Proċedura : 2018/2184(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0122/2019

Testi mressqa :

A8-0122/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.16

Testi adottati :

P8_TA(2019)0257

RAPPORT     
PDF 202kWORD 66k
28.2.2019
PE 626.785v02-00 A8-0122/2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2184(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Petri Sarvamaa

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2184(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0074/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0122/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2184(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0074/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0122/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2184(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni(A8-0122/2019),

A.  billi, skont ir-rapport tad-dħul u n-nefqa tiegħu(13), il-baġit finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea ("iċ-Ċentru") għas-sena finanzjarja 2017 kien jammonta għal EUR 49 429 100, li meta mqabbel mal-2016 jirrappreżenta tnaqqis ta' 2,27 %; billi 88,93 % tal-baġit taċ-Ċentru ġej minn kontribuzzjonijiet diretti minn istituzzjonijiet, aġenziji u korpi oħra;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 93,12 %, li meta mqabbla ma' dik tas-sena preċedenti tirrappreżenta żieda ta' 3,75 %; josserva li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 85,40 %, li meta mqabbla mas-sena preċedenti tfisser żieda ta' 3,21 %;

Kanċellazzjoni tar-riporti

2.  Jinnota bi tħassib li l-livell relattivament għoli ta' riporti kkanċellati fl-2017 ammonta għal EUR 317 986,20 u għadu jirrappreżenta 8,76 % tal-ammont totali riportat, minkejja tnaqqis ta' 1,34 % meta mqabbel mal-2016;

Prestazzjoni

3.  Jinnota li ċ-Ċentru juża indikaturi tal-input u tal-output bħala Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) biex jivvaluta r-riżultati tal-attivitajiet u d-diversi indikaturi tiegħu biex itejjeb il-ġestjoni baġitarja tiegħu; jistieden liċ-Ċentru jkompli jiżviluppa l-KPIs biex jivvaluta l-eżitu u l-impatt tal-attivitajiet tiegħu sabiex jikseb parir kwalitattiv dwar kif jipprovdi aktar valur miżjud għall-outputs taċ-Ċentru u jtejjeb il-mudell kummerċjali taċ-Ċentru;

4.  Jinnota li ċ-Ċentru beda jirrevedi l-evalwazzjoni ex ante tal-programmi u l-attivitajiet f'konformità mal-gwida pprovduta mill-Kummissjoni u li issa daħlu fis-seħħ indikaturi tal-input u l-output fil-programmi ta' ħidma taċ-Ċentru;

5.  Jinnota li r-rata ta' implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma emendat taċ-Ċentru għall-2017 kienet ta' 87,7 %;

6.  Jinnota b'apprezzament l-impatt tal-istruttura il-ġdida għad-determinazzjoni tal-prezzijiet għat-traduzzjoni tad-dokumenti, li fl-2017 kkorrisponda għal iffrankar ta' EUR 3,2 miljun għall-klijenti taċ-Ċentru, filwaqt li d-dħul taċ-Ċentru baqa' stabbli tul l-2017, minkejja l-impatt tal-istruttura l-ġdida għad-determinazzjoni tal-prezzijiet;

7.  Jilqa' l-ftehim ta' kooperazzjoni ffirmat mal-Iskola Ewropea fil-Lussemburgu II (EEL2), biex b'hekk il-portafoll taċ-ċentru laħaq il-65 klijent fi tmiem l-2017;

8.  Jinnota b'sodisfazzjon li ċ-Ċentru implimenta żewġ azzjonijiet biex jikkondividi r-riżorsi ma' aġenziji oħra dwar il-kompiti li fihom trikkib permezz tan-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE: katalgu tas-servizzi kondiviż, li jelenka s-servizzi kollha li jistgħu jiġu kondiviżi mill-aġenziji u portal tal-akkwist konġunt, li fuqu l-aġenziji jikkondividu l-pjanijiet ta' akkwist;

9.  Jilqa' l-isforzi taċ-Ċentru li jintegra l-multilingwiżmu fil-prodotti tiegħu rikonoxxuti mill-Ombudsman Ewropew fl-2017 billi ta liċ-Ċentru flimkien mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (UE-OSHA) il-Premju tal-Ombudsman għal Amministrazzjoni Tajba fil-kategorija ta' "Excellence in citizen/customer focused services delivery" għall-proġett innovattiv tagħhom żviluppat b'mod konġunt li jiffaċilita l-ġestjoni tat-traduzzjoni ta' siti web multilingwi;

10.  Iħeġġeġ liċ-Ċentru fl-impenn tiegħu biex il-verżjoni l-ġdida tal-IATE (Terminoloġija Interattiva għall-Ewropa) ssir disponibbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni sa tmiem l-2018, biex b'hekk jiżgura li d-database tat-terminoloġija interistituzzjonali tlaħħaq mal-innovazzjoni;

