Proċedura : 2018/0248(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0106/2019

Testi mressqa :

A8-0106/2019

Dibattiti :

PV 12/03/2019 - 26
CRE 12/03/2019 - 26

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2019 - 11.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0175

RAPPORT     ***I
PDF 639kWORD 208k
27.2.2019
PE 629.652v01-00 A8-0106/2019

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil

(COM(2018)0471 – C8-0271/2018 – 2018/0248(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Miriam Dalli

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊEVIET KONTRIBUT
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil

(COM(2018)0471 – C8-0271/2018 – 2018/0248(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0471),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 78(2), 79(2) u (4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0271/2018),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Baġits (A8-0106/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil

li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni, l-Ażil u l-Integrazzjoni

Emenda    2

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 78(2) u l-Artikolu 79(2) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 78(2), l-Artikolu 79(2) u (4) u l-Artikolu 80 tiegħu,

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Fil-kuntest tal-isfidi migratorji li qegħdin jevolvu, li huma kkaratterizzat mill-bżonn li jingħata sostenn biex ikun hemm sistemi qawwija ta' akkoljenza, ta' ażil, ta' integrazzjoni u ta' migrazzjoni tal-Istati Membri, biex ma jitħallewx li jinqalgħu sitwazzjoni ta' pressjoni, u meta jinqalgħu, biex jiġu ġestiti b'mod xieraq, u sabiex il-wasliet irregolari u perikolużi jiġu sostitwiti b'rotot legali u bla perikli, l-investiment fil-ġestjoni effiċjenti u koordinata fl-Unjoni huwa ċentrali għat-twettiq tal-objettiv tal-Unjoni li tikkostitwixxi żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja skont l-Artikolu 67(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(1)  Fil-kuntest tal-isfidi migratorji li qegħdin jevolvu, li huma kkaratterizzat mill-bżonn li jingħata sostenn biex ikun hemm sistemi qawwija ta' akkoljenza, ta' ażil, ta' integrazzjoni u ta' migrazzjoni tal-Istati Membri, biex ma jitħallewx li jinqalgħu sitwazzjoni ta' pressjoni, u meta jinqalgħu, biex jiġu ġestiti b'mod xieraq u f'solidarjetà, u sabiex il-wasliet irregolari u perikolużi jiġu sostitwiti b'rotot legali u bla perikli, l-investiment fil-ġestjoni effiċjenti u koordinata fl-Unjoni huwa ċentrali għat-twettiq tal-objettiv tal-Unjoni li tikkostitwixxi żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja skont l-Artikolu 67(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-importanza ta' approċċ ikkoordinat mill-Unjoni u l-Istati Membri hija riflessa fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni ta' Mejju 2015, li enfasizzat il-ħtieġa għal politika komuni ċara u konsistenti biex terġa' tinbena l-fiduċja fil-kapaċità tal-Unjoni li nlaqqgħu l-isforzi Ewropej u dawk nazzjonali biex nindirizzaw il-migrazzjoni u naħdmu flimkien b'mod effettiv, skont il-prinċipji tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, u ġie kkonfermat f'nofs it-term tagħha ta' Settembru 2017 u r-rapport ta' progress ta' Marzu u Mejju 2018.

(2)  L-importanza ta' approċċ ikkoordinat mill-Unjoni u l-Istati Membri hija riflessa fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni ta' Mejju 2015, li enfasizzat il-ħtieġa għal politika komuni ċara u konsistenti biex terġa' tinbena l-fiduċja fil-kapaċità tal-Unjoni li nlaqqgħu l-isforzi Ewropej u dawk nazzjonali biex nindirizzaw il-migrazzjoni u naħdmu flimkien b'mod effettiv, skont il-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri skont l-Artikolu 80 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u ġie kkonfermat f'nofs it-term tagħha ta' Settembru 2017 u r-rapport ta' progress ta' Marzu u Mejju 2018.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-19 ta' Ottubru 2017, il-Kunsill Ewropew afferma mill-ġdid il-ħtieġa li jiġi segwit approċċ komprensiv, prammatiku u determinat fil-ġestjoni tal-migrazzjoni li jkollha l-għan li terġa' tistabbilixxi l-kontroll tal-fruntieri esterni u jitnaqqas l-għadd ta' wasliet irregolari u tal-imwiet fuq il-baħar, u jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-użu flessibbli u koordinat tal-istrumenti kollha disponibbli tal-Unjoni u tal-Istat Membru. Il-Kunsill Ewropew talab ukoll biex jiġu żgurati prospetti mtejba b'mod sinifikanti permezz ta' azzjonijiet kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri, bħalma huma ftehimiet u arranġamenti ta' riammissjoni.

(3)  Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-19 ta' Ottubru 2017, il-Kunsill Ewropew afferma mill-ġdid il-ħtieġa li jiġi segwit approċċ komprensiv, prammatiku u determinat fil-ġestjoni tal-migrazzjoni li jkollha l-għan li terġa' tistabbilixxi l-kontroll tal-fruntieri esterni u jitnaqqas l-għadd ta' wasliet irregolari u tal-imwiet fuq il-baħar, u jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-użu flessibbli u koordinat tal-istrumenti kollha disponibbli tal-Unjoni u tal-Istat Membru. Il-Kunsill Ewropew talab ukoll biex jiġu żgurati prospetti mtejba b'mod sinifikanti permezz ta' azzjonijiet kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri, bħalma huma ftehimiet u arranġamenti ta' riammissjoni. Il-Kunsill Ewropew appella wkoll għall-implimentazzjoni u l-iżvilupp ta' programmi volontarji ta' risistemazzjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Sabiex jiġu appoġġati l-isforzi biex jiġi żgurat approċċ komprensiv għall-ġestjoni tal-migrazzjoni bbażata fuq il-fiduċja reċiproka, is-solidarjetà u l-qsim tar-responsabbiltà fost l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, bl-għan li tiġi żgurata politika komuni sostenibbli dwar l-ażil u l-immigrazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu appoġġati b'riżorsi finanzjarji adegwati fil-forma tal-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni (minn hawn 'il quddiem riferut bħala "il-Fond").

(4)  Sabiex jiġu appoġġati l-isforzi biex jiġi żgurat approċċ komprensiv għall-ġestjoni tal-migrazzjoni bbażata fuq il-fiduċja reċiproka, is-solidarjetà u l-qsim tar-responsabbiltà fost l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, bl-għan li tiġi żgurata politika komuni sostenibbli dwar l-ażil u l-immigrazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu appoġġati b'riżorsi finanzjarji adegwati fil-forma tal-Fond għall-Migrazzjoni, l-Ażil u l-Integrazzjoni (minn hawn 'il quddiem riferut bħala "il-Fond").

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Jenħtieġ li l-Fond jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet tal-bniedem, ikun konformi mal-Aġenda 2030, il-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, kif stabbilit fl-Artikolu 208 tat-TFUE, u l-impenji fil-livell internazzjonali fir-rigward tal-migrazzjoni u l-ażil, b'mod partikolari l-Patt Globali dwar ir-Rifuġjati u l-Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari (PGM).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Jenħtieġ li l-ġestjoni tal-Fond minn perspettiva ta' żvilupp tqis id-diversi kawżi fundamentali tal-migrazzjoni bħalma huma l-kunflitt, il-faqar, in-nuqqas ta' kapaċità agrikola, l-edukazzjoni u l-inugwaljanza.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jenħtieġ li l-Fond jiġi implimentat f'konformità sħiħa mad-drittijiet u l-prinċipji mnaqqxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni fir-rigward tad-drittijiet fundamentali.

(5)  Azzjonijiet sostnuti permezz tal-Fond jenħtieġ li jiġu implimentati f'konformità sħiħa mad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, u l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, inklużi l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (UNCRC)u l-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus tar-Rifuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif issupplimentata mill-Protokoll tal-31 ta' Jannar 1967.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Meta jkun qed jiġi implimentat il-Fond, jenħtieġ li jiġu rrispettati u promossi l-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni, li huma fost il-valuri ewlenin tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Fond ma jappoġġa ebda azzjoni li tikkontribwixxi għal xi forma ta' segregazzjoni jew esklużjoni soċjali.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Fl-implimentazzjoni tal-Fond, jenħtieġ li tingħata prijorità lill-azzjonijiet li jindirizzaw is-sitwazzjoni ta' minorenni mhux akkumpanjati jew separati permezz ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni bikrija u lill-azzjonijiet imwettqa fl-aħjar interessi tat-tfal.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li l-Fond isostni l-ġestjoni effiċjenti tal-flussi ta' migrazzjoni billi, fost affarijiet oħra, jippromwovi miżuri komuni fil-qasam tal-ażil, inklużi l-isforzi tal-Istati Membri fl-akkoljenza ta' persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali permezz tar-risistemazzjoni u t-trasferiment ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, jew il-benefiċjarji tagħha, bejn l-Istati Membri, u li tappoġġa strateġiji ta' integrazzjoni kif ukoll politika aktar effettiva dwar il-migrazzjoni legali biex tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul tal-Unjoni u l-futur tal-mudell soċjali tagħha u jitnaqqsu l-inċentivi għal migrazzjoni irregolari permezz ta' politika sostenibbli ta' ritorn u ta' riammissjoni. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa t-tisħiħ ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi biex isaħħaħ il-ġestjoni ta' flussi ta' persuni li japplikaw għall-ażil u forom oħra ta' protezzjoni internazzjonali, rimedji għal migrazzjoni legali u biex tiġi miġġielda l-migrazzjoni illegali u tiġi żgurata sostenibbiltà ta' ritorn u riammissjoni effettiva lejn pajjiżi terzi.

(7)  Jenħtieġ li l-Fond isostni s-solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-ġestjoni effiċjenti tal-flussi ta' migrazzjoni billi, fost affarijiet oħra, jippromwovi miżuri komuni fil-qasam tal-ażil, inklużi l-isforzi tal-Istati Membri fl-akkoljenza ta' persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali permezz tar-risistemazzjoni u l-ammissjoni umanitarja u t-trasferiment ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, jew il-benefiċjarji tagħha, bejn l-Istati Membri, isaħħaħ il-protezzjoni tal-applikanti għall-ażil vulnerabbli bħat-tfal, jappoġġa strateġiji ta' integrazzjoni kif ukoll politika aktar effettiva dwar il-migrazzjoni legali, joħloq rotot sikuri u legali lejn l-Unjoni li jenħtieġ ukoll li jgħinu biex tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul tal-Unjoni u l-futur tal-mudell soċjali tagħha u jitnaqqsu l-inċentivi għal migrazzjoni irregolari permezz ta' politika sostenibbli ta' ritorn u ta' riammissjoni. Bħala strument tal-politika interna tal-Unjoni u l-uniku strument ta' finanzjament għall-ażil u l-migrazzjoni fil-livell tal-Unjoni, il-Fond jenħtieġ li primarjament jappoġġa azzjonijiet dwar l-ażil u l-migrazzjoni fl-Unjoni. Madankollu, f'limiti definiti u soġġett għas-salvagwardji xierqa, jenħtieġ li l-Fond jappoġġa t-tisħiħ ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi biex isaħħaħ il-ġestjoni ta' flussi ta' persuni li japplikaw għall-ażil u forom oħra ta' protezzjoni internazzjonali biex jistabbilixxi rimedji għal migrazzjoni legali u jiġu miġġielda l-migrazzjoni illegali u n-netwerks ta' persuni li jiffaċilitaw l-immigrazzjoni illegali u t-traffikanti tal-bniedem, u jiżgura s-sostenibbiltà ta' ritorn sikur u dinjituż, kif ukoll ir-riintegrazzjoni, fil-pajjiżi terzi.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-kriżi tal-migrazzjoni enfasizzat il-ħtieġa li tiġi riformata s-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil sabiex jiġu żgurati proċeduri effiċjenti ta' ażil biex jiġu evitati movimenti sekondarji, biex jiġu pprovduti uniformi u kundizzjonijiet xierqa ta' akkoljenza għall-applikanti ta' protezzjoni internazzjonali, standards uniformi għall-għoti ta' protezzjoni internazzjonali u drittijiet u benefiċċji xierqa għall-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Fl-istess ħin, kien hemm bżonn ta' riforma biex tiddaħħal fis-seħħ sistema aktar ġusta u aktar effettiva biex tiġi stabbilità r-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-applikanti ta' protezzjoni internazzjonali kif ukoll qafas tal-Unjoni għall-isforzi ta' risistemazzjoni tal-Istati Membri. Għalhekk, huwa xieraq li l-Fond jipprovdi aktar appoġġ għall-isforzi tal-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ u kif jixraq is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil riformata.

(8)  Il-kriżi tal-migrazzjoni u l-għadd dejjem akbar ta' mwiet fil-Mediterran tul is-snin enfasizzaw il-ħtieġa li tiġi riformata s-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil u tiġi stabbilita sistema aktar ġusta u aktar effikaċi biex tiddetermina r-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-applikanti ta' protezzjoni internazzjonali kif ukoll qafas tal-Unjoni għall-isforzi ta' risistemazzjoni tal-Istati Membri u l-isforzi ta' ammissjoni umanitarja bil-għan li jiżdied in-numru kumplessiv ta' postijiet ta' risistemazzjoni disponibbli globalment. Fl-istess ħin, hemm bżonn ta' riforma biex ikun hemm fis-seħħ u jkunu aċċessibbli proċeduri ta' ażil effiċjenti u bbażati fuq id-drittijiet, u li jkun hemm kundiżżjonijiet ta' akkoljenza uniformi u xierqa għall-applikanti ta' protezzjoni internazzjonali, standards uniformi għall-għoti ta' protezzjoni internazzjonali u drittijiet u benefiċċji adegwati għall-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, kif ukoll proċeduri ta' ritorni effikaċi u effiċjenti għall-migranti irregolari. Għalhekk, huwa xieraq li l-Fond jipprovdi aktar appoġġ għall-isforzi tal-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ u kif jixraq is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil riformata.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Il-Fond għandu wkoll jikkomplementa u jsaħħaħ ukoll l-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil (EUAA) stabbilita bir-Regolament (UE)../.. [Regolament EUAA]14 bil-għan li jiffaċilita u jtejjeb il-funzjonament tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, billi jikkoordina u jsaħħaħ il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-promozzjoni tad-dritt tal-Unjoni dwar l-ażil u standards operazzjonali biex jiġi żgurat livell għoli ta' uniformità fuq il-bażi ta' protezzjoni għolja fir-rigward tal-proċeduri għall-protezzjoni internazzjonali, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni madwar l-Unjoni, b'mod li jippermetti distribuzzjoni sostenibbli u ġusta tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, jiffaċilita l-konverġenza fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali madwar l-Unjoni, jappoġġa l-isforzi ta' risistemazzjoni tal-Istati Membri u jipprovdi assistenza operazzjonali u teknika lill-Istati Membri għall-ġestjoni tas-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom, b'mod partikolari dawk li s-sistemi tagħhom huma soġġetti għal pressjoni sproporzjonata.

(9)  Jenħtieġ li l-Fond jikkomplementa u jsaħħaħ l-attivitajiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil bil-għan li jiffaċilita u jtejjeb il-funzjonament tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, billi jsaħħaħ il-kooperazzjoni prattika u jkkoordina l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-ażil, b'mod partikolari dwar il-prattiki tajba bejn l-Istati Membri, il-promozzjoni tad-dritt tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali u jikkontribwixxi permezz ta' gwida rilevanti, inklużi standards operazzjonali, għal implimentazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni dwar l-ażil biex jiġi żgurat livell għoli ta' uniformità fuq il-bażi ta' protezzjoni għolja fir-rigward tal-proċeduri għall-protezzjoni internazzjonali, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni madwar l-Unjoni, b'mod li jippermetti distribuzzjoni sostenibbli u ġusta tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, jiffaċilita l-konverġenza fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali madwar l-Unjoni, jappoġġa l-isforzi ta' risistemazzjoni tal-Istati Membri u jipprovdi assistenza operazzjonali u teknika lill-Istati Membri għall-ġestjoni tas-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom, b'mod partikolari dawk li s-sistemi tagħhom huma soġġetti għal pressjoni sproporzjonata.

__________________

 

14 Ir-Regolament (UE) Nru ../.. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [Regolament EUAA] (ĠU L ...,[data], p …).

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9a.  Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa l-isforzi mill-Unjoni u l-Istati Membri dwar it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiżviluppaw, jimmonitorjaw u jevalwaw il-politiki tagħhom dwar l-ażil fid-dawl tal-obbligi tagħhom skont il-liġi eżistenti tal-Unjoni.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa l-isforzi mill-Unjoni u l-Istati Membri dwar it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiżviluppaw, jimmonitorjaw u jevalwaw il-politiki tagħhom dwar l-ażil fid-dawl tal-obbligi tagħhom skont il-liġi eżistenti tal-Unjoni.

(10)  Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa lill-Unjoni u l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-dritt eżistenti tal-Unjoni, biex b'hekk jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari d-Direttivi 2013/33/Ue1a1a (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza, 2013/32/UE1b (id-Direttiva dwar il-Proċedura tal-Ażil, 2011/95/EU1c (id-Direttiva dwar Standards għall-Kwalifika u 2008/115/EC1d (Direttiva dwar ir-Ritorn) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1e (ir-Regolament ta' Dublin).

 

________________________

 

1a Id-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 96).

 

1b Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).

 

1c Id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9).;

 

1d Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

 

1e Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 13).

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Is-soċjetajiet u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi huma komponent essenzjali tal-politika tal-Unjoni dwar l-ażil biex tiġi żgurata l-ġestjoni adegwata ta' flussi ta' persuni li japplikaw għall-ażil jew forom oħra ta' protezzjoni internazzjonali. Bil-għan li l-wasliet mimlija perikoli, u irregolari, jiġu sostitwiti b'wasliet legali u bla perikoli fit-territorju tal-Istati Membri ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew ta' persuni apolidi fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, li tintwera solidarjetà ma' pajjiżi f'reġjuni li lejhom, jew fi ħdanhom, numru kbir ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali jkunu ġew spustjati, billi tingħata għajnuna biex tittaffa l-pressjoni fuq dawn il-pajjiżi, li tingħata għajnuna fil-kisba tal-objettivi ta' politika ta' migrazzjoni tal-Unjoni biż-żieda tal-influwenza tal-Unjoni fil-konfront ta' pajjiżi terzi, u biex jingħata kontribut effettiv għal inizjattivi dinjija ta' risistemazzjoni permezz ta' vuċi waħda f'fora internazzjonali u ma' pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-Fond jipprovdi inċentivi finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-Qafas tal-Unjoni għar-Risistemazzjoni [u l-Ammissjoni Umanitarja].

imħassar

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa l-isforzi li jsiru mill-Istati Membri biex jipprovdu protezzjoni internazzjonali u soluzzjoni dejjiema fit-territorji tagħhom lil rifuġjati u persuni spustati identifikati bħala eliġibbli għar-risistemazzjoni jew li jinsabu taħt skemi nazzjonali ta' ammissjoni umanitarja, li għandhom iqisu l-Ħtiġijiet Globali Proġettati ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR. Sabiex jikkontribwixxi b'mod ambizzjuż u effikaċi, jenħtieġ li l-Fond jipprovdi assistenza mmirata fil-forma ta' inċentivi finanzjarji għal kull persuna ammessa jew risistemata.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Meta wieħed jikkunsidra l-livelli għoli tal-flussi migratorji lejn l-Unjoni fl-aħħar snin u l-importanza li tiġi żgurata l-koeżjoni tas-soċjetajiet tagħna, huwa kruċjali li jiġu appoġġati l-politiki tal-Istati Membri għall-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti legalment, inkluż fl-oqsma ta' prijorità identifikati fil-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi adottat mill-Kummissjoni fl-2016.

(12)  Meta wieħed jikkunsidra l-importanza li tiġi żgurata l-koeżjoni tas-soċjetajiet tagħna, huwa kruċjali li jiġu appoġġati l-politiki tal-Istati Membri għall-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, inkluż fl-oqsma ta' prijorità identifikati fil-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi adottat mill-Kummissjoni fl-2016.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex tiżdied l-effiċjenza, jinkiseb l-akbar valur miżjud tal-Unjoni u tiġi żgurata l-konsistenza tar-rispons tal-Unjoni biex titrawwem l-integrazzjoni tal-barranin, l-azzjonijiet iffinanzjati skont il-Fond jenħtieġ li jkunu speċifiċi u kumplimentari għall-azzjonijiet iffinanzjati skont il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR). Il-miżuri ffinanzjati skont dan il-Fond jenħtieġ li jappoġġaw miżuri mfassla apposta għall-bżonnijiet ta' ċittadini ta' pajjiż terz li huma ġeneralment implementati fl-istadju bikri ta' integrazzjoni, u azzjonijiet orizzontali li jappoġġaw il-kapaċitajiet ta' Stati Membri fil-qasam ta' integrazzjoni, filwaqt li l-interventi għal ċittadini ta' pajjiż terz b'impatt fuq perjodu itwal jenħtieġ li jiġu ffinanzjati skont il-FEŻR u l-FSE+.

(13)  Sabiex tiżdied l-effiċjenza, jinkiseb l-akbar valur miżjud tal-Unjoni u tiġi żgurata l-konsistenza tar-rispons tal-Unjoni biex titrawwem l-integrazzjoni tal-barranin, l-azzjonijiet iffinanzjati skont il-Fond jenħtieġ li jkunu speċifiċi u kumplimentari għall-azzjonijiet iffinanzjati skont il-fondi strutturali tal-Unjoni. Il-miżuri ffinanzjati skont dan il-Fond jenħtieġ li jappoġġaw miżuri mfassla apposta għall-bżonnijiet ta' ċittadini ta' pajjiż terz li huma ġeneralment implementati fl-istadji bikrin tal-integrazzjoni, u azzjonijiet orizzontali li jappoġġaw il-kapaċitajiet ta' Stati Membri fil-qasam ta' integrazzjoni, ikkomplementati mill-interventi għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u ekonomika ta' ċittadini ta' pajjiż terz iffinanzjati taħt il-fondi strutturali.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Jenħtieġ li l-ambitu tal-miżuri ta' integrazzjoni jinkludi wkoll il-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali sabiex ikun żgurat approċċ komprensiv għall-integrazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' dak il-gruppi fil-mira. Fejn il-miżuri ta' integrazzjoni jkunu kkombinati mal-akkoljenza, jenħtieġ li l-azzjonijiet, fejn ikun adatt, jippermettu wkoll l-inklużjoni ta' dawk li qed ifittxu l-ażil.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Fond jenħtieġ li jkunu meħtieġa li jikkooperaw u li jistabbilixxu mekkaniżmi ta' koordinazzjoni mal-awtoritajiet identifikati mill-Istati Membri bl-għan tal-ġestjoni tal-interventi tal-FSE+ u tal-FEŻR u kull fejn meħtieġ mal-awtoritajiet ta' ġestjoni u mal-awtoritajiet ta' ġestjoni ta' fondi oħra tal-Unjoni li jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tal-barranin.

(14)  F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Fond jenħtieġ li jkunu meħtieġa li jikkooperaw u li jistabbilixxu mekkaniżmi ta' koordinazzjoni mal-awtoritajiet identifikati mill-Istati Membri bl-għan tal-ġestjoni tal-interventi tal-fondi strutturali u kull fejn meħtieġ mal-awtoritajiet ta' ġestjoni u mal-awtoritajiet ta' ġestjoni ta' fondi oħra tal-Unjoni li jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tal-barranin. Permezz ta' dawn il-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-koerenza u l-komplementarjetà bejn il-fondi, u sa fejn il-miżuri implimentati permezz ta' kull fond jikkontribwixxu għall-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Huwa xieraq li dawk l-Istati Membri li jixtiequ dan li jitħallew jipprevedu fil-programmi tagħhom li l-azzjonijiet ta' integrazzjoni jistgħu jinkludu membri immedjati tal-familja ta' ċittadini ta' pajjiż terz, safejn dan ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva ta' tali azzjonijiet. It-terminu "membru immedjat tal-familja" jenħtieġ li jinftiehem li jfisser il-konjuġi, is-sieħeb jew is-sieħba, u kull persuna li għandha rabtiet familjari diretti fil-linja dixxendentali jew axxendentali maċ-ċittadin ta' pajjiż terz li huwa fil-mira tal-azzjonijiet ta' integrazzjoni u li ma jkunx kopert b'mod ieħor mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Fond.

(16)  Huwa xieraq li dawk l-Istati Membri li jixtiequ dan li jitħallew jipprevedu fil-programmi tagħhom li l-azzjonijiet ta' integrazzjoni jistgħu jinkludu membri immedjati tal-familja ta' ċittadini ta' pajjiż terz, biex b'hekk jappoġġaw l-għaqda tal-familja fl-aħjar interessi tat-tfal, sa fejn dan ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva ta' tali azzjonijiet. It-terminu "membru immedjat tal-familja" jenħtieġ li jinftiehem li jfisser il-konjuġi, is-sieħeb jew is-sieħba, u kull persuna li għandha rabtiet familjari diretti fil-linja dixxendentali jew axxendentali maċ-ċittadin ta' pajjiż terz li huwa fil-mira tal-azzjonijiet ta' integrazzjoni u li ma jkunx kopert b'mod ieħor mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Fond.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Filwaqt li jiġi meqjus ir-rwol kruċjali li għandhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-qasam ta' integrazzjoni u biex jiġi ffaċilitat l-aċċess ta' dawn l-entitajiet għall-finanzjament fil-livell tal-Unjoni, il-Fond jenħtieġ li jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet fil-qasam ta' integrazzjoni mill-awtoritajiet lokali u reġjonali jew mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż permezz tal-użu tal-faċilità tematika u permezz ta' rata ta' kofinanzjament ogħla għal dawn l-azzjonijiet.

(17)  Filwaqt li jiġi meqjus ir-rwol kruċjali li għandhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-assoċjazzjonijiet tar-rifuġjati u l-migranti fil-qasam tal-integrazzjoni, u biex jiġi ffaċilitat l-aċċess dirett ta' dawn l-entitajiet għall-finanzjament fil-livell tal-Unjoni, il-Fond jenħtieġ li jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet fil-qasam ta' integrazzjoni mill-awtoritajiet lokali u reġjonali jew mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż permezz ta' rata ta' kofinanzjament ogħla għal dawn l-azzjonijiet u l-użu ta' komponent dedikat tal-faċilità tematika fejn dawk l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom il-kompetenza li jwettqu miżuri ta' integrazzjoni.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Meta wieħed iqis l-isfidi ekonomiċi u demografiċi fit-tul li qiegħda taffaċċa l-Unjoni, huwa kruċjali li jiġu stabbiliti kanali ta' migrazzjoni legali lejn l-Unjoni li jiffunzjonaw sew bħala destinazzjoni attraenti għall-migranti u tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali u t-tkabbir tal-ekonomija tal-Unjoni.

(18)  Meta wieħed iqis l-isfidi ekonomiċi u demografiċi fit-tul li qiegħda taffaċċa l-Unjoni kif ukoll in-natura dejjem aktar globalizzata tal-migrazzjoni, huwa kruċjali li jiġu stabbiliti kanali ta' migrazzjoni legali lejn l-Unjoni li jiffunzjonaw sew bħala destinazzjoni attraenti għall-migrazzjoni regolari, skont il-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali tal-Istati Membri, u tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali u t-tkabbir tal-ekonomija tal-Unjoni, filwaqt li li l-ħaddiema migranti jiġu protetti mill-isfruttament tal-ħaddiema.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Il-Fond jenħtieġ li jappoġġa lill-Istati Membri fit-twaqqif ta' strateġiji għall-organizzazzjoni ta' migrazzjoni legali, it-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw, jimplimentaw, jimmonitorjaw u jevalwaw b'mod ġenerali l-istrateġiji, il-politiki u l-miżuri kollha tal-immigrazzjoni u l-integrazzjoni għal ċittadini ta' pajjiż terz li jkunu qegħdin jissoġġornu b'mod illegali, inklużi l-istrumenti legali tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa wkoll l-iskambju ta' informazzjoni, l-aħjar prattiki u l-kooperazzjoni bejn id-dipartimenti differenti tal-amministrazzjoni u l-livelli ta' governanza, u bejn l-Istati Membri.

(19)  Il-Fond jenħtieġ li jappoġġa lill-Istati Membri fit-twaqqif ta' strateġiji għall-organizzazzjoni u l-espansjoni tar-rotot ta' migrazzjoni legali, it-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw, jimplimentaw, jimmonitorjaw u jevalwaw b'mod ġenerali l-istrateġiji, il-politiki u l-miżuri kollha tal-immigrazzjoni u l-integrazzjoni għal ċittadini ta' pajjiż terz li s-soġġorn tagħhom ikun legali, b'mod partikolari l-istrumenti tal-Unjoni għall-migrazzjoni legali. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa wkoll l-iskambju ta' informazzjoni, l-aħjar prattiki u l-kooperazzjoni bejn id-dipartimenti differenti tal-amministrazzjoni u l-livelli ta' governanza, u bejn l-Istati Membri.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Politika effiċjenti dwar ir-ritorn hija parti integrali tal-approċċ komprensiv tal-migrazzjoni li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jsegwu. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa u jinkoraġġixxi l-isforzi mill-Istati Membri bil-ħsieb ta' implimentazzjoni effettiva u żvilupp ulterjuri ta' standards komuni dwar ir-ritorn, b'mod partikolari kif stabbilit fid-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15, u ta' approċċ integrat u koordinat għall-ġestjoni tar-ritorn. Għal politiki ta' ritorn sostenibbli, il-Fond jenħtieġ ukoll li jappoġġa miżuri relatati f'pajjiżi terzi, bħalma huma r-riintegrazzjoni ta' persuni rimpatrijati.

(20)  Politika effiċjenti u dinjituża dwar ir-ritorn hija parti integrali tal-approċċ komprensiv tal-migrazzjoni li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jsegwu. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa u jinkoraġġixxi l-isforzi li jsiru mill-Istati Membri bil-ħsieb tal-implimentazzjoni effettiva u l-iżvilupp ulterjuri ta' standards komuni dwar ir-ritorn, b'enfasi fuq ir-ritorni volontarji, b'mod partikolari kif spjegat fid-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15, u ta' approċċ integrat u koordinat għall-ġestjoni tar-ritorn. Il-Fond jenħtieġ ukoll li jappoġġa miżuri relatati f'pajjiżi terzi sabiex jiffaċilita u jiggarantixxi r-ritorn u r-riammissjoni sikuri u dinjitużi kif ukoll ir-riintegrazzjoni sostenibbli, kif imnaqqax fil-PGM.

__________________

__________________

15 Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

15 Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu preferenza għar-ritorn volontarju. Sabiex jiġi promoss ir-ritorn volontarju, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw inċentivi bħal trattament preferenzjali fil-forma ta' għajnuna mtejba għar-ritorn. Dan it-tip ta' ritorn volontarju huwa fl-interessi kemm tal-persuni rimpatrijati kif ukoll tal-awtoritajiet f'termini tal-kosteffettività tiegħu.

(21)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu preferenza għar-ritorn volontarju u jiżguraw ritorn effettiv, sikur u dinjituż tal-migranti irregolari. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Fond jagħti appoġġ preferenzjali lil azzjonijiet relatati mar-ritorn volontarju. Sabiex dan jiġi promoss, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw inċentivi bħal trattament preferenzjali fil-forma ta' għajnuna mtejba għar-ritorn u sostenn għar-riintegrazzjoni fit-tul.. Dan it-tip ta' ritorn volontarju huwa fl-interessi kemm tal-persuni rimpatrijati kif ukoll tal-awtoritajiet f'termini tal-kosteffettività tiegħu. Jenħtieġ li l-aħjar interessi tat-tfal ikunu kunsiderazzjoni primarja fl-azzjonijiet jew id-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernaw lill-migranti tfal, inkluż ir-ritorn, filwaqt li jittieħed kont sħiħ tad-dritt tat-tfal li jesprimu l-fehmiet tagħhom.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Madankollu, ir-ritorni volontarji u infurzati huma interkonnessi, b'effett ta' rinfurzar reċiproku u, għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa biex isaħħu l-kumplimentaritajiet bejn dawn iż-żewġ forom ta' ritorn. Il-possibbiltà ta' tneħħijiet hija element importanti li jikkontribwixxi għall-integrità tas-sistemi tal-ażil u tal-migrazzjoni legali. Jenħtieġ għalhekk li l-Fond jappoġġa l-azzjonijiet ta' appoġġ tal-Istati Membri li jiffaċilitaw u jwettqu tneħħijiet f'konformità mal-istandards stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, fejn ikun applikabbli, u b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u d-dinjità tal-persuni rimpatrijati.

(22)  Filwaqt li jenħtieġ li r-ritorni volontarji jingħataw prijorità fuq ir-ritorni infurzati, dawn huma minkejja kollox interkonnessi, b'effett ta' rinfurzar reċiproku u, għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa biex isaħħu l-komplementaritajiet bejn dawn iż-żewġ forom ta' ritorn. Il-possibbiltà ta' tneħħijiet hija element importanti li jikkontribwixxi għall-integrità tas-sistemi tal-ażil u tal-migrazzjoni legali. Jenħtieġ għalhekk li l-Fond jappoġġa l-azzjonijiet ta' appoġġ tal-Istati Membri li jiffaċilitaw u jwettqu tneħħijiet f'konformità mal-istandards stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, fejn ikun applikabbli, u b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u d-dinjità tal-persuni rimpatrijati. Il-Fond jenħtieġ li jappoġġa azzjonijiet relatati mar-ritorn ta' tfal biss fejn tali ritorn ikun ibbażat fuq valutazzjoni pożittiva tal-aħjar interessi tat-tfal.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-miżuri speċifiċi ta' appoġġ għal dawk li jirritornaw fl-Istati Membri u fil-pajjiżi ta' ritorn jistgħu jtejbu l-kundizzjonijiet tar-ritorn u r-riintegrazzjoni tagħhom.

