Proċedura : 2018/2212(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0118/2019

Testi mressqa :

A8-0118/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.52

Testi adottati :

P8_TA(2019)0293

RAPPORT     
PDF 218kWORD 65k
28.2.2019
PE 626.834v02-00 A8-0118/2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2212(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Martina Dlabajová

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2212(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05827/2019 – C8-0101/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(b) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0118/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2212(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05827/2019 – C8-0101/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(b) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0118/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2212(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0118/2019),

A.  billi l-Impriża Konġunta SESAR ("l-Impriża Konġunta") twaqqfet fi Frar 2007 biex tmexxi l-programm ta' Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR), li huwa intenzjonat li jimmodernizza l-ġestjoni tat-traffiku fl-Unjoni,

B.  billi, wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 721/2014(13), il-programm SESAR 2 estenda t-tul ta' ħajja tal-Impriża Konġunta sal-31 ta' Diċembru 2024;

C.  billi l-Impriża Konġunta ġiet imfassla bħala sħubija pubblika-privata, bl-Unjoni u l-Eurocontrol bħala membri fundaturi;

D.  billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-fażi ta' attwazzjoni tal-Programm SESAR 2 2014-2024 iffinanzjat minn Orizzont 2020 hija ta' EUR 585 000 000; billi taħt il-Ftehimiet ta' Sħubija l-ġodda ta' Orizzont 2020, il-kontribuzzjoni mill-Eurocontrol mistennija li tkun ta' madwar EUR 500 000 000, u l-kontribuzzjoni tas-sħab l-oħra mill-industrija tal-avjazzjoni mistennija li tkun mill-inqas ta' EUR 720 700 000 u l-kontribuzzjonijiet in natura mill-Eurocontrol u sħab oħra huma ta' 90 %;

E.  billi jinnota li l-Impriża Konġunta ppreżentat il-baġit tagħha f'żewġ sezzjonijiet separati: (1) SESAR 1 u (2) SESAR 2020; billi jinnota wkoll li SESAR 1 kienet kofinanzjata mill-programm TEN-T u mis-Seba' Programm Kwadru ta' Riċerka u SESAR 2020 hija kofinanzjata minn Orizzont 2020;

Ġenerali

1.  Josserva mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2017 (ir-"rapport tal-Qorti") li jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31 ta' Diċembru 2017, ir-riżultati tat-tranżazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni;

2.  Jirrikonoxxi li r-rapport tal-Qorti jiddikjara li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2017 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

3.  Jinnota li fi tmiem l-2017 l-Impriża Konġunta operat taħt erba' sorsi differenti ta' finanzjament; jinnota d-diversità ta' oqfsa legali applikabbli bil-mudelli u l-obbligi proprji li taħthom topera l-Impriża Konġunta u jirrikonoxxi l-livell għoli ta' kumplessità ta' tali mudell;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jinnota li fl-2017, l-approprjazzjonijiet ta' pagament totali tal-Impriża Konġunta kienu ta' EUR 191 813 383 (2016: EUR 157 152 638), EUR 213 022 000 (2016: EUR 162 851 972), inklużi d-dħul assenjat u r-riporti; jinnota li l-approprjazzjonijiet ta' impenn kienu ta' EUR 113 346 265 (2016: EUR 99 073 761), EUR 130 944 000 (2016: EUR101 407 854), inklużi d-dħul assenjat u r-riporti;

5.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, ir-rati ta' utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu ta' 80,24 % u 67,97 % rispettivament (95,7 % u 63,2 % fl-2016);

6.  Jinnota li r-rati ta' implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament ta' SESAR 1 kienu 11 % u 68 % rispettivament, b'tali rati baxxi spjegati bi dħul mhux mistenni assenjat ta' madwar EUR 17-il miljun u li f'Diċembru 2016 il-programm SESAR 1 ingħalaq formalment u l-aħħar pagament sar f'Diċembru 2017, peress li l-Impriża Konġunta kellha tiżgura, sa tmiem l-2017, biżżejjed fondi tas-Seba' Programm ta' Qafas għar-rimborż tal-kontribuzzjonijiet fi flus riċevuti b'mod eċċessiv mill-membri tal-industrija SESAR 1 u għall-pagament ta' talbiet għall-kostijiet li kienu ddewmu iżda xorta kienu ġustifikati għall-proġetti tas-Seba' Programm Kwadru li kienu għadhom għaddejjin;