11.  Jilqa' l-evalwazzjoni esterna tal-mudell kummerċjali taċ-Ċentru, li saret fl-2017; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni finali;

Politika tal-persunal

12.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet eżegwita b'96,9 %, b'189 uffiċjal jew aġent temporanju maħtura minn total ta' 195 uffiċjal u aġent temporanju awtorizzati taħt il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel mal-197 post tax-xogħol awtorizzati fl-2016); jinnota li, barra minn hekk, 26 aġent kuntrattwali ħadmu għaċ-Ċentru fl-2017;

13.  Jinsisti fuq tqassim ġeografiku xieraq tal-persunal kif ukoll tal-maniġment ta' livell medju u superjuri;

14.  Jinnota li ċ-Ċentru adotta politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju;

Akkwist

15.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, sa tmiem l-2017, iċ-Ċentru ma kienx qed juża l-għodda kollha varati mill-Kummissjoni bil-għan li tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li qed jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist (akkwist elettroniku); jistieden liċ-Ċentru jintroduċi l-għodod neċessarji kollha biex jiġġestixxi l-proċeduri ta' akkwist u jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

16.  Jinnota li ċ-Ċentru għażel li jippubblika biss id-dikjarazzjonijiet ta' interess, mingħajr is-CVs, minħabba problemi ta' ġestjoni assoċjati mad-daqs tal-bord amministrattiv tiegħu (madwar 130 membru u membri supplenti); jinnota li s-CV u d-dikjarazzjoni tal-interessi tad-direttur huma ppubblikati fuq is-sit web taċ-Ċentru; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri li ttieħdu f'dan ir-rigward;

17.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, hemm bżonn li tissaħħaħ l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà billi jsir direttament responsabbli lejn id-direttur u l-bord amministrattiv taċ-Ċentru; jilqa' l-passi li diġà ttieħdu sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà;

18.  Jinnota li, għalkemm iċ-Ċentru mhuwiex iffinanzjat mit-tariffi, dan jiddependi fuq id-dħul li jirċievi mill-klijenti tiegħu, li huma rrappreżentati fil-bord amministrattiv taċ-Ċentru, u li għalhekk hemm riskju ta' kunflitti ta' interess fir-rigward tal-ipprezzar tal-prodotti taċ-Ċentru li jistgħu jiġu solvuti jekk il-Kummissjoni tiġbor it-tariffi f'isem il-klijenti taċ-Ċentru u b'hekk iċ-Ċentru jkun jista' jiġi ffinanzjat primarjament mill-baġit tal-Unjoni; jitlob liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex jimmitiga tali riskju;

Kontrolli interni

19.  Jinnota li fl-2017 is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq valutazzjoni tar-riskju fuq il-post li tkopri l-attivitajiet operattivi u ta' appoġġ kollha taċ-Ċentru; jinnota li r-riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju kien il-Pjan Strateġiku għall-Awditjar Intern tal-IAS għall-perjodu 2018-2020, li ġie approvat mill-bord amministrattiv;

20.  Jirrikonoxxi li s-segwitu fuq ir-rakkomandazzjonijiet pendenti għall-awditu dwar il-Ġestjoni tal-Kontinwità tal-Attivitajiet u l-awditu dwar il-Ġestjoni tal-Fluss tax-Xogħol għat-Traduzzjoni tad-Dokumenti kkonkluda li r-rakkomandazzjonijiet kollha kienu ġew implimentati b'mod adegwat u effikaċi;

Kummenti oħra

21.  Jafferma mill-ġdid l-impenn b'saħħtu tiegħu fejn jidħol il-multilingwiżmu fl-Unjoni Ewropea bħala wieħed mill-prerekwiżiti fundamentali biex is-sistema demokratika tal-Unjoni taħdem kif suppost; jiġbed l-attenzjoni lejn ir-rwol li ċ-Ċentru ta' Traduzzjoni jwettaq fl-għoti ta' servizzi ta' kwalità tajba f'dak li jikkonċerna t-traduzzjoni u l-lingwi;

22.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, diversi aġenziji u korpi jagħmlu użu dejjem akbar minn soluzzjonijiet oħra minflok is-servizzi ta' traduzzjoni taċ-Ċentru, li jfisser li l-kapaċità taċ-Ċentru ma tintużax biżżejjed, li hemm duplikazzjoni tas-sistemi u li l-mudell kummerċjali u l-kontinwità taċ-Ċentru jistgħu jkunu f'riskju; jistieden liċ-Ċentru u lill-Kummissjoni biex jikkunsidraw b'mod proattiv soluzzjonijiet għal din il-kwistjoni partikolari u titjib fil-mudell kummerċjali tagħhom sabiex ikunu jistgħu jimmitigaw dawn ir-riskji;

