Proċedura : 2018/2214(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0103/2019

Testi mressqa :

A8-0103/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.46

Testi adottati :

P8_TA(2019)0287

RAPPORT     
PDF 192kWORD 58k
27.2.2019
PE 626.826v02-00 A8-0103/2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2214(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Martina Dlabajová

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2214(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05827/2019 – C8-0103/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0103/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-impriża konġunta għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2214(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05827/2019 – C8-0103/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0103/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2214(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0103/2019),

A.  billi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika (l-"Impriża Konġunta") ġiet stabbilita bħala sħubija pubblika-privata bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 għal perjodu ta' għaxar snin bl-għan li tiġbor flimkien lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u li tikkontribwixxi biex l-Unjoni tiġi stabbilita bħala protagonist fundamentali fir-riċerka, id-dimostrazzjoni u d-diffużjoni tal-prodotti b'bażi bijoloġika u l-bijofjuwils avvanzati;

B.  billi, skont l-Artikoli 38 u 43 tar-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta, li ġew adottati bid-deċiżjoni tal-bord ta' tmexxija tagħha fl-14 ta' Ottubru 2014, l-Impriża Konġunta hija rikjesta tipprepara u tadotta l-kontijiet annwali tagħha stess li jkunu tħejjew mill-uffiċjal tal-kontabilità tagħha li jinħatar mill-bord ta' tmexxija;

C.  billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, rappreżentata mill-Kummissjoni, u s-sħab industrijali, rappreżentati mill-Konsorzju tal-Industriji b'bażi Bijoloġika (il-"BIC");

Ġenerali

1.  Jinnota li l-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta hija ta' EUR 975 000 000, li għandha titħallas mill-programm Orizzont 2020; jinnota li l-membri tal-industrija tal-Impriża Konġunta għandhom jikkontribwixxu riżorsi ta' mill-inqas EUR 2 730 000 000 matul il-perjodu tal-Impriża Konġunta, li jikkonsistu f'mill-inqas EUR 975 000 000 ta' kontribuzzjonijiet in natura u fi flus kontanti għall-attivitajiet operattivi tal-Impriża Konġunta u mill-inqas EUR 1 755 000 000 ta' kontribuzzjonijiet in natura biex jimplimentaw attivitajiet addizzjonali barra mill-pjan ta' ħidma tal-Impriża Konġunta;

2.  Jinnota li 17 mit-82 proposta miżmuma mis-sejħa għal proposti tal-2017 kienu, sa tmiem l-2017, fl-istadju ta' tħejjija tal-ftehim ta' għotja; barra minn hekk jinnota li, sal-bidu tal-2017, il-programm tal-Impriża Konġunta ser ikollu portafoll ta' 82 proġett għaddej b'total ta' 932 parteċipant minn 30 pajjiż b'valur ta' għotja totali ta' EUR 414 000 000;

3.  Jinnota li l-objettivi tal-Impriża Konġunta ma setgħux jiġu indirizzati bi strumenti tradizzjonali tal-Unjoni; josserva li l-Impriża Konġunta pprovdiet effett ta' strutturar, billi ġabret flimkien is-setturi u l-atturi għat-tnedija ta' katini tal-valur ġodda u mmobilizzat investimenti dejjem akbar għall-iżvilupp ta' innovazzjonijiet għall-industriji b'bażi Bijoloġika;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2017 (ir-"rapport tal-Qorti") sab li l-kontijiet annwali 2017 tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2017 u r-riżultati tal-operazzjonijiet u l-flussi ta' flus tagħha għal tmiem is-sena, skont ir-Regolament Finanzjarju u r-regoli tal-kontabilità tagħha adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni;

5.  Jinnota li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jipprevedu li l-baġit finali tal-2017 għandu jkun disponibbli għall-implimentazzjoni u għandu jinkludi EUR 92 900 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 91 600 000 f'approprjazzjonijiet ta' pagament u, minn dawn, ir-rati ta' użu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu 97 % u 95 % rispettivament;

6.  Josserva li l-approprjazzjonijiet ta' pagament intużaw prinċipalment għall-prefinanzjament tal-ftehimiet ta' għotja li rriżultaw mis-sejħiet għal proposti tal-2016;

7.  Jinnota li mill-EUR 1 186 750 000 tal-fondi tal-programm Orizzont 2020 allokati lill-Impriża Konġunta, inklużi d-EUR 975 000 000 ta' spejjeż operattivi u amministrattivi u l-kontribuzzjonijiet in natura tal-membri tal-industrija għall-ispejjeż amministrattivi (EUR 29 250 000) u dawk operattivi (EUR 182 500 000), sa tmiem l-2017, l-Impriża Konġunta għamlet impenji ta' EUR 509 800 000(42,96 %) u pagamenti ta' EUR 172 200 000 (li jirrappreżentaw 14,51 % tal-fondi allokati) għall-implimentazzjoni tal-ewwel mewġa ta' proġetti tagħha;

