqdija minn trasport ferrovjarju mtejjeb

CCO 16 - Estensjoni u modernizzazzjoni ta' linji tat-tram u tal-metro

CCR 15 - Utenti fis-sena moqdija minn linji ġodda u modernizzati tat-tram u tal-metro

Emenda

Objettiv ta' politika

Outputs

Riżultati

(1)

(3)

(4)

3. Ewropa aktar konnessa bit-tisħiħ tal-mobilità u l-konnettività ICT reġjonali

CCO 14 - Toroq TEN-T: Toroq ġodda u aġġornati

CCR 13 - Iffrankar ta' ħin bis-saħħa ta' infrastruttura tat-toroq imtejba

- żieda fil-konġestjoni permezz tal-estensjoni tal-infrastruttura tat-toroq

CCO 15 –Ferroviji TEN-T: Ferroviji ġodda u aġġornati

- numru ta' konnessjonijiet ferrovjarji transfruntiera reġjonali li ġew abbandunati jew żarmati (konnessjonijiet nieqsa)

CCR 14 - Ammont fis-sena ta' passiġġieri moqdija minn trasport ferrovjarju mtejjeb

- numru ta' konnessjonijiet ferrovjarji transfruntiera li kienu nieqsa u li ġew stabbiliti mill-ġdid

CCO 16 - Estensjoni u modernizzazzjoni ta' linji tat-tram u tal-metro kif ukoll ta' infrastruttura għall-mixi u għas-sewqan tar-roti

CCR 15 - Utenti fis-sena moqdija minn linji ġodda u modernizzati tat-tram u tal-metro kif ukoll in-nies miexja u ċ-ċiklisti

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni

Referenzi

COM(2018)0372 – C8-0227/2018 – 2018/0197(COD)

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

11.6.2018

Opinjoni mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

11.6.2018

Rapporteur

 Data tal-ħatra

Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy

17.7.2018

Eżami fil-kumitat

9.10.2018

Data tal-adozzjoni

15.11.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Marie-Christine Arnautu, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Innocenzo Leontini, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Renaud Muselier, Markus Pieper, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Jill Seymour, Claudia Țapardel, Keith Taylor, István Ujhelyi, Wim van de Camp, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Francisco Assis, Stefan Gehrold, Maria Grapini, Bolesław G. Piecha, Anders Sellström, Matthijs van Miltenburg, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Heinz K. Becker, Edward Czesak, Theodor Dumitru Stolojan, Richard Sulík

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

38

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Matthijs van Miltenburg

ECR

Edward Czesak, Bolesław G. Piecha, Richard Sulík, Kosma Złotowski

GUE/NG

Tania González Peñas, Merja Kyllönen

PPE

Georges Bach, Heinz K. Becker, Andor Deli, Stefan Gehrold, Dieter-Lebrecht Koch, Innocenzo Leontini, Marian-Jean Marinescu, Renaud Muselier, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Anders Sellström, Theodor Dumitru Stolojan, Henna Virkkunen, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

S&D

Francisco Assis, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Claudia Țapardel, István Ujhelyi

VERTS/ALE

Michael Cramer, Karima Delli, Keith Taylor

4

-

ECR

Peter Lundgren

EFDD

Jill Seymour

ENF

Marie-Christine Arnautu, Georg Mayer

2

0

EFDD

Daniela Aiuto

S&D

Inés Ayala Sender

Key to symbols:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (14.11.2018)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni

(COM(2018)0372 – C8-0227/2018 – 2018/0197(COD))