7.  Jinnota li għal SESAR 2020, l-impenji u l-pagamenti kienu implimentati b'rati ta' 92 % u 68 % rispettivament, fejn l-aħħar waħda kienet baxxa għal raġunijiet ta' dewmien fl-implimentazzjoni ta' proġetti ta' Orizzont 2020 immexxija mill-membri tal-industrija u ppjanar pjuttost konservattiv tal-baġit meta jitqies ir-riskju li l-ftehimiet ta' delega tal-implimentazzjoni finanzjarja annwali jdumu ma jaslu.

8.  Jinnota li, bħala parti mill-awditu tal-2016 ġew awditjati 476 dikjarazzjoni tal-kostijiet, li jirrappreżentaw il-15 il-Membru kollha kemm huma u li ammontaw għal EUR 120 000 000 jew 14 % tal-kostijiet totali ddikjarati ta' EUR 884 000 000, b'rata ta' żbalji residwi ta' 1,09 %;

Implimentazzjoni tal-baġit pluriennali taħt is-Seba' Programm Kwadru u t-TEN-T

9.  Jinnota li mill-baġit operattiv u amministrattiv totali ta' EUR 892 800 000 għall-attivitajiet ta' SESAR I, sa tmiem l-2017 l-Impriża Konġunta kienet għamlet impenji ta' EUR 853 000 000 u pagamenti ta' EUR 801 000 000 (89,7 % tal-baġit disponibbli);

10.  Jinnota li mill-ammont ta' EUR 1 254 500 000 ta' kontribuzzjonijiet in natura u kontribuzzjonijiet fi flus li kellhom isiru mill-membri l-oħra għall-attivitajiet operattivi u amministrattivi tal-Impriża Konġunta (EUR 670 200 000 mill-Eurocontrol u EUR 584 300 000 mill-membri tas-settur tat-traffiku tal-ajru), sa tmiem l-2017 l-Impriża Konġunta kienet ivvalidat kontribuzzjonijiet ta' EUR 1 099 900 000 (EUR 560 700 000 mill-Eurocontrol u EUR 539 200 000 mis-settur tat-traffiku tal-ajru);

11.  Jinnota li fi tmiem l-2017, il-kontribuzzjonijiet kumulattivi fi flus mill-Unjoni ammontaw għal EUR 633 900 000, meta mqabbla mat-total tal-kontribuzzjonijiet in natura u fi flus mill-Eurocontrol, li jammontaw għal EUR 560 700 000, u EUR 539 200 000 mill-membri tas-settur tat-traffiku tal-ajru;

12.  Jinnota li fl-2017, l-Impriża kompliet bl-għeluq finanzjarju u amministrattiv ta' SESAR 1; jieħu nota li fl-2017, SESAR 1 irċieviet EUR 37 miljun mill-Unjoni biex tkopri l-obbligazzjionijiet pendenti lejn il-membri tal-Impriża li rriżultaw mill-valutazzjoni tar-rapporti finanzjarji finali, li waslu u ġew rieżaminati fl-2017, kif ukoll biex tkopri l-forniment ta' awditi probabbli addizzjonali, azzjonijiet legali potenzjali kontra l-Impriża u r-rimborż tal-kontribuzzjonijiet żejda fi flus tal-membri tagħha; jinnota wkoll li ġew ivvalidati EUR 25,9 miljun bħala kontribuzzjonijiet fi flus mill-Eurocontrol, li minnhom EUR 13,4 miljun huma mill-2016, iżda huma parti mill-baġit tal-2017 minħabba kwistjonijiet tekniċi, u EUR 12,5 miljun għall-2017; jinnota li l-Impriża rċeviet EUR 16,8 miljun bħala dħul eċċezzjonali, magħmul l-aktar minn irkupri relatati mal-Membri; jilqa' l-fatt li s-surplus tal-flus li jifdal ta' EUR 23,1 miljun u l-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 38,6 miljun huma biżżejjed biex jissodisfaw l-obbligi kollha u biex tingħalaq SESAR 1;

