Proċedura : 2018/0250(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0115/2019

Testi mressqa :

A8-0115/2019

Dibattiti :

PV 12/03/2019 - 28
CRE 12/03/2019 - 28

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2019 - 11.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0177

<Date>{28/02/2019}28.2.2019</Date>
<NoDocSe>A8-0115/2019</NoDocSe>
PDF 403kWORD 134k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>     <RefProcLect>***I</RefProcLect>

<Titre>dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna</Titre>

<DocRef>(COM(2018)0472 – C8-0267/2018 – 2018/0250(COD))</DocRef>


<Commission>{LIBE}Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern</Commission>

Rapporteur: <Depute>Monika Hohlmeier</Depute>

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna

(COM(2018)0472 – C8-0267/2018 – 2018/0250(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0472),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 82(1), l-Artikolu 84 u l-Artikolu 87(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0267/2018),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0115/2019),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


<RepeatBlock-Amend><Amend>Emenda  <NumAm>1</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Jiġi żgurat li s-sigurtà interna, li hija kompetenza ta' l-Istati Membri, tkun sforz kondiviż li l-istituzzjonijiet tal-UE, l-aġenziji relevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jikkontribwixxu b'mod konġunt. Fil-perjodu mill-2015 sal-2020 il-Kummissjoni, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew iddefinixxew il-prijoritajiet komuni kif stabbiliti fl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà ta' April 201510, li ġew affermati mill-ġdid mill-Kunsill fl-Istrateġija ta' Sigurtà Interna li ġġeddet f'Ġunju 201511 u mill-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta' Lulju 201512. Din l-istrateġija kondiviża kellha l-għan li tipprovdi l-qafas strateġiku għall-ħidma fil-livell ta' Unjoni fil-qasam tas-sigurtà interna, u ddefinixxiet l-prijoritajiet ewlenin għall-azzjoni, biex tiżgura rispons effettiv tal-Unjoni għat-theddid tas-sigurtà matul l-2015-2020, jiġifieri billi tiġġieled it-terroriżmu u tipprevjeni r-radikalizzazzjoni, tisfratta l-kriminalità organizzata u tiġġieled iċ-ċiberkriminalità.

(1) Filwaqt li s-sigurtà nazzjonali tibqa' kompetenza esklużiva tal-Istati Membri, il-protezzjoni tagħha tirrikjedi kooperazzjoni u koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Is-sigurtà interna hija impenn konġunt fejn jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-UE, l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri, bl-għajnuna tas-settur privat u tas-soċjetà ċivili, jikkontribwixxu b'mod konġunt. Fil-perjodu mill-2015 sal-2020 il-Kummissjoni, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew iddefinixxew il-prijoritajiet komuni kif stabbiliti fl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà ta' April 201510, li ġew affermati mill-ġdid mill-Kunsill fl-Istrateġija ta' Sigurtà Interna li ġġeddet f'Ġunju 201511 u mill-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta' Lulju 201512, jiġifieri il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni, inklużi r-radikalizzazzjoni online u l-estremiżmu vjolenti, l-intolleranza u d-diskriminazzjoni filwaqt li tiġi sfrattata l-kriminalità organizzata u miġġielda ċ-ċiberkriminalità.

__________________

__________________

10 COM(2015)185 final, 28 ta' April 2015.

10 COM(2015)185 final, 28 ta' April 2015.

11 Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2015 dwar l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna Mġedda għall-Unjoni Ewropea 2015-2020.

11 Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2015 dwar l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna Mġedda għall-Unjoni Ewropea 2015-2020.

12 Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (2015/2697(RSP)).

12 Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (2015/2697(RSP)).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>2</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 2</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Fid-dikjarazzjoni ta' Ruma, iffirmata fil-25 ta' Settembru 2017, il-mexxejja tas-27 Stat Membru kkonfermaw id-determinazzjoni tagħhom għal Ewropa sikura u sigura u biex tinbena Unjoni fejn iċ-ċittadini kollha jħossuhom sikuri u jistgħu jiċċaqilqu liberament, fejn il-fruntieri esterni jkunu siguri, b'politika dwar il-migrazzjoni effiċjenti, responsabbli u sostenibbli, u li tirrispetta n-normi internazzjonali, kif ukoll Ewropa determinata li tiġġieled it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata.

(2) Fid-dikjarazzjoni ta' Ruma, iffirmata fil-25 ta' Marzu 2017, il-mexxejja tas-27 Stat Membru, il-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni kkonfermaw id-determinazzjoni tagħhom għal Ewropa sikura u sigura u biex tinbena Unjoni fejn iċ-ċittadini kollha jħossuhom sikuri u jistgħu jiċċaqilqu liberament, fejn il-fruntieri esterni jkunu siguri, b'politika dwar il-migrazzjoni effiċjenti, responsabbli u sostenibbli, u li tirrispetta n-normi internazzjonali, kif ukoll Ewropa determinata li tiġġieled it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>3</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 5</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Sabiex jinkiseb dan l-objettiv, jenħtieġ li jittieħdu azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni għall-protezzjoni ta' persuni u ta' oġġetti minn theddidiet transnazzjonali li dejjem qed jiżdiedu u biex tiġi appoġġata l-ħidma mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. It-terroriżmu, il-kriminalità serja u organizzata, il-kriminalità itineranti, it-traffikar tad-droga, il-korruzzjoni, iċ-ċiberkriminalità, it-traffikar tal-bnedmin u l-armi, fost l-oħrajn, għadhom sfida għas-sigurtà interna tal-Unjoni.

(5) Sabiex jinkiseb dan l-objettiv, jenħtieġ li jittieħdu azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni għall-protezzjoni ta' persuni, spazji pubbliċi u infrastruttura kritika minn theddidiet transnazzjonali li dejjem qed jiżdiedu u biex tiġi appoġġata l-ħidma mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. It-terroriżmu, il-kriminalità serja u organizzata, il-kriminalità itineranti, it-traffikar tad-droga u tal-armi, il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus, iċ-ċiberkriminalità, l-isfruttament sesswali inkluż tat-tfal, it-theddidiet ibridi kif ukoll kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, it-traffikar tal-bnedmin, fost l-oħrajn, għadhom sfida għas-sigurtà interna u għas-suq intern tal-Unjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>4</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 5 a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5 a) Jenħtieġ li l-Fond jipprovdi appoġġ finanzjarju biex jindirizza l-isfidi li qegħdin jitfaċċaw minħabba ż-żieda sinifikanti fl-iskala ta' ċerti tipi ta' kriminalità, bħall-frodi tal-ħlasijiet, l-isfruttament sesswali tat-tfal u t-traffikar tal-armi, li fl-aħħar snin twettqu permezz tal-internet ("kriminalità bl-użu tal-internet"). .

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>5</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 6</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-finanzjament mill-baġit tal-UE jenħtieġ li jikkonċentra fuq attivitajiet li permezz tagħhom l-intervent tal-UE jista' jagħti valur miżjud meta mqabbel ma' azzjoni mill-Istati Membri waħidhom. F'konformità mal-Artikoli 84 u 87(2) TFUE, il-finanzjament jenħtieġ li jappoġġa miżuri li jippromwovu u jappoġġaw l-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità u tal-kooperazzjoni tal-pulizija li tinvolvi l-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri, b'mod partikolari fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni, ta' aktar kooperazzjoni operattiva u ta' appoġġ għall-isforzi li jsaħħu l-kapaċitajiet fil-ġlieda u l-prevenzjoni tal-kriminalità. Jenħtieġ li l-Fond ma jappoġġax l-ispejjeż operattivi u l-attivitajiet relatati mal-funzjonijiet essenzjali tal-Istati Membri rigward iż-żamma tal-liġi u tal-ordni u s-salvagwardja tas-sigurtà interna u nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 72 TFUE.

(6) Il-finanzjament mill-baġit tal-UE jenħtieġ li jikkonċentra fuq attivitajiet li permezz tagħhom l-intervent tal-UE jista' jagħti valur miżjud meta mqabbel ma' azzjoni mill-Istati Membri waħidhom. F'konformità mal-Artikoli 84 u 87(2) TFUE, il-finanzjament jenħtieġ li jappoġġa miżuri li jippromwovu u jappoġġaw l-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità, tat-taħriġ komuni u tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja li tinvolvi l-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni, ta' aktar kooperazzjoni operattiva u ta' appoġġ għall-isforzi li jsaħħu l-kapaċitajiet fil-ġlieda u l-prevenzjoni tal-kriminalità. Jenħtieġ li l-Fond ma jappoġġax l-ispejjeż operattivi u l-attivitajiet relatati mal-funzjonijiet essenzjali tal-Istati Membri rigward iż-żamma tal-liġi u tal-ordni u s-salvagwardja tas-sigurtà interna u nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 72 TFUE.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>6</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 7</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-Istati Membri, sabiex jippreservaw l-acquis ta' Schengen u sabiex jsaħħu l-funzjonament tiegħu, mis-6 ta' April 2017 huma obbligati li jwettqu verifiki sistematiċi ma' bażijiet tad-data rilevanti fuq ċittadini tal-UE li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħarġet Rakkomandazzjoni għall-Istati Membri sabiex jagħmlu użu aħjar mill-verifiki tal-pulizija u mill-kooperazzjoni transfruntiera. Jenħtieġ li s-solidarjetà fost l-Istati Membri, iċ-ċarezza dwar it-tqassim tal-kompiti, ir-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt, l-attenzjoni b'qawwa fuq il-perspettiva globali u l-koerenza li hemm bżonn mad-dimensjoni esterna tas-sigurtà jkunu l-prinċipji ewlenin li jiggwidaw l-azzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex tiġi żviluppata Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina.

(7) L-Istati Membri, sabiex jippreservaw l-acquis ta' Schengen u ż-żona kollha tas-suq intern tal-Unjoni, u sabiex isaħħu l-funzjonament tiegħu, mis-6 ta' April 2017 huma obbligati li jwettqu verifiki sistematiċi ma' bażijiet tad-data rilevanti fuq ċittadini tal-UE li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħarġet Rakkomandazzjoni għall-Istati Membri sabiex jagħmlu użu aħjar mill-verifiki tal-pulizija u mill-kooperazzjoni transfruntiera. Jenħtieġ li s-solidarjetà fost l-Istati Membri, iċ-ċarezza dwar it-tqassim tal-kompiti, ir-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt, l-attenzjoni b'qawwa fuq il-perspettiva globali u l-koerenza li hemm bżonn mad-dimensjoni esterna tas-sigurtà jkunu l-prinċipji ewlenin li jiggwidaw l-azzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex tiġi żviluppata Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>7</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 9</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-Fond jenħtieġ li jiġi implimentat f'konformità sħiħa mad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni fir-rigward tad-drittijiet fundamentali.

(9) Il-Fond jenħtieġ li jiġi implimentat f'konformità sħiħa mal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), mad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem. B'mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex jiżgura li d-drittijiet fundamentali, bħad-dritt għad-dinjità tal-bniedem, id-dritt għall-ħajja, il-projbizzjoni tat-tortura u ta' trattament jew kastig inumani jew degradanti, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-drittijiet tat-tfal u d-dritt għal rimedju effettiv jiġu rrispettati bis-sħiħ. Dan ifittex ukoll li jippromwovi l-applikazzjoni tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>8</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 10 a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10 a) Is-sensibilizzazzjoni fost il-persunal tal-infurzar tal-liġi rigward kwistjonijiet relatati mal-forom kollha ta' razziżmu, inklużi l-antisemitiżmu u l-antiżingariżmu hija fattur ta' suċċess ewlieni għas-sigurtà interna. Il-miżuri ta' taħriġ u ta' edukazzjoni fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni għall-atturi tal-infurzar tal-liġi jenħtieġ li għalhekk jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Fond sabiex tiżdied il-kapaċità tal-bini tal-fiduċja fil-livell lokali.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>9</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 11</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) F'konformità mal-prijoritajiet kondiviżi identifikati fil-livell ta' Unjoni sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà fl-Unjoni, il-Fond se jappoġġa azzjonijiet immirati li jindirizzaw it-theddid ewlieni għas-sigurtà u b'mod partikolari jiġġieldu t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, il-kriminalità serja u organizzata u ċ-ċiberkriminalità, u li jassistu u jipproteġu l-vittmi tal-kriminalità. Il-Fond se jiżgura li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jkunu mgħammra tajjeb sabiex jindirizzaw it-theddid emerġenti bil-ħsieb li tiġi implimentata unjoni tas-sigurtà ġenwina. Dan jenħtieġ li jitwettaq permezz ta' assistenza finanzjarja li tappoġġa skambju aħjar ta' informazzjoni, li żżid il-kooperazzjoni operattiva u li ttejjeb il-kapaċitajiet nazzjonali u kollettivi.

(11) F'konformità mal-prijoritajiet kondiviżi identifikati fil-livell ta' Unjoni sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà fl-Unjoni, il-Fond se jappoġġa azzjonijiet immirati li jindirizzaw it-theddid ewlieni għas-sigurtà u b'mod partikolari il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti, inklużi r-radikalizzazzjoni, l-intolleranza u d-diskriminazzjoni, il-kriminalità serja u organizzata, u ċ-ċiberkriminalità kif ukoll li jassistu u jipproteġu l-vittmi tal-kriminalità u jipproteġu l-infrastruttura kritika. Il-Fond se jiżgura li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jkunu mgħammra tajjeb sabiex jindirizzaw ukoll it-theddid li qiegħed jevolvi u dak emerġenti, bħat-traffikar, inkluż b'mezzi online, it-theddid ibridu u t-theddid kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari, bil-ħsieb li tiġi implimentata unjoni tas-sigurtà ġenwina. Dan jenħtieġ li jitwettaq permezz ta' assistenza finanzjarja li tappoġġa skambju aħjar ta' informazzjoni biex tiżdied il-kooperazzjoni operattiva u li ttejjeb il-kapaċitajiet nazzjonali u kollettivi.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>10</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 12</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Fil-qafas komprensiv tal-Fond, l-assistenza finanzjarja provduta permezz tal-Fond jenħtieġ li b'mod partikolari tappoġġa l-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija u l-prevenzjoni fl-oqsma tal-kriminalità serja u organizzata, it-traffikar illeċitu tal-armi, il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus, it-traffikar tad-drogi, il-kriminalità ambjentali, l-iskambju u l-aċċess għall-informazzjoni, it-terroriżmu, it-traffikar tal-bnedmin, l-isfruttament tal-immigrazzjoni illegali, l-isfruttament sesswali tat-tfal, it-tqassim ta' immaġini b'abbuż fuq it-tfal u ta' pedopornografija, kif ukoll iċ-ċiberkriminalità. Il-Fond jenħtieġ li jappoġġa wkoll il-protezzjoni tal-persuni, tal-ispazji pubbliċi u tal-infrastruttura kritika kontra inċidenti marbuta mas-sigurtà u l-ġestjoni effettiva tar-riskji relatati mas-sigurtà u mal-kriżijiet, inkluż permezz tal-iżvilupp ta' politiki komuni (strateġiji, ċikli ta' politiki, programmi u pjanijiet ta' azzjoni), ta' leġiżlazzjoni u ta' kooperazzjoni prattika.

