Proċedura : 2018/2194(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0121/2019

Testi mressqa :

A8-0121/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.18

Testi adottati :

P8_TA(2019)0259

RAPPORT     
PDF 208kWORD 63k
28.2.2019
PE 626.787v01-00 A8-0121/2019

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2194(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Petri Sarvamaa

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2194(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0084/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0121/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2017;

(2018/2194(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0084/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0121/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2194(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0121/2019),

A.  billi skont ir-rapport tad-dħul u n-nefqa(13), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2017 kien ta' EUR 10 524 359, li jirrapreżenta żieda ta' 2,26 % meta mqabbel mal-2016; billi l-baġit kollu tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), issostni li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 97,09 %, li tfisser żieda ta' 1,14 % meta mqabbla mal-2016; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 84,02 %, li tfisser żieda ta' 5,17 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Kanċellazzjoni tar-riporti

2.  Jinnota li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 kienu jammontaw għal EUR 189 154, u li dan jirrappreżenta 12,81 % tal-ammont totali riportat filwaqt li juri tnaqqis żgħir ta' 1,44 % meta mqabbel mal-2016;

Prestazzjoni

3.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tkejjel l-attivitajiet ta' taħriġ tagħha u l-impatt tagħhom, b'mod partikolari l-livell ta' sodisfazzjon tal-parteċipanti, sabiex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut minnhom, u l-indikaturi tal-prestazzjoni biex itejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha;

4.  Josserva li l-pjan ta' tmexxija tal-bidla tal-Aġenzija rigward it-tħejjijiet meħtieġa għall-operat taħt il-mandat estiż il-ġdid tagħha ġie implimentat b'rata ta' 83 %; jinnota li 93 % tal-parteċipanti fl-attivitajiet ta' taħriġ tal-Aġenzija iddikjaraw li huma kienu tal-anqas sodisfatti bit-taħriġ, u li l-Aġenzija ffinalizza l-implimentazzjoni tal-programm ta' Sħubija ta' Taħriġ Kontra t-Terroriżmu UE/MENA;

5.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tikkoopera mill-qrib man-netwerk tal-aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni u d-disa' aġenziji membri tiegħu; jinnota li dawn jaqsmu t-taħriġ u jorganizzaw korsijiet flimkien;

6.  Jilqa' l-impenn tal-Aġenzija biex issegwi r-rapport tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni dwar "Needs assessment, Planning and Budgeting of Training activities" (il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet, l-ippjanar u l-ibbaġitjar ta' attivitajiet ta' taħriġ); jisħaq fuq l-importanza li l-Aġenzija twettaq l-impenn tagħha;

7.  Josserva li l-evalwazzjoni esterna perjodika ta' ħames snin konkluża f'Jannar 2016 ħarġet 17-il rakkomandazzjoni, li għalihom il-Aġenzija qed tippjana li timplimenta l-azzjonijiet korrettivi kollha sa tmiem l-2018; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-azzjonijiet meħuda biex tindirizza dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

8.  Jiddispjaċih mill-fatt li l-Aġenzija tinsab ġeografikament 'l bogħod mill-Europol, li jimmina l-possibbiltà li jinstabu sinerġiji ma' din l-aġenzija l-oħra speċjalizzata fi kwistjonijiet tal-pulizija; jistieden lill-Aġenzija tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza b'rapport li jiddeskrivi fil-qosor l-ostakli possibbli fl-interazzjonijiet tagħha mal-Europol u l-miżuri meħuda u li għandhom jittieħdu biex jingħelbu dawn l-isfidi;

Politika dwar il-persunal

9.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet 96,77 % eżegwita, bil-ħatra ta' 30 aġent temporanju minn total ta' 31 aġent temporanju li ġew awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla mat-28 post awtorizzati fl-2016); jinnota li, barra minn hekk, 16-il  aġent kuntrattwali u sitt esperti nazzjonali sekondati qed jaħdmu għall-Aġenzija fl-2017;

10.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija kompliet torganizza webinars biex tagħti lill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi l-informazzjoni u l-aħjar prattika dwar l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni tar-reati ta' mibegħda u forom differenti ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneru, u li offriet taħriġ ta' sensibilizzazzjoni dwar l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-komunitajiet tar-Rom u l-persuni LGBTI (bħal interventi żejda jew nieqsa mill-pulizija u nuqqas ta' fiduċja fil-membri tal-forzi tal-pulizija), u dwar kif dawn jistgħu jiġu indirizzati fil-livell tal-infurzar tal-liġi; jappella sabiex ikompli jingħata taħriġ fil-qasam tad-drittijet fundamentali u s-sensitizzazzjoni relatata tal-forza tal-pulizija.