Implimentazzjoni tal-baġit pluriennali taħt Orizzont 2020

13.  Jinnota li mill-ammont ta' EUR 639 800 000 ta' fondi tal-baġit operattiv u amministrattiv ta' Orizzont 2020 li ġew allokati lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni ta' SESAR 2020, sa tmiem l-2017 l-Impriża Konġunta kienet għamlet impenji ta' EUR 236 700 000 u pagamenti ta' EUR 112 300 000; jinnota, barra minn hekk, li dawk il-pagamenti kienu prinċipalment pagamenti ta' prefinanzjament għall-ewwel u t-tieni sensiela ta' proġetti ta' SESAR 2020;

14.  Josserva li l-membri l-oħra impenjaw ruħhom li jagħmlu kontribuzzjonijiet in natura u fi flus ta' mill-inqas EUR 825 900 000 għall-attivitajiet operattivi tal-Impriża Konġunta għal SESAR 2020 (madwar EUR 500 000 000 mill-Eurocontrol u ammont stmat ta' EUR 325 900 000 mis-settur tat-traffiku tal-ajru). jinnota, barra minn hekk, li fi tmien tal-2017, il-membri l-oħra kienu rrappurtaw kontribuzzjonijiet in natura ta' EUR 97 300 000 iżda li kienu għadhom ma ġewx ivvalidati;

15.  Jilqa' l-fatt li għall-ewwel darba, it-Taqsima 2 tal-baġit 2017 tinkludi l-kostijiet operazzjonali u l-kontribuzzjonijiet in natura relatati ma' SESAR 2020; jinnota li SESAR 2020 irċeviet EUR 75,5 miljun mill-Unjoni biex tkopri l-obbligazzjonijiet pendenti tal-2017 u l-ewwel xhur tal-2018 u ġew riċevuti EUR 6,7 miljun mill-Eurocontrol bħala kontribuzzjonijiet fi flus għall-kostijiet operazzjonali;

16.  Jieħu nota tal-fatt li fi tmiem l-2017 kienu għadhom ma sarux l-iżviluppi speċifiċi meħtieġa fl-għodod komuni tal-Kummissjoni għall-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-għotjiet, taħt il-programm Orizzont 2020, biex dawn ikunu jistgħu jipproċessaw il-kontribuzzjonijiet in natura tal-Impriża Konġunta.

17.  Jinnota li sa tmiem l-2017, il-kontribuzzjonijiet kumulattivi fi flus tal-Unjoni għall-attivitajiet operattivi tal-Impriża Konġunta ammontaw għal EUR 132 900 000 u l-kontribuzzjonijiet mis-settur tat-traffiku tal-ajru ammontaw għal EUR 104 000 000;

18.  Jinnota li l-ewwel awditi ta' SESAR 2020 jindikaw li l-għadd u l-livell ta' żbalji huwa inqas minħabba s-simplifikazzjonijiet introdotti f'Orizzont 2020 u minħabba li l-benefiċjarji ewlenin għandhom aktar esperjenza;

Prestazzjoni

19.  Jilqa' l-fatt li n-nuqqas ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti (KPIs) m'għadux problema taħt il-programm Orizzont 2020; jiddispjaċih li l-informazzjoni dwar it-tielet sett ta' KPIs għadha mhix disponibbli minħabba l-maturità insuffiċjenti tal-proġetti; jinnota madankollu li l-KPIs juru li, b'mod ġenerali, il-miri ġew issodisfati; jieħu nota tal-fatt li l-esperti jitolbu aktar attività ta' monitoraġġ u analiżi, filwaqt li jagħmlu distinzjoni ċara bejn il-KPIs fil-fatt miksuba fi tmiem kull sena u l-KPIs proġettati;

20.  Jinnota li l-Impriża Konġunta ssodisfat l-objettivi politiċi u operazzjonali ewlenin tagħha kif deskritti fid-Dokument ta' Programmar Uniku għall-perjodu 2017-2019;