(12) Fil-qafas komprensiv tal-Fond, l-assistenza finanzjarja provduta permezz tal-Fond jenħtieġ li b'mod partikolari tappoġġa l-iskambju ta' informazzjoni u l-aċċess għaliha kif ukoll il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija u l-prevenzjoni fl-oqsma tal-kriminalità serja u organizzata, it-traffikar illeċitu tal-armi, il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus, it-traffikar tad-drogi, il-kriminalità ambjentali, it-terroriżmu, it-traffikar tal-bnedmin, l-isfruttament ta' rifuġjati u migranti irregolari, l-isfruttament gravi tal-ħaddiema, l-isfruttament sesswali u l-abbuż, inklużi t-tfal u n-nisa, it-tqassim ta' immaġini b'abbuż fuq it-tfal u ta' pedopornografija, kif ukoll iċ-ċiberkriminalità. Il-Fond jenħtieġ li jappoġġa wkoll il-protezzjoni tal-persuni, tal-ispazji pubbliċi u tal-infrastruttura kritika kontra inċidenti marbuta mas-sigurtà u l-ġestjoni effettiva tar-riskji relatati mas-sigurtà u mal-kriżijiet, inkluż permezz ta' taħriġ konġunt, tal-iżvilupp ta' politiki komuni (strateġiji, ċikli ta' politiki, programmi u pjanijiet ta' azzjoni), ta' leġiżlazzjoni u ta' kooperazzjoni prattika.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>11</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 12 a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12 a) Jenħtieġ li l-Fond jipprovdi assistenza lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi irrispettivament mill-istruttura organizzattiva tagħhom skont il-liġi nazzjonali. Għal din ir-raġuni, l-azzjonijiet li jinvolvu lill-forzi militari inkarigati minn kompiti ta' sigurtà interna jenħtieġ li jkunu eliġibbli wkoll għal appoġġ mill-Fond b'tali mod li dawn l-azzjonijiet jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-Fond. F'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u sabiex jiġu indirizzati u evitati riskji serji għas-sigurtà pubblika, inkluż wara attakk terroristiku, l-azzjonijiet mill-forzi militari fit-territorju tal-Istat Membru jenħtieġ li jkunu eliġibbli għal appoġġ mill-Fond. Azzjonijiet ta' żamma tal-paċi jew ta' difiża barra mit-territorju tal-Istat Membru m'għandhom taħt ebda ċirkostanza jkunu eliġibbli għal assistenza mill-Fond.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>12</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 14</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Hemm il-ħtieġa li l-impatt tal-finanzjamenti tal-Unjoni jiġi massimizzat permezz ta' mobilizzazzjoni, ġbir komuni u t-tisħiħ tar-riżorsi finanzjarji pubbliċi u privati. Il-Fond jenħtieġ li jippromwovi u jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni attiva u valida tas-soċjetà ċivili kif ukoll jinvolviha, inklużi l-organizzazzjonijiet nongovernattivi, kif ukoll is-settur industrijali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika ta' sigurtà, inkluż fejn rilevanti, l-involviment ta' atturi rilevanti oħra, aġenziji tal-Unjoni u korpi oħra tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward tal-għan tal-Fond.

(14) Hemm il-ħtieġa li l-impatt tal-finanzjamenti tal-Unjoni jiġi massimizzat permezz ta' mobilizzazzjoni, ġbir komuni u t-tisħiħ tar-riżorsi finanzjarji pubbliċi u privati. Il-Fond jenħtieġ li jippromwovi u jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni attiva u valida tas-soċjetà ċivili kif ukoll jinvolviha, inklużi l-organizzazzjonijiet nongovernattivi, kif ukoll is-settur industrijali Ewropew fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika ta' sigurtà, b'mod partikolari fir-rigward taċ-ċibersigurtà, inkluż fejn rilevanti, l-involviment ta' atturi rilevanti oħra, aġenziji tal-Unjoni u korpi oħra tal-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward tal-għan tal-Fond. Madankollu, jenħtieġ jiġi żgurat li l-appoġġ mill-Fond ma jintużax biex jiddelega kompiti statutorji jew pubbliċi lil atturi privati.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>13</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 16</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Sabiex jiġi żgurat li l-Fond jagħti kontribut effettiv għal livell ogħla ta' sigurtà interna fl-Unjoni Ewropea kollha, għall-iżvilupp ta' Unjoni tas-Sigurtà ġenwina, il-Fond jenħtieġ li jintuża b'mod li l-azzjoni tal-Istati Membri jkollha kemm jista' jkun valur.

(16) Sabiex jiġi żgurat li l-Fond jagħti kontribut effettiv għal livell ogħla ta' sigurtà interna fl-Unjoni Ewropea kollha, għall-iżvilupp ta' Unjoni tas-Sigurtà ġenwina, il-Fond jenħtieġ li jintuża b'mod li l-azzjoni tal-Istati Membri jkollha kemm jista' jkun valur Ewropew.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>14</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 18</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-Fond, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-prijoritajiet tal-programmi tagħhom jindirizzaw l-objettivi speċifiċi tal-Fond, li l-prijoritajiet magħżula jkunu f'konformità mal-miżuri ta' implimentazzjoni kif stabbilit fl-Anness II u li l-allokazzjoni tar-riżorsi ta' bejn l-għanijiet tkun tiżgura li l-objettiv ta' politika ġenerali jista' jintlaħaq.

(18) Sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-Fond, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-prijoritajiet tal-programmi tagħhom jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-Fond, li l-prijoritajiet magħżula jkunu f'konformità mal-miżuri ta' implimentazzjoni kif stabbilit u li l-allokazzjoni tar-riżorsi ta' bejn l-għanijiet tkun proporzjonali mal-isfidi u l-ħtiġijiet u tkun tiżgura li l-objettiv ta' politika ġenerali jista' jintlaħaq.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>15</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 20</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Il-Fond jenħtieġ li jkun koerenti ma' programmi finanzjarji oħra tal-Unjoni kif ukoll kumplimentari magħhom fil-qasam tas-sigurtà. Għandhom jinstabu wkoll sinerġiji b'mod partikolari mal-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri li jikkonsisti mill-istrument għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-viżi stabbilit mir-Regolament (UE) X u l-istrument għat-tagħmir ta' kontroll doganali stabbilit mir-Regolament (UE) X kif ukoll il-Fondi l-oħra tal-Politika ta' Koeżjoni koperti bir-Regolament (UE) X [CPR], il-parti dwar ir-riċerka għas-sigurtà tal-Programm Orizzont Ewropa stabbilit mir-Regolament (UE) X, il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri stabbilit mir-Regolament X, il-Programm tal-Ġustizzja stabbilit mir-Regolament UE X, il-Programm Ewropa Diġitali stabbilit mir-Regolament UE X u l-programm InvestEU stabbilit mir-Regolament UE X. Jenħtieġ li jinstabu sinerġiji b'mod partikolari dwar is-sigurtà tal-infrastruttura u l-ispazji pubbliċi, iċ-ċibersigurtà u l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni. Mekkaniżmi ta' koordinazzjoni effettivi huma essenzjali sabiex jintlaħqu bl-aktar mod effettiv l-għanijiet tal-politika, jiġu sfruttati l-ekonomiji ta' skala u jiġi evitat trikkib bejn l-azzjonijiet.

(20) Il-Fond jenħtieġ li jkun koerenti ma' programmi finanzjarji oħra tal-Unjoni kif ukoll kumplimentari magħhom fil-qasam tas-sigurtà. Għandhom jiġu żgurati sinerġiji b'mod partikolari mal-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri li jikkonsisti mill-istrument għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-viżi stabbilit mir-Regolament (UE) X u l-istrument għat-tagħmir ta' kontroll doganali stabbilit mir-Regolament (UE) X kif ukoll il-Fondi l-oħra tal-Politika ta' Koeżjoni koperti bir-Regolament (UE) X [CPR], il-parti dwar ir-riċerka għas-sigurtà tal-Programm Orizzont Ewropa stabbilit mir-Regolament (UE) X, il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri stabbilit mir-Regolament X, il-Programm tal-Ġustizzja stabbilit mir-Regolament UE X, il-Programm Ewropa Diġitali stabbilit mir-Regolament UE X u l-programm InvestEU stabbilit mir-Regolament UE X. Jenħtieġ li jinstabu sinerġiji b'mod partikolari dwar is-sigurtà tal-infrastruttura u l-ispazji pubbliċi, iċ-ċibersigurtà, il-protezzjoni tal-vittmi u l-prevenzjoni tal-estremiżmu vjolenti, inkluż ir-radikalizzazzjoni. Mekkaniżmi ta' koordinazzjoni effettivi huma essenzjali sabiex jintlaħqu bl-aktar mod effettiv l-għanijiet tal-politika, jiġu sfruttati l-ekonomiji ta' skala u jiġi evitat trikkib bejn l-azzjonijiet.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>16</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 21</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Miżuri f'pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom appoġġati permezz tal-Fond jenħtieġ li jiġu implimentati f'sinerġija u f'koerenza sħiħa ma' azzjonijiet oħra barra l-Unjoni u jenħtieġ li jikkumplimentawhom, appoġġati permezz ta' strumenti ta' finanzjament esterni tal-Unjoni. B'mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet bħal dawn, jenħtieġ li jkun hemm sforz biex ikun hemm koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni marbuta mal-pajjiż jew ir-reġjun inkwistjoni. Fir-rigward tad-dimensjoni esterna, il-Fond jenħtieġ li jtejjeb il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi f'oqsma ta' interess għas-sigurtà interna tal-Unjoni, bħalma huma l-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, il-kooperazzjoni ma' awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (inklużi brigati u skwadri ta' investigazzjoni konġunti), il-kriminalità u l-korruzzjoni serji u organizzati, it-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali.

(21) Miżuri f'pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom appoġġati permezz tal-Fond jenħtieġ li jiġu implimentati f'sinerġija u f'koerenza sħiħa ma' azzjonijiet oħra barra l-Unjoni u jenħtieġ li jikkomplementawhom, appoġġati permezz ta' strumenti ta' finanzjament esterni tal-Unjoni. B'mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet bħal dawn, jenħtieġ li jkun hemm sforz biex ikun hemm koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna, il-politika barranija u l-politika dwar l-għajnuna għall-iżvilupp tal-Unjoni marbuta mal-pajjiż jew ir-reġjun inkwistjoni. Fir-rigward tad-dimensjoni esterna, il-Fond jenħtieġ li jtejjeb il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi f'oqsma ta' interess għas-sigurtà interna tal-Unjoni, bħalma huma l-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, il-kooperazzjoni ma' awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (inklużi brigati u skwadri ta' investigazzjoni konġunti), it-traffikar, b'mod partikolari, ta' armi, drogi, speċi fil-periklu u assi kulturali, il-kriminalità u l-korruzzjoni serji u organizzati, it-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>17</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 23 a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a) Skont ir-Regolament (UE) Nru X tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, l-Unjoni jenħtieġ li tieħu miżuri biex tipproteġi l-baġit tagħha ladarba jiġi stabbilit falliment ġenerali tal-istat tad-dritt fi Stat Membru. Ir-Regolament (UE) Nru X jenħtieġ japplika għal dan il-Fond.

 

________________

 

1a Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri (COM(2018/0324).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>18</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 24</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Il-Fond jenħtieġ li jirrifletti l-ħtieġa għal żieda fil-flessibbiltà u s-simplifikazzjoni filwaqt li jirrispetta r-rekwiżiti f'termini ta' prevedibbiltà, u filwaqt li jiżgura t-tqassim ġust u trasparenti tar-riżorsi sabiex jintlaħqu l-objettivi stipulati f'dan ir-Regolament.

(24) Il-Fond jenħtieġ li jirrifletti l-ħtieġa għal żieda fil-flessibbiltà u s-semplifikazzjoni filwaqt li jirrispetta r-rekwiżiti f'termini ta' prevedibbiltà, u filwaqt li jiżgura t-tqassim ġust u trasparenti tar-riżorsi sabiex jintlaħqu l-objettivi stipulati f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-Fond tkun iggwidata mill-prinċipji ta' effiċjenza, effikaċja u kwalità tal-infiq. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-Fond tkun kemm jista' jkun faċli għall-utent.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>19</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 26</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Dawn l-ammonti inizjali jenħtieġ li jiffurmaw il-bażi għall-investimenti ta' terminu twil fis-sigurtà tal-Istati Membri. Sabiex jittieħed kont tal-bidliet fit-theddid għas-sigurtà jew fis-sitwazzjoni bażika, jenħtieġ li jiġi allokat ammont addizzjonali għall-Istati Membri f'nofs it-terminu fuq il-bażi tal-aktar data statistika reċenti disponibbli, kif stabbiliti fil-gwida għat-tqassim, filwaqt li jitqies l-istat ta' implimentazzjoni tal-programmi.

(26) Dawn l-ammonti inizjali jenħtieġ li jiffurmaw il-bażi għall-investimenti ta' terminu twil fis-sigurtà tal-Istati Membri. Sabiex jittieħed kont tal-bidliet fit-theddid għas-sigurtà interna u esterna jew fis-sitwazzjoni bażika, jenħtieġ li jiġi allokat ammont addizzjonali għall-Istati Membri f'nofs it-terminu fuq il-bażi tal-aktar data statistika reċenti disponibbli, kif stabbiliti fil-gwida għat-tqassim, filwaqt li jitqies l-istat ta' implimentazzjoni tal-programmi.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>20</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 26 a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a) Jenħtieġ li l-infrastruttura kritika li l-Istati Membri għandhom jipproteġu titqies meta jiġu allokati r-riżorsi disponibbli mill-Fond.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>21</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 27</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Billi l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà qed jevolvu b'mod kostanti, hemm il-bżonn li l-allokazzjoni ta' finanzjament tiġi adattata għall-bidliet fit-theddid għas-sigurtà u li l-finanzi jmorru għall-prijoritajiet bl-ogħla valur miżjud għall-Unjoni. Bħala reazzjoni għall-ħtiġijiet pressanti, għall-bidliet fil-politika u fil-prijoritajiet tal-Unjoni u sabiex il-fondi jmorru għal azzjonijiet b'livell għoli ta' valur miżjud għall-Unjoni, parti mill-finanzjament se jiġi perjodikament allokat għal azzjonijiet speċifiċi, għal azzjonijiet tal-Unjoni u għall-assistenza ta' emerġenza permezz tal-faċilità tematika.

