Proċedura : 2018/2189(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0120/2019

Testi mressqa :

A8-0120/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.19

Testi adottati :

P8_TA(2019)0260

RAPPORT     
PDF 213kWORD 65k
28.2.2019
PE 626.788v02-00 A8-0120/2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2189(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Petri Sarvamaa

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2189(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0079/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 121 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0120/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2189(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0079/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 121 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0120/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2189(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0120/2019),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(15), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2017 kien jammonta għal EUR 191 611 843 – żieda ta' 0,92 % meta mqabbel mal-2016; billi EUR 34 870 000 tal-baġit tal-Aġenzija ġejjin mill-baġit tal-Unjoni u EUR 101 397 000 huma dħul minn tariffi u imposti;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), sostniet li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99 %, jiġifieri l-istess rata bħal fl-2016; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 93,75 % – żieda ta' 2,55 % meta mqabbel mal-2016;

2.  Jinnota bi tħassib il-kummenti tal-Qorti fis-snin ta' qabel, bħala rimarka rikorrenti, li minkejja li l-attivitajiet iffinanzjati mill-industrija rriżultaw f'defiċit ta' EUR 7 600 000 fl-2016, ir-riżultati baġitarji jvarjaw minn sena għal oħra u l-Aġenzija akkumulat bilanċ pożittiv ta' EUR 52 000 000 minn din il-kategorija ta' attività; ifakkar li r-Regolament fundatur tal-Aġenzija jistabbilixxi li t-tariffi imposti fuq l-industrija għandhom ikunu adegwati biex ikopru l-ispiża tal-Aġenzija għall-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni relatati u għalhekk ma jipprevedix l-akkumulazzjoni ta' bilanċ pożittiv; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-azzjonijiet korrettivi li għaddejjin u kif qed tippjana li tevita bilanċ pożittiv bħal dan fil-futur;

3.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija għandha l-ħsieb li temenda r-regolament finanzjarju u r-regolament dwar it-tariffi u l-imposti tagħha(16) biex tifformalizza aħjar it-trattament tal-akkumulazzjoni ta' bilanċ pożittiv; jinnota li l-Aġenzija bdiet ir-reviżjoni fl-2018 u li r-regolament rivedut dwar it-tariffi u l-imposti hu ppjanat li jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2020; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-implimentazzjoni ta' din ir-reviżjoni u anke bid-dispożizzjonijiet li jiċċaraw it-trattament tal-possibbiltà ta' bilanċ pożittiv;

Kanċellazzjoni tar-riporti

4.  Jinnota li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 kienu jammontaw għal EUR 239 829, jiġifieri 2,6 % tal-ammont totali riportat u żieda ta' 1,07 % meta mqabbel mal-2016;

Prestazzjoni

5.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija tuża diversi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tkejjel il-valur miżjud iġġenerat mill-attivitajiet tagħha u biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha, u li tevalwa r-rilevanza tar-regoli u l-proċeduri tal-istandards tagħha perjodikament;

6.  Jinnota li, fl-2017, l-Aġenzija sarilha awditu mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali; jinnota b'sodisfazzjon li, filwaqt li r-riżultati uffiċjali għadhom ma ġewx ippubblikati, l-input inizjali jissuġġerixxi li l-Aġenzija hi fost l-aqwa awtoritajiet tal-avjazzjoni fid-dinja;

7.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija nediet il-Pjattaforma Ewropea ta' Koordinazzjoni Strateġika u ċ-Ċentru Ewropew għaċ-Ċibersigurtà fl-Avjazzjoni, kif ukoll l-ewwel fażi tal-inizjattiva Data4Safety, li għandha l-għan li tappoġġja t-teknoloġiji Ewropej u s-supremazija fis-suq fis-settur tal-avjazzjoni ċivili biex jissaħħaħ l-għarfien Ewropew f'dak li għandu x'jaqsam mat-teknoloġiji tal-Big Data; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija ffirmat ftehimiet ma' Franza, il-Ġermanja u l-Italja dwar il-kooperazzjoni bejn l-avjazzjoni ċivili u militari fil-qasam tas-sikurezza;