Rapporteur għal opinjoni: James Nicholson

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-Rapporteur jilqa' b'mod wiesa' l-għanijiet u l-objettivi kemm tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta' Koeżjoni. Hija ħaġa sewwa li l-UE għandha approċċ koerenti biex tnaqqas id-differenzi ekonomiċi u soċjali li jeżistu bejn ir-reġjuni u l-Istati Membri, u li għandha l-għan li tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli. Filwaqt li r-rapporteur jifhem li ż-żoni urbani għandhom rwol ewlieni fit-tnaqqis tal-qgħad u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, huwa jħoss li huwa meħtieġ bilanċ aħjar bejn il-ħtiġijiet taż-żoni rurali u dawk urbani. Ir-rapporteur għalhekk għamel xi żidiet fit-test li jiffokaw fuq iż-żoni rurali u l-komunitajiet tagħhom. Meta niddiskutu l-edukazzjoni, it-taħriġ dwar il-ħiliet u l-ħolqien tal-impjiegi, xi kultant nistgħu nikkonċentraw biss fuq l-ibliet tal-UE; ir-rapporteur jipproponi li tingħata attenzjoni speċifika liż-żoni rurali (emenda 6). Ir-rapporteur introduċa żewġ aspetti ġodda għat-test, il-bdiewa li huma marġinalizzati minħabba li jistgħu jaħdmu mill-bogħod u jkunu iżolati u l-ħaddiema staġjonali li ta' spiss isibu diffikultajiet biex jintegraw fil-komunitajiet rurali. Ir-rapporteur huwa ħerqan li jippromwovi l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni u għalhekk jirrakkomanda żieda fl-allokazzjoni għal PO 1 minn 60 % għal 65 % (emenda 10). Konxju dwar il-fatt kemm l-aċċess għall-internet huwa kruċjali għall-bdiewa, ir-rapporteur ma kienx kuntent li l-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni ma jkunux jistgħu jsostnu investiment fl-infrastruttura tal-broadband f'żoni fejn hemm mill-inqas żewġ netwerks tal-broadband. Ir-rapporteur ma jaqbilx ma' dan; għandhom ikunu l-Istati Membri u r-reġjuni li jiddeċiedu fejn il-fondi huma l-aktar meħtieġa. Madankollu jistgħu jeżistu netwerks tal-broadband jekk ma jkunux adegwati u ma jippermettux aċċess xieraq għall-internet għall-bdiewa fil-partijiet l-aktar remoti tal-UE; l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jinvestu aktar biex isir titjib (emenda 12).

EMENDI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR") huwa maħsub sabiex jgħin fil-korrezzjoni tal-iżbilanċi reġjonali ewlenin li hemm fl-Unjoni. Skont dan l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u għat-tnaqqis fir-ritard tal-iżvilupp tar-reġjuni l-anqas favoriti, li fosthom għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti bħar-reġjuni tat-tramuntana mbiegħda b'densità ta' popolazzjoni baxxa ħafna, u gżejjer, reġjuni transfruntiera u reġjuni muntanjużi.

(1)  L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR") huwa maħsub sabiex jgħin fil-korrezzjoni tal-iżbilanċi reġjonali ewlenin li hemm fl-Unjoni. Skont dan l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u għat-tnaqqis fir-ritard tal-iżvilupp tar-reġjuni l-anqas favoriti, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni rurali, liż-żoni affettwati minn tranżizzjoni industrijali u lir-reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti bħar-reġjuni tat-tramuntana mbiegħda b'densità ta' popolazzjoni baxxa ħafna, u gżejjer, reġjuni transfruntiera u reġjuni muntanjużi.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  Barra minn hekk, l-investiment tal-Fond ta' Koeżjoni huwa ffokat fuq numru ta' oqsma ta' prijorità ewlenin li fihom id-distakk ekonomiku u soċjali qed ikompli jikber, u jimmira b'mod partikolari lejn id-differenzi bejn iż-żoni rurali u dawk urbani, u b'hekk jittraskura ż-żoni rurali milquta mill-faqar u mill-istaġnar;

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [is-CPR ġdid]16 jistabbilixxi regoli komuni applikabbli għall-fondi differenti, inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR"), il-Fond Soċjali Ewropew ("FSE+"), il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ("FEMS"), il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni ("AMIF"), il-Fond għas-Sigurtà Interna ("FSI") u l-Istrument ta' Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viża ("BMVI") li, joperaw taħt qafas komuni (il-"Fondi").

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [is-CPR il-ġdid]16 jistabbilixxi regoli komuni applikabbli għall-fondi differenti, inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ("FEŻR"), il-Fond Soċjali Ewropew ("FSE+"), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ("FEMS"), il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni ("AMIF"), il-Fond għas-Sigurtà Interna ("FSI") u l-Istrument ta' Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viża ("BMVI"), li joperaw taħt qafas komuni (il-"Fondi").

_________________

_________________

16 [Referenza sħiħa – tas-CPR il-ġdid].

16 [Referenza sħiħa – tas-CPR il-ġdid].