11.  Jistieden lill-Aġenzija biex fil-kurrikulu u fl-attivitajiet kollha ta' taħriġ tagħha tkompli tinkorpora element sinifikanti ta' taħriġ kontra r-radikalizzazzjoni, kontra r-razziżmu u kontra d-diskriminazzjoni, kull fejn possibbli; jitlob lill-Aġenzija tiżviluppa wkoll taħriġ speċifiku dwar is-salvagwardji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali;

12.  Jinnota li l-Aġenzija adottat politika dwar il-ħarsien tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jikkonstata li dan jippermetti l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u t-taħriġ kif ukoll il-konsulenza kunfidenzjali;

13.  Josserva li, bħala konsegwenza tar-rilokazzjoni tiegħu mir-Renju Unit lejn l-Ungerija u l-koeffiċjent ta' korrezzjoni aktar baxx li jirriżulta, applikat għas-salarji tal-persunal, il-fatturat tal-persunal kien għoli u l-bilanċ ġeografiku mhuwiex dejjem żgurat peress li l-applikazzjonijiet minn Stati Membri apparti l-pajjiż ospitanti, issa naqsu; jinnota bi tħassib li xi membri tal-persunal għandhom tilwima legali pendenti rigward ir-rilokazzjoni; jinnota li ġew implimentati għadd ta' azzjonijiet ta' mitigazzjoni; jinnota bi tħassib li dan jista' jkollu impatt fuq il-kontinwità tan-negozju u fuq il-kapaċità tal-Aġenzija li timplimenta attivitajiet; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar kull żvilupp f'dan ir-rigward;

14.  Jaqbel mal-Qorti li l-pubblikazzjoni ta' avviżi ta' postijiet battala fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) isaħħaħ it-trasparenza u l-pubbliċità u jippermetti liċ-ċittadini jidentifikaw il-postijiet battala ppubblikati mill-istituzzjonijiet u l-aġenziji differenti Ewropej b'mod kollettiv; jitlob għaldaqstant li l-Aġenzija tippubblika wkoll l-avviżi kollha ta' postijiet battala tagħha fuq is-sit web tal-EPSO; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tqis miżuri maħsuba biex inaqqsu l-piż finanzjarju għat-traduzzjoni tal-avviżi ta' postijiet battala fuq l-aġenziji, inkluż billi jiġi stabbilit ftehim qafas ad hoc maċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT);

15.  Jilqa' bi pjaċir is-suġġeriment tal-Qorti li l-avviżi ta' postijiet battala jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-EPSO bil-għan li tiżdied il-pubbliċità; jifhem ir-risposta tal-Aġenzija dwar l-ispejjeż kbar involuti biex issir it-traduzzjoni; jirrikonoxxi, barra minn hekk, l-intenzjoni tal-Aġenzija li tippubblika l-postijiet battala kollha tagħha fuq il-bord tal-impjiegi bejn l-aġenziji żviluppat min-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE;

Akkwist

16.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, sa tmiem l-2017, l-Aġenzija għadha ma kinitx qed tuża l-għodod kollha varati mill-Kummissjoni bil-għan li tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist (akkwist elettroniku); jinnota skont ir-risposta tal-Aġenzija li l-azzjonijiet preparatorji għall-implimentazzjoni tas-sottomissjoni elettronika għadhom għaddejjin; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress imwettaq f'dan il-qasam;

17.  Jinnota bi tħassib li f'Diċembru 2016 l-Aġenzija ffirmat kuntratt qafas ta' erba' snin li jiswa EUR 1,6 miljun għall-forniment ta' persunal temporanju ma' operatur ekonomiku wieħed għal raġunijiet ta' prezz biss, mingħajr kunsiderazzjoni tal-kriterji ta' kwalità; jinnota r-risposta tal-Aġenzija li kkunsidrat li l-kwalità ġiet inkorporata fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-għażla li jingħata kuntratt uniku saret abbażi ta' esperjenza preċedenti u tal-ispeċifiċitajiet nazzjonali;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