8.  Jinnota li fil-11 ta' Settembru 2018 daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) Nru 2018/1139 li jinkludi taqsima ġdida għad-drones u mandat ġdid għall-Aġenzija li jiddefinixxi mill-ġdid il-kompetenzi tagħha; jinnota wkoll li dan ir-Regolament jagħti s-setgħa lill-Aġenzija tipproponi għarfien espert tekniku lill-Kummissjoni fir-regolamentazzjoni ta' drones ta' kull daqs, inklużi dawk żgħar;

9.  Jinnota li, fl-2017, l-Aġenzija esperjenzat żieda sinifikanti fl-amministrazzjoni ta' proġetti li ġew allokati fondi għalihom u li, flimkien, jammontaw għal EUR 11 300 000 (EUR 7 300 000 fl-2016); jilqa' l-fatt li dawn il-proġetti għandhom l-għan li jtejbu l-kapaċitajiet regolatorji u superviżorji tal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali tal-avjazzjoni madwar id-dinja u li jikkontribwixxu għal proġetti ta' riċerka biex tissaħħaħ is-sikurezza tal-avjazzjoni globali u jiġu promossi l-istandards tal-UE;

10.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu r-riżorsi meħtieġa għall-kompetenzi l-ġodda u msaħħa dwar, fost l-oħrajn, ir-riskji għall-avjazzjoni ċivili miż-żoni tal-kunflitti, it-temi relatati mal-ambjent u ċ-ċertifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ;

11.  Jilqa' r-rwol attiv tal-Aġenzija fis-sejħa għal proposti fil-qafas tal-programm Orizzont 2020; iħeġġeġ lill-Aġenzija tibqa' attiva fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp;

12.  Jinnota li l-Aġenzija wettqet l-eżerċizzju ta' valutazzjoni annwali tagħha skont il-metodoloġija żviluppata għall-organizzazzjonijiet tal-UE; jinnota li wara l-identifikazzjoni tar-riskji potenzjali, l-ebda riskju prominenti ma mmaterjalizza fl-2017;

13.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tikkondividi r-riżorsi f'kompiti li fihom trikkib max-xogħol ta' Aġenziji oħra, partikolarment l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, fl-oqsma tal-istħarriġ, it-tagħlim elettroniku u s-servizzi tal-cloud;

Politika dwar il-persunal

14.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet mimlija 100 %, u li, mit-total ta' 678 aġent temporanju (fosthom 5 postijiet sussidjati) awtorizzat mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 676 post tax-xogħol awtorizzati fl-2016) kienu nħatru 673; jinnota li, billi r-regolament bażiku rivedut ma ġiex adottat, il-ħames postijiet issussidjati ma mtlewx fl-2017; jinnota wkoll li, fl-2017, l-Aġenzija ħaddmet 80 aġent kuntrattwali u 18-il espert nazzjonali sekondat;

15.  Jiddeplora l-iżbilanċ bejn is-sessi fost il-ħames komponenti tal-maniġment superjuri tal-Aġenzija – ilkoll irġiel – u fost il-membri tal-bord maniġerjali, li, minn total ta' 29, 25 minnhom huma rġiel u erbgħa biss huma nisa; jitlob, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn is-sessi meta jressqu n-nomini tagħhom għall-membri tal-Bord; jitlob lill-Aġenzija biex anke hi tieħu miżuri li jiżguraw bilanċ aħjar bejn is-sessi fil-maniġment superjuri tagħha;

16.  Jinnota li l-Aġenzija adottat politika dwar il-ħarsien tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jirrikonoxxi li organizzat sessjonijiet ta' informazzjoni u offriet servizz ta' assistenza psikoloġika kunfidenzjali;