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-prinċipji orizzontali stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE") u fl-Artikolu 10 TFUE, inkluż il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE, jenħtieġ li jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u jiżguraw l-aċċessibbiltà f'konformità mal-Artikolu 9 tiegħu u f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw biex jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u jintegraw il-perspettiva tal-ġeneru, kif ukoll jikkumbattu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li ll-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta' segregazzjoni. Jenħtieġ li l-objettivi tal-FERŻ u l-Fond ta' Koeżjoni jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju li min iniġġes iħallas. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw l-impriżi għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 TFUE.

(5)  Il-prinċipji orizzontali stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE") u fl-Artikolu 10 TFUE, inkluż il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE, jenħtieġ li jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u jiżguraw l-aċċessibbiltà f'konformità mal-Artikolu 9 tiegħu u f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw biex jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u jintegraw il-perspettiva tal-ġeneru, kif ukoll jikkumbattu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li l-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta' segregazzjoni jew esklużjoni. Jenħtieġ li l-objettivi tal-FERŻ u l-Fond ta' Koeżjoni jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba u jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju li min iniġġes iħallas. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw l-impriżi għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 TFUE.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Sabiex jiġu identifikati t-tip ta' attivitajiet li jistgħu jiġu appoġġati mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, l-objettivi ta' politika speċifiċi għall-għoti ta' appoġġ minn dawk il-fondi jenħtieġ li jiġu stabbiliti biex jiġi żgurat li jikkontribwixxu għal għan ta' politika komuni wieħed jew aktar imsemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/xxx [CPR ġdid].

(7)  Sabiex jiġu identifikati t-tip ta' attivitajiet li jistgħu jiġu appoġġati mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, l-objettivi ta' politika speċifiċi armonizzati, adattati għas-sitwazzjonijiet differenti eżistenti, għall-għoti ta' appoġġ minn dawk il-fondi jenħtieġ li jiġu stabbiliti biex jiġi żgurat li jikkontribwixxu għal valur miżjud akbar f'kull reġjun u għall-ħolqien tal-impjiegi. Jenħtieġ li dawn l-objettivi bl-ebda mod ma jnaqqsu mill-objettiv ġenerali kruċjali tat-tnaqqis tal-inugwaljanzi bejn il-livelli ta' żvilupp fid-diversi reġjuni tal-UE u r-ritard tar-reġjuni l-anqas favoriti.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a)  Servizzi pubbliċi ta' kwalità u universali huma vitali biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi reġjonali u soċjali, għall-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp reġjonali u biex il-persuni u n-negozji jitħeġġu jibqgħu fiż-żona lokali tagħhom, speċjalment fir-reġjuni anqas żviluppati.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9b)  L-investimenti mwettqa fil-qafas tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni jenħtieġ li jiġu diretti lejn il-qasam tal-mobbiltà nazzjonali, reġjonali u lokali sostenibbli u aċċessibbli, speċjalment fir-reġjuni b'nuqqas ta' riżorsi għar-riġenerazzjoni ekonomika u t-tkabbir ekonomiku u r-reġjuni b'densità ta' popolazzjoni baxxa fejn in-nuqqas serju tal-mobbiltà jikkostitwixxi ostaklu strutturali għall-iżvilupp.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Barra minn hekk, l-investimenti taħt il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' netwerk ta' infrastruttura diġitali b'veloċità għolja, komprensiv, u l-promozzjoni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli u nadifa.