(27) Billi l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà qed jevolvu b'mod kostanti, hemm il-bżonn li l-allokazzjoni ta' finanzjament tiġi adattata għall-bidliet fit-theddid għas-sigurtà interna u esterna u li l-finanzi jmorru għall-prijoritajiet bl-ogħla valur miżjud għall-Unjoni. Bħala reazzjoni għall-ħtiġijiet pressanti, għall-bidliet fil-politika u fil-prijoritajiet tal-Unjoni u sabiex il-fondi jmorru għal azzjonijiet b'livell għoli ta' valur miżjud għall-Unjoni, parti mill-finanzjament se jiġi perjodikament allokat għal azzjonijiet speċifiċi, għal azzjonijiet tal-Unjoni u għall-assistenza ta' emerġenza permezz tal-faċilità tematika.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>22</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 28</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) L-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa biex jużaw parti mill-allokazzjoni tal-programm tagħhom biex jiffinanzjaw azzjonijiet mniżżla fl-Anness IV biex jibbenefikaw minn kontribuzzjoni ogħla tal-Unjoni.

(28) L-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa biex jużaw parti mill-allokazzjoni tal-programm tagħhom biex jiffinanzjaw azzjonijiet mniżżla fl-Anness IV biex jibbenefikaw minn kontribuzzjoni ogħla tal-Unjoni prinċipalment minħabba l-valur miżjud Ewropew għoli tagħhom jew in-natura prijoritarja tagħhom għall-Unjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>23</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 31</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Il-Fond, sabiex jikkumplimenta l-implimentazzjoni tal-għanijiet ta' politika tiegħu fil-livell nazzjonali permezz tal-programmi tal-Istati Membri, jenħtieġ li jipprovdi wkoll appoġġ għal azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni. Dawn l-azzjonijiet jenħtieġ li jservu għanijiet strateġiċi globali fil-kamp ta' applikazzjoni tal-intervent tal-Fond relatat mal-analiżi tal-politika u l-innovazzjoni, it-tagħlim reċiproku u s-sħubijiet transnazzjonali kif ukoll l-ittestjar ta' inizjattivi u azzjonijiet ġodda fl-Unjoni.

(31) Il-Fond, sabiex jikkumplementa l-implimentazzjoni tal-għanijiet ta' politika tiegħu fil-livell nazzjonali permezz tal-programmi tal-Istati Membri, jenħtieġ li jipprovdi wkoll appoġġ għal azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni. Dawn l-azzjonijiet jenħtieġ li jservu għanijiet strateġiċi globali fil-kamp ta' applikazzjoni tal-intervent tal-Fond relatat mal-analiżi tal-politika u l-innovazzjoni, it-tagħlim reċiproku u s-sħubijiet transnazzjonali kif ukoll l-ittestjar ta' inizjattivi u azzjonijiet ġodda fl-Unjoni jew bejn ċerti Stati Membri. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li tiġi mħeġġa kooperazzjoni bejn is-servizzi ta' intelligence tal-Istati Membri bil-ħsieb li jiġi żgurat l-iskambju ta' informazzjoni meħtieġ sabiex tissaħħaħ l-effikaċja tal-ġlieda kontra t-terroriżmu kif ukoll il-kriminalità serja u organizzata u sabiex isir kontribut għal fehim aħjar tan-natura transfruntiera tagħhom. Il-fond jenħtieġ li jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jagħmlu skambju ta' prattiki tajbin u jinkoraġġixxu taħriġ komuni biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' kultura ta' kooperazzjoni u fiduċja reċiproka bejn is-servizzi tal-intelligence kif ukoll bejn is-servizzi tal-intelligence u Europol.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>24</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 33 a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33 a) Fid-dawl tan-natura transnazzjonali tal-azzjonijiet tal-Unjoni u bil-għan li tiġi promossa azzjoni kkoordinata biex jiġi ssodisfat l-objettiv li jiġi żgurat l-ogħla livell ta' sigurtà fl-Unjoni, l-aġenziji deċentralizzati jenħtieġ li jkunu eliġibbli wkoll bħala benefiċjarji tal-azzjoni tal-Unjoni, inkluż fil-forma ta' għotjiet. Jenħtieġ li dan l-appoġġ jkun konsistenti mal-prijoritajiet u mal-inizjattivi identifikati fil-livell tal-Unjoni mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex jiġi żgurat valur miżjud Ewropew.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>25</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 37</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża, il-Fond jenħtieġ li jifforma parti minn qafas koerenti li jikkonsisti minn dan ir-Regolament, mir-Regolament Finanzjarju u mir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (UE) Nru X18.

(37) Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża, il-Fond jenħtieġ li jifforma parti minn qafas koerenti li jikkonsisti minn dan ir-Regolament, mir-Regolament Finanzjarju u mir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (UE) Nru X [CPR]18. Fil-każ ta' dispożizzjonijiet konfliġġenti, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru X [CPR] jieħu preċedenza fuq dan ir-Regolament.

__________________

__________________

18 Referenza sħiħa

18 Referenza sħiħa

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>26</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 38</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Ir-Regolament (UE) Nru X [CPR] jistabbilixxi l-qafas għall-azzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni (AMIF), il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) u l-Istrument ta' Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (BMVI) bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF), u jistabbilixxi b'mod partikolari r-regoli dwar il-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għall-fondi tal-UE implimentati b'ġestjoni kondiviża. Barra minn hekk huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-għanijiet tal-Fond għas-Sigurtà Interna f'dan ir-Regolament, u li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati bl-appoġġ ta' dan il-Fond.

(38) Ir-Regolament (UE) Nru X [CPR] jistabbilixxi l-qafas għall-azzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) u l-Istrument ta' Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (BMVI) bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF), u jistabbilixxi b'mod partikolari r-regoli dwar il-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għall-fondi tal-UE implimentati b'ġestjoni kondiviża. Barra minn hekk huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-għanijiet tal-Fond għas-Sigurtà Interna f'dan ir-Regolament u li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati bl-appoġġ ta' dan il-Fond.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>27</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 38 a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38 a) Sabiex jiġi żgurat li l-Fond jappoġġa azzjonijiet li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi kollha tal-Fond u li l-allokazzjoni tar-riżorsi għall-objettivi tkun waħda proporzjonata għall-isfidi u l-ħtiġijiet filwaqt li jkunu jistgħu jintlaħqu l-objettivi, jenħtieġ li jiġi definit perċentwal minimu tal-allokazzjoni mill-Fond għal kull objettiv speċifiku tal-Fond, kemm għall-programmi nazzjonali kif ukoll għall-faċilità tematika.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>28</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 40</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9520, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9621 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193922, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (l-OLAF) jista' jwettaq u jamministra investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista' jwettaq investigazzjoni u prosekuzzjoni dwar frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23. Skont ir-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kull terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(40) Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9520, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9621 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193922, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet kriminali u/jew amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (l-OLAF) jista' jwettaq u jamministra investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista' jwettaq investigazzjoni u prosekuzzjoni dwar frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23. Skont ir-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kull terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bis-sħiħ u jipprovdu l-assistenza kollha meħtieġa lill-istituzzjonijiet, aġenziji u korpi tal-Unjoni fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Jenħtieġ li r-riżultati tal-investigazzjonijiet dwar irregolaritajiet jew frodi b'rabta mal-Fond ikunu disponibbli għall-Parlament Ewropew.

__________________

__________________

19 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248 18.9.2013, p. 1).

19 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248 18.9.2013, p. 1).

20 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).

20 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).

21 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

21 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

22 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

22 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

23 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

23 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>29</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 43</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43) Skont l-Artikolu 349 tat-TFUE u f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE25", li ġie approvata mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta' April 2018, l-Istati Membri rilevanti jenħtieġ li jiżguraw li l-programmi tagħhom jindirizzaw l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi. Il-Fond jappoġġa dawn l-Istati Membri b'riżorsi adegwati biex jgħinu lil dawn ir-reġjuni kif xieraq.

imħassar

__________________

 

25 COM (2017)623 final.

 

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>30</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 44</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44) Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tas-13 ta' April 201626, hemm il-ħtieġa li dan il-Fond jiġi evalwat fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi tal-monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piż amministrattiv, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fond b'mod prattiku. Sabiex jitkejlu l-kisbiet ta' dan il-Fond, jenħtieġ li jiġu stabbiliti indikaturi u miri relatati b'rabta ma' kull objettiv speċifiku tal-Fond.

(44) Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tas-13 ta' April 201626, hemm il-ħtieġa li dan il-Fond jiġi evalwat fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi tal-monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piż amministrattiv, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fond b'mod prattiku. Sabiex jitkejlu l-kisbiet ta' dan il-Fond, jenħtieġ li jiġu stabbiliti indikaturi u miri relatati b'rabta ma' kull objettiv speċifiku tal-Fond. Jenħtieġ li dawn l-indikaturi jinkludu indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi.

__________________

__________________

26 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1–14.

26 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1–14.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>31</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 45</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45) Dan il-Fond, filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex jiġi implimentat il-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjonijiet klimatiċi u biex tintlaħaq il-mira kumplessiva ta' 25 % ta' nefqiet tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Fond, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti.

(45) Dan il-Fond, filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex jiġi implimentat il-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjonijiet klimatiċi u biex tintlaħaq il-mira kumplessiva ta' 25 % ta' nefqiet tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>32</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 46</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46) Permezz ta' dawn l-indikaturi u tar-rappurtar finanzjarju, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Fond f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru X [CPR] u dan ir-Regolament.

(46) Permezz ta' dawn l-indikaturi u tar-rappurtar finanzjarju, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Fond f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru X [CPR] u dan ir-Regolament. Sabiex twettaq ir-rwol superviżorju tagħha kif xieraq, il-Kummissjoni jeħtiġilha tkun f'pożizzjoni li tistabbilixxi l-ammonti li fil-fatt intefqu mill-Fond f'sena partikolari. Meta jirrapportaw il-kontijiet annwali tal-programmi nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li għalhekk jiddistingwu bejn l-irkupri, il-ħlasijiet ta' qabel il-finanzjament lill-benefiċjarji finali u r-rimborż tal-infiq li fil-fatt sar. Sabiex jiġu ffaċilitati l-awditu u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Fond, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinkludi dawn l-ammonti fir-rapport annwali ta' implimentazzjoni tagħha għall-Fond. Jenħtieġ li kull sena l-Kummissjoni tippreżenta transunt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rapporti tal-prestazzjoni annwali li aċċettat. Fuq talba, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill it-testi sħaħ tar-rapporti tal-prestazzjoni annwali.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>33</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 47</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47) Sabiex jiġu ssupplimentati u emendati l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-atti skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-lista ta' azzjonijiet eliġibbli għal kofinanzjament ogħla kif elenkat fl-Anness IV, tal-appoġġ operattiv, u sabiex tiżviluppa aktar il-qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni. Huwa ta' importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet jsiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

(47) Sabiex jiġu ssupplimentati u emendati l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-atti skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-programmi ta' ħidma għall-faċilità tematika, tal-lista ta' azzjonijiet eliġibbli għal kofinanzjament ogħla kif elenkat fl-Anness IV, tal-appoġġ operattiv, u sabiex tiżviluppa aktar il-qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni. Huwa ta' importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet jsiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>34</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 48</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jkunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni27. Il-proċedura ta' eżami jenħtieġ li tintuża għal atti ta ' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-obbligi komuni fuq l-Istati Membri, partikolarment dwar il-provvediment ta' informazzjoni lill-Kummissjoni, u l-proċedura konsultattiva jenħtieġ li tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni marbuta mal-modalitajiet għall-għoti ta' informazzjoni lill-Kummissjoni fil-qafas ta' programmar u rappurtar, fid-dawl tan-natura purament teknika tagħhom.

(48) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jkunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni27. Il-proċedura konsultattiva jenħtieġ li tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni marbuta mal-modalitajiet għall-għoti ta' informazzjoni lill-Kummissjoni fil-qafas ta' programmar u rappurtar, fid-dawl tan-natura purament teknika tagħhom.

__________________

__________________

27 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

27 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>35</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna ("il-Fond").

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna ("il-Fond") għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>36</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 2</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Fond, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli dwar l-għoti ta' finanzjament bħal dan.

2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi:

 

a)  l-għanijiet tal-Fond;

 

b)  l-objettivi u l-miżuri speċifiċi tal-Fond biex jiġu implimentati dawk l-objettivi speċifiċi;

 

c)  il-baġit għall-perjodu 2021-2027;

 

d)  il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli dwar l-għoti ta' finanzjament bħal dan.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>37</NumAm><DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) "ċiberkriminalità" tfisser reati dipendenti fuq iċ-ċibernetika, jiġifieri reati li jistgħu jiġu kommessi biss permezz tal-użu ta' tagħmir u sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (information and communications technology, ICT), fejn it-tagħmir u s-sistema huma għodda biex jitwettaq ir-reat kriminali jew il-miri prinċipali tar-reat; u reati li jsiru permezz ta' ċibernetika, jiġifieri reati tradizzjonali, bħall-isfruttament sesswali tat-tfal, li jistgħu jiżdiedu fl-iskala jew jintlaħqu permezz tal-użu tal-kompjuters, netwerks tal-kompjuters jew forom oħra ta' ICT;

(d) "ċiberkriminalità" tfisser reati dipendenti fuq iċ-ċibernetika, jiġifieri reati li jistgħu jiġu kommessi biss permezz tal-użu ta' tagħmir u sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (information and communications technology, ICT), fejn it-tagħmir u s-sistema huma għodda biex jitwettaq ir-reat kriminali jew il-miri prinċipali tar-reat; u reati li jsiru permezz ta' ċibernetika, jiġifieri reati tradizzjonali, li jistgħu jiżdiedu fl-iskala jew jintlaħqu permezz tal-użu tal-kompjuters, netwerks tal-kompjuters jew forom oħra ta' ICT;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>38</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt f</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) "Ċiklu tal-Politika tal-UE" tirreferi għall-inizjattiva multidixxiplinari u mmexxija mill-intelligence bil-għan li tikkumbatti l-iktar theddidiet importanti ta' kriminalità serja u organizzata għall-Unjoni billi tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-UE, l-aġenziji u fejn ikun rilevanti pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet;