17.  Jilqa' s-suġġeriment tal-Qorti li l-avviżi ta' pożizzjonijiet vakanti jiġu ppubblikati anke fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal sabiex tiżdied il-pubbliċità; jifhem li l-lingwa li taħdem biha l-Aġenzija hija l-Ingliż u jinnota li l-Aġenzija tuża l-Inter-Agency Job Market stabbilit min-Netwerk tal-Aġenziji biex tippubblika l-avviżi tagħha;

Akkwist

18.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija għażlet li tagħmel użu minn kuntratti qafas ma' tliet kuntratturi f'kaskata għall-akkwist ta' servizzi tal-IT b'valur ta' EUR 22 000 000; jinnota li, f'ċirkustanzi bħal dawn, il-Qorti tqis li trid tintuża proċedura kompetittiva bejn il-kuntratturi magħżula għall-akkwisti speċifiċi; jilqa' r-risposta tal-Aġenzija li se tkun qed tikkunsidra ulterjorment li terġa' tiftaħ il-proċeduri sabiex tiżgura titjib fil-kompetizzjoni; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-azzjonijiet meħuda biex tindirizza dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

19.  Jinnota li sa tmiem l-2017, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija kienet qed tuża wħud mill-għodod varati mill-Kummissjoni bil-għan li tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist pubbliku (akkwist elettroniku), iżda mhux il-fatturazzjoni elettronika; jistieden lill-Aġenzija tintroduċi l-għodod kollha meħtieġa biex tamministra l-proċeduri tal-akkwist u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-progress magħmul f'dan il-qasam;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitt ta' interessi u trasparenza

20.  Jirrikonoxxi li, fl-2017, l-Aġenzija rrevediet il-proċess eżistenti rigward il-politika tagħha "dwar l-imparzjalità u l-indipendenza: il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-kunflitti ta' interess" biex it-tlestija, ir-rieżami u l-aġġornament tad-dikjarazzjonijiet ta' interess jiġu estiżi għall-membri kollha tal-persunal; jinnota li, skont l-Aġenzija, f'April 2019 l-IAS mistenni jippubblika rapport tal-awditjar li jkun lesta dwar il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-kunflitti ta' interess; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bir-rieżami dettaljat tas-sistema attwali tagħha għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-kunflitti ta' interess fl-2018/2019 u dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni; jilqa' l-linji gwida ġodda tal-Aġenzija dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta;

21.  Jinnota li 70 % tad-dħul tal-Aġenzija jikkonsisti f'tariffi; jieħu nota tal-fehma tal-Aġenzija li l-fatt li l-applikanti jħallsu t-tariffi mhux bilfors jimplika kunflitt ta' interess; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-miżuri meħuda sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta' interess fir-rigward tal-finanzjament tat-tariffi;

22.  Jilqa' l-passi ulterjuri li ttieħdu sabiex tissaħħaħ it-trasparenza fl-attivitajiet tal-Aġenzija permezz tar-rapportar tal-laqgħat tal-membri tal-persunal tal-Aġenzija ma' partijiet ikkonċernati esterni u l-pubblikazzjoni tagħhom fuq is-sit web tal-Aġenzija;

23.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tiżgura l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà; jinnota li, wara r-rapport tal-Qorti, il-bord maniġerjali tal-Aġenzija ssodisfa t-talba tal-Qorti billi, b'effett minn Jannar 2019, lill-uffiċjal tal-kontabbiltà għamlu amministrattivament responsabbli direttament lejn id-Direttur tal-Aġenzija u funzjonalment responsabbli lejn il-bord maniġerjali; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;

Kontrolli interni

24.  Jinnota li, fl-2017, is-servizzi tal-awditjar intern wettqu eżerċizzju ta' valutazzjoni tar-riskju b'appoġġ għall-iżvilupp taċ-ċiklu tal-awditjar li jmiss (2018-2020);