21.  Jilqa' l-pubblikazzjoni min-naħa ta' SESAR tal-pjan direzzjonali biex tiżgura s-sikurezza u s-sigurtà tal-operazzjonijiet bid-droni madwar l-Ewropa; iqis li hemm bżonn ta' varjetà ta' innovazzjonijiet, inklużi teknoloġiji relatati mal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru, biex id-droni jiġu integrati b'mod sikur fl-ispazju tal-ajru Ewropew; jinnota b'interess il-ħarsa ġenerali tagħha tal-iżvilupp tas-suq Ewropew tad-droni sal-2050 u l-potenzjal enormi għall-Ewropa u l-kompetittività globali tagħha, kif ukoll l-azzjonijiet li jeħtieġ li jittieħdu fil-ħames sa għaxar snin li ġejjin biex jiġi liberat dak il-potenzjal, inkluż l-appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp miksub billi tiġi stabbilita, fil-livell tal-Unjoni, ekosistema li tkopri kemm qafas regolatorju kif ukoll it-teknoloġija, u li tgħaqqad flimkien il-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati ewlenin, u li tirriżulta fil-forniment ta' livelli ogħla ta' finanzjament tal-Unjoni, bl-għan li tingħata spinta lill-SMEs fis-settur b'mod partikolari;

22.  Josserva li l-proporzjon tal-kost tal-ġestjoni (baġit amministrattiv u operattiv) jibqa' taħt il-5 %, u b'hekk jindika struttura organizzattiva simplifikata u effiċjenti tal-Impriża Konġunta;

23.  Jinnota bi tħassib il-valur interim tal-effett ta' ingranaġġ ta' 0,56 fi tmiem l-2017; jitlob lill-Impriża Konġunta tieħu passi biex tissodisfa l-effett ta' ingranaġġ fil-mira ta' 0,85 fuq il-perjodu sħiħ 2014-2020;

24.  Jinnota b'apprezzament li l-esperti jinnotaw li, meta mqabbla mal-operat tal-Impriża Konġunta taħt is-Seba' Programm Kwadru, diġà qed issir enfasi akbar fuq il-kisba ta' involviment usa' tal-firxa sħiħa ta' partijiet ikkonċernati għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direttur Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM).

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

25.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti, li fil-31 ta' Diċembru 2017, l-Impriża Konġunta kellha 40 membru tal-persunal impjegat magħha (2016: 44);

26.  Jinnota r-riżultati tal-eżerċizzju tal-2017 ta' valutazzjoni komparattiva fil-qasam tar-Riżorsi Umani: 60 % postijiet operattivi, 30 % postijiet amministrattivi u 10 % postijiet newtrali;

27.  Jirrimarka li l-Impriża Konġunta nediet tmien proċeduri ta' akkwist, li wasslu għal 14-il Kuntratt Qafas u ta' Servizzi Diretti; josserva li l-Impriża Konġunta stabbiliet 29 Kuntratt Speċifiku u 13-il emenda, li ammontaw għall-valur totali tal-attivitajiet ta' akkwist finalizzati fl-2017 għal aktar minn EUR 5 540 000;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

28.  Jinnota li matul l-2017 twettqu għaxar awditi minn kumpanija differenti ta' awditjar estern u għal awditu wieħed il-Kuntratt Qafas tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit kellu jintuża minħabba kunflitt ta' interess identifikat tat-tliet ditti fil-Kuntratt Qafas tal-Impriża Konġunta; jirrikonoxxi li disa' awditi twettqu mill-awditur statutorju; jieħu nota tal-fatt li l-Impriża Konġunta adottat kuntratt qafas rivedut għas-servizzi tal-awditjar ma' tliet ditti tal-awditjar esterni u l-attività ta' awditjar titwettaq biss minn dawk id-ditti; jenfasizza l-fatt li ebda kwistjoni materjali ma ġiet identifikata fl-awditi mwettqa sa issa li tirrikjedi l-attenzjoni tal-Bord Amministrattiv;

