Proċedura : 2018/2175(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0116/2019

Testi mressqa :

A8-0116/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.12

Testi adottati :

P8_TA(2019)0253

RAPPORT     
PDF 185kWORD 61k
28.2.2019
PE 626.824v02-00 A8-0116/2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

(2018/2175(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Arndt Kohn

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

(2018/2175(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 (COM(2018)0521 – C8-0326/2018)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditi interni mwettqa fl-2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 262 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0116/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

(2018/2175(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima IX - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0116/2019),

A.  billi fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tixtieq tenfasizza l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, u bl-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni (PBB) u l-governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.  Jilqa' l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") li skontha l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2017 għall-infiq amministrattiv u għal infiq ieħor tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) kienu ħielsa minn żbalji materjali u li s-sistemi ta' superviżjoni u kontroll eżaminati għall-infiq amministrattiv u għal infiq ieħor kienu effikaċi;

2.  Jinnota li fir-rapport annwali għall-2017, il-Qorti ma osservat ebda dgħufija serja fir-rigward tat-temi awditjati b'rabta mar-riżorsi umani u l-attivitajiet ta' akkwist tal-KEPD;

3.  Jiddispjaċih madankollu li, skont ir-rapport annwali tal-attività tal-KEPD, fl-2017 il-Qorti eżaminat pagament wieħed biss; huwa tal-fehma li anke jekk il-KEPD mhuwiex aġenzija tal-Unjoni deċentralizzata u l-baġit tiegħu jirrappreżenta perċentwal żgħir ħafna tal-baġit tal-Unjoni, il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet tal-KEPD għandhom madankollu jiġu eżaminati kif xieraq mill-Qorti, mill-2018 'il quddiem, peress li t-trasparenza hija vitali għall-funzjonament xieraq ta' dan il-korp tal-Unjoni; jitlob, għaldaqstant, li l-Qorti tippubblika rapporti annwali tal-attività separati dwar il-kontijiet annwali ta' dan il-korp importanti tal-Unjoni;

4.  Jinnota li fl-2017, il-KEPD kellu baġit allokat b'total ta' EUR 11 324 735, li jirrappreżenta żieda ta' 21.93 % meta mqabbel mal-baġit tal-2016, u li l-implimentazzjoni tal-baġit f'termini ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għall-2017 ammontat għal EUR 10 075 534; jinnota bi tħassib li r-rata ta' implimentazzjoni kompliet tonqos minn 94.66 % fl-2015 u 91.93 % fl-2016 għal 89 % tal-approprjazzjonijiet disponibbli fl-2017; jinnota li l-implimentazzjoni tal-baġit f'termini ta' approprjazzjonijiet ta' pagament ammontat għal EUR 9 368 686,15 li jikkorrispondi għal 77 % tal-approprjazzjonijiet disponibbli; jaċċentwa f'dan ir-rigward it-Titoli I u III b'rati ta' approprjazzjoni ta' 88,24 % u 73,10 %; jappella lill-KEPD jżid l-isforzi tiegħu u jiddefinixxi l-estimi baġitarji tiegħu b'mod prudenti;

5.  Jinnota li l-baġit tal-KEPD kien influwenzat sew minn żewġ bidliet leġiżlattivi prinċipali (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u d-Direttiva għall-Protezzjoni tad-Data fis-Setturi tal-Pulizija u tal-Ġustizzja); jinnota li l-parti l-kbira tar-riżorsi addizzjonali ġew allokati lill-KEPD biex jiġi stabbilit is-segretarjat tal-bord li għadu kemm inħoloq, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (BEPD);

6.  Jinnota l-ħidma li għaddejja tal-KEPD dwar l-introduzzjoni ta' proċeduri għal PBB u jappella għal implimentazzjoni rapida ta' dawn il-prinċipji; jinnota li l-KEPD evalwa l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) tiegħu biex jikkunsidra l-objettivi u l-prijoritajiet ġodda tiegħu abbażi tal-Istrateġija tal-KEPD għall-2015-2019; jilqa' l-fatt li l-istrateġija qiegħda fit-triq it-tajba, bil-valuri tal-maġġoranza tal-KPIs jissodisfaw jew jaqbżu l-miri rispettivi tagħhom;

7.  Jinnota li l-baġit tal-KEPD fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa amministrattiv, b'parti kbira minnu użata għan-nefqa relatata ma' persuni, bini, għamara, tagħmir u spejjeż operattivi mixxellanji;

8.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-KEPD li jippubblika r-rapporti ta' attività annwali tiegħu sal-31 ta' Marzu bil-ħsieb li l-proċedura ta' kwittanza tkun ottimizzata u titlesta aktar malajr;