(10)  Barra minn hekk, l-investimenti taħt il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' netwerk ta' infrastruttura diġitali b'veloċità għolja, komprensiv, li jkopri wkoll iż-żoni rurali, u l-promozzjoni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli u nadifa u l-mobbiltà rurali, u b'hekk irawmu koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali akbar, li tista' tiġġieled kontra t-tibdil fil-klima b'mod effettiv.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a)  L-investiment f'netwerks diġitali fiż-żoni rurali tal-UE huwa sors ta' potenzjal mhux sfruttat u huwa essenzjali biex jiġu sfruttati opportunitajiet ekonomiċi ġodda bħalma huma l-agrikoltura ta' preċiżjoni u l-iżvilupp ta' ekonomija bbażata fuq il-bijoloġija, u jista' jgħin biex jintlaħqu l-objettivi tal-UE li jiġi żviluppat netwerk ta' infrastruttura diġitali u li tiġi promossa l-mobbiltà multimodali ekoloġika u sostenibbli.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a)  Operazzjonijiet taħt il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jenħtieġ li jwasslu għar-realizzazzjoni tal-objettivi stipulati fil-Pjanijiet Nazzjonali Integrati għall-Enerġija u l-Klima li għandhom jiġu żviluppati taħt [ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija], filwaqt li jitqiesu wkoll ir-rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni rigward dawn il-pjanijiet, kemm f'termini ta' kontenut kif ukoll ta' allokazzjoni finanzjarja.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Jenħtieġ li l-FEŻR jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fl-Unjoni u biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u dawk ir-reġjuni li l-aktar għadhom lura u li huma anqas favoriti, inklużi dawk li qed jaffaċċjaw sfidi minħabba l-impenji ta' dekarbonizzazzjoni. Jenħtieġ li l-appoġġ tal-FEŻR taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għalhekk jiġi kkonċentrat fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni f'konformità mal-objettivi tal-politika stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/xxx [CPR il-ġdid]. Jenħtieġ li għalhekk l-appoġġ mill-FEŻR jikkonċentra fuq l-objettivi ta' politika ta' "Ewropa intelliġenti billi jippromwovi t-trasformazzjoni ekonomika, intelliġenti u innovattiva" u "Ewropa ekoloġika, b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju permezz tal-promozzjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju". Jenħtieġ li din il-konċentrazzjoni tematika tintlaħaq fuq livell nazzjonali filwaqt li tippermetti flessibbiltà fil-livell tal-programmi individwali u bejn tliet gruppi ta' Stati Membri ffurmati skont id-dħul nazzjonali gross rispettiv. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-metodoloġija biex tikklassifika lill-Istati Membri tiġi stabbilita bir-reqqa b'kont meħud tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda.

(17)  Jenħtieġ li l-FEŻR jgħin sabiex tkun promossa l-konverġenza vera, jitnaqqsu l-iżbilanċi reġjonali prinċipali fl-Unjoni u biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u dawk ir-reġjuni li l-aktar għadhom lura u li huma anqas favoriti, inklużi dawk li qed jaffaċċjaw sfidi minħabba l-impenji ta' dekarbonizzazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-għażliet, il-prijoritajiet u l-ħtiġijiet leġittimi ta' kull Stat Membru, skont is-sitwazzjoni partikulari tiegħu. Jenħtieġ li l-appoġġ tal-FEŻR taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi jqis ukoll il-prijoritajiet definiti b'mod kollettiv, f'konformità mal-objettivi tal-politika stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/xxx [CPR il-ġdid]. Jenħtieġ li għalhekk l-appoġġ mill-FEŻR iqis b'mod partikolari l-objettivi ta' politika ta' "Ewropa aktar koeżiva u msejsa fuq is-solidarjetà li tgħin biex jitnaqqsu l-asimetriji ekonomiċi, soċjali u territorjali u biex tinkiseb trasformazzjoni ekonomika intelliġenti u innovattiva" u "Ewropa ekoloġika, b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju permezz tal-promozzjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija nadifa u ġusta, it-tnaqqis tal-impatt tal-industrija fuq l-ambjent, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju". Jenħtieġ li din il-konċentrazzjoni tematika tintlaħaq fuq livell nazzjonali filwaqt li tippermetti flessibbiltà fil-livell tal-programmi individwali u bejn tliet gruppi ta' Stati Membri ffurmati skont id-dħul nazzjonali gross rispettiv. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-metodoloġija biex tikklassifika lill-Istati Membri tiġi stabbilita bir-reqqa b'kont meħud tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi tipi differenti ta' attivitajiet li l-ispejjeż tagħhom jistgħu jkunu appoġġati permezz ta' investimenti mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, taħt l-objettivi rispettivi tagħhom kif stabbiliti mit-TFUE. Jenħtieġ li l-Fond ta' Koeżjoni jkun jista' jappoġġa investimenti fl-ambjent u fit-TEN-T. Fir-rigward tal-ERDF, jenħtieġ li l-lista ta' attivitajiet tkun issimplifikata u jenħtieġ li tkun kapaċi tappoġġa l-investimenti fl-infrastruttura, investimenti fir-rigward ta' aċċess għal servizzi, investimenti produttivi fl-SMEs, tagħmir, softwer u assi intanġibbli, kif ukoll miżuri fir-rigward ta' informazzjoni, komunikazzjoni, studji, netwerking, kooperazzjoni, skambju ta' esperjenzi u attivitajiet li jinvolvu gruppi. Sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta' programm, jenħtieġ li ż-żewġ fondi jkunu kapaċi wkoll li jappoġġaw attivitajiet ta' assistenza teknika. Fl-aħħar nett, sabiex jipprovdi għal firxa aktar wiesgħa ta' interventi għal programmi Interreg, jenħtieġ li l-ambitu jitwessa' biex jinkludi wkoll il-kondiviżjoni ta' firxa wiesgħa ta' faċilitajiet u riżorsi umani u l-ispejjeż marbuta ma' miżuri fil-kamp ta' applikazzjoni tal-FSE+.

