Proċedura : 2018/2205(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0113/2019

Testi mressqa :

A8-0113/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.14

Testi adottati :

P8_TA(2019)0255

RAPPORT     
PDF 191kWORD 59k
28.2.2019
PE 626.783v02-00 A8-0113/2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2205(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Petri Sarvamaa

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2205(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0095/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0113/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2205(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0095/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0113/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2205(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0113/2019),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa tagħha(13), il-baġit finali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2017 kien jammonta għal EUR 13 272 160, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 16,38 % meta mqabbel mal-2016, li huwa prinċipalment dovut għat-tnaqqis fid-dħul relatat mar-Regolament dwar l-Integrità u t-Trasparenza tas-Swieq tal-Enerġija bl-Ingrossa (REMIT); billi l-baġit kollu tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 98,72 %, li tfisser li l-Aġenzija laħqet il-mira ppjanata tagħha kif ukoll żieda ta' 0,61 % meta mqabbla mal-2016; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 75,81 %, li tfisser żieda ta' 15,87 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Kanċellazzjoni tar-riporti

2.  Jinnota li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 kienu jammontaw għal EUR 122 606,52, ċifra li tirrappreżenta 2,03 % tal-ammont totali riportat u li turi tnaqqis notevoli ta' 7,77 % meta mqabbla mal-2016;

Prestazzjoni

3.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tuża ċerti miżuri bħala Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha , b'mod partikolari biex jiġi stmat l-impatt tal-kodiċijiet tan-netwerk u tal-linji gwida, u biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha ;

4.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija b’mod ġenerali wettqet il-Programm ta’ Ħidma tagħha minkejja sfidi sinifikanti relatati mar-riżorsi disponibbli;

5.  Jinnota b'apprezzament li l-Aġenzija rnexxielha timplimenta r-regolament dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa u li l-2017 kienet l-ewwel sena sħiħa ta' ġbir ta' data wara l-implimentazzjoni essenzjali ta' dan ir-regolament fl-2016; jinnota wkoll li fl-2017 l-Aġenzija laħqet stadju kritiku bl-adozzjoni tal-Kodiċijiet tan-Netwerk u l-Linji Gwida kollha fl-elettriku u l-gass u hija biddlet il-fokus tagħha fuq l-akkumpanjament u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida li diġà ġew adottati;

6.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija esternalizzat is-servizzi ta' kontabilità lill-Kummissjoni u tikkondividi r-riżorsi ma' Aġenziji oħra fl-oqsma tal-ġestjoni tar-Riżorsi Umani, il-ġestjoni tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni, il-baġit u l-finanzi, l-akkwist u l-ġestjoni tal-faċilitajiet;

Politika dwar il-persunal

7.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet mimlija sa 92,65 %, bil-ħatra ta' 63 aġent temporanju minn 68 aġent temporanju li kienu awtorizzati taħt il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel mad-69 post awtorizzat fl-2016); jinnota li barra minn hekk 21 aġent kuntrattwali u tliet esperti nazzjonali sekondati kienu qed jaħdmu għall-Aġenzija fl-2017;

8.  Jinnota bi tħassib li r-riżorsi umani u l-limitazzjonijiet baġitarji fl-Aġenzija fl-2017 ħolqu riskji ta’ dewmien, kif ukoll ħtieġa ta’ prijoritizzazzjoni mill-ġdid tal-objettivi u ta’ tnaqqis tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ xi rapporti u opinjonijiet; iqis li kwalunkwe tisħiħ tal-kompiti u r-rwol tal-Aġenzija jirrikjedi żieda korrispondenti fir-riżorsi u l-persunal tagħha;

9.  Jiddispjaċih dwar l-iżbilanċ bejn is-sessi fost il-membri tal-maniġment superjuri tal-Aġenzija, fejn 5 minn 6 membri huma rġiel u mara waħda biss; jitlob lill-Aġenzija tieħu miżuri li jiżguraw bilanċ aħjar bejn is-sessi fil-maniġment superjuri tagħha;

10.  Jinnota li l-Aġenzija adottat il-mudell tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-politika għall-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jirrikonoxxi li l-Aġenzija organizzat sessjonijiet ta' taħriġ u ppermettiet konsulenza kunfidenzjali;