18.  Jilqa' bi pjaċir il-fatt li, fl-2017 l-Aġenzija adottat strateġija kontra l-frodi; jiddispjaċih li sal-31 ta' Diċembru 2017 l-Aġenzija ma ħolqitx u ma implimentatx regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jinnota madankollu li regoli interni speċifiċi għall-aġenziji huma mistennija li jiġu adottati sa tmiem l-2018; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

Kummenti oħra

19.  Jisħaq li r-rilokazzjoni tal-Aġenzija lejn Budapest fl-2014 u r-reviżjoni tal-mandat tagħha fl-2016 wasslu għal modifiki fil-proċeduri kontabilistiċi tal-Aġenzija li għadhom ma reġgħux ġew ivvalidati sa mill-2013; jikkonstata r-risposta tal-Aġenzija li l-validazzjoni mill-ġdid hija attwalment soġġetta għal diskussjonijiet u ppjanar fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit (DĠ BUDG);

20.  Jinnota li f'Frar 2017 l-Aġenzija lestiet b'suċċess iċ-ċertifikazzjoni ISO 9001:2015 tas-Sistema ta' Tmexxija tal-Aġenzija sabiex ittejjeb u turi aħjar l-impenn tagħha lejn il-kwalità;

21.  Jinnota bi tħassib li, għall-kuntrarju tal-maġġoranza ta' Aġenziji oħra, l-Aġenzija ma wettqitx analiżi komprensiva tal-impatt probabbli tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea fuq l-organizzazzjoni, l-operazzjonijiet u l-kontijiet tagħha; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li r-riskji korrispondenti ġew evalwati b'mod informali bħala baxxi; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda sabiex tiġi konkluża analiżi aktar formali li tkun qed tħejji biex timmitiga kwalunkwe riskju potenzjali involut;

22.  Jinnota l-isforzi tal-Aġenzija biex tiżgura post tax-xogħol kosteffikaċi u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent; jirrimarka li l-Aġenzija m'għandhiex fis-seħħ skema ta' kumpens tal-karbonju iżda jirrikonoxxi li qed tikkunsidra l-introduzzjoni ta' tali skema, u li l-Aġenzija tħeġġeġ lill-persunal tagħha jagħmel użu mit-trasport pubbliku biex jitnaqqsu l-emissjonijiet;

o

o o

23.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2019(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

17.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2194(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Romeo Franz

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) ("l-Aġenzija") jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2017 u li t-tranżazzjonijiet tagħha huma legali u regolari;

2.  Jisħaq li r-rilokazzjoni tal-Aġenzija lejn Budapest fl-2014 u r-reviżjoni tal-mandat tagħha fl-2016 wasslu għal modifiki fil-proċeduri kontabilistiċi tal-Aġenzija li għadhom ma reġgħux ġew ivvalidati sa mill-2013; jieħu nota tat-tweġiba tal-Aġenzija li l-validazzjoni mill-ġdid hija attwalment soġġetta għal diskussjonijiet u ppjanar fi ħdan DĠ BUDG;

3.  Ifakkar lill-Aġenzija fil-ħtieġa li tiġi indirizzata r-rata għolja ta' bidla fil-persunal, peress li jista' jkollha impatt fuq il-kontinwità tal-operat tagħha u fuq il-kapaċità tal-Aġenzija li timplimenta l-attivitajiet previsti fil-programm ta' ħidma tagħha; jinnota li r-rata għolja ta' bidla fil-persunal hija problema ta' bosta aġenziji u li, f'dan il-każ, dan huwa marbut ukoll mar-rilokazzjoni reċenti mir-Renju Unit lejn l-Ungerija; jiddispjaċih li din il-kwistjoni li l-Qorti fetħet fl-2016 ma setgħetx tingħalaq fl-2017;