8.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li mill-kontribuzzjonijiet ta' EUR 975 000 000 li għandhom isiru mill-membri tal-industrija għall-attivitajiet operattivi u l-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta, il-membri tal-industrija kienu rrapportaw kontribuzzjonijiet in natura ta' EUR 26 000 000 għall-attivitajiet operattivi, u l-bord ta' tmexxija kien ivvalida kontribuzzjonijiet ta' EUR 5 800 000 fi flus kontanti mill-membri għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta; jistieden lill-Impriża Konġunta tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżvilupp tal-kontribuzzjonijiet in natura u l-pagamenti li saru;

9.  Jiddispjaċih li mill-minimu ta' EUR 182 500 000 f'kontribuzzjonijiet fi flus kontanti li jridu jsiru mill-membri tal-industrija għall-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta, sa tmiem l-2017 kienu tħallsu biss EUR 800 000, u bħala konsegwenza, dan ġiegħel lill-Kummissjoni tissospendi EUR 50 000 000 mill-kontribuzzjonijiet fi flus kontanti tagħha; josserva li hemm riskju għoli li l-minimu mhux ser jintlaħaq sat-tmiem tal-programm tal-Impriża Konġunta; jinnota li l-Kummissjoni naqqset il-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-Impriża Konġunta b'EUR 140 000 000 li xorta waħda għandha tippermetti sejħiet konsistenti għal proposti fl-2020 sabiex jinkisbu l-objettivi strateġiċi tal-Impriża Konġunta fl-2024; jilqa' l-fatt li f'Jannar 2018 ġew adottati emendi għar-Regolament (UE) Nru 560/2014 li jippermettu lis-settur privat jikkontribwixxi finanzjarjament kemm fil-livell tal-proġett kif ukoll fil-livell tal-programm; jenfasizza li ġiet osservata xejra pożittiva fl-isfera tal-kontribuzzjonijiet in natura għall-attivitajiet operattivi li huma mistennija jiżdiedu b'61 % (EUR 72 500 000 minflok l-ammont stmat ta' EUR 45 000 000 ) fis-sejħiet għal proposti fl-2018;

Prestazzjoni

10.  Jilqa' l-fatt li l-assenza ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti m'għadhiex problema taħt il-programm Orizzont 2020; japprezza li l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni speċifiċi disponibbli nstabu li kienu sodisfaċenti; jilqa' l-fatt li fl-2017 kienu nqabżu l-valuri fil-mira tal-2020 ta' 7 minn 8 indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni;

11.  Josserva li l-proporzjon tal-ispejjeż tal-ġestjoni (baġit amministrattiv u operattiv) baqgħet taħt il-5 %, b'hekk tipponta lejn struttura organizzattiva simplifikata u effiċjenti tal-Impriża Konġunta;

12.  Jinnota bi tħassib il-valur tal-effett ta' ingranaġġ ta' 2,077 fi tmiem l-2017, li huwa inqas mill-aspettattiva; jitlob lill-Impriża Konġunta tieħu passi biex tissodisfa l-mira ta' effett ta' ingranaġġ ta' 2,80 fuq il-perjodu kollu 2014-2020;

13.  Jinnota b'apprezzament li n-natura s-sejħiet għal proposti tal-Impriża Konġunta huma kompletament miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' kwalunkwe parti kkonċernata; jilqa' l-isforzi kbar tal-Impriża Konġunta biex tikkomunika l-objettivi u r-riżultati tagħha kif ukoll is-sejħiet tagħha mal-partijiet ikkonċernati fl-Unjoni permezz tal-avvenimenti, il-laqgħat u s-sit web tagħha;

14.  Jinnota l-fatt li l-esperti kkonfermaw li l-Impriża Konġunta attirat livell sodisfaċenti ta' parteċipazzjoni mill-aħjar atturi tal-Unjoni fl-oqsma tal-ktajjen tal-valur magħżula;

15.  Jilqa' l-fatt li s-sejħiet għal proposti kollha ġew ippubblikati u ngħalqu skont il-pjanijiet ta' ħidma rispettivi u li r-riżultati rigward "żmien għall-għotja" u "żmien għall-ħlas" baqgħu ferm taħt il-miri definiti;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