25.  Jinnota li, fl-istess sena, il-kapaċità tal-awditjar intern wettqet erba' eżerċizzji ta' assigurazzjoni tal-awditjar biex tivvaluta jekk ir-regolamenti rilevanti ġewx rispettati, jekk l-objettivi tal-proċess intlaħqux, u jekk ir-riskji ewlenin ġewx mitigati kif xieraq; jinnota b'sodisfazzjon li dan il-livell ta' assigurazzjoni ngħata f'kull wieħed mill-eżerċizzji u ngħataw rakkomandazzjonijiet għat-tisħiħ tal-ambjent tal-kontroll jew l-effiċjenza ġenerali tal-proċessi; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li fis-segwitu dwar l-awditi mwettqa fl-2016, ir-riskji residwi tnaqqsu b'mod konsiderevoli għal livell aċċettabbli, u li l-azzjonijiet miftuħa kollha kienu qed jiġu implimentati bil-ħsieb li l-azzjoni finali tingħalaq sa nofs l-2018;

26.  Jinnota li l-valutazzjoni annwali tal-istandards maniġerjali tal-Aġenzija, ibbażata fuq l-aktar verżjoni riċenti tal-istandards tal-ISO u fuq il-qafas ta' kontroll intern il-ġdid, ikkonkludiet li s-sistema maniġerjali tal-Aġenzija hi konformi mal-istandards maniġerjali bis-saħħa ta' sistema ta' monitoraġġ robusta stabbilita kemm fil-livell tal-maniġment kif ukoll fil-livell tal-proċess;

o

o o

27.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2019(17) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

23.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2189(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Innocenzo Leontini

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li l-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2017 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.  Jinnota li l-baġit annwali tal-Aġenzija għall-2017 kien ta' EUR 191,6 miljun, li minnhom EUR 37,8 miljun ġew mis-sussidji tal-UE, EUR 103,5 miljun minn ħlasijiet u imposti waqt li EUR 2,1 miljun kienu kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi; jinsab kuntent li l-Aġenzija tinsab qrib ħafna li twettaq l-implimentazzjoni sħiħa tal-baġit tagħha, b'rata ta' eżekuzzjoni ta' 99 %, ferm ogħla mill-mira tal-Kummissjoni ta' 95 %; jilqa' s-sitwazzjoni bbilanċjata tal-Aġenzija rigward il-ħlasijiet u l-imposti, kif ukoll iż-żieda ta' dawn l-ammonti meta mqabbel mal-2016; jinnota li l-Aġenzija temmet is-sena 2017 b'bilanċ pożittiv ta' EUR 2,7 miljun, sabiex b'hekk l-akkumulazzjoni ta' bilanċ pożittiv hija ta' EUR 54,9 miljun; jinnota wkoll li l-mira ta' 5 % għall-kanċellazzjonijiet ta' riporti ntlaħqet fl-2017 (3,7 %);

3.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tiggarantixxi l-indipendenza tal-uffiċjal ta' kontabbiltà billi dan isir responsabbli direttament lid-Direttur (amministrattiv) u lill-Bord Amministrattiv (funzjonali) tal-Aġenzija, kif issottolinjat mill-Qorti tal-Awdituri;

4.  Jiddispjaċih li ġew identifikati dgħufijiet fl-akkwist pubbliku, partikolarment fir-rigward tas-servizzi, li jpoġġu f'riskju il-valur għall-flus; jirrakkomanda li r-riskju jiġi indirizzat permezz ta' għażla aktar spiss tal-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni minflok ta' kuntratti qafas kumulattivi; jinnota li għalkemm ir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija jirrikjedi li l-akkwisti jridu jiġu approvati mill-Bord Amministrattiv jew fil-programm ta' ħidma annwali tal-Aġenzija jew permezz ta' deċiżjoni ta' finanzjament ad hoc, kuntratt wieħed fil-qafas tal-IT għal ammont massimu ta' EUR 15-il miljun ġie akkwistat u ffirmat għalkemm id-deċiżjoni ta' finanzjament kopriet biss ammont ta' EUR 5 miljun biss; jistieden lill-Aġenzija tirrispetta strettament il-proċedura tagħha u ddaħħal fis-seħħ mekkaniżmu ta' kontroll addizzjonali biex tiżgura l-konformità mal-proċeduri ta' akkwist pubbliku; jinnota li sal-aħħar tal-2017 l-Aġenzija kienet introduċiet l-akkwist elettroniku u l-preżentazzjoni elettronika għal ċerti proċeduri, iżda mhux il-fatturazzjoni elettronika; jinnota wkoll li rigward il-fatturazzjoni elettronika, l-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali kienu ffinalizzati fl-2017; iħeġġeġ lill-Aġenzija ddaħħal fis-seħħ is-soluzzjonijiet tal-IT għall-fatturazzjoni elettronika;