(f) "Ċiklu tal-Politika tal-UE" tirreferi għall-inizjattiva multidixxiplinari u mmexxija mill-intelligence bil-għan li tikkumbatti l-iktar theddidiet importanti ta' kriminalità serja u organizzata għall-Unjoni billi tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-UE, l-aġenziji tal-Unjoni għall-Ġustizzja u Affarijiet Interni u fejn ikun rilevanti pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali speċifiċi;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>39</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt g</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) "skambju tal-informazzjoni u l-aċċess għaliha" tfisser il-ġbir, il-ħażna, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju siguri tal-informazzjoni rilevanti għall-awtoritajiet kif imsemmija fl-Artikolu 87 TFUE kif ukoll lill-Europol f'rabta mal-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, b'mod partikolari reati kriminali transfruntiera organizzati;

(g) "skambju tal-informazzjoni u l-aċċess għaliha" tfisser il-ġbir, il-ħażna, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju siguri tal-informazzjoni rilevanti għall-awtoritajiet kif imsemmija fl-Artikolu 87 TFUE kif ukoll lill-Europol, lill-Eurojust u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew f'rabta mal-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, b'mod partikolari t-terroriżmu u ċ-ċiberkriminalità kif ukoll reati kriminali transfruntiera serji u organizzati, ipproċessati f'konformità mal-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>40</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt h</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) "kooperazzjoni ġudizzjarja" tfisser kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali;

imħassar

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>41</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt i</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) "LETS" tfisser l-Iskema Ewropea ta' Taħriġ għall-Infurzar, immirati lejn it-tagħmir tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi bl-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jipprevjenu u jiġġieldu effettivament il-kriminalità permezz ta' kooperazzjoni effiċjenti, kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2013 dwar l-istabbiliment ta' LETS Ewropew31 u msemmi wkoll fir-Regolament tas-CEPOL32;

(i) "LETS" tfisser l-Iskema Ewropea ta' Taħriġ għall-Infurzar, immirati lejn it-tagħmir tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi bl-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jipprevjenu u jiġġieldu effettivament il-kriminalità transfruntiera organizzata u serja kif ukoll it-terroriżmu permezz ta' kooperazzjoni effiċjenti, kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2013 dwar l-istabbiliment ta' LETS Ewropew31 u msemmi wkoll fir-Regolament tas-CEPOL32;

__________________

__________________

31 COM(2013) 172 li jwaqqaf Skema Ewropea ta' Taħriġ għall-Infurzar tal-Liġi (Law Enforcement Training Scheme, LETS).

31 COM(2013) 172 li jwaqqaf Skema Ewropea ta' Taħriġ għall-Infurzar tal-Liġi (Law Enforcement Training Scheme, LETS).

32 Ir-Regolament (UE) 2015/2219 tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għal Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL).

32 Ir-Regolament (UE) 2015/2219 tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għal Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>42</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt k</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k) "prevenzjoni u preparazzjoni" tfisser kwalunkwe miżura mmirata lejn il-prevenzjoni jew it-tnaqqis tar-riskji konnessi ma' attakki terroristiċi possibbli jew inċidenti oħra marbuta mas-sigurtà;

(k) "prevenzjoni u preparazzjoni" tfisser miżuri speċifiċi mmirata lejn il-prevenzjoni jew it-tnaqqis tar-riskji konnessi ma' attakki terroristiċi possibbli jew inċidenti oħra marbuta mas-sigurtà;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>43</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 3 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-għan tal-politika tal-Fond għandu jkun li jikkontribwixxi biex jiżgura livell għoli ta' sigurtà fl-Unjoni b'mod partikolari permezz tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, il-kriminalità serja u organizzata u ċ-ċiberkriminalità u billi jassisti u jipproteġi lill-vittmi tal-kriminalità.

1. L-għan tal-politika tal-Fond għandu jkun li jikkontribwixxi biex jiżgura livell għoli ta' sigurtà fl-Unjoni, fost oħrajn permezz ta' aktar kooperazzjoni, b'mod partikolari bil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti, inkluż ir-radikalizzazzjoni, il-kriminalità serja u organizzata u ċ-ċiberkriminalità kif ukoll billi jassisti u jipproteġi lill-vittmi tal-kriminalità. Il-Fond għandu wkoll jappoġġja t-tħejjija għal inċidenti relatati mas-sigurtà, kif ukoll il-ġestjoni tagħhom.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>44</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) biex iżid l-iskambju ta' informazzjoni fost u fl-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-UE u awtoritajiet kompetenti oħrajn u korpi rilevanti oħrajn tal-Unjoni kif ukoll ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali;

(a) biex itejjeb u jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti u preċiża fost u fi ħdan l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji tal-Istati Membri, awtoritajiet kompetenti oħra tal-Istati Membri u korpi rilevanti oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari Europol u Eurojust u, fejn rilevanti, ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>45</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) biex jintensifika l-operazzjonijiet konġunti transfruntiera fost u fl-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-UE u awtoritajiet kompetenti oħrajn fir-rigward ta' kriminalità serja u organizzata b'dimensjoni transfruntiera; kif ukoll

(b) biex itejjeb u jintensifika l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni transfruntiera, inklużi l-operazzjonijiet konġunti rilevanti fost u fl-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u awtoritajiet kompetenti oħrajn fir-rigward ta' terroriżmu u kriminalità serja u organizzata b'dimensjoni transfruntiera;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>46</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) biex jappoġġa l-isforz biex jissaħħu l-kapaċitajiet fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-prevenzjoni, inkluż it-terroriżmu b'mod partikolari permezz ta' aktar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi, is-soċjetà ċivili u s-sħab privati fost l-Istati Membri.

(c) biex jappoġġa t-tisħiħ meħtieġ tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità u l-prevenzjoni tagħha, inkluż it-terroriżmu, iċ-ċiberkriminalità u l-estremiżmu vjolenti, inkluża r-radikalizzazzjoni, b'mod partikolari permezz ta' aktar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi, l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, is-soċjetà ċivili u l-atturi privati fi ħdan u fost l-Istati Membri u l-immaniġġar ċivili ta' kriżijiet wara inċident relatat mas-sigurtà.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>47</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c a) biex jiżviluppa kultura ta' intelligence komuni billi jappoġġa kuntatti u fiduċja reċiproka, fehim u tagħlim, tixrid ta' għarfien espert u l-aħjar prattiki fost is-servizzi tal-intelligence tal-Istati Membri u mal-Europol, b'mod partikolari permezz ta' taħriġ konġunt u l-iskambju ta' esperti.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>48</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 3 – paragrafu 3</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fl-għanijiet speċifiċi stabbiliti f'paragrafu 2, il-Fond għandu jiġi implimentat permezz tal-miżuri ta' implimentazzjoni elenkati fl-Anness II.

3. Fl-għanijiet speċifiċi stabbiliti f'paragrafu 2, il-Fond għandu jiġi implimentat, fost oħrajn, permezz tal-miżuri ta' implimentazzjoni elenkati fl-Artikolu 3a.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>49</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 3 – paragrafu 4</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Azzjonijiet iffinanzjati għandhom jiġu implementati b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u mad-dinjità umana. B'mod partikolari, l-azzjonijiet għandhom jikkonformaw ruħhom mad-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mal-liġijiet tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB). B'mod partikolari, kull fejn ikun possibbli, għandha tingħata attenzjoni speċjali mill-Istati Membri, meta jimplimentaw l-azzjonijiet, għall-assistenza u l-protezzjoni tal-persuni vulnerabbli, b'mod partikolari t-tfal u l-minorenni mhux akkumpanjati.

4. L-operazzjonijiet iffinanzjati għandhom jiġu implimentati f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali u d-dinjità tal-bniedem u mal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) filwaqt li l-finanzjament għandu jiġi interrott u rkuprat f'każ ta' evidenza ċara u sostanzjata li l-azzjonijiet jikkontribwixxu għall-ksur ta' dawn id-drittijiet. B'mod partikolari, l-operazzjonijiet għandhom jikkonformaw ruħhom mad-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mal-liġijiet tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB). Għandha tingħata attenzjoni speċjali meta jimplimentaw operazzjonijiet relatati ma' persuni vulnerabbli, b'mod partikolari t-tfal u l-minorenni mhux akkumpanjati.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>50</NumAm><DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 3 a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3 a

 

Miżuri ta' implimentazzjoni

 

1. Il-Fond għandu jikkontribwixxi biex jinkiseb l-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(a) billi jiffoka fuq il-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin:

 

(a) jiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-acquis tal-Unjoni dwar is-sigurtà billi jappoġġja l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet mill-mekkaniżmi ta' kontroll u ta' evalwazzjoni tal-kwalità bħall-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen u mekkaniżmi oħra ta' kontroll u ta' evalwazzjoni tal-kwalità;

 

(b) jistabbilixxi, jadatta u jżomm in-networks ta' komunikazzjoni u s-sistemi tal-IT tal-Unjoni rilevanti, inkluż li tiġi żgurata l-interoperabilità tagħhom, u jiżviluppa l-għodda xierqa sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati;

 

(c) iżid l-użu attiv ta' għodod, sistemi u bażijiet tad-data tal-Unjoni għall-iskambju ta' informazzjoni rilevanti għas-sigurtà, itejjeb l-interkonnessjoni ta' bażijiet tad-data nazzjonali rilevanti għas-sigurtà kif ukoll il-konnessjoni tagħhom ma' bażijiet tad-data tal-Unjoni fejn previst fil-bażijiet legali rilevanti, jiżgura li dawn il-bażijiet tad-data jingħataw data rilevanti ta' tal-ogħla kwalità; u

 

(d) jappoġġa miżuri nazzjonali għall-implimentazzjoni ta' objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3(2)(a).

 

2. Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(b) billi jiffoka fuq il-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin:

 

(a) jiżdiedu l-operazzjonijiet ta' infurzar tal-liġi rilevanti bejn l-Istati Membri, inkluż fejn jkun xieraq, ma' atturi rilevanti oħra, b'mod partikolari l-iffaċilitar u t-titjib tal-użu ta' skwadri ta' investigazzjoni konġunti, rondi konġunti, insegwimenti, sorveljanza diskreta u mekkaniżmi ta' kooperazzjoni operattiva oħra fil-kuntest taċ-Ċiklu ta' Politika tal-UE (EMPACT), b'enfasi speċjali fuq operazzjonijiet transfruntiera;

 

(b) jiżdiedu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni tal-infurzar tal-liġi u ta' awtoritajiet kompetenti oħra fl-Istati Membri u bejn l-Istati Membri, u ma' atturi rilevanti oħra, pereżempju permezz ta' networks ta' unitajiet nazzjonali speċjalizzati, networks u strutturi ta' kooperazzjoni tal-Unjoni, ċentri tal-Unjoni;

 

(c) tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji, u fil-livell tal-Unjoni, bejn l-Istati Membri stess, jew bejn l-Istati Membri, minn naħa waħda, u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni min-naħa l-oħra, kif ukoll fil-livell nazzjonali fost l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f'kull Stat Membru;

 

3. Il-Fondi jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 3(2)(c) li jiffoka fuq il-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin:

 

(a) żieda fit-taħriġ tal-infurzar tal-liġi, fl-eżerċizzji u fit-tagħlim reċiproku, b'mod partikolari billi jiġu inklużi elementi maħsuba għas-sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mar-radikalizzazzjoni, mal-estremiżmu vjolenti u mar-razziżmu, żieda fil-programmi ta' skambju speċjalizzati bejn l-Istati Membri, inkluż għall-persunal subaltern tal-infurzar tal-liġi u fil-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki inkluż ma' pajjiżi terzi u atturi rilevanti oħra;

 

(b) użu tas-sinerġiji billi jiġu akkomunati r-riżorsi u l-għarfien bejn l-Istati Membri u atturi rilevanti oħra, inkluża s-soċjetà ċivili permezz ta', pereżempju, il-ħolqien ta' ċentri konġunti ta' eċċellenza, l-iżvilupp ta' valutazzjonijiet tar-riskju konġunti, ċentri ta' appoġġ operazzjonali komuni għal operazzjonijiet mmexxija b'mod konġunt jew kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fil-prevenzjoni tal-kriminalità fil-livell lokali;

 

(c) promozzjoni u żvilupp ta' miżuri, salvagwardji, mekkaniżmi u l-aħjar prattiki għall-identifikazzjoni bikrija, il-protezzjoni u l-appoġġ għal xhieda, informaturi u vittmi tal-kriminalità, u żvilupp ta' sħubijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi u atturi rilevanti oħra għal dan l-għan;

 

(d) akkwistat ta' tagħmir rilevanti u stabbiliment jew aġġornament ta' faċilitajiet ta' taħriġ speċjalizzat u infrastruttura għas-sigurtà essenzjali oħra sabiex jiżdiedu t-tħejjija, ir-reżiljenza, is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u r-rispons adegwat għat-theddida għas-sigurtà;

 

(e) detezzjoni, ivvalutar u eliminazzjoni tal-vulnerabbiltajiet fl-infrastruttura kritika u fit-tagħmir tal-IT b'indħil għoli fis-suq sabiex jiġu evitati l-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u l-infrastruttura kritika, pereżempju permezz ta' awditi tal-kodiċi ta' softwer bla ħlas u b'sors miftuħ, billi jiġu stabbiliti u appoġġati programmi li jippremjaw lil dawk li jirrapportaw anomaliji jew permezz ta' ttestjar ta' intrużjoni.

 

4. Il-Fondi jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 3(2)(c a) li jiffoka fuq il-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin:

 

(a) titjib fil-kooperazzjoni u fil-koordinazzjoni fost is-servizzi tal-intelligence tal-Istati Membri u bejn dawn is-servizzi u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi permezz ta' kuntatti, netwerking, fiduċja reċiproka, fehim u tagħlim, skambju u tixrid ta' għarfien espert, esperjenzi u l-aħjar prattiki, b'mod partikolari fir-rigward tal-appoġġ għall-investigazzjonijiet tal-pulizija u l-valutazzjoni tat-theddid;

 

(b) skambju u taħriġ ta' uffiċjali tal-intelligence.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>51</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 4 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fl-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u f'konformità mal-implimentazzjoni tal-miżuri elenkati fl-Anness II, il-Fond għandu jappoġġa b'mod partikolari l-azzjonijiet elenkati fl-Anness III.

1. F'konformità mal-implimentazzjoni tal-miżuri elenkati fl-Artikolu 3 a, il-Fond għandu jappoġġja azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3. Dawn jistgħu jinkludu l-azzjonijiet elenkati fl-Anness III.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>52</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 4 – paragrafu 2</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Biex jilħaq l-objettivi ta' dan ir-Regolament, il-Fond jista' jappoġġa azzjonijiet f'konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni kif imsemmija fl-Anness III fir-rigward ta' pajjiżi terzi u fihom, fejn xieraq, skont l-Artikolu 5.