11.  Jilqa' s-suġġeriment tal-Qorti li jiġu ppubblikati l-avviżi ta' postijiet battala fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) ukoll sabiex tiżdied il-pubbliċità; jieħu nota tat-tweġiba tal-Aġenzija li erbgħa mid-disa' avviżi ta' postijiet battala diġà ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-EPSO; jifhem it-tħassib tal-Aġenzija f'dak li jikkonċerna l-ispejjeż tat-traduzzjoni;

Akkwist

12.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, sa tmiem l-2017, l-Aġenzija ma kienet qed tuża l-ebda għodda mnedija mill-Kummissjoni bil-għan li tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist (akkwist elettroniku); jistieden lill-Aġenzija tintroduċi l-għodod kollha meħtieġa biex jiġu ġestiti proċeduri ta' akkwist u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress imwettaq f'dan il-qasam;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

13.  Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota r-riżenja ta' membru tal-Bord tal-Amministrazzjoni f'Ottubru 2017, li fil-konfront tiegħu kien ġie identifikat kunflitt ta' interess potenzjali;

14.  Jilqa' l-passi ulterjuri meħuda sabiex tittejjeb it-trasparenza tal-attivitajiet tal-Aġenzija billi jiġu rrappurtati l-laqgħat li l-persunal tal-Aġenzija jkollu mal-partijiet interessati esterni, jiġifieri, il-laqgħa tad-Direttur mal-lobbyists, u d-disponibbiltà tagħhom fuq is-sit web tal-Aġenzija minn Jannar 2018;

Kontrolli interni

15.  Jinnota li fl-2017 saret valutazzjoni tal-effikaċja ta' sittax-il standard ta' kontroll intern tal-Aġenzija; jinnota b'apprezzament il-fatt li ma nstabet l-ebda dgħufija sinifikanti jew materjali fl-istandards ta' kontroll intern tal-Aġenzija fl-2017;

16.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li d-data ta' riżerva dwar ir-REMIT tinħażen fl-istess post bħad-data oriġinali, li tikkawża riskju konsiderevoli għall-kontinwità tal-operat f'każ ta' diżastri kbar; Jieħu nota tat-tweġiba tal-Aġenzija li l-istabbiliment mill-ġdid tas-sit ta' rkupru minn diżastru jkun jeħtieġ riżorsi finanzjarji addizzjonali;

17.  Jinnota li s-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq valutazzjoni tar-riskju sħiħa, inkluż fir-rigward tal-IT, fl-2016 bir-riżultat ta' pjan ta' awditjar strateġiku ġdid għall-Aġenzija għall-perjodu mill-2017 sal-2019 u fformula s-suġġetti tal-awditjar għall-perjodu ta' ppjanar li jmiss; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f'din il-kwistjoni;

18.  Josserva li l-IAS wettaq awditu fuq il-funzjoni tal-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani tal-Aġenzija; jinnota bi tħassib li rakkomandazzjoni kritika indikat in-nuqqas ta' gwida stabbilita għar-rappurtar u t-trattament ta' każijiet ta' frodi potenzjali u l-eżitu tagħhom fil-qasam tar-reklutaġġ tal-persunal; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-Awtorità ta' Kwittanza dwar miżuri meħuda biex jimmitigaw dak ir-riskju;

Kummenti oħra

19.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li fl-2017 l-Aġenzija ma wettqitx analiżi komprensiva tal-impatt li l-Brexit jista' jkollu fuq l-organizzazzjoni, l-operazzjonijiet u l-kontijiet tagħha. jinnota, madankollu, mit-tweġiba tal-Aġenzija li hija wettqet tali analiżi fl-2018; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-impatt tal-Brexit u l-azzjonijiet meħtieġa;

o

o o

20.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2019(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Marian-Jean Marinescu, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

1

-

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 33.

(2)

ĠU C 434, 30.11.2018, p.  33.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(5)

ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 33.

(8)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 33.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(11)

ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

ĠU C 84/42, 17.03.2017, p. 202.

(14)

Texts adopted, P8_TA-PROV(2019)0000.

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Marzu 2019Avviż legali