Kontroll Intern

29.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Impriża Konġunta stabbiliet proċeduri ta' kontroll ex ante bbażati fuq rieżamijiet dokumentarji finanzjarji u operattivi, u twettaq awditi ex post tal-benefiċjarji;

30.  Jilqa' l-fatt li l-Impriża Konġunta kompliet tapplika approċċ multidimensjonali bl-iskop li tirrieżamina, timmaniġġja u ttaffi r-riskji b'mod effettiv, u jistenna li l-Impriża Konġunta toqgħod attenta għar-riskji korporattivi kritiċi li tkun identifikat rigward il-Pjan Direttur tal-ATM u SESAR 2020;

31.  Jiddispjaċih li l-awditur estern osserva nuqqasijiet fil-proċessi ta' kontroll finanzjarju tal-Impriża Konġunta li huma prinċipalment dovuti għall-qafas regolatorju finanzjarju kumpless, it-tluq reċenti ta' persunal prinċipali tal-finanzi u ż-żieda eċċessiva ta' xogħol fid-dipartiment tal-finanzi;

Awditi interni

32.  Jinnota li fir-rigward ta' SESAR 1 il-ħidma ta' awditjar hija kważi kkompletata, wara li kienu ppjanati 20 eżerċizzju ta' awditjar f'seba' Membri magħżula, li minnhom 18 tlestew fl-2017 bħala parti mir-raba' ċiklu ta' awditjar kif deskritt fl-Istrateġija tal-Awditjar Ex Post tal-Impriża Konġunta; jilqa' l-fatt li r-rata ta' żbalji residwi għas-sena 2017 kien ta' 0,36 %;

33 .  Josserva li twettqet l-Evalwazzjoni Interim Finali tal-Kummissjoni dwar l-attivitajiet operatorji tal-Impriża Konġunta taħt Orizzont 2020 li tkopri l-perjodu bejn l-2014 u l-2016; jinnota li l-Bord Amministrattiv tal-Impriża Konġunta adotta Pjan ta' Azzjoni f'Mejju 2018, li jinkludi għadd ta' attivitajiet li diġà nbdew;

34.  Jinnota li f'Ottubru 2016, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu fuq il-"Proċessi ta' Għotjiet ta' Orizzont 2020"; josserva li l-IAS ħareġ ħames rakkomandazzjonijiet, li waħda minnhom ġiet ikklassifikata bħala "importanti ħafna"; jinnota, barra minn hekk, li ġie stabbilit pjan ta' azzjoni dettaljat u li sa tmiem l-2017 ġie implimentat il-pjan ta' azzjoni għal 4 rakkomandazzjoni minn 5; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet miftuħa li fadal;

35.  Jinnota li, f'Ottubru 2017, l-IAS wettaq awditu fuq il-governanza, il-ġestjoni tar-riskju u l-proċessi ta' kontroll intern tal-Impriża Konġunta għall-koordinazzjoni maċ-Ċentru ta' Appoġġ Komuni (CSC) u l-implimentazzjoni tal-għodod u s-servizzi tas-CSC; josserva li l-IAS ħareġ tliet rakkomandazzjonijiet; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

Kwistjonijiet oħra

36.  Jieħu nota tal-fatt li l-Evalwazzjoni Finali tal-Kummissjoni dwar il-Programm SESAR 1 (2007-2016) twettqet matul l-2017, u li din turi li l-Impriża Konġunta qed twettaq l-objettivi tagħha, billi tgħin biex tingħeleb il-frammentazzjoni u toħloq il-kontinwità tal-għanijiet tar-riċerka; josserva li saret l-Evalwazzjoni Finali interim tal-Kummissjoni dwar SESAR 2020 (2014-2016), u li kkonkludiet li s-Sħubijiet ta' Riċerka bejn l-Unjoni, is-settur privat u l-Istati Membri jinsabu fit-triq it-tajba biex jilħqu l-objettivi tagħhom; jilqa' l-fatt li ġie approvat pjan ta' azzjoni biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet li tqajmu f'dawk l-evalwazzjonijiet;

37.  Jinnota li l-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru Ewropew għadha frammentata filwaqt li l-Ajru Uniku Ewropew bħala kunċett għadu ma ntlaħaqx; itenni r-rwol vitali li għandha SESAR fil-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tar-riċerka fil-proġett SESAR u fl-ilħuq tal-objettivi tal-proġett;