2. Biex jilħaq l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, il-Fond jista' f'każijiet eċċezzjonali, fi ħdan il-limiti ddefiniti u soġġett għal salvagwardji xierqa, jappoġġa azzjonijiet kif imsemmija fl-Anness III fir-rigward ta' pajjiżi terzi u fihom, fejn xieraq, skont l-Artikolu 5.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>53</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 4 – paragrafu 2 a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a. L-ammont totali ta' finanzjament biex jiġu appoġġjati azzjonijiet f'pajjiżi terzi jew b'rabta magħhom taħt il-faċilità tematika skont l-Artikolu 8 m'għandux jaqbeż 2 % tal-ammont totali allokat għall-faċilità tematika skont l-Artikolu 7(2)(b).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>54</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 4 – paragrafu 2 b (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 b. L-ammont totali ta' finanzjament biex jiġu appoġġjati azzjonijiet f'pajjiżi terzi jew b'rabta magħhom taħt il-programmi tal-Istati Membri skont l-Artikolu 12 m'għandux jaqbeż, għal kull Stat Membru, 2 % tal-ammont totali allokat għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 7(2)(a), mal-Artikolu 10(1) u mal-Anness I.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>55</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) azzjonijiet limitati għaż-żamma tal-ordni pubblika fil-livell nazzjonali;

(a) azzjonijiet limitati għaż-żamma tal-ordni pubblika fil-livell nazzjonali jew li prinċipalment jikkonsistu minn dan;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>56</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) tagħmir li mill-inqas wieħed mill-għanijiet tiegħu huwa kontroll doganali;

(d) tagħmir li mill-inqas l-għan ewlieni tiegħu huwa kontroll doganali;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>57</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta tinqala' sitwazzjoni ta' emerġenza, azzjonijiet mhux eliġibbli msemmija f'dan il-paragrafu jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli.

Meta tinqala' sitwazzjoni ta' emerġenza, azzjonijiet mhux eliġibbli msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>58</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a – punt ii</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) pajjiż terz elenkat fil-programm ta' ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati fihom.

(ii) pajjiż terz elenkat fil-programm ta' ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati fihom, soġġett għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet kollha li jsiru f'pajjiż terz, minnu jew b'rabta ma' dak il-pajjiż terz jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>59</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali.

(b) kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali rilevanti.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>60</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 3</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' azzjoni partikolari.

3. L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' azzjoni partikolari, b'segwitu għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>61</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 5 – paragrafu 4</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-entitajiet ġuridiċi li jipparteċipaw f'konsorzji ta' mill-inqas żewġ entitajiet indipendenti, stabbiliti fi Stati Membri differenti jew f'pajjiżi jew territorji barra l-Ewropa marbuta ma' dawk l-istati jew ma' pajjiżi terzi, huma eliġibbli.

4. L-entitajiet ġuridiċi li jipparteċipaw f'konsorzji ta' mill-inqas żewġ entitajiet indipendenti, stabbiliti fi Stati Membri differenti jew f'pajjiżi jew territorji barra l-Ewropa marbuta ma' dawk l-istati huma eliġibbli. L-Artikolu 6(3) għandu japplika meta l-organizzazzjonijiet internazzjonali li jipparteċipaw f'konsorzju jkunu stabbiliti f'pajjiż terz.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>62</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 6 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Appoġġ pprovdut skont dan ir-Regolament għandu jikkumplimenta l-intervent nazzjonali, reġjonali u lokali, u għandu jiffoka fuq il-kisba ta' valur miżjud għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

1. Appoġġ pprovdut skont dan ir-Regolament għandu jikkomplementa l-intervent nazzjonali, reġjonali u lokali, u għandu jiffoka fuq il-kisba ta' valur miżjud Ewropew għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>63</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 6 – paragrafu 2</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ ipprovdut skont dan ir-Regolament u mill-Istati Membri jkun konsistenti mal-attivitajiet, politiki u l-prijoritajiet rilevanti tal-Unjoni u jkun komplementari ma' strumenti oħra tal-Unjoni.

2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ ipprovdut skont dan ir-Regolament u mill-Istati Membri jkun konsistenti mal-attivitajiet, politiki u l-prijoritajiet rilevanti tal-Unjoni u jkun komplementari ma' strumenti nazzjonali u kkoordinat ma' strumenti oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari azzjonijiet imwettqa fl-ambitu ta' fondi oħra tal-Unjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>64</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 7 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Fond għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 2 500 000 000 fi prezzijiet attwali.

1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Fond għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 2 209 725 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 2 500 000 000 fi prezzijiet kurrenti).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>65</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) EUR 1 500 000 000 għandhom jiġu allokati għall-programmi implimentati b'ġestjoni kondiviża;

(a) EUR 1 325 835 000 fil-prezzijiet tal-2018 (EUR 1 500 000 000 fi prezzijiet attwali) għandhom jiġu allokati għall-programmi implimentati b'ġestjoni kondiviża;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>66</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) EUR 1 000 000 000 għandhom jiġu allokati għall-faċilità tematika.

(b) EUR 883 890 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 1 000 000 000 fi prezzijiet attwali) għandhom jiġu allokati għall-faċilità tematika.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>67</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 8 – paragrafu 2</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Finanzjament mill-faċilità tematika għandha tindirizza prijoritajiet b'valur miżjud għoli għall-Unjoni jew tintuża b'reazzjoni għal ħtiġijiet urġenti, f'konformità mal-prijoritajiet miftehma tal-Unjoni kif deskritt fl-Anness II.

2. Finanzjament mill-faċilità tematika għandu jindirizza prijoritajiet b'valur miżjud għoli għall-Unjoni, jintuża b'reazzjoni għal ħtiġijiet urġenti f'konformità mal-prijoritajiet miftehma tal-Unjoni kif deskritt fl-Artikolu 3 a, għal miżuri speċifiċi bħal dawk elenkati fl-Anness III, jew biex jappoġġja miżuri f'konformità mal-Artikolu 19. Id-distribuzzjoni tar-riżorsi tal-faċilità tematika fost id-diversi prijoritajiet għandha, sa fejn ikun possibbli, tkun waħda proporzjonata għall-isfidi u l-ħtiġijiet sabiex jiġi żgurat li l-għanijiet tal-fond jistgħu jintlaħqu.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>68</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 8 – paragrafu 2 a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a. Il-finanzjament mill-faċilità tematika għandu jiġi allokat kif ġej:

 

a) minimu ta' 10 % tal-finanzjament għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2);

 

b) minimu ta' 10 % tal-finanzjament għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2);

 

c) minimu ta' 30 % tal-finanzjament għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2);

 

d) minimu ta' 5 % tal-finanzjament għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (c a) tal-Artikolu 3(2).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>69</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 8 – paragrafu 3</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta jingħata finanzjament mill-faċilità tematika f'ġestjoni diretta jew indiretta lill-Istati Membri, għandu jiġi żgurat li l-proġetti magħżula mhumiex affettwati minn opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta' ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jpoġġi f'riskju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-proġetti.

3. Meta jingħata finanzjament mill-faċilità tematika f'ġestjoni diretta jew indiretta lill-Istati Membri, l-ebda finanzjament m'għandu jkun disponibbli għall-proġetti fejn teżisti evidenza ċara li l-legalità ta' dawk il-proġetti, jew il-legalità u r-regolarità ta' dak il-finanzjament, jew il-prestazzjoni ta' dawk il-proġetti, ikun tqajjem dubju dwarhom bħala riżultat ta' opinjoni motivata maħruġa mill-Kummissjoni fir-rigward ta' proċedura ta' ksur skont l-Artikolu 258 tat-TFUE.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>70</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 8 – paragrafu 4</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta jingħata finanzjament mill-faċilità tematika jkun implimentat f'ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni għandha, għall-fini tal-Artikolu 18 u l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru [CPR], tivvaluta jekk l-azzjonijiet previsti humiex affettwati minn opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta' ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jpoġġi f'riskju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-proġetti.

4. Meta finanzjament mogħti mill-faċilità tematika jkun implimentat f'ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni għandha, għall-fini tal-Artikolu 18 u l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru [CPR], tiżgura li ebda finanzjament ma jkun disponibbli għall-proġetti fejn teżisti evidenza ċara li l-legalità ta' dawk il-proġetti, jew il-legalità u r-regolarità ta' dak il-finanzjament, jew il-prestazzjoni ta' dawk il-proġetti, ikun tqajjem dubju dwarhom bħala riżultat ta' opinjoni motivata maħruġa mill-Kummissjoni fir-rigward ta' proċedura ta' ksur skont l-Artikolu 258 tat-TFUE.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>71</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 8 – paragrafu 5</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont globali magħmul disponibbli għall-faċilità tematika għal taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet ta' finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu [110] tar-Regolament Finanzjarju għall-faċilità tematika billi tidentifika l-għanijiet u l-azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati u tispeċifika l-ammonti għal kull wieħed mill-komponenti tagħha kif imsemmi fil-paragrafu 1. Id-deċiżjonijiet ta' finanzjament għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit.

5. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont globali magħmul disponibbli għall-faċilità tematika għal taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28 sabiex jissupplementaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu programmi ta' ħidma kif imsemmi fl-Artikolu [110] tar-Regolament Finanzjarju għall-faċilità tematika billi tidentifika l-għanijiet u l-azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġjati u tispeċifika l-ammonti għal kull wieħed mill-komponenti tagħha kif imsemmi fil-paragrafu 1. Qabel ma tadotta programm ta' ħidma, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma' partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit. Sabiex tiġi żgurata disponibbiltà f'waqtha tar-riżorsi, il-Kummissjoni tista' separatament tadotta programm ta' ħidma għal assistenza ta' emerġenza.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>72</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 8 – paragrafu 6</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. B'segwitu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' finanzjament kif imsemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista' temenda l-programmi implimentati taħt ġestjoni kondiviża skontu.

6. B'segwitu għall-adozzjoni tal-programm ta' ħidma kif imsemmi fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni tista' temenda l-programmi implimentati taħt ġestjoni kondiviża skontu.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>73</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 8 – paragrafu 7</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Dawn id-deċiżjonijiet ta' finanzjament jistgħu jkunu annwali jew pluriennali u jistgħu jkopru komponent wieħed jew aktar tal-faċilità tematika.

7. Dawn il-programmi ta' ħidma jistgħu jkunu annwali jew pluriennali u jistgħu jkopru komponent wieħed jew aktar tal-faċilità tematika.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>74</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 11 – paragrafu 5 a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5 a. Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista' tiżdied għal 100 % tan-nefqa totali eliġibbli għal assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istati Membri.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>75</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 12 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-prijoritajiet indirizzati fil-programmi tiegħu huma konsistenti mal-prijoritajiet tal-Unjoni u jirrispondu għall-isfidi fil-qasam tas-sigurtà u li huma kompletament konformi mal-acquis tal-Unjoni rilevanti u l-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni. Meta jiddefinixxu dawn il-prijoritajiet tal-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta' implimentazzjoni kif stabbiliti fl-Anness II huma indirizzati b'mod adegwat fil-programm.

1. Kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-prijoritajiet indirizzati fil-programmi nazzjonali huma konsistenti mal-prijoritajiet tal-Unjoni u jirrispondu għall-isfidi fil-qasam tas-sigurtà u li huma kompletament konformi mal-acquis tal-Unjoni rilevanti u l-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni. Meta jiddefinixxu dawn il-prijoritajiet tal-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta' implimentazzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 3 a huma indirizzati b'mod adegwat fil-programm.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>76</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 12 – paragrafu 1 a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1 a. Meta l-Kummissjoni tivvaluta l-programmi nazzjonali tal-Istati Membri hija għandha tiżgura li l-azzjonijiet ippjanati ma jiġux affettwati minn opinjoni motivata li tkun ħarġet fir-rigward tal-ksur skont l-Artikolu 258 tat-TFUE dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew l-eżekuzzjoni ta' proġetti.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>77</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 12 – paragrafu 1 b (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1 b. L-Istati Membri għandhom jallokaw ir-riżorsi għall-programmi nazzjonali tagħhom kif ġej:

 

a) minimu ta' 10% tal-finanzjament għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2);

 

b) minimu ta' 10 % tal-finanzjament għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2);

 

c) minimu ta' 30 % tal-finanzjament għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2);

 

d) minimu ta' 5 % tal-finanzjament għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (c a) tal-Artikolu 3(2)(c a).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>78</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 12 – paragrafu 1 c (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1 c. L-Istati Membri li jixtiequ deroga mill-paragrafu 1 b għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b'dan u jikkunsidraw magħha jekk dawn il-perċentwali minimi għandhomx jiġu aġġustati minħabba ċirkostanzi partikolari li għandhom impatt fuq is-sigurtà interna. Dawn l-aġġustamenti jridu jiġu approvati mill-Kummissjoni.

</Amend>

 

<Amend>Emenda  <NumAm>79</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 12 – paragrafu 2</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction, EMCDDA) huma assoċjati mal-iżvilupp tal-programmi fi stadju bikri, fir-rigward tal-oqsma ta' kompetenza tagħhom. Speċifikament, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw mal-Europol dwar it-tfassil tal-azzjonijiet tagħhom b'mod partikolari meta jinkludu ċ-ċiklu ta' politika tal-UE jew l-azzjonijiet EMPACT jew azzjonijiet koordinati mit-Taskforce ta' Azzjoni Konġunta kontra ċ-Ċiberkriminalità (Joint Cybercrime Action Taskforce, J-CAT) fil-programmi tagħhom. Qabel ma jinkludu t-taħriġ fil-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw mas-CEPOL sabiex jevitaw it-trikkib.

2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust), l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA), l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (EBCGA), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) huma involuti mill-bidu fl-iżvilupp tal-programm fir-rigward tal-oqsma ta' kompetenza tagħhom. Speċifikament, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw mal-Europol dwar it-tfassil tal-azzjonijiet tagħhom b'mod partikolari meta jinkludu ċ-ċiklu ta' politika tal-UE jew l-azzjonijiet EMPACT jew azzjonijiet koordinati mit-Taskforce ta' Azzjoni Konġunta kontra ċ-Ċiberkriminalità (Joint Cybercrime Action Taskforce, J-CAT) fil-programmi tagħhom. Qabel ma jinkludu t-taħriġ fil-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw mas-CEPOL sabiex jevitaw it-trikkib. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw ukoll ma' partijiet ikkonċernati oħra rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, dwar l-ippjanar tal-azzjonijiet tagħhom.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>80</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 12 – paragrafu 3</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista' tassoċja l-Aġenzija tal-Unjoni għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) fejn xieraq fil-kompiti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni kif speċifikat fit-Taqsima 5 b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġu żgurati li l-azzjonijiet implimentati bl-appoġġ tal-Fond huma konformi mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u l-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni.