9.  Jissottolinja r-rwol dejjem aktar importanti tal-KEPD biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tar-regoli Ewropej dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza fl-istituzzjonijiet u fil-korpi tal-Unjoni; jilqa' l-attivitajiet tal-KEPD, inkluż l-għadd dejjem akbar ta' opinjonijiet dwar proposti tal-Unjoni relatati mal-protezzjoni tad-data u mal-kwistjonijiet ta' privatezza, l-appoġġ għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex iħejju għar-regoli l-ġodda dwar il-protezzjoni tad-data, il-parteċipazzjoni fl-ewwel rieżami konġunt tat-Tarka tal-Privatezza UE-US, u s-superviżjoni tal-Europol; jinkoraġġixxi lill-KEPD biex ikompli jaħdem mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data fl-Istati Membri biex tiġi żgurata superviżjoni koordinata effikaċi u biex jikkoopera fit-tħejjija għall-qafas legali ġdid;

10.  Jilqa' l-implimentazzjoni mill-KEPD ta' tnaqqis ta' 5 % tal-persunal fil-pjan ta' stabbiliment tiegħu u jinnota li l-Qorti ma kellha ebda rimarka ulterjuri f'dan ir-rigward;

11.  Jilqa' l-inklużjoni tal-missjonijiet dettaljati li saru mill-membri tal-KEPD kif mitlub fl-aħħar riżoluzzjoni ta' kwittanza;

12.  Jilqa' l-kooperazzjoni interistituzzjonali bħal pereżempju permezz tal-Ftehimiet dwar il-Livell ta' Servizz bejn il-KEPD u Istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, l-assistenza tal-Kummissjoni fi kwistjonijiet finanzjarji, kontabilistiċi u baġitarji jew il-parteċipazzjoni f'diversi sejħiet interistituzzjonali għall-offerti, b'mod partikolari fil-qasam tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Amministrazzjoni;

13.  Jilqa' ċ-ċarts fir-rapport ta' attività annwali li jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar l-għadd ta' missjonijiet, id-durata medja u l-ispiża medja tal-persunal tal-KEPD u tal-Membri tiegħu; jinnota l-inklużjoni ta' tabella komparattiva dwar l-akkwist kif mitlub fir-rapport ta' kwittanza tal-2016;

14.  Jiddispjaċih li l-KEPD m'għandux sistema awtomatika biex joħroġ informazzjoni relatata mar-riżorsi umani; jinkoraġġixxi lill-KEPD jilħaq malajr ftehim mal-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament tal-għodda tal-IT, SYSPER għall-ġestjoni tar-riżorsi umani tiegħu;

15.  Jilqa' l-komunikazzjoni intensifikata għaċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati kif ukoll iż-żieda kostanti tas-segwaċi fi ħdan il-pjattaformi tal-midja soċjali; jilqa' wkoll it-tnedija li saret f'Marzu 2017 tas-sit web ġdid tal-KEPD;

16.  Jinnota li l-KEPD ingħata aktar spazju għax-xogħol biex ilaħħaq mal-għadd dejjem akbar ta' persunal u l-ħolqien tal-BEPD;

17.  Jilqa' l-proporzjon kbir ta' nisa f'pożizzjonijiet maniġerjali u l-miżuri biex jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri fl-istituzzjoni; jinnota, madankollu, li 32 % tal-persunal totali biss kienu rġiel; jissottolinja li l-miżuri li jippromwovu bilanċ bejn il-ġeneri u opportunitajiet indaqs għandhom ikunu ta' benefiċċju għall-ġeneri kollha;

18.  Jilqa' l-ħidma tal-konsulent kunfidenzjali u l-miżuri għas-sensibilizzazzjoni dwar il-fastidju fost il-persunal tal-KEPD; iħeġġeġ lill-KEPD jimmonitorja mill-qrib l-effiċjenza tal-politika tiegħu f'dan ir-rigward, ikompli jqajjem kuxjenza dwar il-fastidju fuq il-post tax-xogħol u jrawwem kultura ta' tolleranza żero fir-rigward tal-fastidju;

19.  Jinnota li t-80 membru tal-persunal ġejjin minn total ta' 16-il Stat Membru differenti; jappella lill-KEPD biex ifittex li jkun hemm rappreżentanza proporzjonata tal-Istati Membri fl-għamla tal-persunal;

20.  Jinnota li l-kwistjoni ta' "revolving doors" ġiet ittrattata fil-Kodiċi ta' Kondotta tal-Membri tal-KEPD; jilqa' l-fatt li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-KEPD huma disponibbli fuq is-sit web tal-istituzzjoni; jinkoraġġixxi lill-KEPD jiżgura li jkun trasparenti fir-rigward tal-attivitajiet tiegħu u jkollu skambju tal-aħjar prattiki ma' istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni;

21.  Jilqa' l-informazzjoni disponibbli dwar il-miżuri ta' kontroll intern; jilqa' s-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) li jirriżulta mill-Awditu Intern Annwali għall-2016 u li t-tliet rakkomandazzjonijiet pendenti dalwaqt ser jingħalqu;

