Proċedura : 2018/2208(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0123/2019

Testi mressqa :

A8-0123/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.20

Testi adottati :

P8_TA(2019)0261

RAPPORT     
PDF 220kWORD 64k
1.3.2019
PE 626.789v02-00 A8-0123/2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2208(DEC)

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Petri Sarvamaa

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2208(DEC)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0098/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0123/2019),

1.  Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2208(DEC)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0098/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0123/2019),

1.  Jipposponi l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2208(DEC)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0123/2019),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa tiegħu(13), il-baġit finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil ("l-Uffiċċju") għas-sena finanzjarja 2017 kien ta' EUR 86 795 482, li jirrappreżenta żieda ta' 32,78 % meta mqabbel mal-2016; billi ż-żieda kienet relatata mal-kompiti addizzjonali ġodda li jestendu l-mandat tal-Uffiċċju; billi EUR 75 376 000 mill-baġit tal-Uffiċċju huma derivati mill-baġit tal-Unjoni, u l-bqija huma kontribuzzjonijiet minn pajjiżi assoċjati u introjtu ieħor;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), tistqarr li hija kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju huma affidabbli u li kisbet biżżejjed evidenza għall-awditjar dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqhom huma bbażati l-kontijiet; billi, madankollu, il-Qorti rrilevat elementi li jiġġustifikaw opinjoni avversa dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet, li jfisser li l-pagament li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2017 huma milquta minn livell materjali ta' żball;

Segwitu għall-kwittanza 2016

1.  Ifakkar fid-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018(14) li tirrifjuta li tagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2016; jilqa' f'dan ir-rigward il-miżuri korrettivi meħuda sadanittant mill-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju u mid-Direttur Eżekuttiv ad interim il-ġdid; jenfasizza, madankollu, li l-baġit għas-sena finanzjarja 2017 ġie implimentat taħt is-superviżjoni tal-ġestjoni preċedenti tal-Uffiċċju;

2.  Ifakkar fil-preżentazzjoni in camera mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament tal-20 ta' Novembru 2018 dwar l-eżitu tal-investigazzjoni mill-OLAF;

3.  Jiddispjaċih dwar l-irregolaritajiet skoperti mill-OLAF rigward il-ksur tal-proċeduri ta' akkwist, il-miżapproprjazzjoni tal-fondi tal-UE, il-ġestjoni ħażina, l-abbuż tal-pożizzjoni fi kwistjonijiet ta' riżorsi umani, il-ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, il-fastidju u l-imġiba mhux xierqa lejn il-membri tal-persunal; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-segwitu tal-miżuri proposti mill-OLAF;

4.  Jirrikonoxxi r-riskji ewlenin inerenti għan-natura tal-attivitajiet tal-Uffiċċju u l-isfidi operattivi straordinarji kkawżati mill-influss ta' migrazzjoni fl-2015, l-2016 u l-2017; jiddispjaċih madankollu li dawk ir-riskji ma kinux mitigati minn struttura soda ta' governanza u kontrolli effettivi;

Bażi għal opinjoni avversa dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena finanzjarja 2017

5.  Jiddispjaċih jinnota, skont ir-rapport tal-Qorti, l-istanzi ta' pagamenti, b'mod materjali u sistematiku, mhux konformi mar-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju u ma' regoli u dispożizzjonijiet applikabbli oħra, prinċipalment f'dak li jikkonċerna l-proċeduri ta' akkwist pubbliku u ta' reklutaġġ sottostanti għall-pagamenti; jiddispjaċih, barra minn hekk, li n-natura sistematika tan-nuqqas ta' konformità turi sistema ta' kontroll intern mhux adegwata; jiddispjaċih ħafna li l-ammont ikkombinat għall-iżbalji li jirriżultaw minn pagamenti li mhumiex konformi jitla' għal mill-inqas EUR 7,7 miljun jew 10,3 % tal-pagamenti totali li saru mill-Uffiċċju fl-2017;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

6.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 96,88 %, li tfisser tnaqqis ta' 2,25 % meta mqabbla mal-2016; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 92,03 %, li tfisser żieda ta' 5,79 % meta mqabbla mal-2016; jinnota li l-Uffiċċju implimenta 29 % tal-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi assoċjati u 96 % tal-għotjiet għan-nefqa operattiva; jistieden lill-Uffiċċju jimplimenta bis-sħiħ dan l-ammont;

7.  Jinnota bi tħassib li l-Uffiċċju huwa dipendenti ħafna fuq riżorsi suffiċjenti, prinċipalment fuq esperti, li jsiru disponibbli mill-Istati Membri, speċjalment mill-Greċja u l-Italja, kif ġie indirizzat ukoll fir-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 6/2017 bit-titolu "Rispons tal-UE għall-kriżi tar-refuġjati: l-approċċ hotspot";