38.  Jistieden lil SESAR u lill-Kummissjoni jevalwaw ir-riżultati tal-attwazzjoni tas-soluzzjoni SESAR, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-iżgurar tal-interoperabilità u mal-passi 'l quddiem fit-tlestija tal-Ajru Uniku Ewropew;

39.  Josserva li fl-2017, il-Qorti ppubblikat rapport speċjali dwar l-Inizjattiva tal-Ajru Uniku Ewropew; jiddispjaċih li dan ir-rapport, flimkien mal-evalwazzjonijiet finali tal-Kummissjoni, osserva dewmien fl-eżekuzzjoni tal-Pjan Direttur tal-ATM, u l-allinjament skorrett bejn it-tul ta' ħajja regolatorju fiss tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta u d-durata prevista tax-xogħol li huwa mistenni minnha; jinnota wkoll l-enfasi tal-Qorti dwar il-ħtieġa li l-Impriża Konġunta ssaħħaħ l-obbligu ta' rendikont tagħha fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-Pjan Direttur;

40.  Jinnota li l-awdituri ħadu kampjun ta' sittax-il proġett SESAR, li ġew awditjati f'ħames pajjiżi differenti, u involvew diversi partijiet ikkonċernati ta' SESAR; jistieden lill-Impriża tqis bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport speċjali u tieħu azzjoni xierqa;

22.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2212(DEC))

Rapporteur għal opinjoni:Innocenzo Leontini

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") li l-kontijiet tal-Impriża Konġunta għar-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR) ("l-Impriża") għas-sena finanzjarja 2017 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.  Jinnota li l-Impriża ppreżentat il-baġit tagħha f'żewġ sezzjonijiet separati: (1) SESAR 1 u (2) SESAR 2020; jinnota wkoll li SESAR 1 kienet kofinanzjata mill-programm TEN-T u mis-Seba' Programm Kwadru ta' Riċerka u SESAR 2020 hija kofinanzjata minn Orizzont 2020;

3.  Jinnota li l-baġit finali 2017 tal-Impriża kien ta' EUR 113,3 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 191,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament u li r-rati ta' implimentazzjoni kienu 80 % u 68 % rispettivament (għal SESAR 1: 11 % u 68 % u għal SESAR 2020: 92 % u 68 %); jinnota li r-rata baxxa ta' eżekuzzjoni globali hija prinċipalment minħabba dewmien jew fatturazzjoni mhux sħiħa minn dawk li mhumiex membri u minħabba l-isforzi tal-Impriża biex iżżomm l-ispejjeż tal-operat fil-livell minimu meħtieġ;

4.  Jinnota li, fi tmiem l-2017, l-Impriża kienet qed topera taħt erba' sorsi differenti ta' finanzjament - Orizzont 2020, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u żewġ tipi ta' mandati ta' dħul assenjat, li kull wieħed minnhom jirreferi għall-eżekuzzjoni tal-għotjiet (wara sejħiet għal proposti) jew studji (wara sejħiet għall-offerti); jirrikonoxxi li dawn l-oqfsa legali differenti jfissru livell għoli ta' kumplessità għall-Impriża; madankollu, jinsab imħasseb dwar in-nuqqasijiet fil-proċessi ta' kontroll finanzjarju identifikat waqt l-awditjar estern tal-kontijiet annwali u jħeġġeġ lill-Impriża tieħu l-passi meħtieġa filwaqt li ssaħħaħ il-kapaċità tad-dipartiment tagħha tal-finanzi;