(23)  Il-miżuri speċifiċi ta' appoġġ għall-persuni rimpatrijati, b'attenzjoni partikolari lill-bżonnijiet umanitarji u ta' protezzjoni tagħhom, fl-Istati Membri u fil-pajjiżi ta' ritorn jistgħu jtejbu l-kundizzjonijiet tar-ritorn u jsaħħu r-riintegrazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-gruppi vulnerabbli. Jenħtieġ li d-deċiżjonijiet ta' ritorn ikunu bbażati fuq valutazzjoni komprensiva u bir-reqqa tas-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini, inkluża evalwazzjoni tal-kapaċità ta' assorbiment fil-livell lokali. Il-miżuri u l-azzjonijiet speċifiċi li jappoġġaw lill-pajjiżi ta' oriġini, u b'mod partikolari lill-persuni vulnerabbli, jikkontribwixxu biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà, is-sikurezza u l-effettività tar-ritorni. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jiġu implimentati bil-parteċipazzjoni attiva tal-awtoritajiet lokali, tas-soċjetà ċivili u tad-dijaspori.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Il-ftehimiet ta' riammissjoni u arranġamenti oħra huma komponent integrali tal-politika ta' ritorn tal-Unjoni u għodda ċentrali għall-ġestjoni effiċjenti tal-flussi migratorji billi jiffaċilitaw ir-ritorn ta' malajr ta' migranti irregolari. Dawk il-ftehimiet huma element importanti fil-qafas tad-djalogu u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi tal-oriġini u t-tranżitu ta' migranti irregolari u l-implimentazzjoni tagħhom fil-pajjiżi terzi jenħtieġ li jkun appoġġat fl-interess ta' politiki ta' ritorn effettivi fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni.

(24)  Il-ftehimiet ta' riammissjoni formalihuma komponent integrali u kruċjali tal-politika ta' ritorn tal-Unjoni u għodda ċentrali għall-ġestjoni effiċjenti tal-flussi migratorji peress li jiffaċilitaw ir-ritorn ta' malajr ta' migranti irregolari. Dawk il-ftehimiet huma element importanti fil-qafas tad-djalogu u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi tal-oriġini u t-tranżitu ta' migranti irregolari u l-Fond jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni tagħhom fil-pajjiżi terzi fl-interess ta' politiki ta' ritorn effettivi, siguri u dinjitużi fil-limiti definiti u soġġetti għal salvagwardji xierqa.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Minbarra l-appoġġ għar-ritorn ta' persuni kif previst f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Fond jappoġġa wkoll miżuri oħra biex tiġi miġġielda l-migrazzjoni illegali, jiġu indirizzati l-inċentivi għall-migrazzjoni illegali jew l-evitar ta' regoli eżistenti dwar l-immigrazzjoni legali, biex b'hekk tiġi salvagwardata l-integrità tas-sistemi tal-immigrazzjoni tal-Istati Membri.

(25)  Minbarra l-appoġġ għall-integrazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew tal-persuni apolidi fi ħdan l-Istati Membri, jenħtieġ li l-Fond jappoġġa wkoll miżuri oħra biex jiġi miġġieled it-traffikar tal-migranti, biex jiġi mħeġġeġ u ffaċilitat l-istabbiliment ta' regoli dwar il-migrazzjoni legali, biex b'hekk tiġi salvagwardjata l-integrità tas-sistemi tal-immigrazzjoni fil-pajjiżi ta' oriġini, f'konformità sħiħa mal-Prinċipju ta' Koerenza għall-Iżvilupp Sostenibbli.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  L-impjieg ta' migranti irregolari toħloq fattur ta' ġibda għall-migrazzjoni illegali u ddgħajjef l-iżvilupp ta' politika dwar il-mobilità tal-forza tax-xogħol mibnija fuq l-iskemi tal-migrazzjoni legali. Jenħtieġ għalhekk li l-Fond jappoġġa l-Istati Membri, kemm direttament jew indirettament, fl-implimentazzjoni tagħhom tad-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprojbixxi l-impjieg ta' ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali u tipprovdi għal sanzjonijiet kontra l-impjegaturi li jiksru dik il-projbizzjoni.

(26)  L-impjieg ta' migranti irregolari jdgħajjef l-iżvilupp ta' politika dwar il-mobilità tal-forza tax-xogħol mibnija fuq l-iskemi tal-migrazzjoni legali u jipperikola d-drittijiet tal-ħaddiema migranti, filwaqt li jagħmilhom vulnerabbli għall-ksur tad-drittijiet u l-abbuż. Jenħtieġ għalhekk li l-Fond jappoġġa l-Istati Membri, kemm direttament jew indirettament, fl-implimentazzjoni tagħhom tad-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16 li tipprojbixxi l-impjieg ta' ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali, li tipprevedi lmenti u mekkaniżmu għall-irkupru tal-pagi għal ħaddiema sfruttati u tipprevedi sanzjonijiet kontra l-impjegaturi li jiksru dik il-projbizzjoni.

_________________

_________________

16 Id-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi sħubijiet b'residenza illegali (ĠU L 168, 30.6.2009, p. 24).

16 Id-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali (ĠU L 168, 30.6.2009, p. 24).

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jappoġġaw it-talbiet tas-soċjetà ċivili u tal-assoċjazzjonijiet tal-ħaddiema, bħal dik li tikkonċerna l-istabbiliment ta' netwerk Ewropew tal-ħaddiema, nisa u rġiel, li jaħdmu fil-qasam tal-akkoljenza, sabiex tikkonnettja bejniethom lill-ħaddiema kollha fl-Ewropa li joperaw fil-qasam tal-migrazzjoni, biex jitrawmu merħba diċenti u approċċ għall-migrazzjoni bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-iskambju ta' prattiki tajba f'dawk li huma opportunitajiet ta' akkoljenza u ta' impjieg għall-migranti.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa l-Istati Membri, kemm direttament jew indirettament, fl-implimentazzjoni tagħhom tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar assistenza, appoġġ u protezzjoni ta' vittmi ta' traffikar ta' bnedmin.

(27)  Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa l-Istati Membri, kemm direttament jew indirettament, fl-implimentazzjoni tagħhom tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17, li tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar assistenza, appoġġ u protezzjoni ta' vittmi ta' traffikar ta' bnedmin. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jqisu n-natura speċifika għas-sessi tat-traffikar ta' bnedmin. Meta jimplimentaw il-Fond, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu li l-persuni li huma obbligati jħallu d-djar abitwali tagħhom għal raġunijiet ta' bidla klimatika progressiva jew f'daqqa fl-ambjent li taffettwa b'mod negattiv lil ħajjithom jew il-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom, għandhom riskju għoli li jispiċċaw vittmi tat-traffikar tal-bnedmin;

__________________

__________________

17 Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).

17 Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)  Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa b'mod partikolari l-identifikazzjoni u l-miżuri li jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-applikanti għall-ażil, bħalma huma l-minorenni mhux akkumpanjati, jew vittmi tat-tortura jew ta' forom oħra serji ta' vjolenza, kif stabbilit fl-acquis tal-Unjoni dwar l-ażil.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 27b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27b)  Sabiex tinkiseb distribuzzjoni ġusta u trasparenti tar-riżorsi fost l-għanijiet tal-Fond, jenħtieġ li jiġi żgurat livell minimu ta' nfiq għal ċerti objettivi, kemm jekk taħt ġestjoni diretta, indiretta jew maqsuma.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Jenħtieġ li l-Fond jikkumplimenta u jsaħħaħ l-attivitajiet imwettqa fil-kamp tar-ritorn mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta stabbilità bir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18 , biex b'hekk jikkontribwixxi għall-Ġestjoni Ewropea Integrata tal-Fruntieri effiċjenti, kif definit fl-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament.

(28)  Jenħtieġ li l-Fond jikkomplementa u jsaħħaħ l-attivitajiet imwettqa fil-kamp tar-ritorn mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta stabbilita bir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18 mingħajr ma jipprovdi fluss ta' finanzjament addizzjonali lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, li għaliha, l-awtorità baġitarja tiddeċiedi dwar baġit annwali li jenħtieġ li jippermettiha twettaq il-kompiti kollha tagħha.

__________________

__________________

18 Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1.).

18 Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1.).

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Jenħtieġ li s-sinerġiji, il-konsistenza u l-effiċjenza jiġu mfittxija ma' fondi oħra tal-Unjoni u jenħtieġ li l-koinċidenza bejn l-azzjonijiet tiġi evitata.

(29)  Jenħtieġ li s-sinerġiji, il-konsistenza, il-komplementarjetà u l-effiċjenza jiġu mfittxija ma' fondi oħra tal-Unjoni u jenħtieġ li kwalunkwe koinċidenza jew kontradizzjoni bejn l-azzjonijiet tiġi evitata.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Jenħtieġ li l-miżuri f'rabta ma' pajjiżi terzi li huma appoġġati permezz tal-Fond ikunu jikkumplimentaw azzjonijiet oħra barra l-Unjoni appoġġati permezz tal-istrumenti esterni ta' finanzjament tal-Unjoni. B'mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet, jenħtieġ li titfittex koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni relatata mal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernat u mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni. Fir-rigward tad-dimensjoni esterna, jenħtieġ li l-Fond jimmira li jsostni t-titjib tal-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u t-tisħiħ tal-aspetti ewlenin ta' ġestjoni tal-migrazzjoni f'żoni ta' interess tal-politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni.

(30)  Il-prijorità ta' dan il-Fond jenħtieġ li tkun il-finanzjament ta' azzjonijiet fit-territorju tal-Unjoni. Il-Fond jista' jiffinanzja miżuri b'rabta ma' pajjiżi terzi li huma appoġġati permezz tal-Fond li jenħtieġ li jkunu limitati f'termini finanzjarji, filwaqt li jkunu adegwati biex jilħqu l-għanijiet tal-Fond kif stabbilit fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, u soġġetti għal salvagwardji xierqa. Tali miżuri jenħtieġ li jikkomplementaw azzjonijiet oħra barra l-Unjoni appoġġati permezz tal-istrumenti esterni ta' finanzjament tal-Unjoni. B'mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet, jenħtieġ li titfittex koerenza u komplementarjetà sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni relatata mal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernat u mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni. Il-prinċipju tal-koerenza tal-politika għall-iżvilupp, kif jinsab fil-paragrafu 35 tal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp, jenħtieġ li jiġi rispettat. Il-koerenza mal-prinċipji umanitarji kif stabbiliti fil-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja jenħtieġ li tiġi żgurata matul l-implimentazzjoni tal-assistenza ta' emerġenza.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Jenħtieġ li l-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jikkonċentra fuq attivitajiet fejn l-intervent tal-Unjoni jista' jġib valur miżjud meta mqabbel ma' azzjoni li Istati Membri jieħdu waħedhom. Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju pprovdut skont dan ir-Regolament jikkontribwixxi, b'mod partikolari, biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u tal-Unjoni fl-oqsma tal-ażil u tal-migrazzjoni.

(31)  Jenħtieġ li l-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jikkonċentra fuq attivitajiet fejn l-intervent tal-Unjoni jista' jġib valur miżjud meta mqabbel ma' azzjoni li Istati Membri jieħdu waħedhom. Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju pprovdut skont dan ir-Regolament jikkontribwixxi, b'mod partikolari, għas-solidarjetà bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ażil u l-migrazzjoni f'konformità mal-Artikolu 80 tat-TFUE u għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet nazzjonali u tal-Unjoni fl-oqsma tal-ażil u tal-migrazzjoni.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Stat Membru jista' jitqies bħala mhux konformi mal-acquis tal-Unjoni rilevanti, inkluż dwar l-użu ta' sostenn operattiv skont dan il-Fond, jekk ikun naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont it-Trattati fil-qasam tal-ażil u tar-ritorn, jekk hemm riskju ċar ta' ksur serju mill-Istat Membru tal-valuri tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-acquis dwar l-ażil u r-ritorn jew jekk rapport ta'evalwazzjoni skont Schengen jew l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-evalwazzjoni tal-Ażil u l-mekkaniżmu ta'monitoraġġ identifika nuqqasijiet fil-qasam rilevanti.

(32)  Stat Membru jista' jitqies bħala mhux konformi mal-acquis tal-Unjoni rilevanti, inkluż dwar l-użu ta' sostenn operattiv skont dan il-Fond, jekk ikun naqas milli jikkonforma mal-Karta tad-Drittijet Fundamentali jew milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont it-Trattati fil-qasam tal-ażil u l-immigrazzjoni jew jekk ikun hemm riskju ċar ta' ksur serju mill-Istat Membru tal-valuri tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-acquis dwar l-ażil u l-immigrazzjoni.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Jenħtieġ li l-Fond jirrifletti l-ħtieġa għal żieda fil-flessibiltà u s-simplifikazzjoni filwaqt li jirrispetta r-rekwiżiti f'termini ta' prevedibbiltà, u filwaqt li jiżgura distribuzzjoni ġusta u trasparenti ta' riżorsi sabiex jiġu ssodisfati l-objettivi ta' politika u l-objettivi speċifiċi stipulati f'dan ir-Regolament.

(33)  Jenħtieġ li l-Fond jirrifletti l-ħtieġa għal żieda fit-trasparenza, il-flessibbiltà u s-simplifikazzjoni filwaqt li jirrispetta r-rekwiżiti f'termini ta' prevedibbiltà, u filwaqt li jiżgura distribuzzjoni ġusta u trasparenti ta' riżorsi sabiex jiġu ssodisfati l-objettivi ta' politika u l-objettivi speċifiċi stipulati f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-Fond tkun iggwidata mill-prinċipji ta' effiċjenza, effikaċja u kwalità tal-infiq. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-Fond tkun kemm jista' jkun faċli għall-utent.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ammonti inizjali lill-Istati Membri li jikkonsistu f'ammont fiss u ammont ikkalkulat fuq il-bażi ta' kriterji stabbiliti fl-Anness I, li jirriflettu l-ħtiġijiet u l-pressjoni esperjenzata minn Stati Membri differenti fl-oqsma tal-ażil, l-integrazzjoni u r-ritorn.

(34)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ammonti inizjali lill-Istati Membri li jirriflettu l-ħtiġijiet u l-pressjoni esperjenzata minn Stati Membri differenti fl-oqsma tal-ażil, il-migrazzjoni, l-integrazzjoni u r-ritorn. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lis-soċjetajiet insulari li jiffaċċjaw sfidi migratorji sproporzjonati.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Jenħtieġ li dawn l-ammonti inizjali jifformaw bażi għall-investimenti ta' terminu twil tal-Istati Membri. Sabiex jittieħed kont ta' bidliet fil-flussi migratorji u biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet fil-ġestjoni tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza u l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiż terz li jkunu qegħdin f'soġġorn legali, u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali permezz ta' politika ta' ritorn effiċjenti u sostenibbli, jenħtieġ li ammont addizzjonali jiġi allokat lill-Istati Membri f'nofs it-terminu filwaqt li jitqiesu r-rati ta' assorbiment. Jenħtieġ li dan l-ammont ikun ibbażat fuq id-data tal-istatistika l-aktar reċenti disponibbli kif stabbilita fl-Anness I sabiex jirrifletti l-bidliet fix-xenarju ta' referenza tal-Istati Membri.

(35)  Jenħtieġ li dawn l-ammonti inizjali jifformaw bażi għall-investimenti ta' terminu twil tal-Istati Membri. Sabiex jittieħed kont tal-bidliet fil-flussi migratorji u biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet fil-ġestjoni tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza u l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiż terz li jkunu qegħdin f'soġġorn legali tiġi żviluppata l-migrazzjoni legali u tiġi miġġielda l-immigrazzjoni illegali permezz ta' politika ta' ritorn effiċjenti u sostenibbli, jenħtieġ li ammont addizzjonali jiġi allokat lill-Istati Membri f'nofs it-terminu filwaqt li jitqiesu r-rati ta' assorbiment. Jenħtieġ li dan l-ammont ikun ibbażat fuq id-data tal-istatistika l-aktar reċenti disponibbli kif stabbilita fl-Anness I sabiex jirrifletti l-bidliet fix-xenarju ta' referenza tal-Istati Membri.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettiv ta' politika tal-Fond, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-programmi tagħhom jinkludu azzjonijiet li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi ta' dan ir-Regolament, u li l-prijoritajiet magħżula huma konformi mal-miżuri ta' implimentazzjoni kif stabbiliti fl-Anness II u li l-allokazzjoni ta' riżorsi bejn l-objettivi tiżgura li l-objettiv ta' politika ġenerali jista' jintlaħaq.

(36)  Sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettiv ta' politika tal-Fond, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiżguraw li l-programmi tal-Istati Membri jinkludu azzjonijiet li jikkontribwixxu biex jintlaħaq kull wieħed mill-għanijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiżguraw li l-allokazzjoni tal-finanzjament għall-għanijiet speċifiċi sservi dawk l-objettivi bl-aħjar mod possibbli u tkun ibbażata fuq l-aktar ħtiġijiet aġġornati, li l-programmi jinkludu livell minimu ta' nfiq fir-rigward ta' dawk l-għanijiet, li l-kondiviżjoni tar-riżorsi għall-objettivi tkun proporzjonata għall-isfidi li għandhom jiġu affrontati, li l-prijoritajiet magħżula huma konformi mal-miżuri stabbiliti fl-Anness II u li l-allokazzjoni ta' riżorsi bejn l-objettivi tiżgura li l-objettiv ta' politika ġenerali jista' jintlaħaq.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Billi l-isfidi fil-qasam tal-migrazzjoni qegħdin jevolvu b'mod kontinwu, hemm ħtieġa li tiġi adattata l-allokazzjoni ta' finanzjament għall-bidliet fil-flussi migratorji. Biex twieġeb għal ħtiġijiet pressanti u bidliet fil-politika u l-prijoritajiet tal-Unjoni, u biex ikun hemm finanzjament għal azzjonijiet b'livell għoli ta' valur miżjud tal-Unjoni, parti mill-finanzjament se tiġi allokata għal azzjonijiet speċifiċi, azzjonijiet tal-Unjoni, assistenza ta' emerġenza, risistemazzjoni u biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-isforzi ta' solidarjetà u responsabbiltà permezz ta' faċilità tematika.

(37)  Billi l-isfidi fil-qasam tal-migrazzjoni qegħdin jevolvu b'mod kontinwu, hemm ħtieġa li tiġi adattata l-allokazzjoni ta' finanzjament għall-bidliet fil-flussi migratorji. Biex twieġeb għal ħtiġijiet pressanti u bidliet fil-politika u l-prijoritajiet tal-Unjoni, u biex ikun hemm finanzjament għal azzjonijiet b'livell għoli ta' valur miżjud tal-Unjoni, parti mill-finanzjament se tiġi allokata għal azzjonijiet speċifiċi, azzjonijiet tal-Unjoni, azzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, assistenza ta' emerġenza, risistemazzjoni u biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-isforzi ta' solidarjetà u responsabbiltà permezz ta' faċilità tematika.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Premessa 38a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38a)  Jenħtieġ li l-isforzi magħmula mill-Istati Membri biex jimplimentaw b'mod sħiħ u xieraq l-acquis tal-Unjoni dwar l-ażil, inkluż il-provvediment ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza xierqa għall-applikanti u l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, bil-għan li tiġi żgurata d-determinazzjoni korretta tal-istatus, skont id-Direttiva 2011/95/UE, biex jiġu applikati proċeduri tal-ażil ġusti u effikaċi, jiġu appoġġati mill-Fond, b'mod partikolari meta dawk l-isforzi jkunu diretti lejn minorenni mhux akkumpanjati li għalihom l-ispejjeż huma ogħla. Jenħtieġ li, għaldaqstant, l-Istati Membri jirċievu somma f'daqqa għal kull minorenni mhux akkumpanjat li jingħata protezzjoni internazzjonali, iżda jenħtieġ li din is-somma f'daqqa ma tkunx kumulattiva għal finanzjament addizzjonali pprovdut taħt dan ir-Regolament għar-risistemazzjoni.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Jenħtieġ li l-Fond jikkontribwixxi għall-appoġġ tal-ispejjeż operattivi relatati mal-ażil u mar-ritorn u jippermetti li l-Istati Membri jżommu kapaċitajiet li huma kruċjali għal dak is-servizz għall-Unjoni fl-intier tagħha. It-tali appoġġ jikkonsisti minn rimborż sħiħ ta' spejjeż speċifiċi relatati mal-objettivi skont il-Fond u jenħtieġ li jifforma parti integrali mill-programmi tal-Istati Membri.

(40)  Jenħtieġ li l-Fond jikkontribwixxi għall-appoġġ tal-ispejjeż operattivi relatati mal-ażil u mal-immigrazzjoni u jippermetti li l-Istati Membri jżommu kapaċitajiet li huma kruċjali għal dak is-servizz għall-Unjoni fl-intier tagħha. It-tali appoġġ jikkonsisti minn rimborż sħiħ ta' spejjeż speċifiċi relatati mal-objettivi skont il-Fond u jenħtieġ li jifforma parti integrali mill-programmi tal-Istati Membri.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Biex jikkumplimenta l-implimentazzjoni tal-objettiv ta' politika ta' dan il-Fond fil-livell nazzjonali permezz tal-programmi tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-Fond jipprovdi wkoll appoġġ għal azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li t-tali azzjonijiet iservu objettivi strateġiċi globali fl-ambitu tal-intervent tal-Fond dwar l-analiżi u l-innovazzjoni politika, it-tagħlim reċiproku u s-soċjetajiet transnazzjonali u l-ittestjar ta' inizjattivi u azzjonijiet ġodda madwar l-Unjoni.

(41)  Biex jikkomplementa l-implimentazzjoni tal-objettiv ta' politika ta' dan il-Fond fil-livell nazzjonali permezz tal-programmi tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-Fond jipprovdi wkoll appoġġ għal azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li t-tali azzjonijiet iservu objettivi strateġiċi globali fl-ambitu tal-intervent tal-Fond dwar l-analiżi u l-innovazzjoni politika, it-tagħlim reċiproku u s-soċjetajiet transnazzjonali u l-ittestjar ta' inizjattivi u azzjonijiet ġodda madwar l-Unjoni, filwaqt li jirrispettaw il-ħtieġa li jipprovdu finanzjament adegwat, b'mod ġust u trasparenti, biex jinkisbu l-għanijiet tal-Fond. Permezz ta' dawn l-azzjonijiet, il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-implimentazzjoni tal-Fond għandha tkun żgurata.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tindirizza minnufih pressjoni migratorja qawwija mhux prevista jew disproporzjonali fi Stat Membru wieħed jew aktar ikkaratterizzata minn influss kbir jew sproporzjonat ta'ċittadini ta' pajjiż terz, li tpoġġi piżijiet sinifikanti u eżigenzi urġenti fuq il-faċilitajiet ta' akkoljenza u detenzjoni tagħhom, is-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni tal-ażil u tal-migrazzjoni, pressjonijiet migratorji qawwija f'pajjiżi terzi minħabba żviluppi jew kunflitti politiċi, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi pprovduta assistenza ta' emerġenza skont il-qafas stabbilit f'dan ir-Regolament.

(42)  Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tindirizza minnufih influss kbir jew sproporzjonat ta' ċittadini ta' pajjiż terz fi Stat Membru wieħed jew aktar, li tpoġġi piżijiet sinifikanti u eżigenzi urġenti fuq il-faċilitajiet ta' akkoljenza u detenzjoni tagħhom, is-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni tal-ażil u tal-migrazzjoni, jew sfidi migratorji jew ħtiġijiet ta' risistemazzjoni sinifikanti f'pajjiżi terzi minħabba żviluppi, kunflitti politiċi jew diżastri naturali, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi pprovduta assistenza ta' emerġenza skont il-qafas stabbilit f'dan ir-Regolament.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  L-objettiv politiku ta' dan il-Fond se jiġi indirizzat ukoll permezz ta' strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja bħala parti mit-twieqi ta' politika tal-InvestEU. Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju jintuża' sabiex jiġu indirizzati b'mod proporzjonat in-nuqqasijiet tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u jenħtieġ li l-azzjonijiet ma jiddupplikawx jew ma jeskludux il-finanzjament privat jew ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq Intern. Jenħtieġ li l-azzjonijiet ikollhom valur miżjud Ewropew ċar.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan it-tħassir jirrifletti l-bidliet proposti li qed isiru għall-parti operattiva tar-Regolament.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fuq il-bażi ta' ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Fond jifforma parti minn qafas koerenti li jikkonsisti minn dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (UE).../2021 [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni].

(47)  Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fuq il-bażi ta' ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Fond jifforma parti minn qafas koerenti li jikkonsisti minn dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (UE).../2021 [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni]. Fil-każ ta' dispożizzjonijiet kunfliġġenti, dan ir-Regolament jenħtieġ li jieħu preċedenza fuq ir-Regolament (UE) Nru X [CPR].

Emenda    54

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  Ir-Regolament (UE) .../2021 [Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] jistabbilixxi l-qafas għall-azzjoni tal-FEŻR, l-FSE+, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMF - Asylum and Migration Fund), il-Fond għas-Sigurtà Interna (FSI) u l-Istrument ta' Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (BMVI - Border Management and Visa Instrument) bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF - Integrated Border Management Fund), u jistabbilixxi, b'mod partikolari, ir-regoli dwar il-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għall-fondi tal-Unjoni implimentati b'ġestjoni kondiviża. Għalhekk hemm bżonn li jiġu speċifikati l-objettivi ġenerali tal-AMF, u li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-tip ta' attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-AMF.

(48)  Lil hinn mill-qafas li jistabbilixxi regoli finanzjarji komuni għal diversi fondi tal-Unjoni, inkluż il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-objettivi tal-AMIF, u li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-tip ta' attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-AMIF.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50)  Skont ir-Regolament Finanzjarju21, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9523 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9624 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193925, jenħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF - European Anti-Fraud Office) jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista' jinvestiga u jippreżenta każijiet ta' frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26. Skont ir-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kull terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(50)  Skont ir-Regolament Finanzjarju21, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9523 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9624 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193925, jenħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi u/jew kriminali. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF - European Anti-Fraud Office) jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista' jinvestiga u jippreżenta każijiet ta' frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26. Skont ir-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kull terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. L-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw bis-sħiħ u jipprovdu l-assistenza kollha meħtieġa lill-istituzzjonijiet, aġenziji u korpi tal-Unjoni fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Jenħtieġ li r-riżultati tal-investigazzjonijiet dwar irregolaritajiet jew frodi b'rabta mal-Fond ikunu disponibbli għall-Parlament Ewropew.

_________________

_________________

21 ĠU C , , p. .

21 ĠU C , , p. .

22 ĠU C , , p. .

22 ĠU C , , p. .

23 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).

23 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).

24 ĠU C , , p. .

24 ĠU C , , p. .

25 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1371 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

25 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1371 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

26 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

26 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

Emenda    56

Proposta għal regolament

Premessa 51a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(51a)  Meta jkun hemm evidenza ċara ta; dubju dwar il-legalità tal-proġetti, jew il-legalità u r-regolarità tal-finanzjament, jew it-twettiq ta' proġetti bħala riżultat ta' opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta' ksur skont l-Artikolu 258 tat-TFUE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li ma jkun hemm l-ebda finanzjament disponibbli għal dawn il-proġetti.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Premessa 53a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(53a)  Jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-parlamenti nazzjonali fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi jiġu kkonsultati waqt il-proċess ta' programmar, implimentazzjoni u evalwazzjoni tal-programmi ffinanzjati permezz tal-Fond.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Premessa 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għal Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, jenħtieġ li dan il-Fondi jiġi evalwat fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati regolamentazzjonijiet żejda u piż amministrattiv, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fond b'mod prattiku. Sabiex jitkejlu l-kisbiet tal-Fond, jenħtieġ li jiġu stabbiliti indikaturi komuni u miri relatati b'rabta ma' kull objettiv speċifiku tal-Fond. Permezz ta' dawn l-indikaturi komuni u rapportar finanzjarju, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Fond, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE).../2021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u dan ir-Regolament.

(54)  Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għal Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, jenħtieġ li dan il-Fondi jiġi evalwat fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati regolamentazzjonijiet żejda u piż amministrattiv, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, inklużi indikaturi kwalitattiva u kwantitattivi, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-prattika. Sabiex jitkejlu l-kisbiet tal-Fond, jenħtieġ li jiġu stabbiliti indikaturi komuni u miri relatati b'rabta ma' kull objettiv speċifiku tal-Fond. Permezz ta' dawn l-indikaturi komuni u rapportar finanzjarju, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Fond. Sabiex twettaq ir-rwol superviżorju tagħha kif xieraq, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun f'pożizzjoni li tistabbilixxi l-ammonti li fil-fatt intefqu mill-Fond f'sena partikolari. Meta jirrapportaw il-kontijiet annwali tal-programmi nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li għalhekk jiddistingwu bejn l-irkupri, il-ħlasijiet ta' qabel il-finanzjament lill-benefiċjarji finali u r-rimborżi tal-infiq li fil-fatt saru. Sabiex jiġu ffaċilitati l-awditjar u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Fond, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinkludi dawn l-ammonti fir-rapport ta' implimentazzjoni annwali tagħha għall-Fond kif ukoll ir-riżultati tal-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-Fond fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni, inklużi proġetti u sħab speċifiċi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta sommarju tar-rapporti ta' prestazzjoni annwali aċċettati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sena. Rapporti li jiddeskrivu r-riżultati tal-monitoraġġ u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet taħt il-Fond kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll f'dak tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-pubbliku u ppreżentati lill-Parlament Ewropew.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55)  Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Fond se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjonijiet klimatiċi u għall-kisba ta' mira kumplessiva ta' 25 % ta' nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġa l-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Fond, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti.

(55)  Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Fond se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjonijiet klimatiċi u biex tinkiseb mira kumplessiva ta' 25 % ta' nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġa l-objettivi tal-klima matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Fond, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Premessa 56

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(56)  Biex tissupplimenta u temenda xi elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li jiġu delegati lill-Kummissjoni fir-rigward tal-lista ta' azzjonijiet eliġibbli għal kofinanzjament ogħla kif elenkati fl-Anness IV, appoġġ operattiv u biex tiżviluppa aktar il-qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni. Huwa ta' importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet jsiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

(56)  Biex tissupplimenta u temenda xi elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li jiġu delegati lill-Kummissjoni fir-rigward tal-programmi ta' ħidma għall-faċilità tematika, il-lista ta' azzjonijiet eliġibbli għas-sostenn mill-istrument imsemmi fl-Anness III, il-lista ta' azzjonijiet eliġibbli għal kofinanzjament ogħla kif elenkati fl-Anness IV, l-appoġġ operattiv previst mill-Anness VII u biex tiżviluppa aktar il-qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni Huwa ta' importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-migranti u tar-rifuġjati, u li dawn il-konsultazzjonijiet jsiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Premessa 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58)  Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jikkontribwixxi għal ġestjoni effettiva tal-flussi migratorji fl-Unjoni f'konformità mal-politika komuni dwar l-ażil, il-protezzjoni internazzjonali u l-politika komuni dwar l-immigrazzjoni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri weħedhom u jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

(58)  Ladarba l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jsaħħaħ is-solidarjetà bejn l-Istati Membri ujikkontribwixxi għal ġestjoni effettiva tal-flussi migratorji u għall-implimentazzjoni, it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-politika komuni dwar l-ażil, il-protezzjoni sussidjarja u l-protezzjoni temporanja u tal-politika komuni dwar l-immigrazzjoni, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri weħedhom u jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil ("il-Fond").

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni, l-Ażil u l-Integrazzjoni ("il-Fond").

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "Applikant applikant għal protezzjoni internazzjonali" tfisser applikant kif definit fil-punt [x] tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) ../.. [ir-Regolament dwar il-Proċedura ta' Ażil];30 ;

(a)  "Applikant applikant għal protezzjoni internazzjonali" tfisser applikant kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/32/UE;

__________________

 

30 ĠU C , , p. .

 

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali" fis-sens tal-punt (2) tal-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) ../.. [ir-Regolament dwar Standards għall-Kwalifika]31 ;

(b)  "benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali" fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/95/UE;

__________________

 

31 ĠU C , , p. .

 

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  "Ammissjoni umanitarja" fis-sens tal-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) ../.. [Qafas għar-Risistemazzjoni [u l-Ammissjoni Umanitarja]32;

(e)  "skema umanitarja" tfisser l-ammissjoni fit-territorju tal-Istati Membri fejn ġew spostati minn pajjiż terz, wara, fejn mitlub minn Stat Membru, riferiment mill-UNHCR jew minn korp internazzjonali rilevanti ieħor, ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi li jingħataw protezzjoni internazzjonali jew status umanitarju skont id-dritt nazzjonali li jipprevedi drittijiet u obbligi ekwivalenti għal dawk tal-Artikoli 20 sa 32 u l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2011/95/UE għall-benefiċjarji ta' protezzjoni sussidjarja;

_______________

 

32ĠU C , , p. .