(19)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi tipi differenti ta' attivitajiet li l-ispejjeż tagħhom jistgħu jkunu appoġġati permezz ta' investimenti mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, taħt l-objettivi rispettivi tagħhom kif stabbiliti mit-TFUE. Jenħtieġ li l-Fond ta' Koeżjoni jkun jista' jappoġġa investimenti fl-ambjent u fit-TEN-T. Fir-rigward tal-FEŻR, jenħtieġ li l-lista ta' attivitajiet tkun issimplifikata u jenħtieġ li tkun kapaċi tappoġġa l-investimenti fl-infrastruttura, investimenti fir-rigward ta' aċċess għal servizzi, b'attenzjoni partikolari għall-komunitajiet żvantaġġati, emarġinati u segregati, investimenti produttivi fl-SMEs, tagħmir, softwer u assi intanġibbli, kif ukoll miżuri fir-rigward ta' informazzjoni, komunikazzjoni, studji, netwerking, kooperazzjoni, skambju ta' esperjenzi u attivitajiet li jinvolvu gruppi. Sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta' programm, jenħtieġ li ż-żewġ fondi jkunu kapaċi wkoll li jappoġġaw attivitajiet ta' assistenza teknika. Fl-aħħar nett, sabiex jipprovdi għal firxa aktar wiesgħa ta' interventi għal programmi Interreg, jenħtieġ li l-ambitu jitwessa' biex jinkludi wkoll il-kondiviżjoni ta' firxa wiesgħa ta' faċilitajiet u riżorsi umani u l-ispejjeż marbuta ma' miżuri fil-kamp ta' applikazzjoni tal-FSE+.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Fil-qafas tal-iżvilupp urban sostenibbli, huwa kkunsidrat neċessarju li jiġu megħjun l-iżvilupp territorjali integrat sabiex jingħelbu l-isfidi ekonomiċi, ambjentali, klimatiċi, demografiċi u soċjali li jaffettwaw iż-żoni urbani, inklużi ż-żoni urbani funzjonali, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu promossi rabtiet bejn iż-żoni urbani u dawk rurali. Il-prinċipji għall-għażla ta' żoni urbani li għalihom għandhom jiġu implimentati azzjonijiet integrati għal żvilupp urban sostenibbli, u l-ammonti indikattivi għal dawk l-azzjonijiet, jenħtieġ li jkunu stabbiliti fil-programmi taħt il-mira għall-Investiment għall-impiegi u t-tkabbir b'minimu ta' 6 % tar-riżorsi tal-FEŻR allokati fil-livell nazzjonali għal dan il-għan. Jenħtieġ li jiġi stabbilit ukoll li dan il-perċentwal għand jiġi rispettati matul il-perjodu ta' programmazzjoni f'każ ta' trasferiment bejn il-prijoritajiet fi programm jew bejn il-programmi, inklużi fir-reviżjoni ta' nofs it-terminu.