23.  Jiddispjaċih mill-fatt li l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) iddeċieda, fis-26 ta' April 2018, li jtemm l-arranġament tat-traduzzjoni li huwa kkonkluda maċ-Ċentru, minkejja l-obbligu ġuridiku tiegħu li juża s-servizzi taċ-Ċentru, kif previst fl-Artikolu 148 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), li stabbilixxa l-EUIPO; jieħu nota tal-azzjoni legali mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali miċ-Ċentru fis-6 ta' Lulju 2018; jitlob liċ-Ċentru jżomm lill-awtorità ta' kwittanza aġġornata bl-iżviluppi dwar il-proċedimenti ġudizzjarji;

o

o o

24.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2019(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

23.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2184(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Bogdan Andrzej Zdrojewski

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jafferma mill-ġdid l-impenn b'saħħtu tiegħu fejn jidħol il-multilingwiżmu fl-Unjoni Ewropea bħala wieħed mill-prerekwiżiti fundamentali biex is-sistema demokratika tal-Unjoni taħdem kif suppost; jiġbed l-attenzjoni lejn ir-rwol li ċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għandu fl-għoti ta' servizzi ta' kwalità tajba f'dak li jikkonċerna t-traduzzjoni u l-lingwi;

2.  Jinnota b'apprezzament l-impatt tal-istruttura il-ġdida għad-determinazzjoni tal-prezzijiet għat-traduzzjoni tad-dokumenti, li fl-2017 kkorrisponda għal iffrankar ta' EUR 3,2 miljun għall-klijenti taċ-Ċentru, filwaqt li d-dħul taċ-Ċentru baqa' stabbli tul l-2017, minkejja l-impatt tal-istruttura l-ġdida għad-determinazzjoni tal-prezzijiet;

3.  Jilqa' l-ftehim ta' kooperazzjoni ffirmat mal-Iskola Ewropea fil-Lussemburgu II (EEL2), biex b'hekk il-portafoll taċ-ċentru laħaq il-65 klijent fi tmiem l-2017;

4.   Jirrikonoxxi li s-segwitu fuq ir-rakkomandazzjonijiet pendenti għall-awditu dwar il-Ġestjoni tal-Kontinwità tal-Attivitajiet u l-awditu dwar il-Ġestjoni tal-Fluss tax-Xogħol għat-Traduzzjoni tad-Dokumenti kkonkluda li r-rakkomandazzjonijiet kollha kienu ġew implimentati b'mod adegwat u effikaċi;

5.  Jinnota li ċ-Ċentru beda jirrevedi l-evalwazzjoni ex ante tal-programmi u l-attivitajiet f'konformità mal-gwida pprovduta mill-Kummissjoni u li issa daħlu fis-seħħ indikaturi tal-input u l-output fil-programmi ta' ħidma taċ-Ċentru;

6.  Iħeġġeġ liċ-Ċentru fl-impenn tiegħu biex il-verżjoni l-ġdida tal-IATE (Terminoloġija Interattiva għall-Ewropa) jagħmilha disponibbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni sa tmiem l-2018, biex b'hekk jiżgura li d-database tat-terminoloġija interistituzzjonali tlaħħaq mal-innovazzjoni; jinsisti fuq tqassim ġeografiku xieraq tal-persunal kif ukoll tal-maniġment ta' livell medju u superjuri;

7.  Jirrikonoxxi li l-Qorti tal-Awdituri għandha volum kbir ta' xogħol; jistieden madankollu lill-Qorti tippubblika r-rapporti tagħha fil-ħin u b'mod partikolari r-rapport tagħha dwar iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, sabiex il-Parlament jkollu biżżejjed ħin biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu ta' kontroll baġitarju u politiku;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Silvia Costa, Mircea Diaconu, Damian Drăghici, Jill Evans, María Teresa Giménez Barbat, Petra Kammerevert, Krystyna Łybacka, Svetoslav Hristov Malinov, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Michaela Šojdrová, Bogusław Sonik, Helga Trüpel, Julie Ward, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Liadh Ní Riada

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

18

+

ALDE

Mircea Diaconu, María Teresa Giménez Barbat

GUE/NGL

Liadh Ní Riada

PPE

Andrea Bocskor, Svetoslav Hristov Malinov, Michaela Šojdrová, Bogusław Sonik, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

S&D

Silvia Costa, Damian Drăghici, Petra Kammerevert, Krystyna Łybacka, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Julie Ward

VERTS/ALE

Jill Evans, Helga Trüpel

1

-

ENF

Dominique Bilde

0

0

 

 

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

19

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Marian-Jean Marinescu, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

1

-

ENF

Jean-François Jalkh

1

0

EFDD

Marco Valli

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 205.

(2)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 205.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(5)

ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 205.

(8)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 205.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(11)

ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

ĠU C 415/01, 05.12.2017, p. 1

(14)

Ir-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1).

(15)

Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0000.

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Marzu 2019Avviż legali