 

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  "risistemazzjoni" tfisser "risistemazzjoni" kif definit fl-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) ../.. Qafas għar-Risistemazzjoni [u l-Ammissjoni Umanitarja];

(g)  "risistemazzjoni" tfisser l-ammissjoni, wara riferiment mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati ("UNHCR"), ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat minn pajjiż terz lejn it-territorju tal-Istati Membri fejn ikunu ġew spostati, u li jingħataw protezzjoni internazzjonali u jkollhom aċċess għal soluzzjoni dejjiema f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u nazzjonali;

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja)  "minorenni mhux akkumpanjat" tfisser persuna minorenni li tasal fit-territorju tal-Istati Membri mhux akkumpanjat minn adult responsabbli għaliha kemm jekk bil-liġi jew bi prattika tal-Istat Membru kkonċernat u għaż-żmien sakemm ma titteħidx effettivament fir-responsabbiltà ta' tali adult, inkluża persuna minorenni li titħalla mhux akkumpanjata wara li tkun daħlet fit-territorju tal-Istati Membri.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għan tal-politika tal-Fond għandu jkun li jikkontribwixxi għall-ġestjoni effiċjenti tal-flussi tal-migrazzjoni f'konformità mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u f'konformità mal-impenji tal-Unjoni dwar id-drittijiet fundamentali.

1.  L-għan tal-politika tal-Fond għandu jkun li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni, it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-aspetti kollha tal-politika Ewropea komuni dwar l-ażil skont l-Artikolu 78 tat-TFUE u tal-politika Ewropea komuni dwar il-migrazzjoni skont l-Artikolu 79 tat-TFUE f'konformità mal-prinċipju ta' solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà, filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ l-obbligi tal-Unjoni u tal-Istati Membri taħt id-dritt internazzjonali u d-drittijiet u l-prinċipji minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-appoġġ għall-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri inkluż għall-kontrobuzzjoni tal-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi;

(b)  it-tisħiħ u l-iżvilupp ta' politiki fil-livell Ewropew u nazzjonali dwar il-migrazzjoni legali skont il-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali tal-Istati Membri;

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-kontribut lejn il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-iżgurar tal-effettività ta' ritorn u r-riammissjoni fil-pajjiżi terzi.

(c)  il-kontribut u l-promozzjoni tal-integrazzjoni u l-inklużjoni soċjali effettivi taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, b'mod komplementari ma' Fondi tal-UE oħra;

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  il-kontribut lejn il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-iżgurar tar-ritorn, ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni b'dinjità u mingħajr riskji fil-pajjiżi terzi;

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 2 - punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  l-iżgurar tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari lejn dawk l-aktar milquta mill-flussi migratorji, fosthom permezz tal-kooperazzjoni prattika.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Sħubija

 

Għal dan il-Fond, is-sħubijiet għandhom jinkludu tal-anqas l-awtoritajiet lokali u reġjonali jew l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tar-rifuġjati u tal-migranti, l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-korpi tal-ugwaljanza, u s-sħab ekonomiċi u soċjali.

 

Dawn is-sħab għandhom ikunu involuti b'mod sinifikanti fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' programmi.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fl-għanijiet imsemmija f'Artikolu 3 u f'konformità mal-miżuri ta' implimentazzjoni ta' miżuri elenkati fl-Anness II, il-Fond għandu b'mod partikolari jappoġġa l-azzjonijiet elenkati fl-Anness III.

1.  F'konformità mal-implimentazzjoni tal-miżuri elenkati fl-Anness II, il-Fond għandu jappoġġa l-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u li huma elenkati fl-Anness III. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-lista tal-azzjonijiet eleġibbli għas-sostenn mill-Fond fl-Anness III.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Biex jinkisbu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-Fond jistà jappoġġa l-azzjonijiet f'konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni kif imsemmija fl-Anness III b'rabta ma' pajjiżi terzi u fihom, fejn xieraq f'konformità mal-Artikolu 5 u 6.

2.  Biex jinkisbu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, il-Fond jista' f'każijiet eċċezzjonali, fi ħdan il-limiti ddefiniti u soġġett għal salvagwardji xierqa, jappoġġa l-azzjonijiet kif imsemmija fl-Anness III b'rabta ma' pajjiżi terzi u fihom, fejn xieraq f'konformità mal-Artikolu 5 u 6.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16, l-ammont totali ta' finanzjament għall-appoġġ ta' azzjonijiet f'pajjiżi terzi jew b'rabta magħhom taħt il-faċilità tematika skont l-Artikolu 9 m'għandux jaqbeż 5 % tal-ammont totali allokat għall-faċilità tematika skont l-Artikolu 8(2)(b).

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16, l-ammont totali ta' finanzjament għall-appoġġ ta' azzjonijiet f'pajjiżi terzi jew b'rabta magħhom taħt il-programmi tal-Istati Membri skont l-Artikolu 13 m'għandux jaqbeż, għal kull Stat Membru, 5 % tal-ammont totali allokat lil dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 8(2)(a), l-Artikolu 11(1) u l-Anness I.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.  Azzjonijiet appoġġati f'dan il-paragrafu għandhom ikunu totalment koerenti ma' miżuri appoġġati mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni u mal-prinċipji u l-għanijiet ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Ugwaljanza bejn is-sessi u n-nondiskriminazzjoni

 

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jkunu parti integrali mill-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-Fond u jiġu promossi matul din l-implimentazzjoni. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa kollha biex jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi tas-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, is-sħubija f'minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali fl-aċċess tal-Fond u matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-Fond.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Fond se jkun miftuħ għal pajjiżi terzi, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkun ikopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fil-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, sakemm il-ftehim:

Il-Fond se jkun miftuħ għal pajjiżi terzi assoċjati maż-żona Schengen, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li għandu jiġi adottat f'konformità mal-Artikolu 218 tat-TFUE li jkun ikopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fil-Fond dment li l-ftehim:

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fit-tfassil tal-ftehim speċifiku msemmi f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, b'mod partikolari fir-rigward tal-aspetti tad-drittijiet fundamentali tal-ftehim.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  pajjiż terz elenkat fil-programm ta' ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati hemmhekk;

(3)  pajjiż terz elenkat fil-programm ta' ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati hemmhekk, u soġġett għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet kollha li jsiru f'pajjiż terz jew b'rabta ma' pajjiż terz jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali.

(b)  kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali rilevanti.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw fejn dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta' azzjoni partikolari.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 jipprevedu l-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi fil-Fond. L-ebda involviment ulterjuri ta' entitajiet minn pajjiżi terzi ma huwa xieraq.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-entitajiet ġuridiċi li jipparteċipaw f'konsorzji ta' mill-inqas żewġ entitajiet indipendenti, stabbiliti fi Stati Membri differenti jew pajjiżi jew territorji extra-Ewropej marbuta ma' dawk l-istati jew pajjiżi terzi, huma eliġibbli.

4.  L-entitajiet ġuridiċi li jipparteċipaw f'konsorzji ta' mill-inqas żewġ entitajiet indipendenti, stabbiliti fi Stati Membri differenti jew pajjiżi jew territorji extra-Ewropej marbuta ma' dawk l-istati huma eliġibbli meta dan jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Fond kif stipulat fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Appoġġ ipprovdut taħt dan ir-Regolament għandu jikkumplimenta lill-interventi nazzjonali, reġjonali u lokali u għandu jiffoka fuq il-valur miżjud mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

1.  Appoġġ ipprovdut taħt dan ir-Regolament għandu jikkomplementa lill-interventi nazzjonali, reġjonali u lokali u għandu jiffoka fuq il-valur miżjud tal-Unjoni għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ ipprovdut skont dan ir-Regolament u mill-Istati Membri huwa konsistenti mal-attivitajiet, politiki u l-prijoritajiet rilevanti tal-Unjoni u huwa kumplimentari ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni.

2.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ ipprovdut skont dan ir-Regolament u mill-Istati Membri huwa konsistenti mal-attivitajiet, politiki u l-prijoritajiet rilevanti tal-Unjoni u huwa kumplimentari u kkoordinat mal-istrumenti nazzjonali u ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni u miżuri ffinanzjati taħt fondi tal-Unjoni oħra, b'mod partikolari l-fondi strutturali u l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 8 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Fond għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 10 415 000 000 fi prezzijiet attwali.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Fond għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 9 204 957 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 10 415 000 000 fi prezzijiet attwali).

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  EUR 6 249 000 000 għandhom jiġu allokati għall-programmi implimentati b'ġestjoni kondiviża;

(a)  EUR 5 522 974 200 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 6 249 000 000 fi prezzijiet attwali) għandhom jiġu allokati għall-programmi implimentati b'ġestjoni kondiviża;

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  EUR 4 166 000 000 għandhom jiġu allokati għall-faċilità tematika.

(b)  EUR 3 681 982 800 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 4 166 000 000 fi prezzijiet attwali) għandhom jiġu allokati għall-faċilità tematika.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Sa 0,42 % tal-pakkett finanzjarju għandhom jiġu allokati għall-assistenza teknika bl-inizjattiva tal-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 29 tar-Regolament UE ../.. [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni].

3.  Sa 0,42 % tal-pakkett finanzjarju għandhom jiġu allokati għall-assistenza teknika bl-inizjattiva tal-Kummissjoni.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

e)  appoġġ lil Stati Membri li jikkontribwixxu għall-isforzi ta' solidarjetà u responsabbiltà; and

e)  appoġġ lil Stati Membri, fosthom lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, u lill-lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi li jikkontribwixxu għall-isforzi ta' solidarjetà; and

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-finanzjament mill-faċilità tematika għandu jindirizza l-prijoritajiet b'valur miżjud għoli għall-Unjoni jew jintuża biex iwieġeb għal bżonnijiet urġenti f'konformità mal-prijoritajiet miftehma tal-Unjoni kif imniżżel fl-Anness II.

2.  Il-finanzjament mill-faċilità tematika għandu jindirizza l-prijoritajiet b'valur miżjud għoli għall-Unjoni jew jintuża biex iwieġeb għal bżonnijiet urġenti f'konformità mal-prijoritajiet miftehma tal-Unjoni kif imniżżel fl-Anness II u permezz tal-azzjonijiet eleġibbli fl-Anness III. Il-Kummissjoni għandha tiżgura involviment regolari mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi ta' ħidma.

 

Minimu ta' 20% tal-finanzjament mill-faċilità tematika għandu jiġi allokat għall-għan speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2).

 

Għandu jiġi allokat minimu ta' 10% tal-finanzjament mill-faċilità tematika għall-għan speċifiku msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2);

 

Għandu jiġi allokat minimu ta' 10% tal-finanzjament mill-faċilità tematika għall-għan speċifiku msemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2);

 

Għandu jiġi allokat minimu ta' 10% tal-finanzjament mill-faċilità tematika għall-għan speċifiku msemmi fil-punt (cb) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2);

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-finanzjament mill-faċilità tematika jingħata f'ġestjoni diretta jew indiretta lilI Stati Membri, għandu jiġi żgurat li l-proġetti magħżula ma jiġux affettwati minn opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta' ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jipperikola l-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-proġetti.

3.  Meta l-finanzjament mill-faċilità tematika jingħata f'ġestjoni diretta jew indiretta lill-Istati Membri, m'għandu jkun disponibbli ebda finanzjament għal proġetti meta jkun hemm evidenza ċara li jeżisti dubju dwar il-legalità ta' dawk il-proġetti, jew il-legalità u r-regolarità ta' dak il-finanzjament, jew it-twettiq ta' dawk il-proġetti, bħala riżultat ta' opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta' ksur skont l-Artikolu 258 tat-TFUE

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta jingħata finanzjament mill-faċilità tematika jkun implimentat f'ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni għandha, għall-fini tal-Artikolu 18 u l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) ../.. [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] tivvalulta jekk il-azzjonijiet previsti ma jiġux affettwati minn opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta' ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jipperikola l-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-proġetti.

4.  Meta jingħata finanzjament mill-faċilità tematika jkun implimentat f'ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ma jkun hemm ebda finanzjament disponibbli għal proġetti meta jkun hemm evidenza ċara li jeżisti dubju dwar il-legalità ta' dawk il-proġetti, jew il-legalità u r-regolarità ta' dak il-finanzjament, jew it-twettiq ta' dawk il-proġetti, bħala riżultat ta' opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta' ksur skont l-Artikolu 258 tat-TFUE.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont globali magħmul disponibbli għall-faċilità tematika skont l-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet ta' finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu [110] tar-Regolament Finanzjarju għall-faċilità tematika li tidentifika l-għanijiet u l-azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati u tispeċifika l-ammonti għal kull komponent tagħha kif imsemmi fil-paragrafu 1. Id-deċiżjonijiet finanzjarji jenħtieġ li fejn applikabbli jistabbilixxu l-ammont globali riżervat għall-operazzjoni ta' taħlit.

5.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont globali magħmul disponibbli għall-faċilità tematika skont l-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 biex tistabbilixxi programmi ta' ħidma għall-faċilità tematika li tidentifika l-għanijiet u l-azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati u tispeċifika l-ammonti għal kull komponent tagħha kif imsemmi fil-paragrafu 1. Il-programmi ta' ħidma għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-faċilità tematika għandha b'mod partikolari tappoġġa l-azzjonijiet li jaqgħu taħt il-miżura ta' implimentazzjoni 2(b) tal-Anness II li huma implimentati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali jew mill-organizzazzjonijiet ċivili.

6.  Il-faċilità tematika għandha b'mod partikolari tappoġġa l-azzjonijiet li jaqgħu taħt il-miżura ta' implimentazzjoni 2(a) tal-Anness II li huma implimentati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali jew mill-organizzazzjonijiet ċivili. F'dak ir-rigward, minimu ta' 5% tal-pakkett finanzjarju tal-faċilità tematika għandu jingħata taħt ġestjoni diretta jew indiretta lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li jimplimentaw azzjonijiet ta' integrazzjoni.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Wara l-adozzjoni ta' deċiżjoni finanzjarja kif imsemmi fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni tista' temenda l-programmi implimentati skont il-ġestjoni kondiviża kif xieraq.

7.  Wara l-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma kif imsemmi fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni tista' temenda l-programmi implimentati skont il-ġestjoni kondiviża kif xieraq.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 9 − paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Dawn id-deċiżjonijiet ta' finanzjament jistgħu jkunu annwali jew pluriennali u jistgħu jkopru komponent jew aktar tal-faċilità tematika.

8.  Dawn il-programmi ta' ħidma jistgħu jkunu annwali jew pluriennali u jistgħu jkopru komponent jew aktar tal-faċilità tematika.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-appoġġ skont din it-taqsima għandu jiġi implimentat b'ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (UE) ../.. [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni].

2.  Għandu jiġi implimentat appoġġ skont din it-taqsima bil-ġestjoni kondiviża f'konformità mal-Artikolu [63] tar-Regolament Finanzjarju u tar-Regolament UE u l-qafas li jistabbilixxi r-regoli finanzjarji komuni għal bosta fondi tal-UE, inkluż l-AMIF.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni ma għandhiex teċċedi l-75 % tan-nefqa totali eliġibbli ta' proġett.

1.  Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni ma għandhiex teċċedi l-75 % tan-nefqa totali eliġibbli ta' proġett. L-Istati Membri huma mħeġġa li jipprovdu fondi korrispondenti għall-attivitajiet appoġġati mill-Fond.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 12 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista' tiżdied għal 90 % tan-nefqa totali eliġibbli għal azzjonijiet elenkati fl-Anness IV.

3.  Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni għandha tiżdied għal minimu ta' 80 % utista' tiżdied għal 90 % tan-nefqa totali eliġibbli għal azzjonijiet elenkati fl-Anness IV.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 13 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-prijoritajiet indirizzati fil-programm tiegħu huma konsistenti ma' u jwieġbu għall-prijoritajiet u l-isfidi tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-migrazzjoni u huma f'konformità sħiħa mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u li jaqblu mal-prijoritajiet tal-Unjoni. Fl-istabbiliment tal-prijoritajiet tal-programmi tagħhom l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta' implimentazzjoni stabbiliti fl-Anness II jiġu indirizzati b'mod adegwat.

1.  Kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-prijoritajiet indirizzati fil-programm nazzjonali huma konsistenti ma' u jwieġbu għall-prijoritajiet u l-isfidi tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-ażil u tal-migrazzjoni, u huma f'konformità sħiħa mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri li joriġinaw mill-istrumenti internazzjonali li għalihom huma firmatarji, b'mod partikolari l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Fl-istabbiliment tal-prijoritajiet tal-programmi tagħhom l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta' implimentazzjoni stabbiliti fl-Anness II jiġu indirizzati b'mod adegwat. F'dak ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jallokaw minimu ta' 20 % tal-finanzjament allokat tagħhom għall-għan speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2).

 

L-Istati Membri għandhom jallokaw minimu ta' 10 % tal-finanzjament allokat tagħhom għall-għan speċifiku msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2).

 

L-Istati Membri għandhom jallokaw minimu ta' 10 % tal-finanzjament allokat tagħhom għall-għan speċifiku msemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2).

 

L-Istati Membri għandhom jallokaw minimu ta' 10 % tal-finanzjament allokat tagħhom għall-għan speċifiku msemmi fil-punt (cb) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2).

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programmi tagħhom jinkludu azzjonijiet li jindirizzaw l-għanijiet speċifiċi kollha tal-Fond imsemmija fl-Artikolu 3(2) u li l-allokazzjoni tar-riżorsi bejn l-objettivi tiżgura li dawk l-objettivi jistgħu jintlaħqu. Hija u tevalwa l-programmi tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ma jkun hemm l-ebda finanzjament disponibbli għal proġetti meta jkun hemm evidenza ċara li l-legalità ta' dawk il-proġetti, jew il-legalità u r-regolarità ta' dawk il-proġetti, se jkunu qed jiġu ddubitati bħala riżultat ta' opinjoni motivata tal-Kummissjoni b'rabta mal-proċedimenti ta' ksur taħt l-Artikolu 258 tat-TFUE.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta huma assoċjati mal-proċess tal-iżvilupp tal-programmi fi stadju bikri, fir-rigward tal-oqsma tal-kompetenza tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil dwar l-abbozzi ta' programmi biex tiġi żgurata konsistenza u kumplimentarjetà tal-azzjonijiet tal-aġenziji u dawk tal-Istati Membri.

2.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta huma assoċjati mal-proċess tal-iżvilupp tal-programmi fi stadju bikri, fir-rigward tal-oqsma tal-kompetenza tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u lill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil dwar l-abbozzi ta' programmi biex tiġi żgurata konsistenza u kumplimentarjetà tal-azzjonijiet tal-aġenziji u dawk tal-Istati Membri.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni tista' tassoċja lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-kompiti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni kif imsemmi fit-Taqsima 5 fejn xieraq, b'mod partikolari biex jiġi żgurat li l-azzjonijiet implimentati bl-appoġġ tal-Fond huma konformi mal-acquis rileanti tal-Unjoni u li jaqblu mal-prijoritajiet tal-Unjoni.

3.  Il-Kummissjoni tista' tassoċja lill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-UNHCR fil-kompiti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni kif imsemmi fit-Taqsima 5 fejn xieraq, b'mod partikolari biex jiġi żgurat li l-azzjonijiet implimentati bl-appoġġ tal-Fond huma konformi mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u li jaqblu mal-prijoritajiet tal-Unjoni.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Wara eżerċizzju ta' monitoraġġ kif imwettaq f'konformità mar-Regolament (UE) [ ../..] [ir-Regolament EUAA] jew l-adozzjoni ta' rakkomandazzjonijiet f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1053/2013 li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jeżamina, flimkien mal-Kummissjoni, u fejn ikun rilevanti mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, kif jiġu indirizzati l-konklużjonijiet, inklużi kwalunkwe nuqqasijiet jew kwistjonijiet ta' kapaċità u preparatezza, u għandu jeżamina r-rakkomandazzjonijiet permezz tal-programm tiegħu.

4.  Wara li jkun sar kwalunkwe eżerċizzju ta' monitoraġġ, jew l-adozzjoni ta' rakkomandazzjonijiet f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1053/2013 li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jeżamina, flimkien mal-Kummissjoni, u fejn ikun rilevanti mal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, kif jiġu indirizzati l-konklużjonijiet, inklużi kwalunkwe nuqqasijiet jew kwistjonijiet ta' kapaċità u preparatezza, u għandu jeżamina r-rakkomandazzjonijiet permezz tal-programm tiegħu.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fejn ikun meħtieġ, il-programm inkwistjoni għandu jkun emendat biex jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4. Skont l-impatt tal-aġġustament, il-programm rivedut jistgħu jiġu approvati mill-Kummissjoni.

5.  Fejn ikun meħtieġ, il-programm inkwistjoni għandu jkun emendat biex jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 u l-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-istadji importanti u l-miri kif ivvalutat fir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni imsemmija fl-Artikolu 30(2)(a). Skont l-impatt tal-aġġustament, il-programm rivedut jistgħu jiġu approvati mill-Kummissjoni.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.  Il-programmi nazzjonali jistgħu jippermettu l-inklużjoni, fl-azzjonijiet imsemmija fil-punt 3a tal-Anness III, ta' persuni koperti mill-grupp ta' mira msemmi f'dak il-punt, sal-punt li huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva ta' tali azzjonijiet.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 13 - paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Kull meta Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta proġetti ma' pajjiż terz jew fih bl-appoġġ tal-Fond, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonsulta l-Kummissjoni qabel il-bidu tal-proġett.

8.  Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2), kull meta Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta proġetti ma' pajjiż terz jew fih bl-appoġġ tal-Fond, l-Istat Membru kkonċernat għandu jitlob l-approvazzjoni tal-Kummissjoni qabel il-bidu tal-proġett. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-komplementarjetà u l-koerenza tal-proġetti ppjanati ma' azzjonijiet oħra tal-Unjoni u tal-Istati Membri meħuda fil-pajjiż terz ikkonċernat jew b'rabta miegħu, u għandha tivverifika li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1)(a)(3) huma ssodisfati.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  L-ipprogrammar kif imsemmi fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE) …/2021 [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni], għandu jiġi bbażat fuq it-tipi ta' interventi stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness VI.

9.  Kull programm nazzjonali għandu jistabbilixxi, għal kull għan, it-tipi ta' interventi f'konformità mat-Tabella 1 tal-Anness VI u jipprovdi tqassim indikattiv tar-riżorsi pprogrammati skont it-tip ta' intervent jew il-qasam ta' appoġġ.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9a.  Kull Stat Membru għandu jippubblika l-programm tiegħu fuq sit web apposta u jgħaddih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak is-sit web għandu jispeċifika l-azzjonijiet appoġġati fl-implimentazzjoni tal-programm u jelenka l-benefiċjarji. Dan għandu jiġi aġġornat regolarment, minn tal-inqas fl-istess ħin tal-pubblikazzjoni tar-Rapport tal-Prestazzjoni Annwali msemmi fl-Artikolu 30.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Il-programmi għandhom ikunu soġġetti għal rieżami u evalwazzjoni ta' nofs it-terminu f'konformità mal-Artikolu 29 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fl-2024, il-Kummissjoni għandha talloka lill-programmi tal-Istati Membri kkonċernati l-ammont addizzjonali msemmi fl-Artikolu 11(1)(b) f'konformità mal-kriterji msemmija fil-paragrafu minn 1(b) sa 5 tal-Anness I. Il-finanzjament għandu jkun effettiv għall-perjodu li jibda mis-sena kalendarja 2025.

1.  Sa tmiem l-2024, u wara li tkun informat lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha talloka lill-programmi tal-Istati Membri kkonċernati l-ammont addizzjonali msemmi fl-Artikolu 11(1)(b) f'konformità mal-kriterji msemmija fil-paragrafu minn 1(b) sa 5 tal-Anness I. Il-finanzjament għandu jkun effettiv għall-perjodu li jibda mis-sena kalendarja 2025.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Jekk mill-anqas 10 % tal-allokazzjoni inizjali ta' programm imsemmi fl-Artikolu 11(1)(a) ma jkunx kopert minn applikazzjonijiet ta' pagament ippreżentati f'konformità mal-Artikolu [85] tar-Regolament (UE) Nru .../2021 [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni], l-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun eliġibbli biex jirċievi l-allokazzjoni addizzjonali għall-programm imsemmija fil-paragrafu 1.

2.  Jekk mill-anqas 30 % tal-allokazzjoni inizjali ta' programm imsemmi fl-Artikolu 11(1)(a) ma jkunx kopert minn applikazzjonijiet ta' pagament, l-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun eliġibbli biex jirċievi l-allokazzjoni addizzjonali għall-programm imsemmija fil-paragrafu 1.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-allokazzjoni tal-fondi mill-faċilità tematika mill-2025 fejn xieraq għandha tqis il-progress li sar fil-kisba tat-tragwardji tal-qafas ta' prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu [12] tar-Regolament (UE) Nru .../2021 [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u n-nuqqasijiet ta' implimentazzjoni identifikati.

3.  L-allokazzjoni tal-fondi mill-faċilità tematika mill-2025 għandha tqis il-progress li sar fil-kisba tal-miri tal-qafas ta' prestazzjoni u n-nuqqasijiet identifikati tal-implimentazzjoni.

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Azzjonijiet speċifiċi huma proġetti transnazzjonali jew nazzjonali f'konformità mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament li għalih Stat Membru wieħed, diversi jew kollha jistgħu jirċievu allokazzjoni addizzjonali għall-programmi tagħhom.

1.  Azzjonijiet speċifiċi huma proġetti transnazzjonali jew nazzjonali li jagħtu valur miżjud tal-Unjoni f'konformità mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament li għalih Stat Membru wieħed, diversi jew kollha jistgħu jirċievu allokazzjoni addizzjonali għall-programmi tagħhom.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 16

imħassar

Riżorsi għall-Qafas tal-Unjoni għar-Risistemazzjoni [u l-Ammissjoni Umanitarja]

 

1.  L-Istati Membri barra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata f'konformità mal-Artikolu 11(1)(a) għandhom jirċievu kontribuzzjoni ta' EUR 10,000 għal kull persuna risistemata f'konformità mal-iskema ta' risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni. Din il-kontribuzzjoni għandha tieħu l-forma ta' finanzjament mhux marbut mal-kostijiet f'konformità mal-Artikolu [125] tar-Regolament Finanzjarju.

 

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi allokat lill-Istati Membri permezz ta' emenda tal-programm tagħhom sakemm il-persuna li fir-rigward tagħha tiġi allokata l-kontribuzzjoni tkun risistemata b'mod effettiv f'konformità mal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni [u l-Ammissjoni Umanitarja].

 

3.  Il-finanzjament ma għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm għajr f'ċirkostanzi debitament ġustifikati u kif approvat mill-Kummissjoni permezz ta' emenda tal-programm.

 

4.  L-Istati Membri għandhom iżommu l-informazzjoni meħtieġa biex tkun tista' ssir l-identifikazzjoni xierqa tal-persuni risistemati u tad-data tar-risistemazzjoni tagħhom.

 

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16a

 

Riżorsi għar-risistemazzjoni u l-ammissjoni umanitarja

 

1. L-Istati Membri għandhom, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 11(1), jirċievu kull sentejn ammont addizzjonali bbażat fuq is-somma f'daqqa ta' EUR 10 000 għal kull persuna ammessa permezz tar-risistemazzjoni.

 

2. L-Istati Membri għandhom, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 11(1), jirċievu kull sentejn ammont addizzjonali bbażat fuq is-somma f'daqqa ta' EUR 6 000 għal kull persuna ammessa permezz ta' skemi umanitarji.

 

3. Fejn ikun adatt, l-Istati Membri jistgħu wkoll ikunu eliġibbli għal somom f'daqqa għal membri tal-familja tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1 bil-għan li jiżguraw l-għaqda tal-familja.

 

4. L-ammont addizzjonali msemmij fil-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi allokat lill-Istati Membri kull sentejn, għall-ewwel darba fid-deċiżjonijiet individwali ta' finanzjament li japprovaw il-programm nazzjonali tagħhom u aktar tard fid-deċiżjoni ta' finanzjament li għandha tiġi annessa mad-deċiżjonijiet li japprovaw il-programm nazzjonali tagħhom.

 

5. Filwaqt li jitqiesu r-rati attwali ta' inflazzjoni, l-iżviluppi rilevanti fil-qasam tar-risistemazzjoni, kif ukoll il-fatturi li jistgħu jottimizzaw l-użu tal-inċentiv finanzjarju miksub permezz tas-somma f'daqqa, u fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 biex taġġusta, jekk jitqies xieraq, is-somma f'daqqa msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17

imħassar

Riżorsi għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament ../.. [ir-Regolament ta' Dublin]

 

1. Stat Membru barra l-akkolazzjoni tiegħu kkalkolata f'konformità mal-Artikolu 11(1)(a) għandu jirċievi kontribuzzjoni ta' EUR [10 000] għal kull applikant għal protezzjoni internazzjonali li għalih dak l-Istat Membru jsir responsabbli minn meta dak l-Istat Membru jkun jinsab f'ċirkostanzi diffiċli kif definit fir-Regolament (UE) ../.. [ir-Regolament ta' Dublin].

 

2. Stat Membru barra l-akkolazzjoni tiegħu kkalkolata f'konformità mal-Artikolu 11(1)(a) għandu jirċievi kontribuzzjoni ta' EUR [10 000] għal kull applikant għal protezzjoni internazzjonali li allokat għal dak l-Istat Membru li jkun 'il fuq mis-sehem ġust tal-Istati Membru benefiċjarju.

 

3. Stat Membru msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jirċievi kontribut addizzjonali ta' EUR [10 000] għal kull applikant li jkun ingħata l-protezzjoni internazzjonali għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta' integrazzjoni.

 

4. Stat Membru msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jirċievi kontribuzzjoni addizzjonali ta' EUR [10 000] għal kull persuna li għaliha l-Istat Membru jista' jistabbilixxi fuq il-bażi tal-aġġornament tad-data msemmija fl-Artikolu 11(d) tar-Regolament UE ../.. [ir-Regolament Eurodac] li l-persuna telqet mit-territorju tal-Istat Membru, jew b'mod furzat inkella b'mod volontarju, f'konformità ma' deċiżjoni ta' ritorn jew ordni ta' tneħħija.

 

5. Stat Membru barra l-allokazzjoni tiegħu kkalkolata f'konformità mal-Artikolu 11(1)(a) għandu jirċievi kontribuzzjoni ta' EUR [500] għal kull applikant ta' protezzjoni internazzjonali trasferit minn Stat Membru għall-ieħor, għal kull applikant ittrasferit f'konformità mal-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 34(i) tar-Regolament (UE) ../… [ir-Regolament ta' Dublin] u fejn applikabbli, għal kull applikant ittrasferit skont il-punt (g) tal-Artikolu 34 (j) tar-Regolament (UE) ../.. [ir-Regolament ta' Dublin].

 

6. [L-ammonti msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jieħdu l-forma ta' finanzjament mhux marbut mal-kostijiet f'konformità mal-Artikolu [125] tar-Regolament Finanzjarju.

 

7. L-ammonti addizzjonali msemmija fil-paragrafi minn 1 sa 5 għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri fil-programmi tagħhom sakemm il-persuna li fir-rigward tagħha tiġi allokata l-kontribuzzjoni, kif applikabbli, tkun ġiet trasferita lejn Stat Membru, irritornata jew irreġistrata bħala applikant fl-Istat Membru responsabbli f'konformità mar-Regolament (UE) ../... [ir-Regolament ta' Dublin].

 

8. Dan il-finanzjament ma għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm għajr f'ċirkostanzi debitament ġustifikati u kif approvat mill-Kummissjoni permezz ta' emenda tal-programm.

 

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17a

 

Riżorsi għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 604/2013

 

1. Minbarra l-allokazzjoni kkalkolata f'konformità mal-Artikolu 11(1)(a), l-Istat Membru determinanti għandu jirċievi rifużjoni tal-ispejjeż tal-akkoljenza ta' applikant għal protezzjoni internazzjonali mill-mument meta ssir l-applikazzjoni sat-trasferiment tal-applikant fl-Istat Membru responsabbli, jew sakemm l-Istat Membru determinanti jassumi r-responsabbiltà għall-applikant skont ir-Regolament (UE) 604/2013.

 

2. L-Istat Membru li jittrasferixxi għandu jirċievi, minbarra l-allokazzjoni kkalkolata skont il-punt (a) tal-Artikolu 11(1) ta' dan ir-Regolament, ir-rifużjoni tal-ispejjeż meħtieġa għat-trasferiment ta' applikant jew ta' persuna oħra msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013.

 

3. Kull Stat Membru għandu, minbarra l-allokazzjoni kkalkolata skont il-punt (a) tal-Artikolu 11(1) ta' dan ir-Regolament, jirċievi somma f'daqqa ta' EUR 10 000 għal kull minorenni mhux akkumpanjat li jingħata protezzjoni internazzjonali f'dak l-Istat Membru, dment li l-Istat Membru ma jkunx eliġibbli għal pagament ta' somma f'daqqa għal dak il-minorenni mhux akkumpanjat skont l-Artikolu 16(1).

 

4. Ir-rifużjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandha tieħu l-għamla ta' finanzjament f'konformità mal-Artikolu 125 tar-Regolament Finanzjarju.