3. Il-Kummissjoni tista' tassoċja l-Aġenziji msemmija fil-paragrafu 2, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) fejn xieraq fil-kompiti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni kif speċifikat fit-Taqsima 5 b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġu żgurati li l-azzjonijiet implimentati bl-appoġġ tal-Fond, li jaqgħu fi ħdan il-mandat tagħhom, huma konformi mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u l-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>81</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 12 – paragrafu 4</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Massimu ta' 15 % tal-allokazzjoni ta' programm ta' Stat Membru jistgħu jintużaw għax-xiri ta' tagħmir, mezzi ta' trasport jew il-kostruzzjoni ta' faċilitajiet rilevanti għas-sigurtà. Il-limitu massimu jista' jinqabeż biss f'każijiet ġustifikati kif xieraq.

4. Massimu ta' 15 % tal-allokazzjoni ta' programm ta' Stat Membru jistgħu jintużaw għax-xiri ta' tagħmir, mezzi ta' trasport jew il-kostruzzjoni ta' faċilitajiet rilevanti għas-sigurtà. Il-limitu massimu jista' jinqabeż biss f'każijiet ġustifikati kif xieraq u wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>82</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 12 – paragrafu 5 – punt a</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-prijoritajiet u l-acquis tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà b'mod partikolari għall-iskambju ta' informazzjoni u l-interoperabbiltà ta' sistemi tal-IT;

(a) il-prijoritajiet u l-acquis tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà b'mod partikolari l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-iskambju effiċjenti ta' informazzjoni rilevanti u preċiża u l-implimentazzjoni tal-komponenti tal-qafas għall-interoperabbiltà tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>83</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 12 – paragrafu 6</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Fejn hu meħtieġ, il-programm għandu jiġi emendat biex jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5. Skont l-impatt finanzjarju tal-aġġustament, il-programm rivedut jistgħu jiġu approvati mill-Kummissjoni.

6. Fejn huwa meħtieġ, il-programm għandu jiġi emendat biex jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5 u l-progress tal-kisba tal-istadji importanti u l-miri kif ivvalutati fir-rapporti tal-prestazzjoni annwali hekk kif imsemmi fl-Artikolu 26(2)(a). Skont l-impatt finanzjarju tal-aġġustament, il-programm rivedut għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru X [CPR].

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>84</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 12 – paragrafu 8</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Kull meta Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta proġetti ma' pajjiż terz jew fih, bl-appoġġ tal-Fond, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonsulta mal-Kummissjoni qabel ma jinbeda l-proġett.

8. Kull meta Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta proġetti f'pajjiż terz jew fir-rigward tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5, bl-appoġġ tal-Fond, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonsulta mal-Kummissjoni qabel ma jinbeda l-proġett. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-komplementarjetà u l-koerenza tal-proġetti previsti mal-azzjonijiet l-oħra tal-Unjoni u tal-Istati Membri, b'rabta mal-pajjiż terz ikkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tivverifika wkoll il-konformità tal-proġetti proposti mar-rekwiżiti tad-drittijiet fundamentali msemmija fl-Artikolu 3(4).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>85</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 12 – paragrafu 9</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Il-programmazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE) Nru [CPR] għandha tkun ibbażata fuq it-tipi ta' intervent stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness VI.

9. F'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru [CPR], għal kull programm għandu jistabbilixxi, għal kull objettiv speċifiku, it-tipi ta' interventi f'konformità mat-Tabella 1 tal-Anness VI u analiżi indikattiva tar-riżorsi pprogrammati skont it-tip ta' intervent jew il-qasam tal-appoġġ.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>86</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 13 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fl-2024, il-Kummissjoni għandha talloka l-ammont addizzjonali msemmija fl-Artikolu 10(1)(b) għall-programmi tal-Istati Membri kkonċernati skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 fl-Anness I. Il-finanzjament għandu jkun effettiv għall-perjodu mis-sena kalendarja 2025.

1. Fl-2024, wara li tinforma lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha talloka l-ammont addizzjonali msemmija fl-Artikolu 10(1)(b) għall-programmi tal-Istati Membri kkonċernati skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 fl-Anness I. Il-finanzjament għandu jkun effettiv għall-perjodu mis-sena kalendarja 2025.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>87</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 13 – paragrafu 2</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk mill-inqas 10 % tal-allokazzjoni inizjali ta' programm imsemmija fl-Artikolu 10(1)(a) ma kinitx koperta minn applikazzjonijiet ta' pagamenti interim ippreżentati skont l-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) Nru [CPR], l-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun eliġibbli biex jirċievi l-allokazzjoni addizzjonali għall-programm imsemmija fil-paragrafu 1.

2. Jekk mill-inqas 30 % tal-allokazzjoni inizjali ta' programm imsemmija fl-Artikolu 10(1)(a) ma kinitx koperta minn applikazzjonijiet ta' pagamenti interim ippreżentati skont l-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) Nru X [CPR], l-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun eliġibbli biex jirċievi l-allokazzjoni addizzjonali għall-programm imsemmija fil-paragrafu 1.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>88</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 13 – paragrafu 3</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-allokazzjoni tal-fondi mill-faċilità tematika mill-2025 għandha, fejn xieraq, tieħu kont tal-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-għanijiet prinċipali tal-qafas ta' prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru [CPR] u tan-nuqqasijiet identifikati fl-implimentazzjoni.

3. L-allokazzjoni tal-fondi mill-faċilità tematika mill-2025 għandha tieħu kont tal-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-għanijiet prinċipali tal-qafas ta' prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru X [CPR] u tan-nuqqasijiet identifikati fl-implimentazzjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>89</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 15 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-appoġġ operattiv huwa parti mill-allokazzjoni ta' Stat Membru li jista' jintuża bħala appoġġ għall-awtoritajiet pubbliċi responsabbli mit-twettiq tal-kompiti u s-servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni.

1. L-appoġġ operattiv huwa parti mill-allokazzjoni ta' Stat Membru li jista' jintuża bħala appoġġ għall-awtoritajiet pubbliċi responsabbli mit-twettiq tal-kompiti u s-servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni diment li jikkontribwixxu biex jiżguraw livell għoli ta' sigurtà fl-Unjoni kollha.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>90</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 15 – paragrafu 2</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Stat Membru jista' juża sa 10 % tal-ammont allokat mill-Fond għall-programm tiegħu biex jiffinanzja sostenn operatorju għall-awtoritajiet pubbliċi responsabbli mit-twettiq tal-kompiti u s-servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni.

2. Stat Membru jista' juża sa 20% tal-ammont allokat mill-Fond għall-programm tiegħu biex jiffinanzja sostenn operatorju għall-awtoritajiet pubbliċi responsabbli mit-twettiq tal-kompiti u s-servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>91</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 15 – paragrafu 4</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw fil-programm u fir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 26, l-użu ta' appoġġ operattiv biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Qabel l-approvazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni tal-linja bażi fl-Istati Membri li jkunu indikaw l-intenzjoni tagħhom li jitolbu appoġġ operattiv, filwaqt li tqis l-informazzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri kif ukoll rakkomandazzjonijiet minn mekkaniżmi ta' kontroll u ta' evalwazzjoni ta' kwalità bħalma huma l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen u mekkaniżmi oħrajn ta' kontroll u ta' evalwazzjoni tal-kwalità.

4. L-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw fil-programm u fir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 26, l-użu ta' appoġġ operattiv biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Qabel l-approvazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni tal-linja bażi fl-Istati Membri li jkunu indikaw l-intenzjoni tagħhom li jitolbu appoġġ operattiv, filwaqt li tqis l-informazzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri kif ukoll rakkomandazzjonijiet minn mekkaniżmi ta' kontroll u ta' evalwazzjoni ta' kwalità bħalma huma: il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen, il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u tar-riskju mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (EBCGA) u mekkaniżmi oħrajn ta' kontroll u ta' evalwazzjoni tal-kwalità, kif applikabbli.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>92</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 15 – paragrafu 5</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-appoġġ operattiv għandu jkun iffokat fuq kompiti u servizzi speċifiċi kif stipulat fl-Anness VII.

5. L-appoġġ operattiv għandu jkun iffokat fuq azzjonijiet kif stipulat fl-Anness VII.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>93</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 15 a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Viżibbiltà, trasparenza u komunikazzjoni

 

Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti għal viżibbiltà, trasparenza u komunikazzjoni stipulati fir-Regolament (UE) Nru X [CPR].

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>94</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 17 – paragrafu 3 a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a. L-aġenziji deċentralizzati jaf ikunu eliġibbli wkoll għal finanzjament disponibbli fi ħdan il-qafas ta' azzjonijiet tal-Unjoni sabiex jappoġġjaw azzjonijiet transnazzjonali b'valur miżjud Ewropew.

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>95</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 19 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Fond jista' jappoġġa miżuri ta' għajnuna teknika implimentati bl-inizjattiva tal-Kummissjoni jew f'isimha. Dawn il-miżuri jistgħu jiġu finanzjati bir-rata ta' 100 %.

Il-Fond jista' jappoġġa miżuri ta' għajnuna teknika implimentati bl-inizjattiva tal-Kummissjoni jew f'isimha. Dawn il-miżuri, jiġifieri l-azzjonijiet ta' tħejjija, ta' kontroll tal-monitoraġġ, ta' awditjar, ta' evalwazzjoni, ta' komunikazzjoni, inkluża dik istituzzjonali dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà, ta' viżibilità u l-azzjonijiet kollha amministrattivi u ta' assistenza teknika meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u fejn xieraq ma' pajjiżi terzi, jistgħu jiġu finanzjati bir-rata ta' 100 %.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>96</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 21 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-riċevitur tal-finanzjament tal-Unjoni għandu jirrikonoxxu l-oriġini u jiżgura l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari meta jippromwovi l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdi informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inklużi lill-midja u lill-pubbliku.

1. Ir-riċevitur tal-finanzjament tal-Unjoni għandu jippromwovi l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdi informazzjoni koerenti, effettiva u sinifikattiva lil diversi udjenzi rilevanti, inklużi lill-midja u lill-pubbliku bil-lingwa rilevanti. Sabiex tiġi żgurata l-viżibilità tal-finanzjament tal-Unjoni, dawk li jirċievu l-finanzjament tal-Unjoni għandhom jagħmlu referenza għall-oriġini tagħha meta jikkomunikaw l-azzjoni. Għal dan il-għan, ir-riċevituri għandhom jiżguraw li kwalunkwe komunikazzjoni lill-midja u lill-pubbliku ġenerali juru l-emblema tal-Unjoni u jsemmu espliċitament l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>97</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 21 – paragrafu 2</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-Fond u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Fond għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, dment li dawn ikunu relatati mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

2. Biex tilħaq l-aktar udjenza mifruxa possibbli, il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-Fond u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-programmi annwali u pluriennali tal-faċilità tematika. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' operazzjonijiet magħżula għall-appoġġ fl-ambitu tal-faċilità tematika fuq sit web disponibbli pubblikament u taġġorna regolarment din il-lista. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Fond għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni, b'mod partikolari l-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, diment li dawn ikunu relatati mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>98</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 21 – paragrafu 2 a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 f'formati miftuħa, li jinqraw mill-magni, li jippermettu li d-data tiġi separata, imfittxija, estratta, imqabbla u użata mill-ġdid, kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Għandu jkun possibbli li d-data tiġi separata skont il-prijorità, l-għan speċifiku, l-ispiża totali eliġibbli tal-operazzjonijiet, l-ispiża totali tal-proġetti, l-ispiża totali tal-proċeduri ta' akkwist, l-isem tal-benefiċjarju u l-isem tal-kuntrattur.

 

__________________

 

1a Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>99</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 22 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Fond għandu jipprovdi assistenza finanzjarja għall-indirizzar ta' ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fil-każ ta' sitwazzjoni ta' emerġenza li tirriżulta minn inċident relatat mas-sigurtà jew theddida ġdida fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li għandhom jew li jista' jkollhom impatt avvers importanti fuq is-sigurtà tan-nies fi Stat Membru wieħed jew iktar;

1. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tipprovdi assistenza finanzjarja mill-Fond għall-indirizzar ta' ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fil-każ ta' sitwazzjoni ta' emerġenza debitament ġustifikata. Dawn is-sitwazzjonijiet jistgħu jirriżultaw minn inċident relatat mas-sigurtà, theddida ġdida jew vulnerabbiltà li tkun għadha kif ġiet identifikata fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li għandhom jew li jista' jkollhom impatt avvers importanti fuq is-sigurtà tan-nies, ta' spazji pubbliċi jew ta' infrastruttura kritika fi Stat Membru wieħed jew iktar. F'dawn il-każijiet, hija għandha tinforma fil-ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>100</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 22 – paragrafu 4 a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4 a. Fejn meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-azzjoni, l-assistenza ta' emerġenza tista' tkopri nefqa li tkun saret qabel id-data tal-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal għotja jew talba għal assistenza, iżda mhux qabel l-1 ta' Jannar 2021.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>101</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 23 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Fond tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli ta' kull programm tal-Unjoni kontribwenti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkolat fuq bażi prorata b'konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.

1. Operazzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Fond tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli ta' kull programm tal-Unjoni kontribwenti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-operazzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkolat fuq bażi prorata b'konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>102</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-azzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni b'siġill ta' Eċċellenza, jew li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi u paragunabbli li ġejjin:

L-operazzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni b'siġill ta' Eċċellenza, jew li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi u paragunabbli li ġejjin:

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>103</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 2</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond ta' Koeżjoni, mill-Fond Soċjali Ewropew+ jew mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, b'konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) X [CPR] u mal-Artikolu [8] jew mar-Regolament (UE) X [Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], bil-kundizzjoni li tali azzjonijiet ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi l-appoġġ.

jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond ta' Koeżjoni, mill-Fond Soċjali Ewropew+ jew mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, b'konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) X [CPR] u mal-Artikolu [8] jew mar-Regolament (UE) X [Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], bil-kundizzjoni li tali operazzjonijiet ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi l-appoġġ.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>104</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 24 – paragrafu 3</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Fond lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness VIII. Għall-indikaturi tal-output, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti fil-livell ta' żero. L-istadji importanti stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi.

3. L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Fond lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness VIII. Għall-indikaturi tal-output, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti fil-livell ta' żero. L-istadji importanti stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi. Fuq talba, id-data li l-Kummissjoni tkun irċeviet dwar l-indikaturi tal-output u tar-riżultati għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>105</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 24 – paragrafu 5</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Fond lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28 biex temenda l-Anness VIII biex tirrevedi u tikkumplimenta l-indikaturi fejn meħtieġ u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni, inkluż għal informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri.

5. Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Fond lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28 biex temenda l-Anness VIII biex tirrevedi u tikkomplementa l-indikaturi fejn meħtieġ u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni, inkluż għal informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri. L-indikaturi kwalitattivi għandhom jiġu inklużi għall-valutazzjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>106</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 25 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u retrospettiva ta' dan ir-Regolament, inklużi l-azzjonijiet implimentati skont dan il-Fond.

1. Sal-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni ta' nofs it-terminu ta' dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandha teżamina l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza u l-koerenza tal-Fond. B'mod aktar speċifiku, din għandha tinkludi valutazzjoni ta':

 

(a) il-progress li sar sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, filwaqt li titqies l-informazzjoni kollha rilevanti li tkun diġà disponibbli, b'mod partikolari r-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 26 u l-indikaturi tal-eżitu u tar-riżultati stabbiliti fl-Anness VIII;

 

(b) il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet u l-operazzjonijiet implimentati permezz ta' dan il-Fond;

 

(c) l-adegwatezza tal-miżuri ta' implimentazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3 a sabiex jiġu indirizzati l-isfidi eżistenti u emerġenti tas-sigurtà;

 

(d) l-impatti tal-Fond fit-tul u l-effetti tiegħu fuq is-sostenibbiltà;

 

(e) il-komplementarjetà u l-koerenza bejn l-azzjonijiet appoġġati fl-ambitu ta' dan il-Fond u l-appoġġ ipprovdut minn fondi oħra tal-Unjoni.

 

 

 

L-evalwazzjoni obbligatorja ta' nofs it-terminu għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni retrospettiva dwar l-impatt fit-tul tal-istrument preċedenti fuq l-appoġġ finanzjarju għas-sigurtà interna għall-perjodu 2014-2020, il-Fond għas-Sigurtà Interna - il-Pulizija. L-evalwazzjoni għandha, kif xieraq, tkun akkumpanjata minn proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>107</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 25 – paragrafu 1 a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1 a. Sal-31 ta' Diċembru 2030, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni retrospettiva ta' dan ir-Regolament. Sal-istess data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jinkludi l-elementi elenkati fil-paragrafu 1. F'dak ir-rigward, l-impatti fit-tul tal-istrument għandhom jiġu evalwati bil-għan li jwasslu għal deċiżjoni dwar il-possibbiltà ta' tiġdid jew il-modifika ta' fond sussegwenti.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>108</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 25 – paragrafu 2</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u retrospettiva għandha titwettaq fil-ħin sabiex ikun hemm kontribuzzjoni għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet f'konformità mal-iskeda ta' żmien stipulata fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru [CPR].

2. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u retrospettiva għandha tkun disponibbli għall-pubbliku u tiġi ppreżentata lill-Parlament mingħajr dewmien biex tiġi żgurata trasparenza sħiħa. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-evalwazzjonijiet ma jinkludux informazzjoni li jekk din tinxtered tista' toħloq riskju għas-sikurezza jew il-privatezza tal-individwi jew tipperikola l-operazzjonijiet ta' sigurtà.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>109</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 26 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-15 ta' Frar 2023 u sal-istess data ta' kull sena sussegwenti sal-2031, biha inkluża, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport tal-prestazzjoni annwali kif imsemmi fl-Artikolu 36(6) tar-Regolament (UE) Nru [CPR]. Ir-rapport ippreżentat fl-2023 għandu jkopri l-implimentazzjoni tal-programm sat-30 ta' Ġunju 2022.

1. Sal-15 ta' Frar 2023 u sal-istess data ta' kull sena sussegwenti sal-2031, biha inkluża, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport tal-prestazzjoni annwali kif imsemmi fl-Artikolu 36(6) tar-Regolament (UE) Nru X [CPR]. Ir-rapport ippreżentat fl-2023 għandu jkopri l-implimentazzjoni tal-programm sat-30 ta' Ġunju 2022. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw dawn ir-rapporti fuq sit web apposta u jgħadduhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>110</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt a a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a a) tqassim tal-kontijiet annwali tal-programm nazzjonali skont l-irkupri, il-prefinanzjament lill-benefiċjarji finali u l-infiq reali mġarrab;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>111</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm u l-azzjonijiet meħuda biex jindirizzawhom;

(b) kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm u l-azzjonijiet meħuda biex jindirizzawhom, inklużi l-opinjonijiet motivati maħruġa mill-Kummissjoni fir-rigward ta' proċedura ta' ksur skont l-Artikolu 258;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>112</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt c</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-komplementarjetà bejn l-azzjonijiet appoġġati mill-Fond u l-appoġġ provdut minn Fondi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk f'pajjiżi terzi jew b'rabta ma' pajjiżi terzi jew b'rabta magħhom;

(c) il-komplementarjetà, il-koordinazzjoni u l-koerenza bejn l-azzjonijiet appoġġati mill-Fond u l-appoġġ provdut minn Fondi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk f'pajjiżi terzi jew b'rabta ma' pajjiżi terzi jew b'rabta magħhom.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>113</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt d a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(d a) il-konformità mar-rekwiżiti tad-drittijiet fundamentali;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>114</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 26 – paragrafu 3 a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a. Ladarba r-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni jkunu ġew aċċettati, il-Kummissjoni għandha tqiegħed is-sommarji tagħhom għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tippubblikahom fuq sit web apposta. Jekk ma jkunx intbagħat mill-Istati Membri f'konformità mal-paragrafu 1, it-test sħiħ tar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni għandu, fuq talba, jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>115</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 28 – paragrafu 2</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 12, 15, 24 u 27 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

2. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 8, 12, 15, 24 u 27 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>116</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 28 – paragrafu 3</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jirrevoka d-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 12, 15, 24 u 27 fi kwalunkwe żmien. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

3. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jirrevoka d-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 8, 12, 15, 24 u 27 fi kwalunkwe żmien. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>117</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 28 – paragrafu 6</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 12, 15, 24 u 27 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jiġu mgħarrfa bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, it-tnejn li huma jkunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 8, 12, 15, 24 u 27 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jiġu mgħarrfa bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, it-tnejn li huma jkunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>118</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 29 – paragrafu 3</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta l-Kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni. Dan ma għandux japplika għall-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 26(4).

imħassar

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>119</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness II</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>120</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness III – titolu</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond f'konformità mal-Artikolu 4

Eżempji ta' azzjonijiet eliġibbli li għandhom jiġu appoġġjati mill-Fond f'konformità mal-Artikolu 4.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>121</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness III – parti introduttorja (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-appoġġ mill-Fond għas-Sigurtà Interna jista', inter alia, jkollu fil-mira dawn it-tipi ta' azzjonijiet li ġejjin:

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>122</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness III – inċiż 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 Sistemi tal-IT u networks li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament, taħriġ dwar l-użu ta' dawn is-sistemi, l-ittestjar u t-titjib tal-interoperabbiltà u l-kwalità tad-data ta' dawn is-sistemi;

 l-istabbiliment ta' sistemi tal-IT u networks li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament, taħriġ dwar l-użu ta' dawn is-sistemi, l-ittestjar u t-titjib tal-komponenti tal-interoperabilità u l-kwalità tad-data ta' dawn is-sistemi;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>123</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness III – inċiż 2</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u l-objettivi ta' politika tal-Unjoni fl-Istati Membri fil-qasam tas-sistemi għas-sigurtà tal-informazzjoni;

 il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u l-objettivi ta' politika tal-Unjoni fl-Istati Membri fil-qasam tas-sistemi għas-sigurtà tal-informazzjoni, b'mod partikolari l-protezzjoni tad-data, il-privatezza u s-sigurtà tad-data;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>124</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness III – inċiż 3 a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 appoġġ ta' aġenziji deċentralizzati bil-għan li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni f'operazzjonijiet transfruntiera;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>125</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness III – inċiż 4</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 azzjonijiet li jappoġġaw rispons effettiv u koordinat għall-kriżi li jgħaqqdu flimkien il-kapaċitajiet eżistenti speċifiċi għas-settur, ċentri ta' kompetenza u ċentri għall-għarfien tas-sitwazzjoni, inklużi dawk għas-saħħa, il-protezzjoni ċivili u t-terroriżmu;

 azzjonijiet li jappoġġaw rispons effettiv u koordinat għall-kriżi li jgħaqqdu flimkien il-kapaċitajiet eżistenti speċifiċi għas-settur, ċentri ta' kompetenza u ċentri għall-għarfien tas-sitwazzjoni, inklużi dawk għas-saħħa, il-protezzjoni ċivili, it-terroriżmu u ċ-ċiberkriminalità;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>126</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness III – inċiż 5 a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 azzjonijiet li jippromwovu r-riċerka u l-iskambju ta' għarfien espert li jtejbu r-reżiljenza għal theddid emerġenti, inkluż it-traffikar b'mezzi online, theddid ibridu u theddid kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>127</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness III – inċiż 5 b (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 azzjonijiet u netwerks ta' punti ta' kuntatt nazzjonali li jiffaċilitaw l-iskambju transfruntier ta' data akkwistata permezz ta' sistemi ta' sorveljanza bħal kameras u sensuri oħra, flimkien ma' algoritmi tal-intelliġenza artifiċjali, soġġetti għal salvagwardji sodi inkluż il-minimizzazzjoni tad-data, il-validazzjoni preċedenti minn awtorità ġudizzjarja u l-aċċess għal rimedju ġudizzjarju;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>128</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness III – inċiż 6 a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 appoġġ għal inizjattivi ta' netwerking tas-servizzi tal-intelligence tal-Istati Membri bil-għan li titrawwem kultura tal-intelligence komuni, titjieb il-fiduċja reċiproka, ikun hemm skambju u tixrid ta' għarfien, informazzjoni, informazzjoni, esperjenzi u prattiki tajba;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>129</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness III – inċiż 7 a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 edukazzjoni u taħriġ tal-persunal u tal-esperti tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u tal-awtoritajiet ġudizzjarji u l-aġenziji amministrattivi rilevanti fil-politiki ta' prevenzjoni b'enfasi speċjali fuq it-taħriġ dwar id-drittijiet fundamentali, inkluż miżuri ta' detezzjoni u jiġi evitat ir-razziżmu, u dwar l-iskambju tal-aħjar prattiki;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>130</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness III – inċiż 8</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 kooperazzjoni mas-settur privat sabiex tinbena l-fiduċja u jitjiebu l-koordinazzjoni, l-ippjanar ta' kontinġenza u l-iskambju u t-tixrid ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki fost l-atturi pubbliċi u privati inkluż fil-protezzjoni tal-ispazji pubbliċi u tal-infrastruttura kritika;

 kooperazzjoni mas-settur privat, b'mod partikolari fil-qasam taċ-ċibersigurtà sabiex tinbena l-fiduċja u jitjiebu l-koordinazzjoni, l-ippjanar ta' kontinġenza u l-iskambju u t-tixrid ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki fost l-atturi pubbliċi u privati inkluż il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>131</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness IV – Titolu</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Azzjonijiet eligibbli għal kofinanzjament ogħla f'konformità mal-Artikoli 11(2) u 12(6)

Azzjonijiet eliġibbli għal kofinanzjament ogħla f'konformità mal-Artikoli 11(3) u 12(7)

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>132</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness IV – inċiż 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 Proġetti li għandhom l-għan li jipprevjenu u jiġġieldu r-radikalizzazzjoni.

 Proġetti li għandhom l-għan li jipprevjenu u jiġġieldu l-estremiżmu vjolenti, inkluż ir-radikalizzazzjoni, l-intolleranza u d-diskriminazzjoni, b'mod partikolari miżuri li jindirizzaw l-għerq tagħhom u li jipprevjenu r-radikalizzazzjoni fil-ħabsijiet u proġetti li jipprovdu taħriġ speċifiku għal awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>133</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness IV – inċiż 2</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 Proġetti li għandhom l-għan li jtejbu l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-IT u tan-networks ta' komunikazzjoni.41

 Proġetti li għandhom l-għan li jtejbu l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-IT u tan-networks ta' komunikazzjoni, sa fejn ikun previst mid-dritt tal-Unjoni jew mil-liġi tal-Istati Membri.

__________________

__________________

41 F'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar sistemi ta' informazzjoni aktar b'saħħithom u aktar intelliġenti għall-fruntieri u s-sigurtà COM(2016) 205.

41 F'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar sistemi ta' informazzjoni aktar b'saħħithom u aktar intelliġenti għall-fruntieri u s-sigurtà COM(2016) 205.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>134</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness IV – inċiż 2 a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 Proġetti li għandhom l-għan li jiġġieldu kontra strutturi ta' kriminalità organizzata li huma partikolarment perikolużi skont EMPACT.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>135</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness IV – inċiż 2 b (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 Proġetti li għandhom l-għan li jipprevjenu u jiġġieldu ċ-ċiberkriminalità, b'mod partikoli l-isfruttament sesswali tat-tfal, inklużi miżuri li jipprevjenu attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u l-infrastruttura kritika billi jidentifikaw u jeliminaw il-vulnerabbiltajiet.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>136</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness IV – inċiż 2 c (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 Proġetti li għandhom l-għan li jiġġieldu kontra t-traffikar b'mezzi online.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>137</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness V – parti 2 – punt 3 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-valur tas-sekwestri tad-droga illeċita miksub bl-involviment tal-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi.

Il-valur tas-sekwestri ta' droga illeċita, armi, prodotti tal-organiżmi selvaġġi u traffikar illeċitu fi proprjetà kulturali miksub bl-involviment tal-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi implimentata bl-appoġġ tal-Fond.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>138</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness V – parti 3 – punt 2 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'għadd ta' infrastrutturi kritiċi u ta' spazji pubbliċi l-protezzjoni kontra inċidenti relatati mas-sigurtà tjiebu bl-għajnuna tal-Fond.