5.   Jinnota li l-valutazzjoni annwali tal-istandards amministrattivi tal-EASA, abbażi tal-aktar verżjoni riċenti tal-istandards tal-ISO u tal-Qafas ta' Kontroll Intern il-ġdid ikkonkludiet li s-sistema amministrattiva tal-Aġenzija tikkonforma mal-istandards amministrattivi grazzi għal sistema ta' monitoraġġ soda stabbilita kemm fil-livell ta' amministrazzjoni kif ukoll fil-livell ta' proċess;

6.  Jinsab kuntent li l-Aġenzija, fuq rakkomandazzjoni mill-Parlament, fl-2017 estendiet l-ambitu tal-eżerċizzju tad-Dikjarazzjoni ta' Interess għall-persunal kollu tal-Aġenzija (mhux biss il-maniġers u l-funzjonijiet sensittivi), bl-inklużjoni ta' konsulenti, persunal interim u trainees fuq terminu twil; jilqa' l-fatt li l-proċess tal-valutazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Interess ġie ssimplifikat u issa huwa possibbli f'forma elettronika; jilqa' l-introduzzjoni ta' "Kodiċi ta' Kondotta għall-esperti esterni li jappoġġjaw l-EASA" speċifiku, li jistabbilixxi l-prinċipji li jiggvernaw it-trasparenza, l-imparzjalità, l-indipendenza u l-impenn favur il-kunfidenzjalità tal-esperti esterni; itenni l-ħtieġa li tiġi żgurata kemm l-indipendenza tal-persunal tal-Aġenzija u tal-esperti esterni kif ukoll li ma jkunx hemm aktar kunflitti ta' interess; jinnota li sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, il-pubbliċità u biex il-kandidati potenzjali jkunu jistgħu jidentifikaw il-postijiet vakanti, l-avviżi tal-postijiet vakanti għandhom jiġu ppubblikati mhux biss fuq is-sit web tal-EASA u fuq il-midja soċjali, iżda wkoll fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO);

7.  Jinnota li r-riżultati tar-raba' eżerċizzju ta' benchmarking dwar il-postijiet tax-xogħol tal-Aġenzija, li indika trasferiment ta' postijiet tax-xogħol mill-kategoriji amministrattivi għall-kategoriji operattivi (+ 0,5 %);

8  Jinnota li r-Regolament bażiku rivedut tal-Aġenzija(18) ma daħalx fis-seħħ fl-2017, kif kien previst oriġinarjament, li wassal għat-tneħħija ta' riżorsi umani u finanzjarji addizzjonali ppjanati ta' EUR 1,1 miljun, li kienu inklużi oriġinarjament fis-sussidju tal-UE biex jiġu koperti kompiti ġodda skont il-proposta tal-Kummissjoni mis-sussidju fit-Tieni Baġit Emendatorju; jinnota li ħames postijiet fil-pjan ta' stabbiliment oriġinali għall-2017 kienu marbuta mad-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament u li r-reklutaġġ tagħhom kien pospost; ifakkar li r-Regolament Bażiku tal-EASA l-ġdid li jagħti responsabbiltajiet ġodda lill-Aġenzija daħal fis-seħħ f'Settembru 2018 u jtenni l-importanza li jiġi allokat finanzjament addizzjonali lill-Aġenzija biex tiġi żgurata l-adozzjoni b'suċċess ta' dawn ir-responsabbiltajiet ġodda u riżorsi umani adegwati b'persunal ikkwalifikat sabiex iwettaq kompiti ġodda;