 

5. Ir-rifużjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi allokata lill-Istati Membri fil-programmi tagħhom dment li l-persuna li fir-rigward tagħha tiġi allokata r-rifużjoni tkun ġiet effettivament trasferita fi Stat Membru f'konformità mar-Regolament (UE) 604/2013.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 17b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17b

 

Riżorsi għat-trasferiment ta' persuni li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali jew jibbenefikaw minnha

 

1. Bil-ħsieb li jiġi implimentat il-prinċipju tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà, l-Istati Membri għandhom jirċievu, minbarra l-allokazzjoni kkalkolata f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 11(1), ammont addizzjonali bbażat fuq somma ta' EUR 10 000 f'daqqa għal kull persuna ttrasferita minn Stat Membru ieħor li tkun applikat għal protezzjoni internazzjonali jew tkun qed tibbenefika minnha.

 

2. L-Istati Membri jistgħu wkoll ikunu eliġibbli għal somom f'daqqa għall-membri tal-familja tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, jekk ikun il-każ, dment li dawk il-membri tal-familja jkunu ġew trasferiti f'konformità ma' dan ir-Regolament.

 

3. L-ammonti addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri għall-ewwel darba fid-deċiżjonijiet individwali ta' finanzjament li japprovaw il-programm nazzjonali tagħhom u aktar tard fid-deċiżjoni ta' finanzjament li trid tiġi annessa mad-deċiżjoni li tapprova l-programm nazzjonali tagħhom. Dan il-finanzjament ma għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm għajr f'ċirkostanzi debitament ġustifikati u kif approvat mill-Kummissjoni permezz ta' emenda tal-programm.

 

4. Sabiex jintlaħqu b'effikaċja l-għanijiet tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 80 tat-TFUE, u filwaqt li jitqiesu r-rati tal-inflazzjoni attwali, l-iżviluppi rilevanti fil-qasam tar-risistemazzjoni, l-ammissjoni umanitarja ad hoc u t-trasferiment minn Stat Membru għal ieħor tal-persuni li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali jew jibbenefikaw minnha, kif ukoll il-fatturi li jistgħu jottimizzaw l-użu tal-inċentiv finanzjarju mogħti permezz ta' somma f'daqqa, u fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 biex taġġusta, jekk tqis xieraq, is-somma f'daqqa msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Stat Membru jista' juża sa 10 % tal-ammont allokat taħt il-Fond għall-programm tiegħu biex jiffinanzja l-appoġġ operattiv skont l-għanijiet fl-Artikolu 3(2)(a) u (c).

2.  Stat Membru jista' juża sa 10 % tal-ammont allokat taħt il-Fond għall-programm tiegħu biex jiffinanzja l-appoġġ operattiv skont l-għanijiet fl-Artikolu 3(2).

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istat Membru li juża l-appoġġ operattiv għandu jikkonforma mal-acquis tal-Unjoni dwar l-ażil u r-ritorn.

3.  L-Istat Membru li juża l-appoġġ operattiv għandu jikkonforma mal-acquis tal-Unjoni dwar l-ażil u l-immigrazzjoni u jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet u l-prinċipji minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri, fil-programm u fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 30 għandhom jiġġustifikaw l-użu tal-appoġġ operazzjonali biex jiksbu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Qabel l-approvazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni, flimkien mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta f'konfirmità mal-Artikolu 13 għandha tivvaluta s-sitwazzjoni tax-xenarju bażi fi Stati Membri li indikaw l-intenzjoni tagħhom li jużaw l-appoġġ operattiv. Il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u fejn ikun rilevanti, l-informazzjoni disponibbli fid-dawl tal-eżerċizzji ta' monitoraġġ, kif imwettqa skont ir-Regolament (UE) ../.. [ir-Regolament EUAA ] u r-Regolament (UE) Nru 1053/2013, li huma fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.

4.  L-Istati Membri, fil-programm u fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 30, għandhom jiġġustifikaw l-użu tal-appoġġ operazzjonali biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Qabel l-approvazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni, flimkien mal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, f'konformità mal-Artikolu 13, għandha tivvaluta s-sitwazzjoni tax-xenarju bażi fi Stati Membri li indikaw l-intenzjoni tagħhom li jużaw l-appoġġ operattiv. Il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u fejn ikun rilevanti, l-informazzjoni disponibbli fid-dawl tal-eżerċizzji ta' monitoraġġ, kif imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil u r-Regolament (UE) Nru 1053/2013, li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-appoġġ operattiv għandu jkun iffokat fuq karigi u servizzi speċifiċi kif stabbilit fl-Anness VII.

5.  L-appoġġ operattiv għandu jkun iffukat fuq l-azzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Anness VII.

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Biex jiġu indirizzati ċirkostanzi mhux previsti jew biex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-lista ta' kompiti u servizzi speċifiċi fl-Anness VII.

6.  Biex jiġu indirizzati ċirkostanzi mhux previsti jew biex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-lista ta' azzjonijiet eliġibbli fl-Anness VII.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Għotjiet implimentati taħt il-ġestjoni diretta għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-[Titolu VIII] tar-Regolament Finanzjarju.

4.  Għotjiet implimentati b'ġestjoni diretta u indiretta għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-[Titolu VIII] tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura flessibbiltà, korrettezza u trasparenza fit-tqassim tar-riżorsi fost l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2).

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta' assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta' fondi dovuti minn riċevituri, u skont ir-Regolament Finanzjarju għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti. Id-dispożizzjonijiet stipulati fi [l-Artikolu X] tar-Regolament (UE) ../.. [suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta' Garanzija] għandha tapplika.

6.  Il-kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta' assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta' fondi dovuti mid-destinatarji u għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti skont ir-Regolament Finanzjarju.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ammont disponibbli għan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-Fond u l-programm ta' ħidma li jistabbilixxi l-prijoritajiet għall-attivitajiet tiegħu għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni, wara l-approvazzjoni mill-Bord ta' Tmexxija b' konformità mal-Artikolu 4(5)(a) tad-Deċiżjoni 2008/381/KE (kif emendata). Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tikkostitwixxi deċiżjoni dwar finanzjament skont l-Artikolu [110] tar-Regolament Finanzjarju. Biex tiżgura d-disponibbiltà fil-ħin ta' riżorsi, il-Kummissjoni tista' tadotta l-programm ta' ħidma għan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni f'deċiżjoni ta' finanzjament separata.

2.  L-ammont disponibbli għan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-Fond u l-programm ta' ħidma li jistabbilixxi l-prijoritajiet għall-attivitajiet tiegħu għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni, wara l-approvazzjoni mill-Bord ta' Tmexxija f'konformità mal-Artikolu 4(5)(a) tad-Deċiżjoni 2008/381/KE (kif emendata). Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tikkostitwixxi deċiżjoni ta' finanzjament skont ir-Regolament Finanzjarju. Biex tiżgura d-disponibbiltà tar-riżorsi fil-ħin, il-Kummissjoni tista' tadotta l-programm ta' ħidma għan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni f'deċiżjoni ta' finanzjament separata.

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 21a (ġdid)

Deċiżjoni 2008/381/KE

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 21a

 

Emenda tad-Deċiżjoni 2008/381/KE

 

Fl-Artikolu 5(5) tad-Deċiżjoni 2008/381/KE jiżdied il-punt li ġej:

 

"(da) jaġixxu bħala punt ta' kuntatt għall-benefiċjarji potenzjali ta' finanzjament fl-ambitu tar-Regolament dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u jipprovdu gwida imparzjali, informazzjoni prattika u assistenza dwar l-aspetti kollha tal-Fond, inkluż fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal finanzjament fl-ambitu tal-faċilità tematika jew il-programm nazzjonali rilevanti.".

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operazzjonijiet ta' taħlit deċiżi skont dan il-Fond għandhom jiġu implimentati skont ir-[ir-Regolament dwar l-InvestUE] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.

L-operazzjonijiet ta' taħlit deċiżi skont dan il-Fond, kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(c), għandhom jiġu implimentati skont [ir-Regolament InvestEU] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

1.  Id-destinatarji tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u sinifikattiva lid-diversi udjenzi kkonċernati, inkluż lill-midja u lill-pubbliku, bil-lingwi rilevanti. Sabiex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, id-destinatarji tal-finanzjament għandhom jirreferu għall-oriġini tiegħu meta jitkellmu dwar l-azzjoni. Għal dan il-għan, id-destinatarji għandhom jiżguraw li kull komunikazzjoni mal-midja u l-pubbliku jkun fiha l-emblema tal-Unjoni u ssemmi espliċitament l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni.

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-Fond, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Fond għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, dment li dawn ikunu relatati mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

2.  Biex tintlaħaq l-aktar udjenza wiesgħa possibbli, il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-Fond u mal-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-programmi annwali u pluriennali tal-faċilità tematika. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' operazzjonijiet magħżula għall-appoġġ fl-ambitu tal-faċilità tematika fuq sit web disponibbli pubblikament u taġġorna dik il-lista mill-inqas darba kull tliet xhur. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Fond għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, dment li dawn ikunu relatati mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tista' tippromwovi l-aħjar prattiki u l-iskambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istrument.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 f'formati miftuħa u li jinqraw mill-magni li jippermettu l-klassifikazzjoni, it-tiftix, l-estrazzjoni, it-tqabbil u r-riutilizzazzjoni tad-data. Għandu jkun possibbli li d-data tiġi kklassifikata skont il-prijorità, l-għan speċifiku, l-ispiża totali eliġibbli tal-operazzjonijiet, l-ispiża totali tal-proġetti, l-ispiża totali tal-proċeduri ta' akkwist, isem il-benefiċjarju u isem il-kuntrattur.

 

_____________

 

1a Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90).

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Fond għandu jipprovdi assistenza finanzjarja biex jindirizza ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fil-każ ta' sitwazzjoni ta' emerġenza li tirriżulta minn wieħed jew aktar minn dawn li jmiss:

1.  Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tipprovdi assistenza finanzjarja biex tindirizza ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fil-każ ta' sitwazzjoni ta' emerġenza li tirriżulta minn waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Pressjoni migratorja qawwija fi Stat Membru jew ieħor ikkaratterizzata minn influss kbir jew sproporzjonat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, li jpoġġi pressjoni sinifikanti u talbiet urġenti fuq il-faċilitajiet ta' lqugħ u detenzjoni, u s-sistemi u proċeduri ta' ġestjoni ta' ażil u migrazzjoni tagħhom.

(a)  influss kbir jew sproporzjonat u imprevist ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fi Stat Membru wieħed jew aktar, li jpoġġi pressjoni sinifikanti u domanda urġenti fuq il-faċilitajiet ta' lqugħ u detenzjoni, is-sistemi ta' protezzjoni tat-tfal u s-sistemi u l-proċeduri ta' ġestjoni tal-ażil u l-migrazzjoni tagħhom;

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  rilokazzjoni volontarja;

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Pressjoni migratorja qawwija f'pajjiżi terzi, inkluż fejn persuni fil-bżonn ta' protezzjoni jistgħu jkunu maqbudin minħabba żviluppi jew kunflitti politiċi, l-aktar fejn jista' jagħti l-każ li jkollhom impatt fuq flussi migratorji lejn l-UE.

(c)  influss kbir jew sproporzjonat u imprevist ta' persuni f'pajjiżi terzi, inkluż fejn persuni fil-bżonn ta' protezzjoni jistgħu jkunu maqbudin minħabba żviluppi politiċi, kunflitti jew diżastri naturali, l-aktar fejn jista' jagħti l-każ li jkollhom impatt fuq flussi migratorji lejn l-UE.

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-miżuri implimentati fil-pajjiżi terzi f'konformità ma' dan l-Artikolu għandhom ikunu konsistenti mal-politika umanitarja tal-Unjoni – u, meta rilevanti, komplementari magħha – u jirrispettaw il-prinċipji umanitarji kif stipulati fil-Kunsens dwar l-Għajnuna Umanitarja.

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Fil-każijiet deskritti fil-paragrafu 1(a), 1(aa), 1(b) u 1(c) ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien.

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Assistenza ta' emerġenza tista' tkun fil-forma ta' għotjiet mogħtija direttament lill-aġenziji deċentralizzati.

2.  L-assistenza ta' emerġenza tista' tkun fl-għamla ta' għotjiet mogħtija direttament lill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil, lill-UNHCR u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li jkunu soġġetti għal influssi kbar jew sproporzjonati u imprevisti ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, b'mod partikolari dawk li jkunu inkarigati mill-akkoljenza u l-integrazzjoni ta' migranti minorenni mhux akkumpanjati.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Għotjiet implimentati taħt il-ġestjoni diretta għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-[Titolu VIII] tar-Regolament Finanzjarju.

4.  L-għotjiet implimentati b'ġestjoni diretta għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont ir-Regolament Finanzjarju.

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Jekk ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-azzjoni, l-assistenza ta' emerġenza tista' tkopri kwalunkwe nefqa li tkun saret qabel id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għotja jew tat-talba għall-assistenza, iżda mhux qabel l-1 ta' Jannar 2021.

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli ta' kull programm tal-Unjoni kontribwenti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkolat fuq bażi prorata b'konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.

1.  Operazzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi b'ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż. Il-programmi proposti mill-Kummissjoni għandhom jikkomplementaw lil xulxin b'mod sinerġetiku u jkunu mfassla b'mod trasparenti, hekk li tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni. Ir-regoli ta' kull programm tal-Unjoni kontribwenti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-operazzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-operazzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkolat fuq bażi pro rata f'konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-azzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni b'Siġill ta' Eċċellenza, jew li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi u paragunabbli li ġejjin:

L-operazzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni b'Siġill ta' Eċċellenza, jew li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi u paragunabbli li ġejjin:

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  F'konformità mar-rekwiżit ta' rappurtar tagħha skont l-Artikolu [43(3)(h)(i)(iii)] tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni f'konformità mal-Anness V.

1.  F'konformità mal-obbligi ta' rapportar skont ir-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, mill-inqas darba fis-sena, informazzjoni dwar il-prestazzjoni f'konformità mal-Anness V.

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Fond lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament huma stabbiliti fl-Anness VIII. Għall-indikaturi tar-rendiment, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti għal żero. It-tragwardji stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi.

3.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Fond lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament huma stabbiliti fl-Anness VIII. Għall-indikaturi tar-rendiment, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti għal żero. It-tragwardji stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi. Fuq talba, id-data li tirċievi l-Kummissjoni dwar l-indikaturi tar-riżultati u l-output għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u għall-Kunsill.

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 29

imħassar

Evalwazzjoni

 

1.  Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u evalwazzjoni retrospettiva ta' dan ir-Regolament, inklużi azzjonijiet implimentati taħt il-Fond.

 

2.  L-evalwazzjonijiet ta' nofs it-terminu u dik retrospettiva għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

 

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 29a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 29a

 

Evalwazzjoni

 

1. Sal-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni ta' nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandha teżamina l-effikaċja, l-effiċjenza, is-semplifikazzjoni u l-flessibbiltà tal-Fond. B'mod aktar speċifiku, għandha tinkludi valutazzjoni ta' dan li ġej:

 

(a) il-progress magħmul sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, filwaqt li titqies l-informazzjoni kollha rilevanti disponibbli, b'mod partikolari r-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni mressqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 30 u l-indikaturi tal-output u r-riżultati stabbiliti fl-Anness VIII;

 

(b) il-valur miżjud tal-UE fl-azzjonijiet u l-operazzjonijiet implimentati permezz tal-Fond;

 

(c) il-kontribut għas-solidarjetà tal-UE fil-qasam tal-ażil u l-migrazzjoni;

 

(d) jekk il-miżuri ta' implimentazzjoni stabbiliti fl-Anness II u l-azzjonijiet stabbiliti fl-Anness III jkunux għadhom rilevanti;

 

(e) il-komplementarjetà, il-koordinazzjoni u l-koerenza bejn l-azzjonijiet appoġġati minn dan il-Fond u l-appoġġ mogħti minn Fondi oħra tal-Unjoni, bħall-fondi strutturali u l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni;

 

(f) l-impatt tal-Fond fit-tul u l-effetti tiegħu fuq is-sostenibbiltà.

 

L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni retrospettiva fuq l-impatt fit-tul tal-fond preċedenti – il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni 2014-2020 – u, jekk ikun il-każ, għandha tkun akkumpanjata minn proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament.

 

2. Sal-31 ta' Jannar 2030, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni retrospettiva. Sa dik l-istess data, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-evalwazzjoni retrospettiva għandha tinkludi valutazzjoni tal-elementi kollha stabbiliti fil-paragrafu 1. F'dak ir-rigward, l-impatti fit-tul u s-sostenibbiltà tal-effetti tal-Fond għandhom jiġu evalwati bil-għan li jwasslu għal deċiżjoni dwar il-possibbiltà ta' tiġdid jew il-modifika ta' fond sussegwenti.

 

Ir-rapporti ta' evalwazzjoni retrospettiva u ta' nofs it-terminu msemmija fl-ewwel paragrafu u fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jitwettqu b'parteċipazzjoni sinifikanti min-naħa tas-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-migranti u r-rifuġjati, il-korpi li jippromwovu l-ugwaljanza, l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u organizzazzjonijiet oħra rilevanti skont il-prinċipju tas-sħubija kif stabbilit fl-Artikolu 3a.

 

3. F'konformità mal-Artikolu 5, l-Artikolu 6 u l-Artikolu 13(8), l-azzjonijiet ta' pajjiżi terzi – jew dawk li jsiru fihom jew b'rabta magħhom – għandhom jingħataw attenzjoni partikolari min-naħa tal-Kummissjoni fl-evalwazzjoni u r-retrospettiva ta' nofs it-terminu.

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sal-15 ta' Frar 2023 u sal-istess data ta' kull sena sussegwenti sa u inkluża l-2031, l-Istati Membru għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 36(6) tar-Regolament (UE) …/2021 [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni]. Ir-rapport ippreżentat fl-2023 għandu jkopri l-implimentazzjoni tal-programm fil-perjodu sat-30 ta' Ġunju 2022.

1.  Sal-15 ta' Frar 2023 u sal-istess data ta' kull sena sussegwenti sa u inkluża l-2031, l-Istati Membru għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni. Ir-rapport ippreżentat fl-2023 għandu jkopri l-implimentazzjoni tal-programm fil-perjodu sat-30 ta' Ġunju 2022. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw dawn ir-rapporti fuq sit web apposta u jgħadduhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u fil-kisba tat-tragwardji u l-miri, filwaqt li titqies l-aktar data riċenti kif meħtieġ mill-Artikolu [37] tar-Regolament (UE) …/2021 [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni];

(a)  il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u fil-kisba tat-tragwardji u l-miri, filwaqt li titqies l-aktar data kumulattiva riċenti trażmessa lill-Kummissjoni;

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  il-kontijiet annwali tal-programm nazzjonali mqassma f'termini ta' rkupri, prefinanzjament lill-benefiċjarji finali u nefqa effettiva;

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  dawk il-kwistjonijiet li qed jaffettwaw il-prestazzjoni tal-programm u l-azzjoni li tkun ittieħdet biex tittrattahom;

(b)  il-kwistjonijiet li jkunu qed jaffettwaw il-prestazzjoni tal-programm u l-azzjoni li tkun ittieħdet biex jiġu indirizzati, inklużi l-opinjonijiet motivati maħruġa mill-Kummissjoni fir-rigward ta' proċedura ta' ksur skont l-Artikolu 258;

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-kumplimentarjetà bejn l-azzjonijiet appoġġati mill-Fond u l-appoġġ mogħti minn Fondi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk f'pajjiżi terzi jew b'rabta magħhom;

(c)  il-komplementarjetà, il-koordinazzjoni u l-koerenza bejn l-azzjonijiet appoġġati minn dan il-Fond u l-appoġġ mogħti minn Fondi oħra tal-Unjoni, bħall-fondi strutturali u l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni;

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  kontribuzzjoni tal-programm għall-implimentazzjoni tal-acquis rilevanti tal-Unjoni u pjanijiet ta' azzjoni;

(d)  il-kontribut tal-programm għall-implimentazzjoni tal-acquis u l-pjanijiet ta' azzjoni rilevanti tal-Unjoni kif ukoll għall-kooperazzjoni u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ażil;

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  il-konformità mal-obbligi dwar id-drittijiet fundamentali;

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  l-għadd għadd ta' persuni risistemati bl-għajnuna tal-Fond f'konformità mal-ammonti msemmija fl-Artikolu 16(1);

(g)  l-għadd ta' persuni risistemati jew ammessi bl-għajnuna tal-Fond f'konformità mal-ammonti msemmija fl-Artikolu 16(1) u (2);

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  l-għadd ta' applikanti għal u benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali trasferiti minn Stat Membru għal ieħor f'konformità mal-Artikolu 17.

(h)  l-għadd ta' persuni li jkunu applikaw għal protezzjoni internazzjonali – jew ibbenefikaw minnha – u li jkunu ġew trasferiti minn Stat Membru għal ieħor f'konformità mal-Artikolu 17b.

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)  l-għadd ta' persuni vulnerabbli assistiti permezz tal-programm, inklużi t-tfal u dawk mogħtija protezzjoni internazzjonali;

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni tista' tagħmel osservazzjonijiet dwar ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni fi żmien xahrejn mid-data li tirċevieh. Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet fi żmien din l-iskadenza, ir-rapport għandu jitqies li huwa aċċettat.

3.  Il-Kummissjoni tista' tagħmel osservazzjonijiet dwar ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni fi żmien xahrejn mid-data li tirċevieh. Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet fi żmien din l-iskadenza, ir-rapport għandu jitqies li jkun ġie aċċettat. Ladarba r-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni jkunu ġew aċċettati, il-Kummissjoni għandha tqiegħed is-sommarji tagħhom għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tippubblikahom fuq sit web apposta. Jekk ma jkunx intbagħat mill-Istati Membri f'konformità mal-paragrafu 1, it-test sħiħ tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sal-31 ta' Diċembru 2028, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 13,18, 28 u 31.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 4, 9, 13, 16, 17b, 18, 28 u 31 hija mogħtija lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 13, 18, 28 u 31 tista' tiġi revokata f'kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f'din id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 4, 9, 13, 16, 17b, 18, 28 u 31 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 13, 18, 28 u 31 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jiġu mgħarrfa bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, it-tnejn li huma jkunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 4, 9, 13, 16, 17b, 18, 28 u 31 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    166

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Kull Stat Membru għandu jirċievi l-ammont fiss ta' EUR 5 000 000 mill-Fond fil-bidu tal-perjodu ta' programmar biss;

(a)  Kull Stat Membru għandu jirċievi l-ammont fiss ta' EUR 10 000 000 mill-Fond fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni biss;

Emenda    167

Proposta għal regolament

Anness I – punt 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-kriterji li ġejjin fil-qasam tal-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari inklużi r-ritorni se jiġu kkunsidrati u għandhom jingħataw il-piż li ġej:

4.  Fil-qasam tal-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, inklużi r-ritorni, se jiġi kkunsidrat il-kriterju li ġej:

Emenda    168

Proposta għal regolament

Anness I – punt 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  50 % fi proporzjon għall-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jissodisfawx jew ma għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet għal dħul u permanenza fit-territorju ta' l-Istat Membru u li huma soġġetti għal deċiżjoni ta' ritorn taħt il-liġi nazzjonali u / jew dik Komunitarja, jiġifieri deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju, li jkun jiddikjara l-illegalità tal-permanenza u jimponi l-obbligu tar-ritorn;

(a)  l-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jissodisfawx jew ma jkunux għadhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet għal dħul u permanenza fit-territorju tal-Istat Membru u li huma soġġetti għal deċiżjoni ta' ritorn taħt il-liġi nazzjonali u/jew tal-Unjoni, jiġifieri deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju, li jkun iddikjara l-illegalità tal-permanenza u jimponi l-obbligu tar-ritorn;

Emenda    169

Proposta għal regolament

Anness I – punt 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  50 % fi proporzjon għall-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li effettivament jkunu ħallew it-territorju tal-Istat Membru wara li tkun inħarġet lilhom ordni amministrattiva jew ġudizzjarja biex dawn jitilqu, kemm jekk ikunu telqu b'mod volontarju jew sfurzat.

imħassar

Emenda    170

Proposta għal regolament

Anness I – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Għall-allokazzjoni inizjali ċ-ċifri ta' referenza għandhom ikunu l-aħħar data statistika maħruġa mill-Kummissjoni (Eurostat) li tkopri t-tliet snin kalendarji preċedenti abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri fid-data tal-applikabbiltà ta' dan ir-Regolament f'konformità mad-dritt tal-Unjoni. Għar-rieżami ta' nofs it-terminu, iċ-ċifri ta' referenza għandhom ikunu l-aħħar data statistika maħruġa mill-Kummissjoni (Eurostat) li tkopri t-tliet snin kalendarji preċedenti disponibbli waqt ir-rieżami ta' nofs it-terminu fl-2024 abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri f'konformità mad-dritt tal-Unjoni. Meta l-Istati Membri ma jkunux taw l-istatistika kkonċernata lill-Kummissjoni (Eurostat), huma għandhom jipprovdu data proviżorja malajr kemm jista' jkun.

5.  Għall-allokazzjoni inizjali, iċ-ċifri ta' referenza għandhom ikunu l-aħħar data statistika maħruġa mill-Kummissjoni (Eurostat) li tkopri t-tliet snin kalendarji preċedenti abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri fid-data tal-applikabbiltà ta' dan ir-Regolament f'konformità mad-dritt tal-Unjoni. Id-data, inkluża dik dwar it-tfal, għandha tkun imqassma skont l-età u s-sess, il-vulnerabbiltajiet speċifiċi u l-istatus tal-ażil. Għar-rieżami ta' nofs it-terminu, iċ-ċifri ta' referenza għandhom ikunu l-aħħar data statistika maħruġa mill-Kummissjoni (Eurostat) li tkopri t-tliet snin kalendarji preċedenti disponibbli waqt ir-rieżami ta' nofs it-terminu fl-2024 abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri f'konformità mad-dritt tal-Unjoni. L-Istati Membri li ma jkunux taw l-istatistika kkonċernata lill-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jipprovdu data proviżorja malajr kemm jista' jkun.

Emenda    171

Proposta għal regolament

Anness II – punt 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tiġi appoġġata l-kapaċità tas-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri fir-rigward tal-infrastrutturi u tas-servizzi fejn meħtieġ;

(b)  tiġi appoġġata l-kapaċità tas-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri, inkluż fil-livell lokali u reġjonali, fir-rigward tal-infrastruttura, bħal kundizzjonijiet ta' akkoljenza adegwati, b'mod partikolari għall-minorenni, u s-servizzi, bħall-assistenza u r-rappreżentanza legali u l-interpretazzjoni, skont il-ħtieġa;

Emenda    172

Proposta għal regolament

Anness II – punt 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jittejbu s-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari rigward dawk li l-iktar huma affettwati mill-flussi migratorji, kif ukoll jiġi pprovdut appoġġ lill-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-isforzi ta' solidarjetà;

imħassar

Emenda    173

Proposta għal regolament

Anness II – punt 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jissaħħu s-solidarjetà u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi affettwati mill-flussi migratorji, inkluż permezz tar-risistemazzjoni u ta' mezzi legali oħrajn għall-protezzjoni fl-Unjoni kif ukoll sħubija u kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi bl-għan li tiġi ġestita l-migrazzjoni.

(d)  jissaħħu s-solidarjetà u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi li fihom ikunu ġew spostati għadd kbir ta' persuni li jkollhom bżonn protezzjoni internazzjonali, inkluż billi titrawwem il-kapaċità ta' dawk il-pajjiżi li jtejbu l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza u protezzjoni internazzjonali u permezz tar-risistemazzjoni u ta' mezzi legali oħra għal protezzjoni fl-Unjoni b'mod partikolari għal gruppi vulnerabbli bħat-tfal u l-adolexxenti li jiffaċċjaw riskji f'termini ta' protezzjoni kif ukoll sħubija u kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fil-kuntest tal-isforzi ta' kooperazzjoni globali fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali.

Emenda    174

Proposta għal regolament

Anness II – punt 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  tingħata assistenza teknika u operattiva lil Stat Membru wieħed jew aktar f'kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil.

Emenda    175

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jiġu appoġġati l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki li jippromwovu l-migrazzjoni legali u l-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar l-migrazzjoni legali;

(a)  jiġu appoġġati l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki li jippromwovu l-migrazzjoni legali, inkluża r-riunifikazzjoni tal-familja, u l-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni legali, b'mod partikolari l-istrumenti dwar il-migrazzjoni legali tal-ħaddiema f'konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni tal-ħaddiema migranti;

Emenda    176

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  jiġu promossi u żviluppati miżuri strutturali u ta' appoġġ li jiffaċilitaw id-dħul u r-residenza regolari fl-Unjoni;

Emenda    177

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)  jissaħħu s-sħubija u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi affettwati mill-flussi migratorji, inkluż permezz ta' mezzi legali ta' dħul fl-Unjoni, biex isiru sforzi ta' kooperazzjoni globali fil-qasam tal-migrazzjoni;

Emenda    178

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiġu promossi miżuri ta' integrazzjoni bikrija għall-inklużjoni soċjali u ekonomika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, biex ikunu mħejjija jipparteċipaw b'mod attiv fis-soċjetà riċeventi u jiġu aċċettati minnha, b'mod partikolari bl-involviment tal-awtoritajiet lokali jew reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

imħassar

Emenda    179

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-għan speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(c) billi jiffoka fuq il-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin:

 

a) il-promozzjoni ta' miżuri ta' integrazzjoni għall-inklużjoni soċjali u ekonomika taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, billi tiġi ffaċilitata r-riunifikazzjoni tal-familja, titħejja l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fis-soċjetà riċeventi u l-aċċettazzjoni tagħhom min-naħa tagħha, b'mod partikolari bl-involviment tal-awtoritajiet lokali jew reġjonali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, inklużi l-organizzazzjonijiet tar-rifuġjati u l-migranti, u s-sħab soċjali; u

 

(b) il-promozzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' protezzjoni għall-persuni vulnerabbli fil-kuntest tal-miżuri ta' integrazzjoni.

Emenda    180

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(c) billi jiffoka fuq il-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin biex:

3.  Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-għan speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(ca) billi jiffoka fuq il-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin:

Emenda    181

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jiġi appoġġat approċċ integrat u koordinat għall-ġestjoni tar-ritorn fil-livell ta' Unjoni u tal-Istati Membri, biex jiġu żviluppati kapaċitajiet għal ritorn effettiv u sostenibbli u jitnaqqsu l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari;

(b)  jiġi appoġġat approċċ integrat u koordinat għall-ġestjoni tar-ritorn fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri, biex jiġu żviluppati kapaċitajiet għal ritorn effettiv, dinjituż u sostenibbli u jitnaqqsu l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari;

Emenda    182

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jiġu appoġġati r-ritorn volontarju assistit u r-riintegrazzjoni;

(c)  jiġu appoġġati r-ritorn volontarju assistit, it-traċċar tal-familji u r-riintegrazzjoni, filwaqt li jiġu rispettati l-aħjar interessi tal-minorenni;

Emenda    183

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  tiġi msaħħa l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u l-kapaċitajiet tagħhom biex jiġu implimentati ftehimiet ta' riammissjoni u arranġamenti oħra, u jkun jista' jseħħ ir-ritorn sostenibbli.

(d)  tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u l-kapaċità tagħhom li jimplimentaw ftehimiet ta' riammissjoni, inkluża r-riintegrazzjoni li tiffavorixxi ritorn sostenibbli.

Emenda    184

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-għan speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(cb) billi jiffoka fuq il-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin:

 

(a) il-promozzjoni u l-implimentazzjoni tar-rispett tad-dritt internazzjonali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-politiki u l-miżuri dwar l-ażil u l-migrazzjoni;

 

(b) it-tisħiħ tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari s-solidarjetà lejn dawk l-aktar affettwati mill-flussi migratorji, kif ukoll l-għoti ta' appoġġ lill-Istati Membri fil-livelli ċentrali, reġjonali jew lokali, lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u lis-sħab soċjali fl-isforzi ta' solidarjetà tagħhom;

 

(c) l-għoti ta' appoġġ għat-trasferiment minn Stat Membru għal ieħor ta' persuni li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali jew jibbenefikaw minnha.