5.  Jinnota li fl-2017, l-Impriża kompliet bl-għeluq finanzjarju u amministrattiv ta' SESAR 1; jieħu nota li fl-2017, SESAR 1 irċieviet EUR 37 miljun mill-Unjoni biex tkopri l-obbligi pendenti lejn il-membri tal-Impriża li rriżultaw mill-valutazzjoni tar-rapporti finanzjarji finali, li waslu u ġew rieżaminati fl-2017, kif ukoll biex tkopri l-forniment ta' awditjar probabbli addizzjonali, azzjonijiet legali potenzjali kontra l-Impriża u r-rimborż tal-kontribuzzjonijiet żejda fi flus mill-membri tagħha; jinnota wkoll li ġew ivvalidati EUR 25,9 miljun bħala kontribuzzjonijiet fi flus mill-Eurocontrol, li minnhom EUR 13,4 miljun huma mill-2016, iżda huma parti mill-baġit 2017 minħabba kwistjonijiet tekniċi, u EUR 12,5 miljun għall-2017; jinnota li l-Impriża rċeviet EUR 16,8 miljun bħala dħul eċċezzjonali, magħmul l-aktar minn irkupri relatati mal-Membri; jilqa' l-fatt li s-surplus tal-flus li jifdal ta' EUR 23,1 miljun u l-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 38,6 miljun huma biżżejjed biex jissodisfaw l-obbligi kollha u biex tingħalaq SESAR 1;

6.  Jilqa' l-fatt li għall-ewwel darba, it-Taqsima 2 tal-baġit 2017 tinkludi l-ispejjeż tal-operat u l-kontribuzzjonijiet in natura relatati ma' SESAR 2020; jinnota li SESAR 2020 irċieviet EUR 75,5 miljun mill-Unjoni biex tkopri l-obbligi pendenti tal-2017 u l-ewwel xhur tal-2018 u EUR 6,7 miljun ingħataw mill-Eurocontrol bħala kontribuzzjonijiet fi flus għall-ispejjeż tal-operat;

7.  Jinnota s-sejbiet tar-rapport speċjali tal-Qorti dwar l-Ajru Uniku Ewropew, li huwa bbażat fuq awditjar tal-prestazzjoni li tevalwa r-riżultat u l-valur għall-flus tas-SES; jinnota li l-awdituri ħadu kampjun ta' sittax-il proġett SESAR, li ġew awditjati f'ħames pajjiżi differenti, u involvew diversi partijiet ikkonċernati ta' SESAR; jistieden lill-Impriża tqis bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport speċjali u tieħu azzjoni xierqa;

8.  Jinnota li kemm l-evalwazzjoni finali tal-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tal-Impriża taħt is-Seba' Programm Kwadru ta' Riċerka kif ukoll ir-Rapport Speċjali 18/2017 tal-Qorti dwar l-Ajru Uniku Ewropew ġibdu l-attenzjoni għad-dewmien fl-eżekuzzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM, u għall-allinjament skorrett bejn it-tul ta' ħajja tal-attivitajiet tal-Impriża u d-durata prevista tax-xogħol li huwa mistenni minnha. jappoġġja għaldaqstant l-enfasi tal-Qorti dwar il-ħtieġa li jissaħħaħ l-obbligu ta' rendikont tal-Impriża fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM;

9.  Jistieden lil SESAR u lill-Kummissjoni jevalwaw ir-riżultati tal-mobilizzazzjoni tas-soluzzjoni SESAR, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-iżgurar tal-interoperabilità u mal-passi 'l quddiem fit-tlestija tal-Ajru Uniku Ewropew;

10.  Jilqa' l-pubblikazzjoni min-naħa ta' SESAR tal-pjan direzzjonali biex jiġu żgurati operazzjonijiet bid-droni sikuri u siguri madwar l-Ewropa; iqis li hemm bżonn ta' varjetà ta' innovazzjonijiet, inklużi teknoloġiji relatati mal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru, biex id-droni jiġu integrati b'mod sikur fl-ispazju tal-ajru Ewropew; jinnota b'interess il-ħarsa ġenerali tagħha tal-iżvilupp tas-suq Ewropew tad-droni sal-2050 u l-potenzjal enormi għall-Ewropa u l-kompetittività globali tagħha, kif ukoll l-azzjonijiet li jeħtieġ li jittieħdu fil-ħames sa għaxar snin li ġejjin biex jiġi liberat dak il-potenzjal, inkluż l-appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp miksub billi tiġi stabbilita, fil-livell tal-Unjoni, ekosistema li tkopri kemm qafas regolatorju kif ukoll it-teknoloġija, u li tgħaqqad flimkien il-partijiet interessati pubbliċi u privati ewlenin, u li tirriżulta fil-forniment ta' livelli ogħla ta' finanzjament tal-Unjoni, prinċipalment bl-għan li tingħata spinta lill-SMEs fis-settur;