9.  Jinnota li fil-11 ta' Settembru 2018 ir-Regolament (UE) Nru 2018/1139 daħal fis-seħħ inkluża taqsima ġdida għad-drones u mandat ġdid għall-EASA li jiddefinixxi mill-ġdid il-kompetenzi tal-Aġenzija; jinnota wkoll li dak ir-Regolament jagħti s-setgħa lill-Aġenzija li tipproponi lill-Kummissjoni l-għarfien espert tekniku biex tirregola drones ta' kull daqs, inklużi dawk żgħar;

10.  Jinnota li fl-2017, l-Aġenzija esperjenzat żieda sinifikanti fl-amministrazzjoni ta' proġetti allokati li flimkien jammontaw għal EUR 11,3-il miljun (EUR 7,3 miljun fl-2016); jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li dawn il-proġetti għandhom l-għan li jtejbu l-kapaċitajiet regolatorji u ta' sorveljanza tal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali tal-avjazzjoni madwar id-dinja kif ukoll li jikkontribwixxu għal proġetti ta' riċerka biex tissaħħaħ is-sikurezza tal-avjazzjoni globali u jiġu promossi l-istandards tal-UE;

11.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu r-riżorsi meħtieġa għall-kompetenzi ġodda u msaħħa dwar, fost l-oħrajn, ir-riskji għall-avjazzjoni ċivili li jkunu ġejjin minn żoni ta' kunflitt, it-temi relatati mal-ambjent u ċ-ċertifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ;

12.  Jilqa' r-rwol attiv tal-Aġenzija fis-sejħa għall-proposti fil-qafas tal-programm Orizzont 2020; iħeġġeġ lill-Aġenzija tibqa' attiva fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp;

13.  Jinnota li l-Aġenzija wettqet l-eżerċizzju ta' valutazzjoni annwali tagħha konformement mal-metodoloġija żviluppata għall-organizzazzjonijiet tal-UE; jinnota li wara l-identifikazzjoni ta' riskji potenzjali, ma mmaterjalizza l-ebda riskju prominenti fl-2017;

14.  Jipproponi li l-Parlament jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Innocenzo Leontini, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Markus Ferber, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Peter Kouroumbashev, João Pimenta Lopes

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Christelle Lechevalier, Francisco José Millán Mon, Julie Ward

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

39

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Jacqueline Foster, Innocenzo Leontini, Peter Lundgren, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

EFDD

Daniela Aiuto

ENF

Georg Mayer

GUE/NGL

Marie-Pierre Vieu

PPE

Georges Bach, Wim van de Camp, Deirdre Clune, Andor Deli, Markus Ferber, Luis de Grandes Pascual, Dieter-Lebrecht Koch, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Francisco José Millán Mon, Massimiliano Salini

S&D

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Peter Kouroumbashev, Bogusław Liberadzki, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Claudia Țapardel, Marita Ulvskog, Julie Ward, Janusz Zemke

VERTS/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

0

-

 

 

2

0

ENF

Christelle Lechevalier

GUE/NGL

João Pimenta Lopes

Key to symbols:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Marian-Jean Marinescu, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

1

-

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 46.

(2)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 46.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1

(5)

ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(6)

ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(7)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(8)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 46.

(9)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 46.

(10)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(11)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1

(12)

ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(13)

ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(14)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(15)

ĠU C 108/45, 22.03.2018, p. 229.

(16)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/2014 tas-27 ta' Marzu 2014 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 593/2007.

(17)

Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0000.

(18)

Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91, (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Marzu 2019Avviż legali