Emenda    185

Proposta għal regolament

Anness III – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ambitu tal-appoġġ

Azzjonijiet li jistgħu jibbenefikaw mill-istrument f'konformità mal-Artikolu 3

Emenda    186

Proposta għal regolament

Anness III – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fl-objettiv tal-politika msemmija fl-Artikolu 3(1), il-Fond għandu jappoġġa b'mod partikolari dan li ġej:

1.  Fl-ambitu tal-għan strateġiku msemmi fl-Artikolu 3(1), il-Fond għandu jappoġġa dan li ġej:

Emenda    187

Proposta għal regolament

Anness III – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  it-twaqqif u l-iżvilupp ta' strateġiji nazzjonali fil-qasam tal-ażil, il-migrazzjoni legali, l-integrazzjoni, ir-ritorn u l-migrazzjoni irregolari;

(a)  it-twaqqif u l-iżvilupp ta' strateġiji nazzjonali, reġjonali u lokali għall-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni fil-qasam tal-ażil, il-migrazzjoni legali, l-integrazzjoni, b'mod partikolari strateġiji lokali dwar l-integrazzjoni, ir-ritorn u l-migrazzjoni irregolari;

Emenda    188

Proposta għal regolament

Anness III – punt 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-twaqqif ta' strutturi amministrattivi, sistemi u għodod kif ukoll it-taħriġ tal-persunal, inkluż l-awtoritajiet lokali u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra;

(b)  it-twaqqif ta' strutturi amministrattivi, sistemi u għodod kif ukoll it-taħriġ tal-persunal, inkluż tal-awtoritajiet lokali u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, f'kooperazzjoni – jekk ikun il-każ – mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni;

Emenda    189

Proposta għal regolament

Anness III – punt 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki u l-proċeduri, inkluż dwar il-ġbir u l-iskambju ta' informazzjoni u data, l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' għodod, metodi u indikaturi statistiċi komuni għall-kejl tal-progress u l-valutazzjoni tal-iżviluppi tal-politika;

(c)  l-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki u l-proċeduri, inklużi l-iżvilupp, il-ġbir, l-analiżi, id-disseminazzjoni ta' data u statistika kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' għodod, metodi u indikaturi statistiċi komuni għall-kejl tal-progress u l-valutazzjoni tal-iżviluppi tal-politika;

Emenda    190

Proposta għal regolament

Anness III – punt 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  is-servizzi ta' assistenza u ta' appoġġ koerenti mal-istatus u l-ħtiġijiet tal-persuna kkonċernata, b'mod partikolari l-gruppi vulnerabbli;

(e)  servizzi ta' assistenza u appoġġ sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi u koerenti mal-istatus u l-ħtiġijiet tal-persuna kkonċernata, b'mod partikolari fost il-persuni vulnerabbli;

Emenda    191

Proposta għal regolament

Anness III – punt 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  il-protezzjoni effikaċi tat-tfal migranti, li tinkludi l-implimentazzjoni tal-aħjar interessi tal-valutazzjonijiet tat-tfal qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet, il-miżuri kollha elenkati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' April 2017 dwar il-Protezzjoni tat-Tfal Migranti, bħall-għoti ta' akkomodazzjoni xierqa u l-ħatra f'waqtha ta' tuturi għall-minorenni kollha mhux akkumpanjati, kontribuzzjonijiet lin-Netwerk Ewropew tal-Istituzzjonijiet tat-Tutela, u l-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' politiki u proċeduri ta' salvagwardja tat-tfal, inkluż mekkaniżmu konformi mad-drittijiet tat-tfal;

Emenda    192

Proposta għal regolament

Anness III – punt 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  azzjonijiet maħsuba biex itejbu l-għarfien tal-ażil, l-integrazzjoni, il-migrazzjoni legali u l-politiki dwar ir-ritorn fost il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku ġenerali;

(f)  azzjonijiet maħsuba biex itejbu l-għarfien dwar il-politiki tal-ażil, l-integrazzjoni, il-migrazzjoni legali u r-ritorn b'attenzjoni speċifika għall-gruppi vulnerabbli, inklużi l-minorenni, fost il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku ġenerali;

Emenda    193

Proposta għal regolament

Anness III – punt 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fl-objettiv tal-politika speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a), il-Fond għandu jappoġġa b'mod partikolari dan li ġej:

2.  Fl-ambitu tal-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a), il-Fond għandu jappoġġa dan li ġej:

Emenda    194

Proposta għal regolament

Anness III – punt 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-għoti ta' għajnuna materjali, inkluża assistenza fil-fruntiera;

(a)  l-għoti ta' għajnuna materjali, inkluża l-assistenza fil-fruntiera, faċilitajiet adatti għat-tfal u sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi, servizzi ta' emerġenza pprovduti mill-awtoritajiet lokali, edukazzjoni, taħriġ, servizzi ta' appoġġ, assistenza u rappreżentanza legali, kif ukoll kura tas-saħħa u psikoloġika;

Emenda    195

Proposta għal regolament

Anness III – punt 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-twettiq ta' proċeduri ta' ażil;

(b)  it-twettiq tal-proċeduri ta' ażil, inklużi t-traċċar tal-familji u garanzija ta' aċċess għall-assistenza u r-rappreżentanza legali, kif ukoll għall-interpretazzjoni, fl-istadji kollha tal-proċedura għall-persuni li japplikaw għall-ażil;

Emenda    196

Proposta għal regolament

Anness III – punt 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-identifikazzjoni ta' applikanti bi bżonnijiet proċedurali jew ta' akkoljenza speċjali;

(c)  l-identifikazzjoni ta' applikanti bi bżonnijiet partikolari mil-lat ta' proċedura jew akkoljenza, inkluża l-identifikazzjoni bikrija ta' vittmi tat-traffikar, minorenni u persuni vulnerabbli oħra bħall-vittmi tat-tortura u ta' vjolenza sessista, u r-riferiment għal servizzi speċjalizzati;

Emenda    197

Proposta għal regolament

Anness III – punt 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  l-għoti ta' servizzi ta' riabilitazzjoni u psikosoċjali kwalifikati lill-vittmi tal-vjolenza u t-tortura, inkluża l-vjolenza sessista;

Emenda    198

Proposta għal regolament

Anness III – punt 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  it-twaqqif jew it-titjib ta' infrastruttura ta' akkomodazzjoni għall-akkoljenza, inkluża l-possibbiltà tal-użu konġunt ta' dawn il-faċilitajiet minn aktar minn Stat Membru wieħed;

(d)  it-twaqqif jew it-titjib ta' infrastruttura ta' akkomodazzjoni għall-akkoljenza, bħal akkomodazzjoni f'unitajiet żgħar u infrastruttura fuq skala żgħira li tindirizza l-bżonnijiet ta' familji b'minorenni, inklużi l-akkomodazzjoni u l-infrastruttura pprovduti mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, u inkluża l-possibbiltà tal-użu konġunt ta' dawn il-faċilitajiet minn aktar minn Stat Membru wieħed;

Emenda    199

Proposta għal regolament

Anness III – punt 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  l-offerta ta' forom alternattivi ta' kura li jkunu integrati fis-sistemi nazzjonali eżistenti għall-protezzjoni tat-tfal u li jindirizzaw il-bżonnijiet tat-tfal kollha skont l-istandards internazzjonali;

Emenda    200

Proposta għal regolament

Anness III – punt 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiġbru, janalizzaw u jxerrdu informazzjoni dwar il-pajjiż tal-oriġini;

(e)  it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiġbru, janalizzaw u jaqsmu bejniethom informazzjoni dwar il-pajjiż tal-oriġini;

Emenda    201

Proposta għal regolament

Anness III – punt 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  l-azzjonijiet relatati mat-tmexxija ta' proċeduri għall-implimentazzjoni ta' Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni [u ta' Ammissjoni Umanitarja] jew skemi ta' risistemazzjoni nazzjonali li huma kompatibbli mal-Qafas ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni;

(f)  l-azzjonijiet relatati mat-tmexxija ta' proċeduri għall-implimentazzjoni ta' skemi nazzjonali ta' risistemazzjoni jew ammissjoni umanitarja kif stabbiliti f'dan ir-Regolament;

Emenda    202

Proposta għal regolament

Anness III – punt 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  it-trasferimenti tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali;

(g)  it-trasferimenti ta' applikanti u benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali;

Emenda    203

Proposta għal regolament

Anness III – punt 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' pajjiżi terzi sabiex titjieb il-protezzjoni ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni;

(h)  it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' pajjiżi terzi sabiex titjieb il-protezzjoni ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni, inkluż bl-appoġġ għall-iżvilupp ta' mekkaniżmi ta' protezzjoni tat-tfal f'pajjiżi terzi, filwaqt li jiġi żgurat li t-tfal ikunu protetti fiċ-ċirkostanzi kollha mill-vjolenza, l-abbużi u n-negliġenza u jkollhom aċċess għall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa;

Emenda    204

Proposta għal regolament

Anness III – punt 2 – point i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  it-twaqqif, l-iżvilupp u t-titjib ta' alternattivi effettivi għad-detenzjoni, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' minorenni mhux akkumpanjati u familji.

(i)  it-twaqqif, l-iżvilupp u t-titjib ta' alternattivi effettivi għad-detenzjoni u l-kura istituzzjonali, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' minorenni mhux akkumpanjati u tfal bil-familja, f'konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

Emenda    205

Proposta għal regolament

Anness III – punt 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fl-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b), il-Fond għandu jappoġġa b'mod partikolari dan li ġej:

3.  Fl-ambitu tal-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b), il-Fond għandu jappoġġa dan li ġej:

Emenda    206

Proposta għal regolament

Anness III – punt 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-iżvilupp ta' skemi ta' mobbiltà lejn l-Unjoni, bħal skemi ta' migrazzjoni ċirkolari jew temporanji, inkluż it-taħriġ sabiex titjieb l-impjegabbiltà;

(b)  l-iżvilupp ta' skemi ta' mobbiltà lejn l-Unjoni, inklużi iżda mhux limitati għal skemi ta' migrazzjoni ċirkolari jew temporanji, inkluż it-taħriġ vokazzjonali u taħriġ ieħor sabiex titjieb l-impjegabbiltà;

Emenda    207

Proposta għal regolament

Anness III – punt 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-valutazzjoni tal-ħiliet u l-kwalifiki miksuba f'pajjiż terz, kif ukoll t-trasparenza u l-kompatibbiltà tagħhom ma' dawk ta' Stat Membru;

(d)  Il-valutazzjoni u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kwalifiki miksuba f'pajjiż terz, inkluża l-esperjenza professjonali, kif ukoll it-trasparenza u l-kompatibbiltà tagħhom ma' dawk ta' Stat Membru u l-iżvilupp ta' standards ta' evalwazzjoni komuni;

Emenda    208

Proposta għal regolament

Anness III – punt 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-assistenza fil-kuntest ta' applikazzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE51;

(e)  l-assistenza fil-kuntest ta' applikazzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni armonizzata tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE51;

__________________

__________________

51 Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta' Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, (ĠU L 251, 03/10/2003 p. 12 – 18.).

51 Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta' Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, (ĠU L 251, 03/10/2003 p. 12 – 18.).

Emenda    209

Proposta għal regolament

Anness III – punt 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  l-assistenza b'rabta ma' bidla fl-istatus għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-akkwist ta' status ta' residenza legali definit fil-livell ta' Unjoni;

(f)  l-assistenza, inkluża l-assistenza u r-rappreżentanza legali, b'rabta ma' bidla fl-istatus għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-kisba ta' status ta' residenza legali definit fil-livell tal-Unjoni;

Emenda    210

Proposta għal regolament

Anness III – punt 3 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  l-assistenza b'rabta mal-eżerċizzju tad-drittijiet taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fl-Unjoni, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-mobbiltà fit-territorju tal-Unjoni u l-aċċess għall-impjieg;

Emenda    211

Proposta għal regolament

Anness III – punt 3 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  il-miżuri ta' integrazzjoni bikrija bħala appoġġ imfassal skont il-ħtiġijiet taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u tal-programmi ta' integrazzjoni li jiffukaw fuq l-edukazzjoni, il-lingwi u taħriġ ieħor bħal korsijiet ta' orjentazzjoni ċivika u gwida professjonali;

imħassar

Emenda    212

Proposta għal regolament

Anness III – punt 3 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  l-azzjonijiet li jippromwovu l-ugwaljanza fl-aċċess u fl-għoti ta' servizzi pubbliċi u privati lil ċittadini ta' pajjiżi terzi, inkluż li dawn jiġu adattati għall-ħtiġijiet tal-grupp fil-mira;

imħassar

Emenda    213

Proposta għal regolament

Anness III – punt 3 – point i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  il-kooperazzjoni bejn korpi governattivi u nongovernattivi, b'mod integrat, inkluż permezz ta' ċentri kkoordinati ta' appoġġ għall-integrazzjoni, bħal punti uniċi ta' servizz;

imħassar

Emenda    214

Proposta għal regolament

Anness III – punt 3 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  l-azzjonijiet li jippermettu u jappoġġaw l-introduzzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fis-soċjetà riċeventi u l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fiha, u azzjonijiet li jippromwovu l-aċċettazzjoni mis-soċjetà riċeventi;

imħassar

Emenda    215

Proposta għal regolament

Anness III – punt 3 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  il-promozzjoni tal-iskambji u d-djalogu bejn ċittadini ta' pajjiżi terzi, is-soċjetà riċeventi u l-awtoritajiet pubbliċi, inkluż permezz tal-konsultazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, u d-djalogu interkulturali u interreliġjuż.

imħassar

Emenda    216

Proposta għal regolament

Annex III – point 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Fl-ambitu tal-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(c), il-Fond għandu jappoġġa b'mod partikolari dan li ġej:

 

(a) miżuri ta' integrazzjoni, bħal appoġġ imfassal skont il-bżonnijiet taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u programmi ta' integrazzjoni li jiffukaw fuq in-natura inklużiva tal-edukazzjoni u l-kura, il-lingwa, il-konsulenza, it-taħriġ vokazzjonali u taħriġ ieħor bħal korsijiet ta' edukazzjoni ċivika u gwida professjonali;

 

(b) il-bini tal-kapaċità tas-servizzi ta' integrazzjoni pprovduti mill-awtoritajiet lokali;

 

(c) azzjonijiet li jippromwovu l-ugwaljanza fl-aċċess u fl-għoti ta' servizzi pubbliċi u privati liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, inkluż l-aċċess għall-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-appoġġ psikosoċjali u li dawn jiġu adattati għall-bżonnijiet tal-grupp fil-mira;

 

(d) il-kooperazzjoni integrata bejn korpi governattivi u mhux governattivi, inkluż permezz ta' ċentri kkoordinati ta' appoġġ għall-integrazzjoni, bħal one-stop shops;

 

(e) azzjonijiet li jippermettu u jappoġġaw l-introduzzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fis-soċjetà riċeventi u l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fiha, u azzjonijiet li jippromwovu l-aċċettazzjoni mis-soċjetà riċeventi;

 

(f) il-promozzjoni ta' skambji u djalogu bejn iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, is-soċjetà riċeventi u l-awtoritajiet pubbliċi, inkluż permezz tal-konsultazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, kif ukoll id-djalogu interkulturali u interreliġjuż.

Emenda    217

Proposta għal regolament

Anness III – punt 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fl-objettiv speċifiku msemmija fl-Artikolu 3(2)(c), il-Fond għandu jappoġġa b'mod partikolari dan li ġej:

4.  Fl-ambitu tal-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(ca), il-Fond għandu jappoġġa dan li ġej:

Emenda    218

Proposta għal regolament

Anness III – punt 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-infrastruttura għall-akkoljenza jew id-detenzjoni, inkluża l-possibbiltà tal-użu konġunt ta' dawn il-faċilitajiet minn aktar minn Stat Membru wieħed;

(a)  it-titjib tal-infrastruttura ta' akkoljenza miftuħa u t-titjib tal-infrastruttura eżistenti għad-detenzjoni, inkluża l-possibbiltà tal-użu konġunt ta' dawn il-faċilitajiet minn aktar minn Stat Membru wieħed;

Emenda    219

Proposta għal regolament

Anness III – punt 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-introduzzjoni, l-iżvilupp u t-titjib ta' miżuri alternattivi għad-detenzjoni effettivi, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' minorenni mhux akkumpanjati u familji;

(b)  l-introduzzjoni, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u t-titjib ta' miżuri alternattivi għad-detenzjoni effettivi u bbażati fuq il-ġestjoni tal-każijiet fil-komunità, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' minorenni mhux akkumpanjati u familji;

Emenda    220

Proposta għal regolament

Anness III – punt 4 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  l-identifikazzjoni u l-akkoljenza tal-vittmi tat-traffikar f'konformità mad-Direttiva 2011/36/UE u d-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE1a;

 

___________________

 

1a Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta' April 2004 dwar il-permess ta' residenza maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jew li kienu s-suġġett ta' azzjoni għall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti (ĠU L 261, 6.8.2004, p. 19).

Emenda    221

Proposta għal regolament

Anness III – punt 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-ġlieda kontra l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari, inkluż l-impjieg ta' migranti irregolari, permezz ta' spezzjonijiet effettivi u xierqa msejsa fuq il-valutazzjoni tar-riskju, it-taħriġ tal-persunal, it-twaqqif u l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi li permezz tagħhom il-migranti irregolari jistgħu jitolbu ħlas b'lura u jressqu lmenti kontra l-impjegaturi tagħhom, jew kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni biex l-impjegaturi u l-migranti irregolari jiġu infurmati dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont id-Direttiva 2009/52/KE53;

(d)  it-tnaqqis tal-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari, inkluż l-impjieg ta' migranti irregolari, permezz ta' spezzjonijiet effettivi u xierqa msejsa fuq il-valutazzjoni tar-riskju, it-taħriġ tal-persunal, it-twaqqif u l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi li permezz tagħhom il-migranti irregolari jistgħu jitolbu ħlas b'lura u jressqu lmenti kontra l-impjegaturi tagħhom, jew kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni biex l-impjegaturi u l-migranti irregolari jiġu infurmati dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont id-Direttiva 2009/52/KE53;

__________________

__________________

53 Id-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali, (ĠU L 168, 30.6.2009., p. 24–32).

53 Id-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali, (ĠU L 168, 30.6.2009, p. 24).

Emenda    222

Proposta għal regolament

Anness III – punt 4 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  l-assistenza għar-ritorn, b'mod partikolari r-ritorn volontarju assistit u l-informazzjoni dwar programmi ta' ritorn volontarju assistit;

(g)  l-assistenza għar-ritorn, b'mod partikolari r-ritorn volontarju assistit u informazzjoni dwar programmi ta' ritorn volontarju assistit, inkluż billi tingħata gwida speċifika għat-tfal fil-proċeduri ta' ritorn u jiġu żgurati proċeduri ta' ritorn ibbażati fuq id-drittijiet tat-tfal;

Emenda    223

Proposta għal regolament

Anness III – punt 4 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  il-faċilitajiet u s-servizzi f'pajjiżi terzi li jiżguraw akkomodazzjoni temporanja u akkoljenza xierqa mal-wasla, inkluż għal minorenni mhux akkumpanjati u gruppi vulnerabbli oħra f'konformità mal-istandards internazzjonali;

(j)  faċilitajiet u servizzi ta' appoġġ f'pajjiżi terzi li jiżguraw akkomodazzjoni temporanja u akkoljenza xierqa mal-wasla u tranżizzjoni rapida lejn akkomodazzjoni fil-komunità;

Emenda    224

Proposta għal regolament

Anness III – punt 4 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fuq il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u fuq ir-ritorn effettiv u r-riammissjoni, inkluż fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' riammissjoni u arranġamenti oħra;

(k)  il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fuq il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u fuq ir-ritorn effettiv u r-riammissjoni, inkluż fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' riammissjoni;

Emenda    225

Proposta għal regolament

Anness III – punt 4 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)  il-miżuri li għandhom l-għan li jissensibilizzaw dwar il-mezzi legali xierqa għall-immigrazzjoni u r-riskji tal-immigrazzjoni illegali;

(l)  il-miżuri li għandhom l-għan li jissensibilizzaw dwar il-mezzi legali xierqa għall-migrazzjoni u r-riskji tal-immigrazzjoni irregolari;

Emenda    226

Proposta għal regolament

Anness III – punt 4 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m)  l-appoġġ u l-azzjonijiet f'pajjiżi terzi, inkluż dwar l-infrastruttura, it-tagħmir u miżuri oħra, dment li dawn jikkontribwixxu għat-titjib ta' kooperazzjoni effettiva bejn pajjiżi terzi u l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha dwar ir-ritorn u r-riammissjoni.

imħassar

Emenda    227

Proposta għal regolament

Anness III – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Fl-ambitu tal-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(cb), il-Fond għandu jappoġġa dan li ġej:

 

(a) l-implimentazzjoni tat-trasferimenti minn Stat Membru għal ieħor ta' persuni li jkunu applikaw għal protezzjoni internazzjonali jew ibbenefikaw minnha, inklużi l-miżuri msemmija fl-Artikolu 17b ta' dan ir-Regolament;

 

(b) appoġġ operattiv f'termini ta' persunal sekondat jew assistenza finanzjarja pprovduta minn Stat Membru lil Stat Membru ieħor affettwat mill-isfidi tal-migrazzjoni;

 

(c) azzjonijiet relatati mat-tmexxija ta' proċeduri għall-implimentazzjoni ta' skemi nazzjonali ta' risistemazzjoni jew ammissjoni umanitarja.

Emenda    228

Proposta għal regolament

Anness IV – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Miżuri ta' integrazzjoni implimentati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

–  Miżuri ta' integrazzjoni implimentati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet tar-rifuġjati u l-migranti;

Emenda    229

Proposta għal regolament

Anness IV – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Azzjonijiet biex jiġu żviluppati u implimentati alternattivi effettivi għad-detenzjoni;

–  Azzjonijiet biex jiġu żviluppati u implimentati alternattivi effettivi għad-detenzjoni u l-kura istituzzjonali;

Emenda    230

Proposta għal regolament

Anness IV – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Miżuri mmirati lejn persuni vulnerabbli u applikanti għall-protezzjoni internazzjonali bi bżonnijiet ta' akkoljenza u / jew bżonnijiet proċedurali speċjali, inklużi miżuri li jiżguraw il-protezzjoni effikaċi tat-tfal migranti, b'mod partikolari dawk mhux akkumpanjati.

–  Miżuri mmirati lejn persuni vulnerabbli u applikanti għall-protezzjoni internazzjonali bi bżonnijiet partikolari mil-lat ta' akkoljenza u/jew proċedura, inklużi miżuri li jiżguraw il-protezzjoni effikaċi tat-tfal migranti, b'mod partikolari l-minorenni mhux akkumpanjati.

Emenda    231

Proposta għal regolament

Anness V – parti -1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  L-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin kollha elenkati hawn taħt għandhom ikunu diżaggregati skont is-sess u l-età.

Emenda    232

Proposta għal regolament

Anness V – parti 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-għadd ta' persuni ammessi permezz ta' skemi ta' ammissjoni umanitarja.

Emenda    233

Proposta għal regolament

Anness V – parti 1 – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-għadd ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali ttrasferiti minn Stat Membru għal ieħor bl-appoġġ tal-Fond;

Emenda    234

Proposta għal regolament

Anness V – parti 1 – punt 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  L-għadd ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali ttrasferiti minn Stat Membru għal ieħor bl-appoġġ tal-Fond;

Emenda    235

Proposta għal regolament

Anness V – parti 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għan speċifiku 1a: L-appoġġ għal migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri:

 

1. L-għadd ta' Karti Blu maħruġa bl-appoġġ tal-Fond.

 

2. L-għadd ta' ħaddiema fuq trasferiment intra-azjendali u mogħtija dak l-istatus bl-appoġġ tal-Fond.

 

3. L-għadd ta' applikanti għar-riunifikazzjoni tal-familja li fil-fatt jerġgħu jingħaqdu mal-familja bl-appoġġ tal-Fond.

 

4. L-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi mogħtija permessi ta' residenza fit-tul bl-appoġġ tal-Fond.

Emenda    236

Proposta għal regolament

Anness V – parti 2 – għan speċifiku 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għan speċifiku 2: L-appoġġ għall-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri inkluż il-kontribut għall-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi:

Għan speċifiku 2: Kontribut għall-integrazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi:

Emenda    237

Proposta għal regolament

Anness V – parti 2 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-għadd ta' persuni li pparteċipaw f'miżuri ta' integrazzjoni appoġġati mill-Fond li rrappurtaw li l-miżuri kienu ta' benefiċċju għall-integrazzjoni bikrija tagħhom meta mqabbel mal-għadd totali ta' persuni li pparteċipaw f'miżuri ta' integrazzjoni appoġġati mill-Fond.

2.  L-għadd ta' persuni li pparteċipaw f'miżuri ta' integrazzjoni appoġġati mill-Fond.

Emenda    238

Proposta għal regolament

Anness V – parti 2 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-għadd ta' persuni li pparteċipaw f'miżuri ta' integrazzjoni appoġġati mill-Fond u li sussegwentement sabu impjieg.

Emenda    239

Proposta għal regolament

Anness V – parti 2 – punt 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  L-għadd ta' persuni li pparteċipaw f'miżuri ta' integrazzjoni appoġġati mill-Fond u li l-kwalifika tagħhom ġiet rikonoxxuta jew kisbu diploma f'wieħed mill-Istati Membri.

Emenda    240

Proposta għal regolament

Anness V – parti 3 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għadd ta' persuni li jirritornaw wara ordni ta' tkeċċija apparagun tal-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jiġu ordnati jitilqu.

1.  L-għadd ta' ritorni appoġġati mill-Fond wara ordni ta' tkeċċija apparagun tal-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ġew ordnati jitilqu.

Emenda    241

Proposta għal regolament

Anness V – part 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għan speċifiku 3a: Biex jiġu żgurati s-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà:

 

1. L-għadd ta' trasferimenti ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali mwettqa skont l-Artikolu 17b tal-Fond.

 

1a. L-għadd ta' trasferimenti ta' benefiċjarji għal protezzjoni internazzjonali mwettqa skont l-Artikolu 17b tal-Fond.

 

2. L-għadd ta' persunal sekondat jew l-appoġġ finanzjarju mogħti lill-Istati Membri esposti għall-isfidi tal-migrazzjoni.

 

3. L-għadd ta' persuni risistemati jew ammessi permezz ta' skemi umanitarji bl-appoġġ tal-Fond.

Emenda    242

Proposta għal regolament

Anness VIII – parti -1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1  L-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin kollha elenkati hawn taħt għandhom ikunu diżaggregati skont is-sess u l-età.

Emenda    243

Proposta għal regolament

Anness VIII – parti 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għan speċifiku 1a: L-appoġġ għal migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri:

 

1. L-għadd ta' Karti Blu maħruġa bl-appoġġ tal-Fond.

 

2. L-għadd ta' ħaddiema fuq trasferiment intra-azjendali u mogħtija dak l-istatus bl-appoġġ tal-Fond.

 

3. L-għadd ta' applikanti għar-riunifikazzjoni tal-familja li fil-fatt jerġgħu jingħaqdu mal-familja bl-appoġġ tal-Fond.

 

4. L-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi mogħtija permessi ta' residenza fit-tul bl-appoġġ tal-Fond.

Emenda    244

Proposta għal regolament

Anness VIII – parti 2 – għan speċifiku 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għan speċifiku 2: L-appoġġ għall-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri inkluż il-kontribut għall-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi:

Għan speċifiku 2: Kontribut għall-integrazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi:

Emenda    245

Proposta għal regolament

Anness VIII – parti 2 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-għadd ta' persuni li pparteċipaw f'miżuri ta' integrazzjoni appoġġati mill-Fond u li sussegwentement sabu impjieg.

Emenda    246

Proposta għal regolament

Anness VIII – parti 2 – punt 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  L-għadd ta' persuni li pparteċipaw f'miżuri ta' integrazzjoni appoġġati mill-Fond u li sussegwentement kisbu diploma f'wieħed mill-Istati Membri.

Emenda    247

Proposta għal regolament

Anness VIII – parti 2 – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li lestew b'suċċess l-edukazzjoni primarja, sekondarja jew terzjarja fl-Istat Membru bl-appoġġ tal-Fond.

Emenda    248

Proposta għal regolament

Anness VIII – parti 3 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-għadd ta' persuni rimpatrijati li rċevew assistenza għar-riintegrazzjoni ta' qabel jew ta' wara r-ritorn ikkofinanzjat mill-Fond, apparagun tal-għadd totali ta' persuni li jirritornaw appoġġjati mill-Fond.

4.  L-għadd ta' persuni rimpatrijati li rċevew assistenza għar-riintegrazzjoni qabel jew wara r-ritorn kofinanzjata mill-Fond, apparagun tal-għadd totali ta' ritorni appoġġjati mill-Fond.

 

(a) persuni li rritornaw b'mod volontarju;

 

(b) persuni li tkeċċew;

Emenda    249

Proposta għal regolament

Anness VIII – parti 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għan speċifiku 3a: Biex jiġu żgurati s-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà:

 

1. L-għadd ta' trasferimenti ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali mwettqa skont l-Artikolu 17b tal-Fond.

 

1a. L-għadd ta' trasferimenti ta' benefiċjarji għal protezzjoni internazzjonali mwettqa skont l-Artikolu 17b tal-Fond.

 

2. L-għadd ta' persunal sekondat jew l-appoġġ finanzjarju mogħti lill-Istati Membri esposti għall-isfidi tal-migrazzjoni.

 

3. L-għadd ta' persuni risistemati bl-appoġġ tal-Fond.


NOTA SPJEGATTIVA

Fi żmien meta l-ażil u l-migrazzjoni qegħdin tant 'il fuq fl-aġenda politika, huwa indispensabbli li nirriaffermaw l-impenn tal-UE lejn l-acquis tagħha fil-qasam tal-ażil u l-immigrazzjoni. Din hija raġuni ewlenija waħda għaliex ir-rapporteur tilqa' l-proposta għal Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil li se jaġixxi bħala l-fond suċċessur għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni attwali u li se jkompli jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-acquis fil-qasam tal-ażil u l-migrazzjoni.

Il-kobor tal-flussi migratorji lejn l-UE fl-2015 kixef nuqqasijiet serji fis-sistema tal-ażil tal-Unjoni Ewropea. Sal-lum, l-aktar Stati Membri esposti għadhom qed ibatu peress li l-prinċipji tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà mhumiex jingħataw tifsira prattika mill-Unjoni Ewropea kollha kemm hi.

Ir-rapporteur temmen li l-Unjoni Ewropea, kollha kemm hi, għandha tipprova tuża dan il-Fond biex jiġu indirizzati d-diversi sfidi li qed tiffaċċja f'livelli differenti: mir-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, għall-proċess biex il-politika tar-ritorn issir aktar sostenibbli u aktar effikaċi, għall-ħolqien ta' mezzi ta' migrazzjoni legali u l-promozzjoni tal-integrazzjoni tar-rifuġjati fis-soċjetajiet tagħna.   

Ir-rapporteur tilqa' l-fatt li, għall-perjodu finanzjarju pluriennali li jmiss, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi baġit ta' EUR 10,4 biljun biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-ażil, il-migrazzjoni u l-integrazzjoni fl-Ewropa. Bħala punt tat-tluq, ir-rapporteur temmen li jkun xieraq li kull wieħed minn dawn l-oqsma tematiċi jkun rifless fl-isem tal-Fond.

Ir-rapporteur temmen li Fond iddedikat għall-politiki tal-ażil, il-migrazzjoni u l-integrazzjoni fl-Unjoni Ewropea għandu jkun iffukat eżattament fuq dan. L-Istati Membri għandhom jingħataw l-appoġġ neċessarju fl-azzjonijiet u l-miżuri li jieħdu biex itaffu l-pressjonijiet migratorji u jwettqu l-obbligi legali tagħhom. F'dan ir-rigward, ir-rapporteur temmen li l-introduzzjoni ta' perċentwali minimi għandha tgħin biex l-Istati Membri kollha jissodisfaw l-obbligi tagħhom b'rabta ma' kull wieħed mill-għanijiet differenti tal-Fond.

Fil-qafas tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, l-Istati Membri għandhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom li jsaħħu u jiżviluppaw l-aspetti kollha tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, jiżviluppaw mezzi ta' migrazzjoni legali, jippromwovu l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, jiżguraw ritorni effettivi u sostenibbli u jagħtu tifsira lill-kunċett tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà.

L-iskemi ta' risistemazzjoni u rilokazzjoni huma żewġ mekkaniżmi li jistgħu effettivament juru solidarjetà reali kemm lejn l-aktar Stati Membri esposti kif ukoll lejn il-persuni li jeħtieġu protezzjoni. Dawn il-mekkaniżmi jiffunzjonaw l-aħjar jekk l-Istati Membri kollha jieħdu sehem u jiffunzjonaw biss jekk l-Istati Membri jirrispettaw l-impenji li jkunu wiegħdu li se jwettqu.

Barra minn hekk, ir-rapporteur temmen li m'hemmx biżżejjed mogħdijiet sikuri lejn l-Ewropa li joffru alternattiva fattibbli għal vjaġġi irregolari riskjużi għall-persuni li jeħtieġu protezzjoni. F'dan ir-rigward, ir-rapporteur tħeġġeġ lill-Istati Membri jikkunsidraw l-opportunitajiet li jeżistu, speċjalment dawk li jistgħu jipprovdu tweġiba għall-isfidi reċiproċi tal-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali.

Il-persuni li jaslu fl-Ewropa, b'mod partikolari dawk bi bżonnijiet partikolari – inklużi tfal mhux akkumpanjati u separati u superstiti tal-vjolenza sesswali u sessista – jeħtieġu akkoljenza u assistenza adegwati u aċċess għal proċeduri tal-ażil ġusti u effiċjenti. F'dan ir-rigward, ir-rapporteur temmen ukoll li hemm bżonn aktar solidarjetà fl-UE biex tiġi żgurata l-protezzjoni, inkluż permezz ta' aktar effiċjenza u rapidità fil-proċeduri tar-rilokazzjoni u r-riunifikazzjoni tal-familja.

Għall-integrazzjoni xierqa tal-migranti u r-rifuġjati, l-azzjonijiet u l-miżuri fl-ambitu tal-programmi ta' ħidma u l-faċilità tematika għandhom jinkludu l-parteċipazzjoni attiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li sikwit ikunu dawk li jiġu f'kuntatt ta' kuljum mar-realtajiet fuq il-post. Ir-rapporteur temmen li l-lokalitajiet u r-reġjuni għandhom ikunu mgħammra sew biex jiżguraw l-inklużività u d-dinjità ta' kulħadd, inkluż permezz tat-tagħlim, it-taħriġ lingwistiku, korsijiet ta' edukazzjoni ċivika u azzjonijiet oħra li jippromwovu l-ugwaljanza u l-inklużjoni soċjali fost l-oħrajn.