11.  Jinnota li l-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru Ewropew għadha frammentata filwaqt li l-Ajru Uniku Ewropew bħala kunċett għadu ma ntlaħaqx; itenni r-rwol essenzjali li għandha SESAR fil-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tar-riċerka fil-proġett SESAR u fl-ilħuq tal-objettivi tal-proġett;

12.  Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Impriża fl-2017 ippubblika r-rapport finali tiegħu tal-awditjar dwar l-adegwatezza tat-tfassil u l-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tal-kontrolli interni fis-seħħ fl-Impriża għat-tħejjija ta' sejħiet għal proposti (inkluża d-definizzjoni tas-suġġett), is-sottomissjoni, l-evalwazzjoni u l-għażla ta' proposti għal għotjiet u t-tħejjija tal-ftehim ta' għotja fil-qafas tar-regoli ta' Orizzont 2020; jinnota li saru ħames rakkomandazzjonijiet, inkluż waħda importanti ħafna, u li l-Impriża kienet kapaċi timplimenta pjan ta' azzjoni relatat ma' erbgħa minnhom; jistenna li l-Impriża timplimenta l-azzjonijiet relatati mal-aħħar rakkomandazzjoni li fadal;

13.  Jinnota li fir-rigward ta' SESAR 1 ġew varati 20 eżerċizzju ta' awditjar f'seba' Membri magħżula, li minnhom 18 tlestew fl-2017 bħala parti mir-raba' ċiklu ta' awditjar fil-15-il Membru kollha kif deskritt fl-Istrateġija tal-Awditjar Ex Post tal-Impriża; jinsab imħasseb dwar ir-rata ta' żball residwu ta' 5,01 % għas-sena 2017; madankollu, jinsab sodisfatt li r-rata ta' żball residwu kumulattiva ta' SESAR 1 hija ta' 1,09 %; jinnota li l-ewwel awditjar ta' SESAR 2020 jindika li l-għadd u l-livell ta' żbalji huwa inqas minħabba s-simplifikazzjonijiet introdotti f'Orizzont 2020 u minħabba li l-benefiċjarji ewlenin għandhom aktar esperjenza;

14.  Jinnota r-riżultati tal-eżerċizzju tal-2017 ta' valutazzjoni komparattiva fil-qasam tar-Riżorsi Umani: 60 % postijiet operattivi, 30 % postijiet amministrattivi u 10 % postijiet newtrali;

15.  Jipproponi li l-Parlament jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għas-sena finanzjarja 2017.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Innocenzo Leontini, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Markus Ferber, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Peter Kouroumbashev, João Pimenta Lopes

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Christelle Lechevalier, Julie Ward

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

39

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Jacqueline Foster, Innocenzo Leontini, Peter Lundgren, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

EFDD

Daniela Aiuto

ENF

Georg Mayer

GUE/NGL

Marie-Pierre Vieu

PPE

Georges Bach, Wim van de Camp, Deirdre Clune, Andor Deli, Markus Ferber, Luis de Grandes Pascual, Dieter-Lebrecht Koch, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Francisco José Millán Mon, Massimiliano Salini

S&D

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Peter Kouroumbashev, Bogusław Liberadzki, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Claudia Țapardel, Marita Ulvskog, Julie Ward, Janusz Zemke

VERTS/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

2

-

ENF

Christelle Lechevalier

GUE/NGL

João Pimenta Lopes

0

0

 

 

It-tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT

RESPONSABBLI

16

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

1

-

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 452, 14.12.2018, p. 10

(2)

ĠU C 452, 14.12.2018, p. 12.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(5)

ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 452, 14.12.2018, p. 10

(8)

ĠU C 452, 14.12.2018, p. 12.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(11)

ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

  ĠU L 192, 1.7.2014, p. 1

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Marzu 2019Avviż legali