16.  Jinnota li sa tmiem l-2017, il-persunal tal-Impriża Konġunta kien kważi komplet, b'20 post okkupat minn total ta' 22 post allokat lill-Impriża Konġunta mit-tabella tal-persunal; jieħu nota li, matul l-2017, l-Impriża Konġunta rreklutat 2 aġenti temporanji u 2 aġenti kuntrattwali; jinnota, barra minn hekk, li sabiex jiġi indirizzat l-ammont ta' xogħol addizzjonali, il-Kummissjoni awtorizzat lill-Impriża Konġunta taqsam post wieħed fit-tabella tal-persunal bejn aġent temporanju wieħed bi grad aktar baxx u aġent kuntrattwali wieħed addizzjonali; jieħu nota li din il-miżura għadha qiegħda tistenna l-approvazzjoni tal-bord ta' tmexxija;

Awditu intern

17.  Jinnota li f'Novembru 2017, is-Servizz ta' Awditjar Intern wettaq xogħol tal-awditjar fuq il-post għall-awditu "rieżami limitat tal-IAS tal-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern (ICS) fl-Impriża Konġunta BBI"; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati ta' dan l-awditu;

18.  Josserva li l-Uffiċċju tal-Programm wettaq awtovalutazzjoni tal-ICSs tiegħu biex jivvaluta l-livell kurrenti ta' implimentazzjoni tal-ICSs u biex jesplora l-kundizzjonijiet neċessarji biex iressaq il-Qafas ta' Kontroll Intern tal-organizzazzjoni għal livell ogħla ta' maturità; jinnota li l-konklużjoni hija li l-Impriża Konġunta tgawdi minn livell tajjeb ta' maturità għall-implimentazzjoni tal-ICSs u li ġie aġġornat pjan ta' azzjoni għal dawn;

19.  Jinnota bi tħassib mir-Rapport tal-Qorti li hemm ftit ICSs li għadhom pendenti biex jiġu implimentati, bħall-ICSs 8 (Proċessi u proċeduri), 10 (Kontinwità tan-negozju) u 11 (Ġestjoni tad-dokumenti);

20.  Jieħu nota tal-fatt li fl-2017, l-Impriża Konġunta, flimkien mas-Servizz tal-Awditjar Komuni tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, nedew l-ewwel awditu ex post ta' kampjun aleatorju ta' talbiet għall-ispejjeż interim relatati mal-programm Orizzont 2020; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati ta' dan l-awditu;

21.  Jinnota b'apprezzament li r-rata ta' żbalji residwi għall-programm Orizzont 2020 hija inqas mill-materjalità, li tammonta għal 1,44 %;

22.  Jinnota li saret l-Evalwazzjoni Interim tal-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta mill-2014 sal-2016, li tħejja Pjan ta' Azzjoni biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet li tqajmu, pereżempju l-promozzjoni ta' ktajjen tal-valur ġodda bl-involviment ta' atturi ġodda, li ġew inkoraġġiti aktar strateġiji nazzjonali u reġjonali rigward il-bijoekonomija fl-Istati Membri, li kien hemm koordinazzjoni aħjar mal-Kummissjoni biex jiġi evitat finanzjament doppju, li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji u in natura tal-industrija żdiedu għall-ogħla livell possibbli, eċċ.; jinnota li diġà ttieħdu diversi azzjonijiet;

Qafas legali

23.  Japprezza l-fatt li fl-2017 l-unità tar-riżorsi umani kompliet issaħħaħ il-qafas ġuridiku billi tat attenzjoni partikolari lill-applikazzjoni tar-regoli ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni għall-Impriża Konġunta; jilqa' l-fatt li, f'dan ir-rigward, fl-2017 il-bord ta' tmexxija adotta seba' regoli ta' implimentazzjoni ġodda;

Il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u t-trasparenza

24.  Jilqa' l-fatt li l-Impriża Konġunta, flimkien ma' sitt impriżi konġunti oħra, nediet sejħa għal espressjonijiet ta' interess komuni bejn l-impriżi biex tagħżel sa seba' konsulenti kunfidenzjali li jwaqqfu netwerk ta' konsulenti kunfidenzjali.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

18

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

1

-

ENF

Jean-François Jalkh

1

0

EFDD

Marco Valli

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 452, 14.12.2018, p. 10.

(2)

ĠU C 452, 14.12.2018, p. 12.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 193, 30.07.2018, p. 1.

(5)

ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130.

(6)

ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(7)

ĠU C 452, 14.12.2018, p. 10.

(8)

ĠU C 452, 14.12.2018, p. 12.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 193, 30.07.2018, p. 1.

(11)

ĠU L 169, 30.7.2018, p. 130.

(12)

ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Marzu 2019Avviż legali