Ir-rapporteur tirrikonoxxi li pjan ta' azzjoni komprensiv li jappoġġa soluzzjonijiet fit-tul jirrikjedi kooperazzjoni mill-qrib ma' pajjiżi terzi. Fid-dawl tal-proposti magħmula dwar il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, ir-rapporteur ittenni li dan il-fond huwa l-uniku strument għall-ażil u l-migrazzjoni fl-Unjoni u li l-azzjonijiet f'pajjiżi terzi jew b'rabta magħhom m'għandhomx jiġu ffinanzjati primarjament minn dan il-Fond. Barra minn hekk, ir-rapporteur temmen li jkun prudenti li jiġi enfasizzat li l-azzjonijiet kollha – kemm jekk imwettqa fl-Unjoni kif ukoll f'pajjiżi terzi – iridu jirrispettaw l-acquis tal-Unjoni fil-qasam tal-ażil u l-immigrazzjoni, l-obbligi internazzjonali kif ukoll id-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Hemm bżonn li l-Fond ikun flessibbli biżżejjed sabiex iwieġeb għall-ħtiġijiet differenti tal-Istati Membri, li jvarjaw ħafna minn pajjiż għal ieħor. Madankollu, ir-rapporteur temmen li flessibbiltà bħal din, li tippermetti allokazzjoni u riallokazzjoni rapida tal-fondi, għandha tkun akkumpanjata minn miżuri li jiżguraw tqassim ġust tar-riżorsi u livell għoli ta' trasparenza fir-rigward tan-nefqa tal-Unjoni.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur tinsisti li fir-rwol tiegħu bħala koleġiżlatur, u fit-twettiq ta' dmiru li jżomm lill-Kummissjoni responsabbli, il-Parlament Ewropew jeħtieġ jingħatalu aċċess għal informazzjoni adegwata dwar l-użu tal-Fond, partikolarment fir-rigward tal-indikaturi tal-output – jekk ikun hemm bżonn – kif ukoll fir-rigward tal-evalwazzjonijiet retrospettivi u ta' nofs it-terminu u r-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni.


ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊEVIET KONTRIBUT

Il-lista li ġejja hija mfassla fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur. Fit-tħejjija tar-rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat, ir-rapporteur irċeviet kontribut mingħand l-entitajiet jew il-persuni li ġejjin:

Entità u/jew persuna

UNHCR – Il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati

FRA – L-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali

ECRE – Il-Kunsill Ewropew għar-Rifuġjati u l-Eżiljati

IOM – L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni

ILO – L-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol

Save the Children

Eurochild

EU Alliance for Investing in Children

UNICEF – Il-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tfal

PICUM – Il-Pjattaforma għall-Kooperazzjoni Internazzjonali dwar il-Migranti Mingħajr Dokumenti

CEMR – Il-Kunsill tal-Muniċipalitajiet u r-Reġjuni Ewropej

Eurocities

Il-Kumitat tar-Reġjuni


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI

Is-Sur Claude Moraes

President

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

BRUSSELL

Suġġett:  Opinjoni dwar il-bażi ġuridika tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (AMF) (COM(2018)0471 – C8‑0271/2018 – 2018/0248(COD))

Sur President,

Bl-ittra tal-24 ta' Jannar 2019, inti tlabt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali biex jipprovdi opinjoni, skont l-Artikolu 39 tar-Regoli ta' Proċedura, dwar ix-xerqien taż-żieda tal-Artikolu 80 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għall-bażi ġuridika tal-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq.

Il-kumitat eżamina l-kwistjoni msemmija hawn fuq waqt il-laqgħa tiegħu tat-18 ta' Frar 2019.

I – Sfond

Il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi l-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni (AMF) bħala l-fond suċċessur għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni attwali(1), bl-għan ewlieni li tipprovdi appoġġ għall-ġestjoni effiċjenti tal-migrazzjoni mill-Istati Membri. Il-Fond huwa maħsub li jiżgura li l-UE tkompli taqdi l-obbligi tagħna lejn dawk kollha li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, li jiffaċilita r-ritorn ta' dawk il-persuni li ma jkollhomx dritt li jibqgħu u li jappoġġa soluzzjonijiet li jissostitwixxu l-flussi irregolari u mhux kontrollati b'perkorsi sikuri u ġestiti tajjeb.

L-isfida ewlenija li l-proposta għandha l-għan li tindirizza hija l-ħtieġa ta' flessibbiltà akbar fil-ġestjoni tal-Fond, kif imqabbel mal-perjodu ta' programmazzjoni preżenti, billi jinħolqu mekkaniżmi ġodda għall-allokazzjoni ta' finanzjament għal ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta.

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 78(2), 79(2) u (4) tat-TFUE dwar il-politiki relatati mal-verifiki tal-fruntieri, l-ażil u l-immigrazzjoni. Tressqu bosta emendi fil-Kumitat LIBE li għandhom l-għan li jżidu mal-bażi ġuridika l-Artikolu 80 tat-TFUE dwar il-prinċipju tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji tiegħu, bejn l-Istati Membri.

Ir-rapport tal-Kumitat LIBE huwa skedat li jiġi adottat fid-19 ta' Frar 2019 bil-ħsieb li tiġi adottata pożizzjoni fl-ewwel qari fil-plenarja qabel l-elezzjonijiet. Għalhekk, ma huma se jsiru l-ebda negozjati interistituzzjonali dwar dan id-dossier qabel l-elezzjonijiet.

II – Artikoli rilevanti tat-Trattat

Il-bażi ġuridika fil-proposta tal-Kummissjoni hija l-Artikolu 78(2) tat-TFUE u l-Artikolu 79(2) u (4) tat-TFUE, li jinsabu fil-kapitolu dwar il-politiki dwar il-kontrolli fil-fruntieri, l-ażil u l-immigrazzjoni taħt it-titolu taż-żona ta' libertà, ġustizzja u sigurtà.

L-Artikolu 78 tat-TFUE għandu d-diċitura li ġejja (enfasi miżjuda):

Artikolu 78

(ex Artikoli 63, punti 1 u 2, u 64(2) tat-TKE)

1.  L-Unjoni għandha tiżviluppa politika komuni dwar l-ażil, il-protezzjoni sussidjarja u l-protezzjoni temporanja bil-għan li toffri status xieraq lil kull ċittadin ta' pajjiż terz li jeħtieġ protezzjoni internazzjonali u bil-għan li tassigura l-ħarsien tal-prinċipju ta' non-refoulement. Din il-politika trid tkun konformi mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat- 28 ta' Lulju 1951 u mal-Protokoll tal-31 ta' Jannar 1967 dwar l-istatus tar-rifuġjati, kif ukoll ma' trattati oħra rilevanti.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa dwar sistema komuni Ewropea ta' ażil li tinkludi:

(a)   status uniformi ta' ażil għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, validu fl-Unjoni kollha;

(b)   status uniformi ta' protezzjoni sussidjarja għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li, mingħajr ma jiksbu ażil Ewropew, jeħtieġu protezzjoni internazzjonali;

(c)   sistema komuni ta' protezzjoni temporanja, fil-każ ta' dħul massiv, għal persuni maqlugħa minn pajjiżhom;

(d)   proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-istatus uniformi ta' ażil jew ta' protezzjoni sussidjarja;

(e)   kriterji u mekkaniżmi għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli li jikkunsidra applikazzjoni għal ażil jew għal protezzjoni sussidjarja;

(f)   standards dwar il-kondizzjonijiet sabiex jintlaqgħu l-applikanti għal ażil jew għal protezzjoni sussidjarja;

(g)   sħubija u kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi għall-amministrazzjoni tal-flussi ta' persuni li japplikaw għal ażil jew għal protezzjoni sussidjarja jew temporanja.

3. F'każ li Stat Membru wieħed jew iktar isibu ruħhom f'sitwazzjoni ta' emerġenza karatterizzata minn dħul f'daqqa ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jadotta miżuri proviżorji għall-benefiċċju tal-Istat(i) Membru(i) konċernat(i). Għandu jaġixxi wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

L-Artikolu 79 tat-TFUE għandu d-diċitura li ġejja (enfasi miżjuda):

Artikolu 79

(ex Artikolu 63, punti 3 u 4, TKE)

1.   L-Unjoni għandha tiżviluppa politika komuni ta' immigrazzjoni maħsuba biex tassigura, fl-istadji kollha, l-amministrazzjoni effikaċi tal-flussi tal-migrazzjoni, it-trattament ġust ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti legalment fl-Istati Membri, kif ukoll il-prevenzjoni u l-ġlieda b'saħħa kontra l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri fl-oqsma li ġejjin:

(a)   il-kondizzjonijiet ta' dħul u residenza, kif ukoll l-istandards dwar il-ħruġ minn Stati Membri ta' viżi u permessi ta' residenza għal żmien twil, inklużi dawk biex terġa' tingħaqad il-familja;

(b)   id-definizzjoni tad-drittijiet ta' ċittadin ta' pajjiż terz residenti legalment fi Stat Membru inklużi l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-libertà ta' moviment u ta' residenza fi Stati Membri oħra;

(c)   l-immigrazzjoni illegali u r-residenza mhux awtorizzata, inkluża t-tkeċċija u r-ripatrijazzjoni ta' persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni;

(d)   il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, b'mod partikolari tan-nisa u t-tfal.

3. L-Unjoni tista' tikkonkludi ftehim ma' pajjiżi terzi dwar id-dħul mill-ġdid fil-pajjiż tal-oriġini jew ta' provenjenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jissodisfawx jew ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet għad-dħul, għall-preżenza jew għar-residenza fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri.

4. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu miżuri sabiex jinkoraġġixxu u jappoġġaw l-azzjoni tal-Istati Membri bl-għan li tiġi promossa l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti legalment fit-territorju tagħhom, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri.

5. Dan l-Artikolu m'għandux jolqot id-dritt tal-Istati Membri li jistabbilixxu l-volumi ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ġejjin minn pajjiżi terzi, fit-territorju tagħhom sabiex ifittxu impjieg, kemm jekk impjegati u kemm jekk jaħdmu għal rashom.

L-Artikolu 80 tat-TFUE, li huwa propost li jiżdied mal-bażi ġuridika tal-proposta, u li jinsab fl-istess titolu u kapitolu bħall-Artikoli 78 u 79 tat-TFUE, għandu d-diċitura li ġejja (enfasi miżjuda):

Artikolu 80

(Artikolu ġdid introdott mit-Trattat ta' Lisbona)

Il-politika tal-Unjoni prevista f'dan il-Kapitolu u l-implimentazzjoni tagħha għandha tiġi regolata mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, inkluż l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħha bejn l-Istati Membri. Kull meta jkun meħtieġ, l-atti tal-Unjoni adottati skond dan il-Kapitolu għandhom jinkludu l-miżuri xierqa għall-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju.

III – Il-ġurisprudenza dwar il-bażi ġuridika

Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja "l-għażla tal-bażi ġuridika ta' att Komunitarju għandha tibbaża ruħha fuq elementi oġġettivi, suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, li fosthom jinsabu, b'mod partikolari, l-għan u l-kontenut tal-att"(2). Għalhekk, l-għażla ta' bażi ġuridika żbaljata tista' tiġġustifika l-annullament tal-att ikkonċernat.

F'dak li jirrigwarda l-bażijiet ġuridiċi multipli, irid jiġi stabbilit jekk il-proposta:

1.  għandhiex skop multiplu jew komponenti multipli, li wieħed minnhom huwa identifikabbli bħala l-iskop jew il-komponent ewlieni jew predominanti, filwaqt li l-oħrajn huma sempliċement inċidentali; jew

2.  għandhiex għadd ta' objettivi simultanjament jew bosta komponenti li huma konnessi b'mod inseparabbli, mingħajr ma l-ebda wieħed minnhom ikun sekondarju jew indirett fil-konfront tal-ieħor.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fl-ewwel każ l-att irid ikun ibbażat fuq bażi ġuridika unika, jiġifieri dik mitluba mill-iskop jew mill-komponent ewlieni jew predominanti, u fit-tieni każ l-att irid ikun ibbażat fuq id-diversi bażijiet ġuridiċi korrispondenti.(3)

IV. L-għan u l-kontenut tar-regolament propost

L-għan ewlieni tal-proposta huwa li tipprovdi appoġġ għall-ġestjoni effiċjenti tal-migrazzjoni mill-Istati Membri billi tiżgura li l-UE tkompli taqdi l-obbligi tagħha lejn dawk kollha li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, li tiffaċilita r-ritorn ta' dawk il-persuni li ma jkollhomx dritt li jibqgħu, u li tappoġġa soluzzjonijiet li jissostitwixxu l-flussi irregolari u mhux kontrollati b'perkorsi sikuri u ġestiti tajjeb. L-isfida ewlenija li l-proposta għandha l-għan li tindirizza hija l-ħtieġa ta' flessibbiltà akbar fil-ġestjoni tal-Fond, kif imqabbel mal-perjodu ta' programmazzjoni preżenti, billi jinħolqu mekkaniżmi ġodda għall-allokazzjoni ta' finanzjament għal ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta.

Il-proposta tikkonsisti f'61 premessa, 35 artikolu u 8 annessi.

Il-Premessi 1–9 jistabbilixxu l-isfond politiku u leġiżlattiv u l-kuntest tal-proposta, inkluża l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni ta' Mejju 2015 u l-Kunsill Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2017, li jenfasizzaw il-kapaċità tal-Unjoni li tgħaqqad l-isforzi Ewropej u nazzjonali biex jindirizzaw il-migrazzjoni u jaħdmu flimkien b'mod effettiv, f'konformità mal-prinċipji tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà, u jaffermaw mill-ġdid il-ħtieġa li jiġi segwit approċċ komprensiv, prammatiku u determinat għall-ġestjoni tal-migrazzjoni li għandu l-għan li jirrestawra l-kontroll tal-fruntieri esterni u jnaqqas il-wasliet irregolari u l-għadd ta' mwiet fuq il-baħar. Dawn il-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq użu flessibbli u kkoordinat tal-istrumenti kollha disponibbli tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Barra minn hekk, il-kriżi tal-migrazzjoni enfasizzat il-ħtieġa li tiġi riformata s-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil u li l-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA) jiġu komplementati u msaħħa.

Il-Premessa 10 tistabbilixxi li l-AMF għandu jappoġġa l-isforzi mill-Unjoni u mill-Istati Membri dwar it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiżviluppaw, jimmonitorjaw u jevalwaw il-politiki tagħhom dwar l-ażil fid-dawl tal-obbligi tagħhom skont il-liġi eżistenti tal-Unjoni.

Il-Premessi 11-30 jistabbilixxu oqsma u objettivi dettaljati għall-miżuri li għandhom jittieħdu.

Il-Premessa 31 tistabbilixxi li l-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni għandu jikkonċentra fuq attivitajiet fejn l-intervent tal-Unjoni jista' jġib valur miżjud meta mqabbel ma' azzjoni li Istati Membri jieħdu waħedhom. L-appoġġ finanzjarju pprovdut skont dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxi, b'mod partikolari, biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u tal-Unjoni fl-oqsma tal-ażil u tal-migrazzjoni.

Il-Premessi 32-40 jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar kif il-fondi u r-riżorsi għandhom jiġu allokati u l-ispejjeż rimborżati.

Il-Premessa 41 tistabbilixxi li sabiex jikkomplementa l-implimentazzjoni tal-objettiv ta' politika tal-AMF fil-livell nazzjonali permezz tal-programmi tal-Istati Membri, l-AMF għandu jipprovdi wkoll appoġġ għal azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni. Azzjonijiet bħal dawn għandhom iservu skopijiet strateġiċi ġenerali fil-kamp ta' applikazzjoni ta' intervent tal-AMF.

Il-Premessa 42 tistabbilixxi li għandu jkun possibbli li tingħata assistenza ta' emerġenza skont il-qafas stabbilit fir-Regolament.

Il-Premessi 43-48 jistabbilixxu r-relazzjoni f'termini prattiċi tal-AMF ma' fondi u strumenti oħra fl-istess qasam tematiku.

Il-Premessi 49-55 jistabbilixxu l-metodi ta' implimentazzjoni, id-dispożizzjonijiet relatati mal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej u r-reġjuni ultraperiferiċi, ir-rekwiżiti ta' monitoraġġ u r-relazzjoni mal-azzjoni klimatika.

Il-Premessi 56-66 jistabbilixxu dispożizzjonijiet dwar l-għoti ta' setgħat delegati u ta' implimentazzjoni, is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u l-istatus tar-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka.

L-Artikolu 3 jistabbilixxi li l-objettiv tal-politika tal-AMF huwa li jikkontribwixxi għall-ġestjoni effiċjenti tal-flussi migratorji f'konformità mal-acquis tal-Unjoni rilevanti u f'konformità mal-impenji tal-Unjoni dwar id-drittijiet fundamentali, bl-objettivi speċifiċi li jissaħħu u jiġu żviluppati l-aspetti kollha tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, li tiġi appoġġata l-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri inkluż il-kontribuzzjoni għall-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, u li jsir kontribut għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u li tiġi żgurata l-effettività tar-ritorn u r-riammissjoni f'pajjiżi terzi.

L-Artikoli 1-6 jinkludu dispożizzjonijiet ġenerali. L-Artikolu 6 jispeċifika l-entitajiet eliġibbli biex jirċievu l-fondi u l-appoġġ: L-Istati Membri, il-pajjiżi terzi taħt kundizzjonijiet speċifiċi u kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali.

L-Artikoli 7-31 jistabbilixxu l-qafas finanzjarju u ta' implimentazzjoni tal-AMF, li huwa maqsum f'taqsimiet dwar l-appoġġ u l-implimentazzjoni taħt ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta skont ir-Regolament Finanzjarju. Dan jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni. L-Artikolu 9 jiddikjara li l-finanzjament mill-faċilità tematika għandu jintuża għall-appoġġ tal-komponenti tiegħu lill-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-isforzi ta' solidarjetà u ta' responsabbiltà. L-Artikolu 17 jipprevedi somma f'daqqa għal kull persuna fir-rigward tar-rilokazzjoni tal-applikanti għal protezzjoni internazzjonali kif ukoll għall-benefiċjarji.

L-Artikoli 32-35 jinkludu dispożizzjonijiet tranżitorji u finali.

L-Annessi I-VIII jistabbilixxu kriterji għall-allokazzjoni ta' finanzjament għall-programmi taħt ġestjoni kondiviża, miżuri ta' implimentazzjoni, kamp ta' applikazzjoni tal-appoġġ, azzjonijiet eliġibbli għal kofinanzjament ogħla, indikaturi ta' prestazzjoni ewlenin, tipi ta' intervent, azzjonijiet eliġibbli għal appoġġ operattiv u indikaturi tal-output u tar-riżultati.

Fl-abbozz ta' rapport tal-Kumitat LIBE huwa ssuġġerit li jiżdied l-Artikolu 80 tat-TFUE mal-bażi ġuridika (ara EM 2), u tali żieda ġiet issuġġerita wkoll permezz ta' emendi minn diversi shadow rapporteurs fil-Kumitat LIBE (ara l-EM 161-163).

Diversi emendi fil-Kumitat LIBE ifittxu wkoll li jżidu l-objettiv li ġej tal-AMF fl-Artikolu 3 (ara EM 46, 322, 323, 325):

[L-]iżgurar tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari lejn dawk l-aktar milquta mill-flussi migratorji u tal-ażil, inkluż permezz tal-kooperazzjoni prattika.

Barra minn hekk, diversi emendi tal-Kumitat LIBE dwar miżuri ta' implimentazzjoni relatati fl-Annessi jagħmlu referenza għar-rilokazzjoni u s-solidarjetà (ara EM 137, 568, 569).

V – Id-determinazzjoni tal-bażi ġuridika xierqa

L-ewwel nett għandu jiġi enfasizzat li l-PE diġà ppropona li l-Artikolu 80 tat-TFUE għandu jiżdied mal-bażi ġuridika matul il-proċedura leġiżlattiva għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni attwali(4). Is-Servizz Legali mbagħad ġie mitlub jagħti opinjoni ġuridika dwar din iż-żieda, li kkonkludiet li kien xieraq li tiżdied it-tieni sentenza tal-Artikolu 80 tat-TFUE bħala bażi ġuridika konġunta għall-miżuri speċifiċi dwar ir-rilokazzjoni.(5) Filwaqt li dak ir-Regolament eventwalment ġie adottat mingħajr ma ġie inkluż l-Artikolu 80 tat-TFUE, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Marzu 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni, il-PE iddikjara dan li ġej fl-ewwel paragrafu tar-riżoluzzjoni(6):

1. Jirrimarka li s-solidarjetà għandha tkun il-prinċipju li fuqu tkun ibbażata l-azzjoni tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni; jinnota li l-prinċipju ta' solidarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 80 tat-TFUE, ikopri l-ażil, l-immigrazzjoni u l-politiki tal-kontroll tal-fruntieri; huwa tal-fehma li l-Artikolu 80 jipprovdi bażi ġuridika "b'mod konġunt" mal-Artikoli 77-79 tat-TFUE għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' solidarjetà f'dawk l-oqsma.

Il-pożizzjoni tal-PE, kif ikkonfermata bil-votazzjoni fil-plenarja dwar ir-riżoluzzjoni ta' hawn fuq, hija għalhekk li l-Artikolu 80 tat-TFUE jista' u għandu jintuża bħala bażi ġuridika flimkien mal-bażijiet ġuridiċi mressqa mill-Kummissjoni għal din il-proposta.

Barra minn hekk, fl-opinjoni ġuridika tiegħu tal-2013, is-Servizz Legali waqt li analizza l-bażi ġuridika attwali tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, iddikjara li l-inklużjoni tal-Artikolu 80 fit-Trattat toriġina minn rakkomandazzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea u li t-tieni sentenza ta' dak l-Artikolu ġiet abbozzata bl-intenzjoni li tinħoloq xi forma ta' bażi ġuridika bl-għan li tiżviluppa, f'politiki dettaljati, il-prinċipju ta' solidarjetà. Din it-tieni sentenza tal-Artikolu 80 tat-TFUE, b'mod simili għall-klawżola ta' flessibbiltà fl-Artikolu 352, tagħti lill-Unjoni bażi ġuridika biex tadotta miżuri xierqa biex timla lakuna meta t-Trattati ma jipprovdux espressament jew impliċitament setgħat li huma meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi tal-Unjoni, f'dan il-każ b'mod speċifiku l-objettiv li tinkiseb is-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri(7).

Peress li l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni attwali huwa bbażat fuq l-Artikolu 78(2) tat-TFUE u l-Artikolu 79(2) u (4) tat-TFUE – dwar miżuri għal sistema Ewropea komuni tal-ażil, politika komuni dwar l-immigrazzjoni u miżuri għall-promozzjoni tal-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, rispettivament – u minħabba li r-Regolament b'mod simultanju jsegwi dawk l-objettivi b'komponenti li huma marbuta b'mod inseparabbli, mingħajr ma wieħed ikun sekondarju u indirett fir-rigward tal-ieħor, dawk l-Artikoli jridu jiffurmaw parti mill-bażi ġuridika għall-proposta.

Il-kwistjoni mbagħad issir jekk l-Artikolu 80 tat-TFUE għandux ukoll jifforma parti mill-bażi ġuridika flimkien mal-Artikolu 78(2) tat-TFUE u l-Artikolu 79(2) u (4) tat-TFUE.

L-isfida ewlenija tal-proposta, skont il-Kummissjoni, hija li tipprovdi appoġġ għall-ġestjoni effiċjenti tal-migrazzjoni mill-Istati Membri billi tindirizza hija l-ħtieġa ta' flessibbiltà akbar fil-ġestjoni, kif imqabbel mal-perjodu ta' programmazzjoni preżenti, billi jinħolqu mekkaniżmi ġodda għall-allokazzjoni ta' finanzjament għal ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta. Barra minn hekk, il-proposta tinkludi dispożizzjonijiet dwar l-appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-isforzi ta' solidarjetà u ta' responsabbiltà (l-Artikolu 9) u dwar il-kontribuzzjonijiet f'daqqa per capita fir-rigward tar-rilokazzjoni tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali kif ukoll għall-benefiċjarji (l-Artikolu 17). Il-proposta tal-Kummissjoni għalhekk diġà tinkludi dispożizzjonijiet dwar is-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħha, bejn l-Istati Membri.

Kif deskritt hawn fuq, l-abbozz ta' rapport tal-Kumitat LIBE u l-emendi mressqa fil-Kumitat LIBE jsaħħu dan terġ'aktar billi jżidu fl-Artikolu 3 l-objettiv li tiġi żgurata s-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari lejn dawk l-aktar milquta mill-flussi migratorji u tal-ażil, u bl-inklużjoni ta' miżuri ta' implimentazzjoni relatati fl-Annessi.

Kif ġie konkluż mis-Servizz Legali, peress li d-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq dwar is-solidarjetà u r-rilokazzjoni jipprevedu b'mod ċar il-finanzjament ta' miżuri speċifiċi li jagħtu effett lill-prinċipju ta' solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà, ir-referenza għall-Artikolu 80 tat-TFUE tikkontribwixxi biex jiġu żgurati ċ-ċarezza u ċ-ċertezza tad-dritt fir-rigward tal-inklużjoni fl-att tal-miżuri speċifiċi inkwistjoni, billi tissottolinja l-objettiv tagħhom(8).

L-Artikolu 80 tat-TFUE jiddikjara li l-atti tal-Unjoni adottati skont il-Kapitolu dwar il-politiki dwar il-kontrolli fil-fruntieri, l-ażil u l-immigrazzjoni (l-Artikoli 77-80 tat-TFUE) għandhom, kull meta jkun meħtieġ, jinkludu miżuri xierqa li jagħtu effett lill-prinċipju ta' solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħha, bejn l-Istati Membri. Kif deskritt hawn fuq, din il-proposta mill-Kummissjoni, inkluż kif propost li tiġi emendata, tinkludi dispożizzjonijiet dwar tali miżuri. Peress li r-regolament propost simultanjament isegwi dawn l-objettivi, li huma marbuta b'mod inseparabbli, mingħajr ma jkunu sekondarji jew indiretti għall-objettivi u l-komponenti relatati mal-Artikolu 78(2) tat-TFUE u l-Artikolu 79(2) u (4) tat-TFUE, dan għandu jkun ibbażat ukoll fuq l-Artikolu 80 tat-TFUE.

VI – Konklużjoni u rakkomandazzjoni

Fid-dawl tal-analiżi preċedenti, l-Artikolu 80 tat-TFUE jista' jiżdied mal-Artikolu 78(2) tat-TFUE u l-Artikolu 79(2) u (4) tat-TFUE biex jifforma l-bażi ġuridika għall-proposta.

Fil-laqgħa tiegħu tat-18 ta' Frar 2019, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda għalhekk, bi 11-il vot favur, 6 voti kontra u bl-ebda astensjoni(9), li jirrakkomanda li l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern għalhekk jista' jaċċetta l-inklużjoni tal-Artikolu 80 tat-TFUE bħala bażi ġuridika addizzjonali fir-rapport tagħhom dwar dan id-dossier.

Dejjem tiegħek,

Pavel Svoboda

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168).

(2)

Kawża C-45/86, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (Preferenzi Tariffarji Ġeneralizzati), [1987] Ġabra 1439, paragrafu 5; Kawża C-440/05,

Il-Kummissjoni v Il-Kunsill [2007] Ġabra I-9097; Kawża C-411/06 Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u l-Kunsill [2009] Ġabra I-7585.

(3)

Ara l-Kawża C-411/06, ċitata hawn fuq, paragrafi 46-47.

(4)

Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(5)

Ara l-Opinjoni tas-Servizz Legali tal-2013, SJ-0139/13, anness I.

(6)

Testi adottati, P8_TA(2016)0102.

(7)

Ara l-Opinjoni tas-Servizz Legali tal-PE tal-2013, SJ-0139/13, punti 27 u 41.

(8)

Ara l-Opinjoni tas-Servizz Legali tal-PE tal-2019, SJ-0088/19, punt 13.

(9)

Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Pavel Svoboda (President), Jean‑Marie Cavada, Mady Delvaux (Viċi President), Gilles Lebreton (rapporteur għal opinjoni), Max Andersson, Joëlle Bergeron, Kostas Chrysogonos, Jytte Guteland, Heidi Hautala, Sajjad Karim, Sylvia‑Yvonne Kaufmann, António Marinho e Pinto, Julia Reda, Evelyn Regner, Axel Voss, Tiemo Wölken, Tadeusz Zwiefka.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (20.12.2018)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil

(COM(2018)0471 – C8-0271/2018 – 2018/0248(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Elly Schlein

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kummissjoni ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta li tistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil, bħala parti mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021–2027. Il-Fond se jipprovdi appoġġ għall-ġestjoni effiċjenti tal-migrazzjoni mill-Istati Membri tal-UE b'pakkett ta' EUR 10,4 biljun.

Il-kriżi tal-migrazzjoni wriet il-ħtieġa ta' approċċ Ewropew komuni msejjes fuq is-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà. Għaldaqstant, ir-Rapporteur tilqa' ż-żieda fil-baġit disponibbli għall-migrazzjoni u l-ażil bħala pass essenzjali lejn il-bini ta' sistema ta' ażil u akkoljenza b'saħħitha, ġusta u effettiva fi ħdan l-UE.

Madankollu, ir-Rapporteur tqis li l-proposta kif inhi bħalissa titfa' enfasi eċċessiva fuq it-tiżjid tar-rati ta' ritorn. Fil-fatt, il-kriterji proposti għall-allokazzjoni tal-finanzjament għall-programmi nazzjonali taħt ġestjoni kondiviża jiddisponu li 40 % ta' dan il-finanzjament se jkunu ddestinati skont l-indikaturi relatati mal-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-ħruġ ta' deċiżjonijiet ta' ritorn għad-detriment ta' azzjonijiet fil-qasam tal-ażil, il-migrazzjoni legali u l-integrazzjoni. Dan joħloq inċentivi għall-Istati Membri biex joħorġu u jinfurzaw deċiżjonijiet ta' ritorn, mingħajr ma jqisu r-riskji għall-persuni rimpatrijati u l-impatt possibbli għall-pajjiżi ta' oriġini.

Il-passi meħuda mill-Kummissjoni biex tibni politika tal-migrazzjoni b'saħħitha tal-UE iridu jintlaqgħu tajjeb. Madankollu, ir-Rapporteur temmen li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jinkludu fil-proposta l-garanziji meħtieġa għall-persuni rimpatrijati u l-pajjiżi ta' oriġini. Id-deċiżjonijiet ta' ritorn ma jistgħux jittieħdu mingħajr valutazzjoni komprensiva tas-sitwazzjoni fil-pajjiżi ta' oriġini u tal-kapaċità ta' assorbiment fil-livell lokali. Huwa essenzjali li jiġi vverifikat l-impatt possibbli tal-persuni rimpatrijati fuq l-istabbiltà tal-pajjiżi ta' oriġini, billi r-ritorni jistgħu jikkontribwixxu għall-kunflitt, għat-twegħir u għall-fraġilità.

Barra minn hekk, il-Parlament u l-Kunsill għandhom jiżguraw li r-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi terzi ma jkunux jiddependu mill-kooperazzjoni fil-qasam tar-ritorn u r-riammissjoni. Il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi għandha tkun ibbażata fuq l-interess reċiproku u approċċ komprensiv aktar milli fuq l-interessi u l-prijoritajiet tal-UE fil-qasam tal-migrazzjoni. Attenzjoni ffukata b'mod dejjaq fuq il-ġestjoni tal-migrazzjoni tista' tipperikola l-kooperazzjoni tal-UE mal-pajjiżi terzi.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Jenħtieġ li l-Fond jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet tal-bniedem, ikun konformi mal-Aġenda 2030, il-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, kif stabbilit fl-Artikolu 208 tat-TFUE, u l-impenji fil-livell internazzjonali fir-rigward tal-migrazzjoni u l-ażil, b'mod partikolari l-Patt Globali dwar ir-Rifuġjati u l-Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari (PGM).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Jenħtieġ li l-ġestjoni tal-Fond minn perspettiva ta' żvilupp tqis id-diversi kawżi fundamentali tal-migrazzjoni bħalma huma l-kunflitt, il-faqar, in-nuqqas ta' kapaċità agrikola, l-edukazzjoni u l-inugwaljanza.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4c)  Il-kooperazzjoni għall-iżvilupp ma' pajjiżi terzi jenħtieġ li inter alia tkun parti importanti fil-ftehimiet ta' riammissjoni għall-istimulazzjoni tas-suq tax-xogħol u l-opportunitajiet ta' xogħol fil-pajjiżi ta' ritorn sabiex jitnaqqsu l-inċentivi li jħajru lill-migranti ritornati jaqsmu mill-ġdid il-fruntieri Ewropej.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li l-Fond isostni l-ġestjoni effiċjenti tal-flussi ta' migrazzjoni billi, fost affarijiet oħra, jippromwovi miżuri komuni fil-qasam tal-ażil, inklużi l-isforzi tal-Istati Membri fl-akkoljenza ta' persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali permezz tar-risistemazzjoni u t-trasferiment ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, jew il-benefiċjarji tagħha, bejn l-Istati Membri, u li tappoġġa strateġiji ta' integrazzjoni kif ukoll politika aktar effettiva dwar il-migrazzjoni legali biex tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul tal-Unjoni u l-futur tal-mudell soċjali tagħha u jitnaqqsu l-inċentivi għal migrazzjoni irregolari permezz ta' politika sostenibbli ta' ritorn u ta' riammissjoni. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa t-tisħiħ ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi biex isaħħaħ il-ġestjoni ta' flussi ta' persuni li japplikaw għall-ażil u forom oħra ta' protezzjoni internazzjonali, rimedji għal migrazzjoni legali u biex tiġi miġġielda l-migrazzjoni illegali u tiġi żgurata sostenibbiltà ta' ritorn u riammissjoni effettiva lejn pajjiżi terzi.