(25)  Fil-qafas tal-iżvilupp urban sostenibbli, huwa kkunsidrat neċessarju li jiġi appoġġat l-iżvilupp territorjali integrat sabiex jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi, ambjentali, klimatiċi, demografiċi u soċjali li jaffettwaw iż-żoni urbani u rurali, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu promossi rabtiet bejn iż-żoni urbani u dawk rurali u aktar kooperazzjoni. Il-prinċipji għall-għażla ta' żoni urbani li għalihom għandhom jiġu implimentati azzjonijiet integrati għal żvilupp urban sostenibbli, u l-ammonti indikattivi għal dawk l-azzjonijiet, jenħtieġ li jkunu stabbiliti fil-programmi taħt il-mira għall-Investiment għall-impiegi u t-tkabbir b'minimu ta' 6 % tar-riżorsi tal-FEŻR allokati fil-livell nazzjonali għal dan il-għan. Jenħtieġ li jiġi stabbilit ukoll li dan il-perċentwal jiġi rispettat matul il-perjodu ta' programmazzjoni f'każ ta' trasferiment bejn il-prijoritajiet fi programm jew bejn il-programmi, inklużi fir-reviżjoni ta' nofs it-terminu.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-għanijiet speċifiċi u l-ambitu tal-appoġġ mill-Fond Ewropew fir-rigward tal-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi ("l-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi") imsemmi fil-[punt (a) tal-Artikolu 4(2)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [CPR il-ġdid].

2.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-għanijiet speċifiċi u l-ambitu tal-appoġġ mill-Fond Ewropew fir-rigward tal-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi ("l-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi") imsemmi fil-[punt (a) tal-Artikolu 4(2)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [CPR il-ġdid]. Huwa jissupplementa wkoll il-politika tal-iżvilupp rurali sa fejn huwa kkonċernat l-appoġġ għall-iżvilupp territorjali bbilanċjat.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "Ewropa iktar intelliġenti permezz tal-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti" ("PO 1") permezz:

(a)  "Ewropa iktar koeżiva u msejsa fuq is-solidarjetà permezz tal-għajnuna biex jitnaqqsu l-asimetriji ekonomiċi, soċjali u territorjali u l-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti" ("PO 1") permezz:

Ġustifikazzjoni

L-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni huma strumenti kruċjali tal-politika ta' koeżjoni u l-objettivi tagħhom għandhom, għaldaqstant, jinkludu l-isforz biex tinkiseb il-koeżjoni u ssir prevenzjoni tal-asimetriji.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-użu ta' teknoloġiji avvanzati;

(i)  tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fir-riċerka u l-innovazzjoni, l-użu ta' teknoloġiji avvanzati u titjib fl-aċċess għat-teknoloġiji u l-użu u l-kwalità tat-teknoloġiji;

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt a - punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  tat-teħid tal-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni għaċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-gvernijiet;

(ii)  tat-teħid tal-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni għaċ-ċittadini, il-kumpaniji, is-servizzi pubbliċi u l-gvernijiet;

Ġustifikazzjoni

Is-servizzi pubbliċi huma vitali għall-koeżjoni u l-iżvilupp reġjonali, l-attività tan-negozju u l-livelli ta' popolazzjoni sostnuti, speċjalment fir-reġjuni inqas żviluppati.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – punt iia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iia)  tal-inkoraġġiment ta' servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja, modernizzati u universali

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  tat-tijib tat-tkabbir u l-kompetittività tal-SMEs;

(iii)  tat-tijib u l-avvanz tat-tkabbir u l-kompetittività tal-SMEs fiż-żoni rurali;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  l-iżvilupp ta' ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, tranżizzjoni industrijali u l-intraprenditorija;

(iv)  l-iżvilupp ta' ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, tranżizzjoni industrijali, żvilupp u infrastrutturi rurali għal speċjalizzazzjoni intelliġenti , l-istabbiliment mill-ġdid ta' industriji f'reġjuni affettwati minn kapaċità industrijali u l-intraprenditorija li qed jonqsu;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – punt iva(ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iva)   tal-promozzjoni tar-revitalizzazzjoni u riġenerazzjoni ekonomika ta' reġjuni li qed iġarrbu depopolazzjoni u żoni bi żvantaġġi naturali;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt a - punt ivb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ivb)  tal-promozzjoni ta' ekosistemi għal negozji ġodda;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "ekonomija aktar ekoloġika, Ewropa li ftit li xejn tipproduċi karbonju billi tippromwovi t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiċi u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju ('PO 2') permezz

(b)  "ekonomija aktar ekoloġika, Ewropa li ftit li xejn tipproduċi karbonju billi tippromwovi u tappoġġa t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiċi u blu, kif ukoll tnaqqis fil-konsum, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju ('PO 2') permezz