F'għadd ta' spazji pubbliċi u fl-iskala ta' infrastrutturi kritiċi l-protezzjoni kontra inċidenti relatati mas-sigurtà tjiebu bl-għajnuna tal-Fond.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>139</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness VI – tabella 1 – Kodiċi dwar id-Dimensjoni "Qasam ta' Intervent" – ringiela 10 a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

Emenda

10a

OC - Ħasil ta' flus tar-rikavat minn attività kriminali

</Amend><Amend>Emenda  <NumAm>140</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness VI – tabella 1 – Kodiċi dwar id-Dimensjoni "Qasam ta' Intervent" – ringiela 12 a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

Emenda

12a

It-traffikar ta' beni kulturali

 

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>141</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness VI – tabella 1 – Kodiċi dwar id-Dimensjoni "Qasam ta' Intervent" – ringiela 12 b (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

Emenda

12b

It-traffikar ta' speċi fil-periklu

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>142</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness VI – tabella 1 – Kodiċi dwar id-Dimensjoni "Qasam ta' Intervent" – ringiela 24 a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

Emenda

24a

CC - Distribuzzjoni ta' stampi ta' abbuż tat-tfal u pornografija tat-tfal

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>143</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness VIII – parti 1 – punt 1 – paragrafu 1 – punt a</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-għadd ta' tfittxijiet fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) II;

(a) l-għadd ta' allerti mdaħħla u tfittxijiet fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS);

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>144</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness VIII – parti 1 – punt 1 – paragrafu 1 – punt e a (ġdid)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(e a) l-għadd ta' tfittxijiet imwettqa fis-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali għal ċittadini ta' pajjiżi terzi (ECRIS-TCN).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>145</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness VIII – parti 1 – punt 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għadd ta' konnessjonijiet ġodda bejn il-bażijiet tad-data rilevanti għas-sigurtà mwettqa bl-appoġġ tal-Fond:

L-għadd ta' konnessjonijiet ġodda tal-awtoritajiet kompetenti għall-bażijiet tad-data rilevanti għas-sigurtà mwettqa bl-appoġġ tal-Fond:

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>146</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness VIII – parti 2 – punt 7 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-valur tas-sekwestri tad-droga illeċita miksub bl-involviment tal-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi.

Il-valur tas-sekwestri ta' droga illeċita, armi, prodotti tal-organiżmi selvaġġi u traffikar illeċitu fi proprjetà kulturali miksub bl-involviment tal-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>147</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness VIII – parti 2 – punt 7 – paragrafu 2</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

sors tad-data: l-Istati Membri, il-benefiċjarji tal-għotjiet ta' azzjoni tal-Unjoni

sors tad-data: l-Europol, l-Istati Membri, il-benefiċjarji tal-għotjiet ta' azzjoni tal-Unjoni

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>148</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness VIII – parti 3 – punt 10 – paragrafu 2</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

sors tad-data: l-Istati Membri

sors tad-data: l-Istati Membri, l-Europol, l-ENISA

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>149</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness VIII – parti 3 – punt 12 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għadd ta' vittmi tal-kriminalità megħjuna bl-appoġġ tal-Fond, ikklassifikati skont it-tip ta' reat (it-traffikar tal-bnedmin, il-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali, it-terroriżmu, il-kriminalità serja u organizzata, iċ-ċiberkriminalità, l-isfruttament sesswali tat-tfal).

L-għadd ta' vittmi tal-kriminalità megħjuna bl-appoġġ tal-Fond, ikklassifikati skont it-tip ta' reat (it-traffikar tal-bnedmin u tal-organi, il-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali, it-terroriżmu, il-kriminalità serja u organizzata, iċ-ċiberkriminalità, l-isfruttament sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal, it-tortura jew trattament inuman jew degradanti).

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>150</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness VIII – parti 3 – punt 13 – paragrafu 1</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'għadd ta' infrastrutturi kritiċi u ta' spazji pubbliċi l-protezzjoni kontra inċidenti relatati mas-sigurtà tjiebu bl-għajnuna tal-Fond.

F'għadd ta' spazji pubbliċi u fl-iskala ta' infrastrutturi kritiċi l-protezzjoni kontra inċidenti relatati mas-sigurtà tjiebu bl-għajnuna tal-Fond;

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>151</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness VIII – parti 3 – punt 14 – paragrafu 1 – punt a</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-għadd ta' hits fuq is-sit web tan-Network ta' Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (Radicalisation Awareness Network, RAN);

imħassar

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>152</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness VIII – parti 3 – punt 14 – paragrafu 1 – punt c</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-għadd ta' żjarat ta' studju, taħriġ, sessjonijiet ta' ħidma u konsulenza li tlestew fi Stati Membri f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtoritajiet nazzjonali kklassifikati skont il-benefiċjarji (l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, oħra).

(c) l-għadd ta' żjarat ta' studju, taħriġ, sessjonijiet ta' ħidma u konsulenza li tlestew fi Stati Membri f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtoritajiet nazzjonali kklassifikati skont il-benefiċjarji (l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, oħra) u feedback tal-parteċipanti.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>153</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness VIII – parti 3 – punt 14 – paragrafu 2</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

sors tad-data: RAN

sors tad-data: RAN, l-Istati Membri

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>154</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>

<Article>Anness VIII – parti 3 a (ġdida)</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Objettiv Speċifiku 3 a: Żvilupp ta' kultura ta' intelligence komuni:

 

(15a) Għadd ta' skambji bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-intelligence.

 

(15b) Għadd ta' uffiċjali tal-infurzar tal-liġi u tal-intelligence involuti f'taħriġ, eżerċizzji, programmi ta' tagħlim reċiproku jew programmi ta' skambju speċjalizzati dwar kwistjonijiet transfruntiera organizzati b'appoġġ mill-Fond.

 

sors tad-data: l-Istati Membri

</Amend></RepeatBlock-Amend>


 

 

 

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (21.11.2018)

<CommissionInt>għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern</CommissionInt>


<Titre>dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għas-Sigurtà Interna</Titre>

<DocRef>(COM(2018)0472 – C8-0267/2018 – 2018/0250(COD))</DocRef>

Rapporteur għal opinjoni: <Depute>Urmas Paet</Depute>

 

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

It-theddid dejjem aktar diversifikat u kumpless għas-sigurtà tagħna ma jirrikonoxxix fruntieri, u għalhekk huwa essenzjali li fil-livell tal-UE jkun hemm rispons koordinat u li jingħata appoġġ finanzjarju u tekniku msaħħaħ.

Ir-rapporteur għalhekk jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni, li tipproponi li għall-perjodu 2021-2027 iżżid b'aktar mid-doppju l-pakkett finanzjarju tal-Fond għas-Sigurtà Interna, li huwa l-istrument tal-Unjoni li ġie stabbilit biex jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-operazzjonijiet konġunti transkonfinali, jintensifika l-iskambju tal-informazzjoni u jsaħħaħ il-kapaċitajiet għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u ċ-ċiberkriminalità, u biex jiġu miġġielda t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni. Ir-rapporteur jixtieq li jisħaq dwar l-importanza tal-ġestjoni tal-kriżijiet inkluża l-prevenzjoni, it-tħejjija, ir-reżiljenza u l-ġestjoni tal-konsegwenzi li jeħtieġu jiġu nklużi fl-għanijiet tal-politika tal-Fond il-ġdid, peress li dawn huma elementi essenzjali biex tiġi garantita s-sigurtà interna.

B'kunsiderazzjoni tar-riżultati tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-ISF-P attwali, l-isfida ewlenija għall-perjodu li jmiss hija li tiġi garantita il-flessibbiltà u l-effikaċja akbar tal-Fond u li l-piż amministrattiv jinġieb f'livell minimu. Ir-rapporteur iqis li din hija prijorità ewlenija u jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni bħala pass fid-direzzjoni t-tajba. L-emendi proposti għandhom l-għan li jżidu l-flessibbiltà fir-rigward tal-miżuri u tal-azzjonijiet ta' implimentazzjoni. Huwa daqstant ieħor importanti li jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta' rappurtaġġ jkunu proporzjonali, rilevanti u li ma jżidux mal-piż amministrattiv tal-benefiċjarji u tal-awtoritajiet ta' amministrazzjoni.

Is-sigurtà hija kwistjoni trasversali u, kif propost mill-Kummissjoni, iż-żieda fis-sinerġiji u l-koerenza tal-ISF ma' strumenti oħrajn tal-UE huma milqugħa u meħtieġa. Bl-istess mod, is-sigurtà fuq il-livell globali u l-azzjonijiet lil hinn mill-fruntieri tal-UE għandhom impatt dirett fuq is-sigurtà interna tal-Unjoni. Għalhekk għandhom jitkomplew u jiġu appoġġjati miżuri b'rabta ma' pajjiżi terzi permezz tal-Fond, u fl-istess ħin dawn għandhom jikkumplimentaw il-prijoritajiet ta' sigurtà interna tal-Unjoni u l-għanijiet tal-politika esterna f'dawk il-pajjiżi.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

<RepeatBlock-Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>1</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 4</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-objettiv tal-Unjoni li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà fi spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja skont l-Artikolu 67(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandu jinkiseb, fost l-oħrajn, permezz ta' miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità kif ukoll permezz ta' miżuri għal koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u awtoritajiet nazzjonali oħrajn tal-Istati Membri, inkluż ma' aġenziji tal-Unjoni u korpi relevanti oħrajn tal-Unjoni u ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

(4) L-objettiv tal-Unjoni li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà fi spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja skont l-Artikolu 67(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandu jinkiseb, fost l-oħrajn, permezz ta' miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità kif ukoll permezz ta' miżuri għal koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u awtoritajiet nazzjonali oħrajn tal-Istati Membri, inkluż ma' aġenziji tal-Unjoni u korpi relevanti oħrajn tal-Unjoni u ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, u l-ġestjoni tal-kriżijiet ċivili.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>2</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 5</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Sabiex jinkiseb dan l-objettiv, jenħtieġ li jittieħdu azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni għall-protezzjoni ta' persuni u ta' oġġetti minn theddidiet transnazzjonali li dejjem qed jiżdiedu u biex tiġi appoġġata l-ħidma mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. It-terroriżmu, il-kriminalità serja u organizzata, il-kriminalità itineranti, it-traffikar tad-droga, il-korruzzjoni, iċ-ċiberkriminalità, it-traffikar tal-bnedmin u l-armi, fost l-oħrajn, għadhom sfida għas-sigurtà interna tal-Unjoni.

(5) Sabiex jinkiseb dan l-objettiv, jenħtieġ li jittieħdu azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni għall-protezzjoni ta' persuni u ta' oġġetti minn theddidiet transnazzjonali li dejjem qed jiżdiedu u biex tiġi appoġġjata l-ħidma mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. It-terroriżmu, il-kriminalità serja u organizzata, il-kriminalità itineranti, it-traffikar tad-droga, il-korruzzjoni, iċ-ċiberkriminalità, it-theddidiet ibridi, it-traffikar tal-bnedmin u l-armi, fost l-oħrajn, għadhom sfida għas-sigurtà interna tal-Unjoni.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>3</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 11</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) F'konformità mal-prijoritajiet kondiviżi identifikati fil-livell ta' Unjoni sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà fl-Unjoni, il-Fond se jappoġġa azzjonijiet immirati li jindirizzaw it-theddid ewlieni għas-sigurtà u b'mod partikolari jiġġieldu t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, il-kriminalità serja u organizzata u ċ-ċiberkriminalità, u li jassistu u jipproteġu l-vittmi tal-kriminalità. Il-Fond se jiżgura li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jkunu mgħammra tajjeb sabiex jindirizzaw it-theddid emerġenti bil-ħsieb li tiġi implimentata unjoni tas-sigurtà ġenwina. Dan jenħtieġ li jitwettaq permezz ta' assistenza finanzjarja li tappoġġa skambju aħjar ta' informazzjoni, li żżid il-kooperazzjoni operattiva u li ttejjeb il-kapaċitajiet nazzjonali u kollettivi.

(11) F'konformità mal-prijoritajiet kondiviżi identifikati fil-livell ta' Unjoni sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà fl-Unjoni, il-Fond se jappoġġja azzjonijiet immirati li jindirizzaw it-theddid ewlieni għas-sigurtà u b'mod partikolari jiġġieldu t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, il-kriminalità serja u organizzata u ċ-ċiberkriminalità, u li jassistu u jipproteġu l-vittmi tal-kriminalità. Il-Fond se jiżgura li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jkunu mgħammra tajjeb sabiex jindirizzaw it-theddid emerġenti, inklużi theddidiet ibridi, bil-ħsieb li tiġi implimentata unjoni tas-sigurtà ġenwina. Dan jenħtieġ li jitwettaq permezz ta' assistenza finanzjarja li tappoġġja skambju aħjar ta' informazzjoni, li żżid il-kooperazzjoni operattiva u li ttejjeb il-kapaċitajiet nazzjonali u kollettivi.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>4</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 12</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Fil-qafas komprensiv tal-Fond, l-assistenza finanzjarja provduta permezz tal-Fond jenħtieġ li b'mod partikolari tappoġġa l-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija u l-prevenzjoni fl-oqsma tal-kriminalità serja u organizzata, it-traffikar illeċitu tal-armi, il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus, it-traffikar tad-drogi, il-kriminalità ambjentali, l-iskambju u l-aċċess għall-informazzjoni, it-terroriżmu, it-traffikar tal-bnedmin, l-isfruttament tal-immigrazzjoni illegali, l-isfruttament sesswali tat-tfal, it-tqassim ta' immaġini b'abbuż fuq it-tfal u ta' pedopornografija, kif ukoll iċ-ċiberkriminalità. Il-Fond jenħtieġ li jappoġġa wkoll il-protezzjoni tal-persuni, tal-ispazji pubbliċi u tal-infrastruttura kritika kontra inċidenti marbuta mas-sigurtà u l-ġestjoni effettiva tar-riskji relatati mas-sigurtà u mal-kriżijiet, inkluż permezz tal-iżvilupp ta' politiki komuni (strateġiji, ċikli ta' politiki, programmi u pjanijiet ta' azzjoni), ta' leġiżlazzjoni u ta' kooperazzjoni prattika.

(12) Fil-qafas komprensiv tal-Fond, l-assistenza finanzjarja provduta permezz tal-Fond jenħtieġ li b'mod partikolari tappoġġja l-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija u l-prevenzjoni fl-oqsma tal-kriminalità serja u organizzata, it-traffikar illeċitu tal-armi, il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus, it-traffikar tad-drogi, il-kriminalità ambjentali, l-iskambju u l-aċċess għall-informazzjoni, it-terroriżmu, it-traffikar tal-bnedmin, l-isfruttament tal-immigrazzjoni irregolari, l-isfruttament sesswali tat-tfal, it-tqassim ta' immaġini b'abbuż fuq it-tfal u ta' pedopornografija, kif ukoll iċ-ċiberkriminalità. Il-Fond jenħtieġ li jappoġġja wkoll il-protezzjoni tal-persuni, tal-ispazji pubbliċi u tal-infrastruttura kritika kontra inċidenti marbuta mas-sigurtà u l-ġestjoni effettiva tar-riskji relatati mas-sigurtà u mal-kriżijiet, inkluż permezz tal-iżvilupp ta' politiki komuni (strateġiji, ċikli ta' politiki, programmi u pjanijiet ta' azzjoni), ta' leġiżlazzjoni u ta' kooperazzjoni prattika.

</Amend>

<Amend>