22.  Jilqa' l-qafas tal-Etika tal-KEPD li jikkonċerna lill-Kontrollur u l-membri kollha tas-Segretarjat fir-relazzjonijiet tagħhom ma' istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni u ma' partijiet ikkonċernati oħra; jilqa' l-istabbiliment formali tal-pożizzjoni tal-Uffiċjal tal-Etika tal-KEPD; jinkoraġġixxi l-isforzi tal-KEPD sabiex jallinja l-Kodiċi ta' Kondotta ma' xejriet ġodda u mal-aħjar prattiki;

23.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' informazzjoni dwar proċeduri interni għall-iżvelar ta' informazzjoni protetta pprovduta mill-KEPD fil-kuntest tal-Kwittanza 2017; jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li l-proċeduri neċessarji jkunu fis-seħħ u li l-persunal kollu jiġi informat b'mod xieraq dwar id-drittijiet tiegħu, sabiex tinbena kultura ta' fiduċja fi ħdan l-istituzzjoni;

24.  Jinnota li d-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea mhu ser ikollha ebda impatt dirett fuq l-organizzazzjoni finanzjarja, umana jew strutturali tal-KEPD; jilqa' d-deċiżjoni tal-KEPD li jżomm l-erba' membri Brittaniċi tal-persunal tiegħu.

17.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, Taqsima IX - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

(2018/2175(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Romeo Franz

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza li bħala riżultat tal-inkarigi l-ġodda fdati lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) biex jipprovdi s-segretarjat tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data l-ġdid (bħala parti mill-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7)) u tal-Bord ta' Kooperazzjoni l-ġdid (bħala parti mill-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8)), il-baġit tal-KEPD żdied b'21,93 % fl-2017 (EUR 11 324 735,00); jilqa' f'dan il-kuntest dejjem jinbidel li fir-rapport annwali tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017, il-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") ma identifikat l-ebda kwistjoni speċifika rigward il-KEPD;

2.  Jiddispjaċih madankollu li, skont ir-rapport annwali tal-attività tal-KEPD, fl-2017 il-Qorti eżaminat pagament wieħed biss; huwa tal-fehma li anke jekk il-KEPD mhuwiex aġenzija tal-Unjoni deċentralizzata u l-baġit tiegħu jirrappreżenta perċentwal żgħir ħafna tal-baġit tal-Unjoni, il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet tal-KEPD għandhom madankollu jiġu eżaminati kif xieraq mill-Qorti, mill-2018 'il quddiem, peress li t-trasparenza hija vitali għall-funzjonament xieraq ta' dan il-korp tal-Unjoni; jitlob, għalhekk, li l-Qorti tippubblika rapporti annwali tal-attività separati dwar il-kontijiet annwali ta' dan il-korp importanti tal-Unjoni;

3.  Jinnota l-finalizzazzjoni tal-awditu speċjali tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) dwar it-tfassil u l-pubblikazzjoni ta' opinjonijiet u kummenti formali fil-KEPD; jilqa' l-pjan ta' azzjoni korrispondenti stabbilit mill-KEPD b'rispons għar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-awditu; jinnota li l-IAS ivvalutatu bħala sodisfaċenti fil-25 ta' Settembru 2017;

4.  Jenfasizza, fil-livell operattiv, it-tħejjija u l-isforzi ta' koordinazzjoni tal-KEPD mal-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data madwar l-Unjoni u lil hinn minnha permezz tal-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 biex titħejja u tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679 li ilu applikabbli mill-25 ta' Mejju 2018; jenfasizza l-isforzi ta' preparazzjoni rikjesti għad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (EU) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) fil-11 ta' Diċembru 2018.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

10.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Martina Anderson, Heinz K. Becker, Monika Beňová, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Frank Engel, Laura Ferrara, Romeo Franz, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Cécile Kashetu Kyenge, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Ivari Padar, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Dennis de Jong, Anna Hedh, Lívia Járóka, Marek Jurek, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Fernando Ruas, Adam Szejnfeld

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

43

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Cecilia Wikström

ECR

Marek Jurek, Helga Stevens

EFDD

Laura Ferrara

GUE/NGL

Martina Anderson, Dennis de Jong, Marie-Christine Vergiat

PPE

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Michał Boni, Rachida Dati, Frank Engel, Norbert Erdős, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Lívia Járóka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Fernando Ruas, Csaba Sógor, Adam Szejnfeld, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský

S&D

Monika Beňová, Caterina Chinnici, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Ivari Padar, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Romeo Franz, Jean Lambert, Judith Sargentini, Bodil Valero

3

-

ECR

Monica Macovei

ENF

Auke Zijlstra

NI

Udo Voigt

1

0

ECR

Kristina Winberg

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Arndt Kohn, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Marian-Jean Marinescu, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Arndt Kohn, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

2

-

EFDD

Marco Valli

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU L 51, 28.02.2017.

(2)

ĠU C 348, 28.09.2018, p. 1.

(3)

ĠU C 357, 4.10.2018, p. 1.

(4)

ĠU C 357, 4.10.2018, p. 9.

(5)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(6)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(7)

  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(8)

  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

(9)

  Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu tat-tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39)

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Marzu 2019Avviż legali