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  tal-iżvilupp ta' sistemi tal-enerġija intelliġenti, grids u ħażna fil-livell lokali;

(iii)  tal-iżvilupp ta' sistemi intelliġenti tal-enerġija, netwerks intelliġenti , il-ħżin fil-livell lokali u l-istabbiliment ta' kooperattivi tal-enerġija

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt iiia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iiia)  tal-promozzjoni ta' tnaqqis fil-konsum;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  tal-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni tar-riskji u r-reżiljenza għad-diżastri;

(iv)  tal-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji u r-reżiljenza għad-diżastri naturali, b'mod partikolari approċċi bbażati fuq l-ekosistema;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b – punt vii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vii)  tat-tisħiħ tal-bijodiversità, l-infrastruttura ekoloġika fl-ambjent urban u t-tnaqqis tat-tniġġis;

(vii)  tat-tisħiħ tal-bijodiversità u l-infrastruttura ekoloġika fl-ambjent urban u rurali u t-tnaqqis tat-tniġġis fl-arja, fl-ilma, it-tniġġis tal-ħamrija, it-tniġġis akustiku u tad-dawl, kif ukoll tal-iskart;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  tat-titjib tal-konnettività diġitali;

(i)  tat-titjib tal-konnettività diġitali u l-aċċess għal internet b'veloċità għolja, b'mod partikolari fiż-żoni rurali b'popolazzjonijiet iżgħar li mhumiex attraenti għall-operaturi kummerċjali;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  tal-iżvilupp sostenibbli, reżiljenti għat-tibdil fil-klima, sigur, intelliġenti u intermodali tat-TEN-T;

(ii)  tal-iżvilupp ta' TEN-T sostenibbli, reżiljenti għall-klima, intelliġenti, sikur u intermodali, b'enfasi partikolari fuq il-ħolqien ta' netwerk tat-trasport tal-UE li joħloq rabtiet bejn iċ-ċentri rurali aktar milli sempliċement rotot lejn il-bliet kapitali jew iċ-ċentri urbani kbar;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  tal-promozzjni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli;

(iv)  tal-promozzjoni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli kemm fiż-żoni urbani kif ukoll fiż-żoni rurali;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – punt iva (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iva)  tal-użu ta' teknoloġiji diġitali biex iż-żoni rurali tal-Ewropa jilqgħu għall-isfidi li jiffaċċjaw;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – punt ivb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ivb)  tal-promozzjoni tal-mobbiltà rurali;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  jissaħħu l-effettività tas-swieq tax-xogħol u l-aċċess għal impjiegi ta' kwalità permezz tal-iżvilupp tal-innovazzjoni soċjali u l-infrastruttura;

(i)  jissaħħu l-effikaċja tas-swieq tax-xogħol u l-aċċess għal impjiegi ta' kwalità u l-appoġġ għall-mobbiltà tal-ħaddiema permezz tal-iżvilupp tal-innovazzjoni soċjali u l-infrastruttura li tħeġġeġ l-iżvilupp territorjali bbilanċjat fl-UE kollha, b'mod partikolari għan-nisa fiż-żoni rurali, b'attenzjoni speċifika għall-edukazzjoni, it-taħriġ tal-ħiliet u l-impjiegi fiż-żoni rurali;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ia)  il-kisba ta' żvilupp territorjali bilanċjat ta' ekonomiji u komunitajiet rurali inklużi l-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt ib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ib)  tingħata għajnuna lill-popolazzjoni rurali biex din tikseb aċċess għal għażliet ta' impjieg ta' valur;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  jittejjeb l-aċċess għal servizzi ta' kwalità u inklużivi fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja permezz tal-iżvilupp fl-infrastruttura;

(ii)  jittejjeb l-aċċess għal servizzi ta' kwalità u inklużivi fl-edukazzjoni, qabel l-iskola formali – b'mod partikolari billi jissaħħu r-rabtiet bejn l-edukazzjoni u l-ekonomija u n-negozju – it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  tiżdied l-integrazzjoni soċjoekonomika ta' komunitajiet marġinalizzati, migranti u gruppi żvantaġġati, permezz ta' miżuri integrati li jinkludu akkomodazzjoni u servizzi soċjali;

(iii)  tiżdied l-integrazzjoni soċjoekonomika ta' komunitajiet marġinalizzati u gruppi żvanta