4.  Jiddispjaċih li l-Aġenzija tippubblika biss l-avviżi ta' postijiet battala fuq is-sit web tagħha, fil-midja soċjali u fin-netwerk bejn l-aġenziji u mhux fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO); jagħraf it-tħassib tal-Aġenzija fir-rigward tal-ispejjeż addizzjonali għat-traduzzjoni minħabba l-fatt li l-EPSO tirrikjedi l-pubblikazzjoni ta' avviżi ta' postijiet battala fil-lingwi uffiċjali kollha iżda jirrimarka li hemm biss għadd limitat ta' postijiet battala kkonċernati fil-każ speċifiku tal-Aġenzija; jaqbel mal-Qorti tal-Awdituri li dan ikun rilevanti u utli peress li l-pubblikazzjonijiet tal-EPSO jżidu aktar it-trasparenza u l-pubbliċità u jippermettu liċ-ċittadini jidentifikaw il-postijiet battala ppubblikati mill-istituzzjonijiet u l-aġenziji differenti Ewropej b'mod kollettiv; jitlob għaldaqstant li l-Aġenzija tippubblika wkoll l-avviżi kollha ta' postijiet battala tagħha fuq is-sit web tal-EPSO; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tqis miżuri maħsuba biex inaqqsu l-piż finanzjarju għat-traduzzjoni tal-avviżi ta' postijiet battala fuq l-aġenziji, inkluż billi jiġi stabbilit ftehim qafas ad hoc maċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT);

5.  Jinnota li, fi tmiem l-2017, l-Aġenzija ma kinitx wettqet analiżi komprensiva tal-impatt probabbli tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea fuq l-organizzazzjoni, l-operazzjonijiet u l-kontijiet tagħha; jilqa' l-azzjonijiet ta' rimedju meħuda mill-Aġenzija u jinnota l-esponiment limitat tagħha, anke minħabba ċ-ċaqliq minn Hampshire għal Budapest;

6.  Jilqa' l-impenn tal-Aġenzija biex issegwi r-rapport tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet, l-ippjanar u l-ibbaġitjar ta' attivitajiet ta' taħriġ; jisħaq fuq l-importanza li l-Aġenzija twettaq l-impenn tagħha;

7.  Jistieden lill-Aġenzija biex fil-kurrikulu u fl-attivitajiet kollha ta' taħriġ tagħha tkompli tinkorpora element sinifikanti ta' taħriġ kontra r-radikalizzazzjoni, kontra r-razziżmu u kontra d-diskriminazzjoni, kull fejn possibbli; jitlob lill-Aġenzija tiżviluppa wkoll taħriġ speċifiku dwar is-salvagwardji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali;

8.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija kompliet torganizza webinars biex tagħti lill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi l-informazzjoni u l-aħjar prattika dwar l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni tar-reati ta' mibegħda u forom differenti ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneru, u li offriet taħriġ ta' sensibilizzazzjoni dwar l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-komunitajiet tar-Rom u l-persuni LGBTI (bħal interventi żejda jew nieqsa mill-pulizija u nuqqas ta' fiduċja fil-membri tal-forzi tal-pulizija), u dwar kif dawn jistgħu jiġu indirizzati fil-livell tal-infurzar tal-liġi; jappella sabiex ikompli jingħata taħriġ fil-qasam tad-drittijet fundamentali u s-sensitizzazzjoni relatata tal-forza tal-pulizija.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

10.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Martina Anderson, Heinz K. Becker, Monika Beňová, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Frank Engel, Laura Ferrara, Romeo Franz, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Cécile Kashetu Kyenge, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Ivari Padar, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Dennis de Jong, Anna Hedh, Lívia Járóka, Marek Jurek, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Fernando Ruas, Adam Szejnfeld

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

45

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Cecilia Wikström

ECR

Marek Jurek, Monica Macovei, Helga Stevens, Kristina Winberg

EFDD

Laura Ferrara

GUE/NGL

Martina Anderson, Dennis de Jong, Marie-Christine Vergiat

PPE

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Michał Boni, Rachida Dati, Frank Engel, Norbert Erdős, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Lívia Járóka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Fernando Ruas, Csaba Sógor, Adam Szejnfeld, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský

S&D

Monika Beňová, Caterina Chinnici, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Ivari Padar, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Romeo Franz, Jean Lambert, Judith Sargentini, Bodil Valero

2

-

ENF

Auke Zijlstra

NI

Udo Voigt

0

0

 

 

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

21

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

EFDD

Marco Valli

ENF

Jean-François Jalkh

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Marian-Jean Marinescu, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 112.

(2)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 112.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(5)

ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 112.

(8)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 112.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(11)

ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

ĠU C 258/01, 08.08.2017, p. 4

(14)

Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0000.

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Marzu 2019Avviż legali