(7)  Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa l-promozzjoni ta' miżuri komuni fil-qasam tal-ażil, inklużi l-isforzi tal-Istati Membri fl-akkoljenza ta' persuni permezz tar-risistemazzjoni u t-trasferiment bejn l-Istati Membri, jappoġġaw l-istrateġiji ta' integrazzjoni , akkoljenza u inklużjoni u politika ta' migrazzjoni legali aktar effettiva, jiġġieldu kontra l-migrazzjoni irregolari u jimplimentaw politika ta' ritorn u ta' riammissjoni sostenibbli. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa t-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi biex isaħħaħ il-ġestjoni tal-flussi, l-istabbiliment ta' rimedji għal migrazzjoni legali, biex tiġi miġġielda l-migrazzjoni irregolari, jiġi miġġieled it-traffikar tal-migranti, jiġu żgurati s-sostenibbiltà tar-ritorn u r-riammissjoni effettiva lejn pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi tkun ġenwinament ibbażata fuq l-interess reċiproku .

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-kriżi tal-migrazzjoni enfasizzat il-ħtieġa li tiġi riformata s-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil sabiex jiġu żgurati proċeduri effiċjenti ta' ażil biex jiġu evitati movimenti sekondarji, biex jiġu pprovduti uniformi u kundizzjonijiet xierqa ta' akkoljenza għall-applikanti ta' protezzjoni internazzjonali, standards uniformi għall-għoti ta' protezzjoni internazzjonali u drittijiet u benefiċċji xierqa għall-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali. Fl-istess ħin, kien hemm bżonn ta' riforma biex tiddaħħal fis-seħħ sistema aktar ġusta u aktar effettiva biex tiġi stabbilità r-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-applikanti ta' protezzjoni internazzjonali kif ukoll qafas tal-Unjoni għall-isforzi ta' risistemazzjoni tal-Istati Membri. Għalhekk, huwa xieraq li l-Fond jipprovdi aktar appoġġ għall-isforzi tal-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ u kif jixraq is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil riformata.

(8)  Huwa xieraq li jiġu appoġġati u mtejba l-isforzi li jsiru mill-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ u kif jixraq l-acquis tal-Unjoni dwar l-ażil, b'mod partikolari biex jagħtu kondizzjonijiet ta' akkoljenza xierqa lill-persuni spustati u lill-applikanti għal protezzjoni internazzjonali u lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, biex jiżguraw id-determinazzjoni korretta tal-istatus, biex japplikaw proċeduri tal-ażil ġusti u effettivi u biex jippromwovu prattika tajba fil-qasam tal-ażil, sabiex jipproteġu d-drittijiet tal-persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u jagħmluha possibbli li s-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri jaħdmu b'mod effiċjenti. Għalhekk, jenħtieġ li l-Fond jipprovdi aktar appoġġ għall-isforzi tal-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ u kif jixraq is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil riformata.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Jenħtieġ li l-Fond jikkumplimenta u jsaħħaħ l-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA - European Union Agency for Asylum) stabbilità bir-Regolament (UE) Nru.../.. [Regolament EUAA]14 bil-għan li jiffaċilita u jtejjeb il-funzjonament tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, billi jikkoordina u jsaħħaħ il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-promozzjoni tad-dritt tal-Unjoni dwar l-ażil u standards operazzjonali biex jiġi żgurat livell għoli ta' uniformità fuq il-bażi ta' protezzjoni għolja fir-rigward tal-proċeduri għall-protezzjoni internazzjonali, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni madwar l-Unjoni, b'mod li jippermetti distribuzzjoni sostenibbli u ġusta tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, jiffaċilita l-konverġenza fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali madwar l-Unjoni, jappoġġa l-isforzi ta' risistemazzjoni tal-Istati Membri u jipprovdi assistenza operazzjonali u teknika lill-Istati Membri għall-ġestjoni tas-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom, b'mod partikolari dawk li s-sistemi tagħhom huma soġġetti għal pressjoni sproporzjonata.

(9)  Jenħtieġ li l-Fond jikkumplimenta u jsaħħaħ l-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA - European Union Agency for Asylum) stabbilità bir-Regolament (UE) Nru.../.. [Regolament EUAA]14 bil-għan li jiffaċilita u jtejjeb il-funzjonament tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, billi jikkoordina u jsaħħaħ il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-promozzjoni tad-dritt tal-Unjoni u ta' standards operazzjonali dwar l-ażil biex jiġi żgurat ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u livell għoli ta' uniformità fuq il-bażi ta' protezzjoni għolja fir-rigward tal-proċeduri għall-protezzjoni internazzjonali, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni madwar l-Unjoni, b'mod li jippermetti distribuzzjoni sostenibbli u ġusta tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, li fl-aħħar mill-aħħar ifittex dejjem l-aħjar interess tal-applikant, jiffaċilita l-konverġenza fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali madwar l-Unjoni, jappoġġa l-isforzi ta' risistemazzjoni tal-Istati Membri u jipprovdi assistenza operazzjonali u teknika lill-Istati Membri għall-ġestjoni tas-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom, b'mod partikolari dawk li s-sistemi tagħhom huma soġġetti għal pressjoni sproporzjonata.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa l-isforzi mill-Unjoni u l-Istati Membri dwar it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiżviluppaw, jimmonitorjaw u jevalwaw il-politiki tagħhom dwar l-ażil fid-dawl tal-obbligi tagħhom skont il-liġi eżistenti tal-Unjoni.

(10)  Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa l-isforzi li jsiru mill-Unjoni u mill-Istati Membri rigward it-tisħiħ tal-kapaċità li l-Istati Membri għandhom li jiżviluppaw, jimmonitorjaw u jevalwaw il-politiki tagħhom dwar l-ażil fid-dawl tal-obbligi tagħhom skont id-dritt eżistenti tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali abbażi ta' approċċ komprensiv għar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Is-soċjetajiet u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi huma komponent essenzjali tal-politika tal-Unjoni dwar l-ażil biex tiġi żgurata l-ġestjoni adegwata ta' flussi ta' persuni li japplikaw għall-ażil jew forom oħra ta' protezzjoni internazzjonali. Bil-għan li l-wasliet mimlija perikoli, u irregolari, jiġu sostitwiti b'wasliet legali u bla perikoli fit-territorju tal-Istati Membri ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew ta' persuni apolidi fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, li tintwera solidarjetà ma' pajjiżi f'reġjuni li lejhom, jew fi ħdanhom, numru kbir ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali jkunu ġew spustjati, billi tingħata għajnuna biex tittaffa l-pressjoni fuq dawn il-pajjiżi, li tingħata għajnuna fil-kisba tal-objettivi ta' politika ta' migrazzjoni tal-Unjoni biż-żieda tal-influwenza tal-Unjoni fil-konfront ta' pajjiżi terzi, u biex jingħata kontribut effettiv għal inizjattivi dinjija ta' risistemazzjoni permezz ta' vuċi waħda f'fora internazzjonali u ma' pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-Fond jipprovdi inċentivi finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-Qafas tal-Unjoni għar-Risistemazzjoni [u l-Ammissjoni Umanitarja].

(11)  Is-sħubijiet u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi huma komponent essenzjali tal-politiki tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u l-ażil biex jiġi żgurat li n-nies ma jkunux imġiegħla jitilqu minn pajjiżhom, tiġi żgurata l-ġestjoni adegwata tal-flussi migratorji tal-persuni, inklużi dawk li japplikaw għall-ażil jew forom oħra ta' protezzjoni internazzjonali. Bil-għan li l-wasliet mimlija perikoli, u irregolari, jiġu sostitwiti b'wasliet legali u bla perikoli fit-territorju tal-Istati Membri ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew ta' persuni apolidi, inklużi dawk li jinsabu fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, li tintwera solidarjetà mal-pajjiżi fir-reġjuni li lejhom, jew fi ħdanhom, numru kbir ta' persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali jkunu ġew spustjati billi tingħata għajnuna biex tittaffa l-pressjoni minn fuq dawn il-pajjiżi, u bil-għan li jingħata kontribut effettiv għal inizjattivi dinjija ta' risistemazzjoni permezz ta' vuċi waħda f'fora internazzjonali u mal-pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-Fond jipprovdi inċentivi finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-Qafas tal-Unjoni għar-Risistemazzjoni [u l-Ammissjoni Umanitarja] u għal inizjattivi umanitarji oħra simili adottati mill-Istati Membri, individwalment jew b'mod konġunt.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Meta wieħed jikkunsidra l-livelli għoli tal-flussi migratorji lejn l-Unjoni fl-aħħar snin u l-importanza li tiġi żgurata l-koeżjoni tas-soċjetajiet tagħna, huwa kruċjali li jiġu appoġġati l-politiki tal-Istati Membri għall-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti legalment, inkluż fl-oqsma ta' prijorità identifikati fil-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi adottat mill-Kummissjoni fl-2016.

(12)  Meta wieħed jikkunsidra l-importanza li tiġi żgurata l-koeżjoni tas-soċjetajiet tagħna, huwa kruċjali li jiġu appoġġati l-politiki tal-Istati Membri għall-akkoljenza, l-integrazzjoni u l-inklużjoni bikrija taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti legalment, inkluż fl-oqsma ta' prijorità identifikati fil-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi adottat mill-Kummissjoni fl-2016.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex tiżdied l-effiċjenza, jinkiseb l-akbar valur miżjud tal-Unjoni u tiġi żgurata l-konsistenza tar-rispons tal-Unjoni biex titrawwem l-integrazzjoni tal-barranin, l-azzjonijiet iffinanzjati skont il-Fond jenħtieġ li jkunu speċifiċi u kumplimentari għall-azzjonijiet iffinanzjati skont il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR). Il-miżuri ffinanzjati skont dan il-Fond jenħtieġ li jappoġġaw miżuri mfassla apposta għall-bżonnijiet ta' ċittadini ta' pajjiż terz li huma ġeneralment implementati fl-istadju bikri ta' integrazzjoni, u azzjonijiet orizzontali li jappoġġaw il-kapaċitajiet ta' Stati Membri fil-qasam ta' integrazzjoni, filwaqt li l-interventi għal ċittadini ta' pajjiż terz b'impatt fuq perjodu itwal jenħtieġ li jiġu ffinanzjati skont il-FEŻR u l-FSE+.

(13)  Sabiex itejjeb u jsaħħaħ il-proċess ta' integrazzjoni fis-soċjetajiet Ewropej, il-Fond jenħtieġ li jiffaċilita l-migrazzjoni legali lejn l-Unjoni f'konformità mal-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali tal-Istati Membri u jantiċipa t-tħejjija tal-proċess ta' integrazzjoni sa mill-pajjiż ta' oriġini taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu se jiġu lejn l-Unjoni. Jenħtieġ li l-azzjonijiet fil-pajjiżi terzi jkunu koerenti bis-sħiħ mal-prinċipju ta' koerenza tal-politiki għall-iżvilupp u mal-impenji għall-ilħuq tal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli .

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Jenħtieġ li l-ambitu tal-miżuri ta' integrazzjoni jinkludi wkoll il-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali sabiex ikun żgurat approċċ komprensiv għall-integrazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' dak il-gruppi fil-mira. Fejn il-miżuri ta' integrazzjoni jkunu kkombinati mal-akkoljenza, jenħtieġ li l-azzjonijiet, fejn ikun adatt, jippermettu wkoll l-inklużjoni ta' dawk li qed ifittxu l-ażil.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Fond jenħtieġ li jkunu meħtieġa li jikkooperaw u li jistabbilixxu mekkaniżmi ta' koordinazzjoni mal-awtoritajiet identifikati mill-Istati Membri bl-għan tal-ġestjoni tal-interventi tal-FSE+ u tal-FEŻR u kull fejn meħtieġ mal-awtoritajiet ta' ġestjoni u mal-awtoritajiet ta' ġestjoni ta' fondi oħra tal-Unjoni li jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tal-barranin.

(14)  Sabiex ikun effiċjenti u jikseb l-ikbar valur miżjud, jenħtieġ li l-Fond jsegwi approċċ aktar immirat, b'appoġġ għal strateġiji konsistenti maħsuba speċifikament biex jippromwovu l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fuq livell nazzjonali, lokali u/jew reġjonali, fejn ikun adatt. Jenħtieġ li dawk l-istrateġiji jiġu implimentati prinċipalment mill-awtoritajiet lokali jew reġjonali u atturi mhux statali, filwaqt li ma jiġux esklużi l-awtoritajiet nazzjonali, b'mod partikolari fejn l-organizzazzjoni amministrattiva speċifika ta' Stat Membru tkun teħtieġ dan, jew fejn, fi Stat Membru, l-azzjonijiet ta' akkoljenza, integrazzjoni u inklużjoni jaqgħu taħt kompetenza kondiviża bejn l-Istat u amministrazzjoni deċentralizzata. Jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet ta' implimentazzjoni jagħżlu l-miżuri l-aktar adattati għas-sitwazzjoni partikolari tagħhom minn firxa ta' miżuri disponibbli.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Politika effiċjenti dwar ir-ritorn hija parti integrali tal-approċċ komprensiv tal-migrazzjoni li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jsegwu. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa u jinkoraġġixxi l-isforzi mill-Istati Membri bil-ħsieb ta' implimentazzjoni effettiva u żvilupp ulterjuri ta' standards komuni dwar ir-ritorn, b'mod partikolari kif stabbilit fid-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15, u ta' approċċ integrat u koordinat għall-ġestjoni tar-ritorn. Għal politiki ta' ritorn sostenibbli, il-Fond jenħtieġ ukoll li jappoġġa miżuri relatati f'pajjiżi terzi, bħalma huma r-riintegrazzjoni ta' persuni rimpatrijati.

(20)  Politika effiċjenti dwar ir-ritorn hija parti integrali tal-approċċ komprensiv tal-migrazzjoni li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jsegwu. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa u jinkoraġġixxi l-isforzi li jsiru mill-Istati Membri bil-ħsieb tal-implimentazzjoni effettiva u l-iżvilupp ulterjuri ta' standards komuni dwar ir-ritorn, b'enfasi fuq ir-ritorni volontarji, b'mod partikolari kif spjegat fid-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15, u ta' approċċ integrat u koordinat għall-ġestjoni tar-ritorn. Il-Fond jenħtieġ ukoll li jappoġġa miżuri relatati f'pajjiżi terzi sabiex jiffaċilita u jiggarantixxi r-ritorn u r-riammissjoni sikuri u dinjitużi kif ukoll ir-riintegrazzjoni sostenibbli, kif imnaqqax fil-PGM.

__________________

__________________

15 Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

15 Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu preferenza għar-ritorn volontarju. Sabiex jiġi promoss ir-ritorn volontarju, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw inċentivi bħal trattament preferenzjali fil-forma ta' għajnuna mtejba għar-ritorn. Dan it-tip ta' ritorn volontarju huwa fl-interessi kemm tal-persuni rimpatrijati kif ukoll tal-awtoritajiet f'termini tal-kosteffettività tiegħu.

(21)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu preferenza għar-ritorn volontarju. Sabiex jiġi promoss ir-ritorn volontarju, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw inċentivi bħal trattament preferenzjali fil-forma ta' għajnuna mtejba għar-ritorn, permezz ta' taħriġ vokazzjonali fl-Ewropa li jgħin lill-persuni rimpatrijati jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol fil-pajjiżi ta' oriġini tagħhom. Dan it-tip ta' ritorn volontarju huwa fl-interessi kemm tal-persuni rimpatrijati kif ukoll tal-awtoritajiet f'termini tal-kosteffettività tiegħu.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-miżuri speċifiċi ta' appoġġ għal dawk li jirritornaw fl-Istati Membri u fil-pajjiżi ta' ritorn jistgħu jtejbu l-kundizzjonijiet tar-ritorn u r-riintegrazzjoni tagħhom.

(23)  Il-miżuri speċifiċi ta' appoġġ għall-persuni rimpatrijati, b'attenzjoni partikolari lill-bżonnijiet umanitarji u ta' protezzjoni tagħhom, fl-Istati Membri u fil-pajjiżi ta' ritorn jistgħu jtejbu l-kundizzjonijiet tar-ritorn u jsaħħu r-riintegrazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-gruppi vulnerabbli. Jenħtieġ li d-deċiżjonijiet ta' ritorn ikunu bbażati fuq valutazzjoni komprensiva u bir-reqqa tas-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini, inkluża evalwazzjoni tal-kapaċità ta' assorbiment fil-livell lokali. Il-miżuri u l-azzjonijiet speċifiċi li jappoġġjaw lill-pajjiżi ta' oriġini, u b'mod partikolari lill-persuni vulnerabbli, jikkontribwixxu biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà, is-sikurezza u l-effettività tar-ritorni. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jiġu implimentati bil-parteċipazzjoni attiva tal-awtoritajiet lokali, tas-soċjetà ċivili u tad-dijaspori.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Il-ftehimiet ta' riammissjoni u arranġamenti oħra huma komponent integrali tal-politika ta' ritorn tal-Unjoni u għodda ċentrali għall-ġestjoni effiċjenti tal-flussi migratorji billi jiffaċilitaw ir-ritorn ta' malajr ta' migranti irregolari. Dawk il-ftehimiet huma element importanti fil-qafas tad-djalogu u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi tal-oriġini u t-tranżitu ta' migranti irregolari u l-implimentazzjoni tagħhom fil-pajjiżi terzi jenħtieġ li jkun appoġġat fl-interess ta' politiki ta' ritorn effettivi fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni.

(24)  Il-ftehimiet ta' riammissjoni u arranġamenti oħra huma komponent integrali tal-politika ta' ritorn tal-Unjoni u għodda ċentrali għall-ġestjoni effiċjenti tal-flussi migratorji billi jiffaċilitaw ir-ritorn ta' malajr ta' migranti irregolari. Dawk il-ftehimiet huma element importanti fil-qafas tal-kooperazzjoni u tad-djalogu politiku ma' pajjiżi terzi tal-oriġini u t-tranżitu ta' migranti irregolari, u l-implimentazzjoni tagħhom fil-pajjiżi terzi jenħtieġ li jkun appoġġat fl-interess ta' politiki ta' ritorn effettivi fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Minbarra l-appoġġ għar-ritorn ta' persuni kif previst f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Fond jappoġġa wkoll miżuri oħra biex tiġi miġġielda l-migrazzjoni illegali, jiġu indirizzati l-inċentivi għall-migrazzjoni illegali jew l-evitar ta' regoli eżistenti dwar l-immigrazzjoni legali, biex b'hekk tiġi salvagwardata l-integrità tas-sistemi tal-immigrazzjoni tal-Istati Membri.

(25)  Minbarra l-appoġġ għall-integrazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew tal-persuni apolidi fi ħdan l-Istati Membri, jenħtieġ li l-Fond jappoġġja wkoll miżuri oħra biex jiġi miġġieled it-traffikar tal-migranti, biex jiġi inkoraġġit u ffaċilitat l-istabbiliment ta' regoli dwar il-migrazzjoni legali, biex b'hekk tiġi salvagwardjata l-integrità tas-sistemi tal-immigrazzjoni fil-pajjiżi ta' oriġini, f'konformità sħiħa mal-Prinċipju ta' Koerenza għall-Iżvilupp Sostenibbli .

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  L-impjieg ta' migranti irregolari toħloq fattur ta' ġibda għall-migrazzjoni illegali u ddgħajjef l-iżvilupp ta' politika dwar il-mobilità tal-forza tax-xogħol mibnija fuq l-iskemi tal-migrazzjoni legali. Jenħtieġ għalhekk li l-Fond jappoġġa l-Istati Membri, kemm direttament jew indirettament, fl-implimentazzjoni tagħhom tad-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16 li tipprojbixxi l-impjieg ta' ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali u tipprovdi għal sanzjonijiet kontra l-impjegaturi li jiksru dik il-projbizzjoni.

(26)  Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa l-Istati Membri, jew direttament inkella indirettament, fl-implimentazzjoni tagħhom tad-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16 li tipprojbixxi l-impjieg ta' ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali u tipprevedi sanzjonijiet kontra l-impjegaturi li jiksru dik il-projbizzjoni. Hija tinkludi wkoll elementi ta' protezzjoni bħalma hu d-dritt li ċittadini ta' pajjiżi terzi impjegati b'mod irregolari jressqu lmenti u jitolbu lura l-paga tagħhom. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa l-implimentazzjoni ta' dan tal-aħħar, peress li dawn l-elementi protettivi ma ġewx implimentati biżżejjed, kif ġie indikat fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2014 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/52/KE tat-18 ta' Ġunju 2009 li tipprevedi

standards minimi fuq is-sanzjonijiet u l-miżuri kontra l-impjegaturi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu b'residenza illegali.

_________________

_________________

16 Id-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali (ĠU L 168, 30.6.2009, p. 24).

16 Id-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali (ĠU L 168, 30.6.2009, p. 24).

 

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jappoġġjaw it-talbiet tas-soċjetà ċivili u tal-assoċjazzjonijiet tal-ħaddiema, bħal dik li tikkonċerna l-istabbiliment ta' netwerk Ewropew tal-ħaddiema, nisa u rġiel, li jaħdmu fil-qasam tal-akkoljenza, sabiex tikkonnettja bejniethom lill-ħaddiema kollha fl-Ewropa li joperaw fil-qasam tal-migrazzjoni, biex jitrawmu merħba diċenti u approċċ għall-migrazzjoni bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-iskambju ta' prattiki tajba f'dawk li huma opportunitajiet ta' akkoljenza u ta' impjieg għall-migranti.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Jenħtieġ li l-miżuri f'rabta ma' pajjiżi terzi li huma appoġġati permezz tal-Fond ikunu jikkumplimentaw azzjonijiet oħra barra l-Unjoni appoġġati permezz tal-istrumenti esterni ta' finanzjament tal-Unjoni. B'mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet, jenħtieġ li titfittex koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni relatata mal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernat u mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni. Fir-rigward tad-dimensjoni esterna, jenħtieġ li l-Fond jimmira li jsostni t-titjib tal-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u t-tisħiħ tal-aspetti ewlenin ta' ġestjoni tal-migrazzjoni f'żoni ta' interess tal-politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni.

(30)  Jenħtieġ li l-miżuri meħuda taħt il-Fond b'rabta ma' pajjiżi terzi jkunu koerenti bis-sħiħ mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna, il-politika barranija u l-politika tal-iżvilupp tal-Unjoni fir-rigward tal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernat u mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi ma tkunx maħsuba biex tappoġġa azzjonijiet li huma direttament orjentati lejn l-iżvilupp u jenħtieġ li ma ddgħajjifx il-prinċipju ta' koerenza tal-politiki għall-iżvilupp .

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Jenħtieġ li dawn l-ammonti inizjali jifformaw bażi għall-investimenti ta' terminu twil tal-Istati Membri. Sabiex jittieħed kont ta' bidliet fil-flussi migratorji u biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet fil-ġestjoni tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza u l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiż terz li jkunu qegħdin f'soġġorn legali, u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali permezz ta' politika ta' ritorn effiċjenti u sostenibbli, jenħtieġ li ammont addizzjonali jiġi allokat lill-Istati Membri f'nofs it-terminu filwaqt li jitqiesu r-rati ta' assorbiment. Jenħtieġ li dan l-ammont ikun ibbażat fuq id-data tal-istatistika l-aktar reċenti disponibbli kif stabbilita fl-Anness I sabiex jirrifletti l-bidliet fix-xenarju ta' referenza tal-Istati Membri.

(35)  Jenħtieġ li dawn l-ammonti inizjali jifformaw bażi għall-investimenti ta' terminu twil tal-Istati Membri. Sabiex jittieħed kont tal-bidliet fil-flussi migratorji u jiġu indirizzati l-ħtiġijiet fil-ġestjoni tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza u l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, jiġi miġġieled it-traffikar tal-migranti, tiġi implimentata politika ta' ritorn effiċjenti, konformi mad-drittijiet u sostenibbli, jenħtieġ li f'nofs it-terminu jiġi allokat lill-Istati Membri ammont addizzjonali filwaqt li jitqiesu r-rati ta' assorbiment. Jenħtieġ li dan l-ammont ikun ibbażat fuq id-data tal-istatistika l-aktar reċenti disponibbli kif stabbilita fl-Anness I sabiex jirrifletti l-bidliet fix-xenarju ta' referenza tal-Istati Membri.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Biex jikkumplimenta l-implimentazzjoni tal-objettiv ta' politika ta' dan il-Fond fil-livell nazzjonali permezz tal-programmi tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-Fond jipprovdi wkoll appoġġ għal azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li t-tali azzjonijiet iservu objettivi strateġiċi globali fl-ambitu tal-intervent tal-Fond dwar l-analiżi u l-innovazzjoni politika, it-tagħlim reċiproku u s-soċjetajiet transnazzjonali u l-ittestjar ta' inizjattivi u azzjonijiet ġodda madwar l-Unjoni.

(41)  Biex jikkumplementa l-implimentazzjoni tal-objettiv ta' politika ta' dan il-Fond fil-livell nazzjonali permezz tal-programmi tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-Fond jipprovdi wkoll appoġġ għal azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li t-tali azzjonijiet iservu finijiet strateġiċi globali fi ħdan l-ambitu tal-intervent tal-Fond dwar l-analiżi u l-innovazzjoni tal-politiki, it-tagħlim reċiproku u s-sħubijiet transnazzjonali, il-ħidma li ssir mill-komunitajiet tad-dijaspori u r-rwol intermedjarju li huma jistgħu jaqdu f'dan ir-rigward, u l-ittestjar ta' inizjattivi u azzjonijiet ġodda madwar l-Unjoni.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tindirizza minnufih pressjoni migratorja qawwija mhux prevista jew disproporzjonali fi Stat Membru wieħed jew aktar ikkaratterizzata minn influss kbir jew sproporzjonat ta' ċittadini ta' pajjiż terz, li tpoġġi piżijiet sinifikanti u eżigenzi urġenti fuq il-faċilitajiet ta' akkoljenza u detenzjoni tagħhom, is-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni tal-ażil u tal-migrazzjoni, pressjonijiet migratorji qawwija f'pajjiżi terzi minħabba żviluppi jew kunflitti politiċi, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi pprovduta assistenza ta' emerġenza skont il-qafas stabbilit f'dan ir-Regolament.

(42)  Sabiex l-Unjoni tissaħħaħ fil-kapaċità tagħha li tindirizza minnufih pressjoni migratorja qawwija mhux prevista jew sproporzjonata fi Stat Membru wieħed jew aktar ikkaratterizzata minn influss kbir jew sproporzjonat ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, li tpoġġi eżigenzi sinifikanti u urġenti fuq il-faċilitajiet ta' akkoljenza u ta' detenzjoni tagħhom, is-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni tal-ażil u tal-migrazzjoni, pressjonijiet migratorji qawwija f'pajjiżi terzi minħabba żviluppi politiċi jew kunflitti, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi pprovduta assistenza ta' emerġenza f'kull ħin għal azzjonijiet biex jiġu żgurati r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti u l-konformità tal-Istati Membri mal-impenji internazzjonali tagħhom rigward, b'mod partikolari, l-ażil u r-rifuġju, skont il-qafas stabbilit f'dan ir-Regolament.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 53a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(53a)  Jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-parlamenti nazzjonali fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi jiġu kkonsultati waqt il-proċess ta' programmar, implimentazzjoni u evalwazzjoni tal-programmi ffinanzjati permezz tal-Fond.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għan tal-politika tal-Fond għandu jkun li jikkontribwixxi għall-ġestjoni effiċjenti tal-flussi tal-migrazzjoni f'konformità mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u f'konformità mal-impenji tal-Unjoni dwar id-drittijiet fundamentali.

1.  L-għan tal-politika tal-Fond għandu jkun li jikkontribwixxi għall-ġestjoni effiċjenti tal-flussi tal-migrazzjoni f'konformità mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u f'konformità mal-impenji tal-Unjoni dwar id-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari d-dritt għall-ażil, imnaqqax fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-appoġġ għall-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri inkluż għall-kontrobuzzjoni tal-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi;

(b)  l-appoġġ għall-ħolqien ta' toroq ta' aċċess sikuri u legali lejn l-Istati Membri inkluż biex isir kontribut għall-integrazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, inklużi dawk li jfittxu l-ażil u l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, u għat-tisħiħ tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-kontribut lejn il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-iżgurar tal-effettività ta' ritorn u r-riammissjoni fil-pajjiżi terzi.

(c)  il-kontribut lejn il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari permezz tal-ftuħ ta' rotot ta' aċċess legali tal-migrazzjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-iżgurar tal-effettività u s-sostenibbiltà tar-ritorn u r-riammissjoni f'pajjiżi terzi kemm għal dawk li jiġu rimpatrijati kif ukoll għall-pajjiżi ta' oriġini.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

Test ippreżentat mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-kontribut lejn il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-iżgurar tal-effettività ta' ritorn u r-riammissjoni fil-pajjiżi terzi.

(c)  il-kontribut għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-iżgurar tal-effettività u s-sostenibbiltà tar-ritorn u r-riammissjoni fil-pajjiżi terzi kemm għall-persuni rimpatrijati u kemm għall-pajjiżi ta' oriġini.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  it-titjib tas-solidarjetà u tal-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari lejn dawk l-aktar milquta mill-flussi migratorji u tal-ażil, inkluż permezz tal-kooperazzjoni prattika.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Fond se jkun miftuħ għal pajjiżi terzi, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkun ikopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fil-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, sakemm il-ftehim:

Il-Fond għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi terzi li ma jiksrux id-drittijiet fundamentali tal-migranti għall-attivitajiet fil-qasam tal-migrazzjoni legali, tar-ritorn u tar-riammissjoni f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkun ikopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fil-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, li għandu jkun disponibbli għall-pubbliku, sakemm dak il-ftehim:

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  jagħmel dispożizzjoni għal mekkaniżmu ta' rimedju għall-individwi li jqisu li d-drittijiet fundamentali tagħhom ġew miksura.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet fir-rigward ta' pajjiżi terzi jittieħdu f'konformità ma' azzjonijiet oħra implimentati permezz ta' strumenti tal-Unjoni, jirrispettaw il-prinċipju ta' koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, jiffukaw fuq miżuri mhux orjentati lejn l-iżvilupp u jikkonformaw bis-sħiħ mad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt internazzjonali.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-faċilità tematika għandha b'mod partikolari tappoġġa l-azzjonijiet li jaqgħu taħt il-miżura ta' implimentazzjoni 2(b) tal-Anness II li huma implimentati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali jew mill-organizzazzjonijiet ċivili.

6.  Il-faċilità tematika għandha b'mod partikolari tappoġġa l-azzjonijiet li jaqgħu taħt il-miżura ta' implimentazzjoni 2(b) tal-Anness II li huma implimentati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali jew mill-organizzazzjonijiet ċivili, b'mod partikolari l-komunitajiet tad-dijaspori.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 13 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-prijoritajiet indirizzati fil-programm tiegħu huma konsistenti ma' u jwieġbu għall-prijoritajiet u l-isfidi tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-migrazzjoni u huma f'konformità sħiħa mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u li jaqblu mal-prijoritajiet tal-Unjoni. Fl-istabbiliment tal-prijoritajiet tal-programmi tagħhom l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta' implimentazzjoni stabbiliti fl-Anness II jiġu indirizzati b'mod adegwat.

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-prijoritajiet indirizzati fil-programm tiegħu huma konsistenti ma' u jwieġbu għall-prijoritajiet u l-isfidi tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, l-ażil u l-akkoljenza u li huma f'konformità sħiħa mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u li jaqblu mal-prijoritajiet tal-Unjoni. Fl-istabbiliment tal-prijoritajiet tal-programmi tagħhom l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta' implimentazzjoni stabbiliti fl-Anness II jiġu indirizzati b'mod adegwat.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta huma assoċjati mal-proċess tal-iżvilupp tal-programmi fi stadju bikri, fir-rigward tal-oqsma tal-kompetenza tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil dwar l-abbozzi ta' programmi biex tiġi żgurata konsistenza u kumplimentarjetà tal-azzjonijiet tal-aġenziji u dawk tal-Istati Membri.

2.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta huma assoċjati mal-proċess tal-iżvilupp tal-programmi fi stadju bikri, fir-rigward tal-oqsma tal-kompetenza tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil dwar l-abbozzi ta' programmi biex tiġi żgurata konsistenza u kumplimentarjetà tal-azzjonijiet tal-aġenziji u dawk tal-Istati Membri.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta huma assoċjati mal-proċess tal-iżvilupp tal-programmi fi stadju bikri, fir-rigward tal-oqsma tal-kompetenza tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil dwar l-abbozzi ta' programmi biex tiġi żgurata konsistenza u kumplimentarjetà tal-azzjonijiet tal-aġenziji u dawk tal-Istati Membri.

2.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta huma assoċjati mal-proċess tal-iżvilupp tal-programmi fi stadju bikri, fir-rigward tal-oqsma tal-kompetenza tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil dwar l-abbozzi ta' programmi biex tiġi żgurata konsistenza u kumplimentarjetà tal-azzjonijiet tal-aġenziji u dawk tal-Istati Membri.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni tista' tassoċja lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-kompiti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni kif imsemmi fit-Taqsima 5 fejn xieraq, b'mod partikolari biex jiġi żgurat li l-azzjonijiet implimentati bl-appoġġ tal-Fond huma konformi mal-acquis rileanti tal-Unjoni u li jaqblu mal-prijoritajiet tal-Unjoni .

3.  Il-Kummissjoni tista' tassoċja lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-kompiti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni kif imsemmi fit-Taqsima 5 fejn xieraq, b'mod partikolari biex jiġi żgurat li l-azzjonijiet implimentati bl-appoġġ tal-Fond huma konformi mal-acquis rileanti tal-Unjoni u li jaqblu mal-prijoritajiet tal-Unjoni.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Wara eżerċizzju ta' monitoraġġ kif imwettaq f'konformità mar-Regolament (UE) [ ../..] [ir-Regolament EUAA] jew l-adozzjoni ta' rakkomandazzjonijiet f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1053/2013 li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jeżamina, flimkien mal-Kummissjoni, u fejn ikun rilevanti mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, kif jiġu indirizzati l-konklużjonijiet, inklużi kwalunkwe nuqqasijiet jew kwistjonijiet ta' kapaċità u preparatezza, u għandu jeżamina r-rakkomandazzjonijiet permezz tal-programm tiegħu.

4.  Wara eżerċizzju ta' monitoraġġ kif imwettaq f'konformità mar-Regolament (UE) [ ../..] [ir-Regolament EUAA] jew l-adozzjoni ta' rakkomandazzjonijiet f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1053/2013 li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jeżamina, flimkien mal-Kummissjoni, u fejn ikun rilevanti mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, kif jiġu indirizzati l-konklużjonijiet, inklużi kwalunkwe nuqqasijiet jew kwistjonijiet ta' kapaċità u preparatezza, u għandu jeżamina r-rakkomandazzjonijiet permezz tal-programm tiegħu.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 18 − paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istat Membru li juża l-appoġġ operattiv għandu jikkonforma mal-acquis tal-Unjoni dwar l-ażil u r-ritorn.

3.  L-Istat Membru li juża l-appoġġ operattiv għandu jikkonforma mal-acquis tal-Unjoni dwar l-ażil u r-ritorn u d-drittijiet fundamentali.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 18 − paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri, fil-programm u fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 30, għandhom jiġġustifikaw l-użu tal-appoġġ operazzjonali biex jiksbu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Qabel l-approvazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni, flimkien mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta f'konfirmità mal-Artikolu 13 għandha tivvaluta s-sitwazzjoni tax-xenarju bażi fi Stati Membri li indikaw l-intenzjoni tagħhom li jużaw l-appoġġ operattiv. Il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u fejn ikun rilevanti, l-informazzjoni disponibbli fid-dawl tal-eżerċizzji ta' monitoraġġ, kif imwettqa skont ir-Regolament (UE) ../.. [ir-Regolament EUAA] u r-Regolament (UE) Nru 1053/2013, li huma fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

4.  L-Istati Membri, fil-programm u fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 30, għandhom jiġġustifikaw l-użu tal-appoġġ operazzjonali biex jiksbu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Qabel l-approvazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni, flimkien mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta f'konformità mal-Artikolu 13 għandha tivvaluta s-sitwazzjoni tax-xenarju bażi fi Stati Membri li indikaw l-intenzjoni tagħhom li jużaw l-appoġġ operattiv. Il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u fejn ikun rilevanti, l-informazzjoni disponibbli fid-dawl tal-eżerċizzji ta' monitoraġġ, kif imwettqa skont ir-Regolament (UE) ../.. [ir-Regolament EUAA] u r-Regolament (UE) Nru 1053/2013, li huma fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Pressjoni migratorja qawwija f'pajjiżi terzi, inkluż fejn persuni fil-bżonn ta' protezzjoni jistgħu jkunu maqbudin minħabba żviluppi jew kunflitti politiċi, l-aktar fejn jista' jagħti l-każ li jkollhom impatt fuq flussi migratorji lejn l-UE.

(c)  Pressjoni migratorja qawwija f'pajjiżi terzi, inkluż fejn persuni fil-bżonn ta' protezzjoni jistgħu jkunu maqbudin minħabba żviluppi jew kunflitti politiċi.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u evalwazzjoni retrospettiva ta' dan ir-Regolament, inklużi azzjonijiet implimentati taħt il-Fond.

1.  Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u evalwazzjoni retrospettiva ta' dan ir-Regolament, inklużi l-azzjonijiet implimentati taħt il-Fond, il-valutazzjoni tal-impatt tar-ritorni fuq il-pajjiżi terzi u r-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-migranti.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-evalwazzjonijiet ta' nofs it-terminu u dik retrospettiva għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

2.  L-evalwazzjonijiet ta' nofs it-terminu u dik retrospettiva għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u r-riżultat tal-evalwazzjoni għandu jinħareġ għall-pubbliku u jkun aċċessibbli.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)  kif ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-migranti jkun ġie garantit fl-implimentazzjoni tal-fond.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – punt b – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  30 % għall-ażil;

–  40 % għall-ażil;

Emenda    46

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – punt b – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  30 % għall-migrazzjoni legali u għall-integrazzjoni;

–  40% għall-migrazzjoni legali, għall-integrazzjoni u għall-inklużjoni;

Emenda    47

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – punt b – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  40% għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, inkluż ir-ritorn.

–  20% għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, inklużi r-ritorni.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Anness II – punt 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jissaħħu s-solidarjetà u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi affettwati mill-flussi migratorji, inkluż permezz tar-risistemazzjoni u ta' mezzi legali oħrajn għall-protezzjoni fl-Unjoni kif ukoll sħubija u kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi bl-għan li tiġi ġestita l-migrazzjoni.

(d)  jissaħħu s-solidarjetà, il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki ma' pajjiżi terzi affettwati mill-flussi migratorji, inkluż permezz tar-risistemazzjoni u ta' mezzi legali oħrajn għall-protezzjoni fl-Unjoni kif ukoll sħubija u kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi bl-għan li tiġi ġestita l-migrazzjoni.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Anness III – punt 3 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  il-promozzjoni tal-iskambji u d-djalogu bejn ċittadini ta' pajjiżi terzi, is-soċjetà riċeventi u l-awtoritajiet pubbliċi, inkluż permezz tal-konsultazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, u d-djalogu interkulturali u interreliġjuż.

(k)  il-promozzjoni tal-iskambji u d-djalogu, b'mod partikolari bl-għajnuna tal-komunitajiet tad-dijaspori, bejn ċittadini ta' pajjiżi terzi, is-soċjetà riċeventi u l-awtoritajiet pubbliċi, inkluż permezz tal-konsultazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, u d-djalogu interkulturali u interreliġjuż.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Anness III – punt 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-infrastruttura għall-akkoljenza jew id-detenzjoni, inkluża l-possibbiltà tal-użu konġunt ta' dawn il-faċilitajiet minn aktar minn Stat Membru wieħed;

(a)  l-infrastruttura għall-akkoljenza, inkluża l-possibbiltà tal-użu konġunt ta' dawn il-faċilitajiet minn aktar minn Stat Membru wieħed;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Anness III – punt 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-ġlieda kontra l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari, inkluż l-impjieg ta' migranti irregolari, permezz ta' spezzjonijiet effettivi u xierqa msejsa fuq il-valutazzjoni tar-riskju, it-taħriġ tal-persunal, it-twaqqif u l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi li permezz tagħhom il-migranti irregolari jistgħu jitolbu ħlas b'lura u jressqu lmenti kontra l-impjegaturi tagħhom, jew kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni biex l-impjegaturi u l-migranti irregolari jiġu infurmati dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont id-Direttiva 2009/52/KE8;

(d)  il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, inkluż l-impjieg ta' migranti irregolari, permezz ta' spezzjonijiet effettivi u xierqa msejsa fuq il-valutazzjoni tar-riskju, it-taħriġ tal-persunal, it-twaqqif u l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi li permezz tagħhom il-migranti irregolari jistgħu jitolbu ħlas b'lura u jressqu lmenti kontra l-impjegaturi tagħhom, jew kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni biex l-impjegaturi u l-migranti irregolari jiġu infurmati dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont id-Direttiva 2009/52/KE8;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Anness III – punt 4 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  valutazzjoni tas-sitwazzjoni u tal-istabbiltà tal-pajjiżi ta' oriġini, u tal-kapaċità ta' assorbiment fil-livell lokali;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Anness III – punt 4 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-preparazzjoni tar-ritorn, inklużi miżuri li jwasslu għall-ħruġ ta' deċiżjonijiet ta' ritorn, l-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, il-ħruġ ta' dokumenti tal-ivvjaġġar u t-traċċar tal-familji;

(e)  it-tħejjija tar-ritorn, inklużi miżuri li jwasslu għall-ħruġ ta' deċiżjonijiet ta' ritorn, l-identifikazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi , il-ħruġ ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, it-traċċar tal-familji, l-għażla li dak li jkun jingħata taħriġ vokazzjonali fl-Ewropa sabiex titrawwem l-integrazzjoni mill-ġdid fil-pajjiż ta' oriġini;

Emenda    54

Proposta għal regolament

Anness III – punt 4 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  l-operazzjonijiet ta' espulsjoni, inklużi miżuri relatati, f'konformità mal-istandards stipulati fid-dritt tal-UE, bl-eċċezzjoni tat-tagħmir koersiv;

(h)  l-operazzjonijiet ta' espulsjoni, inklużi miżuri relatati, b'rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem u f'konformità mal-istandards stipulati fid-dritt tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tat-tagħmir koersiv;

Emenda    55

Proposta għal regolament

Anness III – punt 4 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  il-miżuri biex jiġu appoġġati r-ritorn u r-riintegrazzjoni durabbli tal-persuna rimpatrijata;

(i)  il-miżuri biex jiġu appoġġati, b'approċċ fit-tul, ir-ritorn u r-riintegrazzjoni durabbli tal-persuna rimpatrijata, inklużi attivitajiet ta' żvilupp ta' ħiliet;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Anness III – punt 4 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  il-faċilitajiet u s-servizzi f'pajjiżi terzi li jiżguraw akkomodazzjoni temporanja u akkoljenza xierqa mal-wasla, inkluż għal minorenni mhux akkumpanjati u gruppi vulnerabbli oħra f'konformità mal-istandards internazzjonali;

(j)  l-appoġġ lill-pajjiżi terzi biex jiżguraw akkomodazzjoni temporanja u akkoljenza xierqa mal-wasla f'konformità mal-istandards internazzjonali;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Anness III – punt 4 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fuq il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u fuq ir-ritorn effettiv u r-riammissjoni, inkluż fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' riammissjoni u arranġamenti oħra;

imħassar

Emenda    58

Proposta għal regolament

Anness III – punt 4 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m)  l-appoġġ u l-azzjonijiet f'pajjiżi terzi, inkluż dwar l-infrastruttura, it-tagħmir u miżuri oħra, dment li dawn jikkontribwixxu għat-titjib ta' kooperazzjoni effettiva bejn pajjiżi terzi u l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha dwar ir-ritorn u r-riammissjoni.

(m)  l-appoġġ u l-azzjonijiet fil-pajjiżi terzi, dment li dawn jikkontribwixxu għat-tisħiħ ta' kooperazzjoni effettiva bejn il-pajjiżi terzi u l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha dwar ir-ritorn u r-riammissjoni.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Anness IV – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Miżuri ta' integrazzjoni implimentati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

–  Miżuri ta' integrazzjoni implimentati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-komunitajiet tad-dijaspori;

Emenda    60

Proposta għal regolament

Anness V – parti 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għan speċifiku 2:  l-appoġġ għall-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri inkluż għall-kontrobuzzjoni tal-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi;

imħassar

1. L-għadd ta' persuni li pparteċipaw f'miżuri ta' qabel it-tluq appoġġati mill-Fond.

 

2. L-għadd ta' persuni li pparteċipaw f'miżuri ta' integrazzjoni appoġġati mill-Fond li rrappurtaw li l-miżuri kienu ta' benefiċċju għall-integrazzjoni bikrija tagħhom meta mqabbel mal-għadd totali ta' persuni li pparteċipaw f'miżuri ta' integrazzjoni appoġġati mill-Fond.

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-Fond għall-Asil u l-Migrazzjoni

Referenzi

COM(2018)0471 – C8-0271/2018 – 2018/0248(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

2.7.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

2.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Elly Schlein

18.7.2018

Eżami fil-kumitat

29.8.2018

8.10.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

13.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Ignazio Corrao, Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Maria Heubuch, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Linda McAvan, Norbert Neuser, Maurice Ponga, Jean-Luc Schaffhauser, Elly Schlein, Bogusław Sonik, Eleni Theocharous, Mirja Vehkaperä, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Frank Engel, Ádám Kósa

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

15

+

ALDE

Mirja Vehkaperä

ECR

Eleni Theocharous

EFDD

Ignazio Corrao

PPE

Frank Engel, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Maurice Ponga, Bogusław Sonik, Joachim Zeller

S&D

Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Linda McAvan, Norbert Neuser, Elly Schlein

VERTS/ALE

Maria Heubuch, Tilly Metz

3

-

ENF

Jean-Luc Schaffhauser

GUE/NGL

Miguel Urbán Crespo

PPE

Ádám Kósa

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (21.11.2018)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil

(COM(2018)0471 – C8-0271/2018 – 2018/0248(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Karine Gloanec Maurin

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-objettiv ġenerali tal-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil, bħal dak tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, huwa li jipprovdi appoġġ finanzjarju u tekniku lill-Istati Membri bil-għan li jibnu ġestjoni sostenibbli tal-isfidi relatati mal-ażil, il-migrazzjoni u l-fruntieri esterni.

L-Artikolu 80 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiddikjara preċiżament li l-politiki komuni huma bbażati fuq il-prinċipju doppju tas-solidarjetà u d-distribuzzjoni ġusta tar-responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri.

Il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil, li għandu l-għan li jimplimenta dan l-approċċ komprensiv, irid jiġi ffinanzjat permezz ta' allokazzjoni sostanzjali matul il-perjodu 2021-2027, sabiex jiġi ffaċilitat il-varar tiegħu b'mod ġust, effikaċi u diliġenti.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Title

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil

li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni, l-Ażil u l-Integrazzjoni

Ġustifikazzjoni

Emenda orizzontali li tapplika għat-test kollu. L-integrazzjoni hija parti essenzjali mill-Fond u għandha tiġi riflessa wkoll fl-isem.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li l-Fond isostni l-ġestjoni effiċjenti tal-flussi ta' migrazzjoni billi, fost affarijiet oħra, jippromwovi miżuri komuni fil-qasam tal-ażil, inklużi l-isforzi tal-Istati Membri fl-akkoljenza ta' persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali permezz tar-risistemazzjoni u t-trasferiment ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, jew il-benefiċjarji tagħha, bejn l-Istati Membri, u li tappoġġa strateġiji ta' integrazzjoni kif ukoll politika aktar effettiva dwar il-migrazzjoni legali biex tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul tal-Unjoni u l-futur tal-mudell soċjali tagħha u jitnaqqsu l-inċentivi għal migrazzjoni irregolari permezz ta' politika sostenibbli ta' ritorn u ta' riammissjoni. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa t-tisħiħ ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi biex isaħħaħ il-ġestjoni ta' flussi ta' persuni li japplikaw għall-ażil u forom oħra ta' protezzjoni internazzjonali, rimedji għal migrazzjoni legali u biex tiġi miġġielda l-migrazzjoni illegali u tiġi żgurata sostenibbiltà ta' ritorn u riammissjoni effettiva lejn pajjiżi terzi.

(7)  Jenħtieġ li l-Fond isostni l-ġestjoni effiċjenti tal-flussi ta' migrazzjoni billi, fost affarijiet oħra, jippromwovi miżuri komuni fil-qasam tal-ażil, inklużi l-isforzi tal-Istati Membri fl-akkoljenza ta' persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali permezz tar-risistemazzjoni u t-trasferiment ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, jew il-benefiċjarji tagħha, bejn l-Istati Membri, u li tappoġġa strateġiji ta' integrazzjoni kif ukoll politika aktar effettiva dwar il-migrazzjoni legali biex tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul tal-Unjoni u l-futur tal-mudell soċjali tagħha u jitnaqqsu l-inċentivi għal migrazzjoni irregolari permezz ta' politika sostenibbli ta' ritorn u ta' riammissjoni. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa t-tisħiħ ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi biex isaħħaħ il-ġestjoni ta' flussi ta' persuni li japplikaw għall-ażil u forom oħra ta' protezzjoni internazzjonali, rimedji għal migrazzjoni legali u biex tiġi miġġielda l-migrazzjoni illegali u tiġi żgurata sostenibbiltà ta' ritorn u riammissjoni effettiva lejn pajjiżi terzi kemm f'każijiet volontarji kif ukoll f'dawk furzati.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Filwaqt li jiġi meqjus ir-rwol kruċjali li għandhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-qasam ta' integrazzjoni u biex jiġi ffaċilitat l-aċċess ta' dawn l-entitajiet għall-finanzjament fil-livell tal-Unjoni, il-Fond jenħtieġ li jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet fil-qasam ta' integrazzjoni mill-awtoritajiet lokali u reġjonali jew mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż permezz tal-użu tal-faċilità tematika u permezz ta' rata ta' kofinanzjament ogħla għal dawn l-azzjonijiet.

(17)  Filwaqt li jiġi meqjus ir-rwol kruċjali li għandhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-qasam tal-integrazzjoni u biex jiġi mtejjeb u mħaffef l-aċċess ta' dawn l-entitajiet għall-finanzjament fil-livell tal-Unjoni, il-Fond jenħtieġ li jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet fil-qasam ta' integrazzjoni mill-awtoritajiet lokali u reġjonali jew mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż permezz tal-użu tal-faċilità tematika u permezz ta' rata ta' kofinanzjament ogħla għal dawn l-azzjonijiet.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Politika effiċjenti dwar ir-ritorn hija parti integrali tal-approċċ komprensiv tal-migrazzjoni li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jsegwu. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa u jinkoraġġixxi l-isforzi mill-Istati Membri bil-ħsieb ta' implimentazzjoni effettiva u żvilupp ulterjuri ta' standards komuni dwar ir-ritorn, b'mod partikolari kif stabbilit fid-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15, u ta' approċċ integrat u koordinat għall-ġestjoni tar-ritorn. Għal politiki ta' ritorn sostenibbli, il-Fond jenħtieġ ukoll li jappoġġa miżuri relatati f'pajjiżi terzi, bħalma huma r-riintegrazzjoni ta' persuni rimpatrijati.

(20)  Politika effiċjenti dwar ir-ritorn hija parti integrali tal-approċċ komprensiv tal-migrazzjoni li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jsegwu. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa u jinkoraġġixxi l-isforzi mill-Istati Membri bil-ħsieb ta' implimentazzjoni effettiva u żvilupp ulterjuri ta' standards komuni dwar ir-ritorn, b'mod partikolari kif stabbilit fid-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15, u ta' approċċ integrat u koordinat għall-ġestjoni tar-ritorn. Għal politiki ta' ritorn sostenibbli, kemm f'każijiet volontarji u wkoll f'dawk furzati, il-Fond jenħtieġ ukoll li jappoġġa miżuri relatati f'pajjiżi terzi, bħalma huma r-riintegrazzjoni ta' persuni rimpatrijati.

_________________

_________________

15 Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

15 Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Madankollu, ir-ritorni volontarji u infurzati huma interkonnessi, b'effett ta' rinfurzar reċiproku u, għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa biex isaħħu l-kumplimentaritajiet bejn dawn iż-żewġ forom ta' ritorn. Il-possibbiltà ta' tneħħijiet hija element importanti li jikkontribwixxi għall-integrità tas-sistemi tal-ażil u tal-migrazzjoni legali. Jenħtieġ għalhekk li l-Fond jappoġġa l-azzjonijiet ta' appoġġ tal-Istati Membri li jiffaċilitaw u jwettqu tneħħijiet f'konformità mal-istandards stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, fejn ikun applikabbli, u b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u d-dinjità tal-persuni rimpatrijati.

(22)  Madankollu, ir-ritorni volontarji u infurzati huma interkonnessi, b'effett ta' rinfurzar reċiproku u, għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa biex isaħħu l-komplementarjetajiet bejn dawn iż-żewġ forom ta' ritorn. Il-possibbiltà ta' tneħħijiet hija element importanti li jikkontribwixxi għall-integrità tas-sistemi tal-ażil u tal-migrazzjoni legali. Jenħtieġ għalhekk li l-Fond jappoġġa l-azzjonijiet ta' appoġġ tal-Istati Membri li jiffaċilitaw u jwettqu tneħħijiet u r-ritorni furzati f'konformità mal-istandards stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, fejn ikun applikabbli, u b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u d-dinjità tal-persuni rimpatrijati.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Minbarra l-appoġġ għar-ritorn ta' persuni kif previst f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Fond jappoġġa wkoll miżuri oħra biex tiġi miġġielda l-migrazzjoni illegali, jiġu indirizzati l-inċentivi għall-migrazzjoni illegali jew l-evitar ta' regoli eżistenti dwar l-immigrazzjoni legali, biex b'hekk tiġi salvagwardata l-integrità tas-sistemi tal-immigrazzjoni tal-Istati Membri.

(25)  Minbarra l-appoġġ għar-ritorn ta' persuni kif previst f'dan ir-Regolament, kemm f'każijiet volontarji kif ukoll f'dawk furzati, jenħtieġ li l-Fond jappoġġa wkoll miżuri oħra biex tiġi miġġielda l-migrazzjoni illegali, jiġu indirizzati l-inċentivi għall-migrazzjoni illegali jew l-evitar ta' regoli eżistenti dwar l-immigrazzjoni legali, biex b'hekk tiġi salvagwardata l-integrità tas-sistemi tal-immigrazzjoni tal-Istati Membri.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Jenħtieġ li l-Fond jirrifletti l-ħtieġa għal żieda fil-flessibiltà u s-simplifikazzjoni filwaqt li jirrispetta r-rekwiżiti f'termini ta' prevedibbiltà, u filwaqt li jiżgura distribuzzjoni ġusta u trasparenti ta' riżorsi sabiex jiġu ssodisfati l-objettivi ta' politika u l-objettivi speċifiċi stipulati f'dan ir-Regolament.

(33)  Jenħtieġ li l-Fond jirrifletti l-ħtieġa għal żieda fit-trasparenza, fil-flessibbiltà u s-simplifikazzjoni filwaqt li jirrispetta r-rekwiżiti f'termini ta' prevedibbiltà, u filwaqt li jiżgura distribuzzjoni ġusta u trasparenti ta' riżorsi sabiex jiġu ssodisfati l-objettivi ta' politika u l-objettivi speċifiċi stipulati f'dan ir-Regolament.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Jenħtieġ li l-Fond jikkontribwixxi għall-appoġġ tal-ispejjeż operattivi relatati mal-ażil u mar-ritorn u jippermetti li l-Istati Membri jżommu kapaċitajiet li huma kruċjali għal dak is-servizz għall-Unjoni fl-intier tagħha. It-tali appoġġ jikkonsisti minn rimborż sħiħ ta' spejjeż speċifiċi relatati mal-objettivi skont il-Fond u jenħtieġ li jifforma parti integrali mill-programmi tal-Istati Membri.

(40)  Jenħtieġ li l-Fond jikkontribwixxi għall-appoġġ tal-ispejjeż operattivi relatati mal-ażil u mar-ritorn, kemm volontarji kif ukoll furzati, u jippermetti li l-Istati Membri jżommu kapaċitajiet li huma kruċjali għal dak is-servizz għall-Unjoni fl-intier tagħha. It-tali appoġġ jikkonsisti minn rimborż sħiħ ta' spejjeż speċifiċi relatati mal-objettivi skont il-Fond u jenħtieġ li jifforma parti integrali mill-programmi tal-Istati Membri.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55)  Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Fond se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjonijiet klimatiċi u għall-kisba ta' mira kumplessiva ta' 25 % ta' nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġa l-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Fond, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti.

(55)  Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Fond se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjonijiet klimatiċi u biex tinkiseb mira kumplessiva ta' 25 % ta' nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġa l-objettivi tal-klima matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Fond, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(57)  Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29. Il-proċedura ta' eżami jenħtieġ li tintuża għal atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-obbligi komuni fuq l-Istati Membri, partikolarment dwar il-provvediment ta' informazzjoni lill-Kummissjoni, u l-proċedura konsultattiva jenħtieġ li tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni marbuta mal-formoli mudell għall-provvediment ta' informazzjoni lill-Kummissjoni, fil-qafas tal-programmar u r-rappurtar, fid-dawl tan-natura purament teknika tagħhom.

(57)  Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. L-atti delegati mressqa mill-Kummissjoni jridu jippermettu trasparenza sħiħa fil-konfront tal-Kunsill u tal-Parlament dwar l-infiq ta' fondi Ewropej. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29. Il-proċedura ta' eżami jenħtieġ li tintuża għal atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-obbligi komuni fuq l-Istati Membri, partikolarment dwar il-provvediment ta' informazzjoni lill-Kummissjoni, u l-proċedura konsultattiva jenħtieġ li tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni marbuta mal-formoli mudell għall-provvediment ta' informazzjoni lill-Kummissjoni, fil-qafas tal-programmar u r-rappurtar, fid-dawl tan-natura purament teknika tagħhom.

_________________

_________________

29 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

29 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-kontribut lejn il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-iżgurar tal-effettività ta' ritorn u r-riammissjoni fil-pajjiżi terzi.

(c)  il-kontribut lejn il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-iżgurar tal-effettività ta' ritorn u r-riammissjoni fil-pajjiżi terzi, kemm f'każijiet volontarji kif ukoll f'dawk furzati.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Fond għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 10 415 000 000 fi prezzijiet attwali.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Fond għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 9 204 957 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 10 415 000 000 fi prezzijiet attwali).

Emenda 13

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  EUR 6 249 000 000 għandhom jiġu allokati għall-programmi implimentati b'ġestjoni kondiviża;;

(a)  EUR 5 522 974 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 6 249 000 000  fi prezzijiet attwali) għandhom jiġu allokati għall-programmi implimentati b'ġestjoni kondiviża;

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  EUR 4 166 000 000 għandhom jiġu allokati għall-faċilità tematika.

(b)  EUR 3 681 982 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 4 166 000 000 fi prezzijiet attwali) għandhom jiġu allokati għall-faċilità tematika.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni ma tistax taqbeż il-75 % tat-total tan-nefqa eliġibbli ta' proġett.

1.  Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni ma tistax taqbeż it-80 % tat-total tan-nefqa eliġibbli ta' proġett. L-Istati Membri huma mħeġġa li jipprovdu fondi korrispondenti għall-attivitajiet appoġġati mill-fond.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli ta' kull programm tal-Unjoni kontribwenti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkolat fuq bażi prorata b'konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.

1.  Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Il-programmi proposti mill-Kummissjoni għandhom jinteraġixxu u jikkomplementaw lil xulxin u jkunu mfassla bil-livell meħtieġ ta' trasparenza sabiex tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni. Ir-regoli ta' kull programm tal-Unjoni kontribwenti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkolat fuq bażi prorata b'konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sal-15 ta' Frar 2023 u sal-istess data ta' kull sena sussegwenti sa u inkluża l-2031, l-Istati Membru għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 36(6) tar-Regolament (UE) …/2021 [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni]. Ir-rapport ippreżentat fl-2023 għandu jkopri l-implimentazzjoni tal-programm fil-perjodu sat-30 ta' Ġunju 2022.

1.  Sal-15 ta' Frar 2023 u sal-istess data ta' kull sena sussegwenti sa u inkluża l-2031, l-Istati Membru għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 36(6) tar-Regolament (UE) …/2021 [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni]. Ir-rapport ippreżentat fl-2023 għandu jkopri l-implimentazzjoni tal-programm fil-perjodu sat-30 ta' Ġunju 2022. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw dawn ir-rapporti fuq is-sit web iddedikat tal-Awtorità Maniġerjali kif stipulat fl-Artikolu 44 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapporti ta' prestazzjoni annwali fuq il-paġna web iddedikata.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew dwar l-użu ta' fondi jew in-nuqqas tal-użu tagħhom, dwar is-suċċessi jew il-fallimenti u dwar il-valur miżjud Ewropew tal-miżuri ffinanzjati.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – punt b – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  40% għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, inkluż ir-ritorn.

–  40 % għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, inkluż ir-ritorn, kemm volontarju kif ukoll furzat.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Anness I – punt 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-kriterji li ġejjin fil-qasam tal-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari inklużi r-ritorni se jiġu kkunsidrati u għandhom jingħataw il-piż li ġej:

4.  Il-kriterji li ġejjin fil-qasam tal-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari inklużi r-ritorni kemm volontarji kif ukoll furzati, se jiġu kkunsidrati u għandhom jingħataw il-piż li ġej:

Emenda    21

Proposta għal regolament

Anness III – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  it-twaqqif u l-iżvilupp ta' strateġiji nazzjonali fil-qasam tal-ażil, il-migrazzjoni legali, l-integrazzjoni, ir-ritorn u l-migrazzjoni irregolari;

(a)  it-twaqqif u l-iżvilupp ta' strateġiji nazzjonali fil-qasam tal-ażil, il-migrazzjoni legali, l-integrazzjoni, ir-ritorn volontarju u furzat, u l-migrazzjoni irregolari;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Anness III – punt 4 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-preparazzjoni tar-ritorn, inklużi miżuri li jwasslu għall-ħruġ ta' deċiżjonijiet ta' ritorn, l-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, il-ħruġ ta' dokumenti tal-ivvjaġġar u t-traċċar tal-familji;

(e)  il-preparazzjoni tar-ritorn volontarju jew furzat, inklużi miżuri li jwasslu għall-ħruġ ta' deċiżjonijiet ta' ritorn, l-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, il-ħruġ ta' dokumenti tal-ivvjaġġar u t-traċċar tal-familji;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Anness III – punt 4 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fuq il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u fuq ir-ritorn effettiv u r-riammissjoni, inkluż fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' riammissjoni u arranġamenti oħra;

(k)  il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fuq il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u fuq ir-ritorn effettiv u r-riammissjoni, kemm f'każijiet volontarji kif ukoll f'dawk furzati, inkluż fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' riammissjoni u arranġamenti oħra;

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Title

L-istabbiliment tal-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil

Referenzi

COM(2018)0471 – C8-0271/2018 – 2018/0248(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

2.7.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

2.7.2018

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Karine Gloanec Maurin

28.6.2018

Eżami fil-kumitat

24.9.2018

25.9.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

21.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Urmas Paet, Răzvan Popa, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Inese Vaidere, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karine Gloanec Maurin, Tomáš Zdechovský

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

25

+

ALDE

Jean Arthuis, Gérard Deprez, Urmas Paet

PPE

Richard Ashworth, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Monika Hohlmeier, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Inese Vaidere, Tomáš Zdechovský

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Vladimír Maňka, Răzvan Popa, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Manuel dos Santos

VERTS/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand

5

-

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bernd Kölmel

ENF

André Elissen, Stanisław Żółtek

NI

Eleftherios Synadinos

0

0

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment tal-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil

Referenzi

COM(2018)0471 – C8-0271/2018 – 2018/0248(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.6.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

2.7.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

2.7.2018

DEVE

2.7.2018

BUDG

2.7.2018

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Miriam Dalli

9.7.2018

 

 

 

Bażi legali kkontestata

       Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

18.2.2019

 

 

 

Eżami fil-kumitat

27.11.2018

19.2.2019

 

 

Data tal-adozzjoni

19.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

23

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Romeo Franz, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Barbara Kudrycka, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Judith Sargentini, Giancarlo Scottà, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Pál Csáky, Miriam Dalli, Gérard Deprez, Anna Hedh, Marek Jurek, Ska Keller, Jeroen Lenaers, Innocenzo Leontini, Nuno Melo, Emilian Pavel, Morten Helveg Petersen, Emil Radev, Barbara Spinelli, Jaromír Štětina

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Evi, Iris Hoffmann, Sabine Lösing, Rainer Wieland

Data tat-tressiq

27.2.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

31

+

ALDE

Gérard Deprez, Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Morten Helveg Petersen, Cecilia Wikström

EFDD

Eleonora Evi, Laura Ferrara

GUE/NGL

Malin Björk, Sabine Lösing, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

PPE

Roberta Metsola

S&D

Caterina Chinnici, Miriam Dalli, Tanja Fajon, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Iris Hoffmann, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Emilian Pavel, Birgit Sippel, Sergei Stanishev, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Romeo Franz, Ska Keller, Judith Sargentini, Bodil Valero

23

-

ECR

Marek Jurek, Innocenzo Leontini, Monica Macovei, Branislav Škripek, Helga Stevens, Kristina Winberg

ENF

Giancarlo Scottà, Auke Zijlstra

PPE

Asim Ademov, Michał Boni, Pál Csáky, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Nuno Melo, Emil Radev, Csaba Sógor, Jaromír Štětina, Traian Ungureanu, Rainer Wieland, Tomáš Zdechovský

1

0

PPE

Carlos Coelho

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Marzu 2019Avviż legali