Kanċellazzjoni tar-riporti

8.  Jiddispjaċih li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 kienu jammontaw għal EUR 341 190, ċifra li tirrappreżenta 11,68 % tal-ammont totali riportat u li turi żieda ta' 0,82 % meta mqabbla mal-2016;

Prestazzjoni

9.  Jinnota li l-Uffiċċju għandu rwol attiv fin-Netwerk tal-Aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, billi jappoġġja kooperazzjoni aktar mill-qrib u sinerġiji akbar bejn l-aġenziji li jaħdmu f'dak il-qasam ta' politika; jinnota, barra minn hekk, l-istrateġija ta' kooperazzjoni mġedda tal-Bord ta' Tmexxija konġunt tal-EASO-Frontex għall-2017-2018 u l-enfasi kostanti fuq timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni fil-"hotspots" u l-kondiviżjoni tad-data;

10.  Jinnota li l-Uffiċċju juża indikaturi kwalitattivi bħala Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) biex juri l-impatt tal-appoġġ tal-Uffiċċju fl-implimentazzjoni tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA), kif ukoll KPIs oħra li jtejbu l-ġestjoni baġitarja tiegħu;

Politika tal-persunal

11.  Jinnota bi tħassib li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet kompluta biss b'rata ta' 80,65 %, bil-ħatra ta' 125 aġent temporanju mill-155 aġent temporanju awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (91 post awtorizzati fl-2016); jinnota li, barra minn hekk, 68 aġent kuntrattwali u 5 esperti nazzjonali sekondati kienu qed jaħdmu għall-Uffiċċju fl-2017; jinnota li ma huwa previst l-ebda persunal permanenti fit-tabella tal-persunal u li l-Uffiċċju jimpjega persunal temporanju u aġenti kuntrattwali u jħeġġeġ lill-awtorità baġitarja biex tipprovdi l-possibilità li jiġi impjegat persunal permanenti;

12.  Jiddispjaċih li, skont ir-rapport tal-Qorti, sa minn tmiem l-2017, is-sitwazzjoni tar-riżorsi umani fl-Uffiċċju marret lura b'mod esponenzjali: f'dak li jirrigwarda l-maniġment tal-Uffiċċju, 4 minn 10 postijiet ta' Kap tal-unità, u 18 minn 27 post ta' Kap tas-settur kienu battala; iħeġġeġ lill-Uffiċċju jippubblika l-pożizzjonijiet vakanti kollha; jinnota, barra minn hekk, li fid-dipartiment amministrattiv, kienu battala 3 minn 4 postijiet ta' kap ta' unità u 5 minn 10 postijiet ta' kap ta' settur; jesprimi t-tħassib serju tiegħu li dan joħloq sfidi maniġerjali kunsiderevoli għall-Uffiċċju u huwa ta' riskju sinifikanti għall-kontinwazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Uffiċċju fuq l-iskala attwali; jiddispjaċih li, minkejja t-tentattivi ripetuti, fl-2017, l-Uffiċċju ma rnexxilux jirrekluta jew iżomm biżżejjed persunal; jirrikonoxxi mit-tweġiba tal-Uffiċċju li qed jinvesti fis-sodisfazzjon tal-persunal u jieħu miżuri sabiex inaqqas il-fatturat tal-persunal, bħall-implimentazzjoni ta' modi flessibbli ta' ħidma, anke biex jikkumpensa l-koeffiċjent tal-korrezzjoni baxx ta' Malta; jistieden lill-Uffiċċju jżomm lill-awtorità ta' kwittanza aġġornata dwar il-miżuri korrettivi li ttieħdu biex dawk ir-riskji jittaffew; iħeġġeġ lill-Uffiċċju jagħti prijorità lill-mili tal-pożizzjonijiet vakanti ta' maniġment intermedju b'persunal permanenti bi kwalifiki għolja, sabiex jitħarrġu l-membri l-ġodda l-oħra tal-persunal;

13.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fl-2017, il-pagamenti fir-rigward tal-persunal kienu jammontaw għal EUR 13,5 miljun; jiddispjaċih li l-Qorti sabet dgħufijiet serji f'erba' mill-erbatax-il proċedura ta' reklutaġġ li ġew awditjati; jirrimarka, bħala eżempju, li xi proċeduri ta' reklutaġġ għal uffiċjali amministrattivi ma kinux adatti għall-grad reklamat, u li għal proċedura waħda, l-Uffiċċju ma ddokumentax b'mod adegwat il-kontrolli ta' eliġibbiltà tal-kandidati;

14.  Jinnota l-preżenza miżjuda tal-Uffiċċju fl-Italja fl-2017 minħabba l-ħtieġa ta' aktar appoġġ fil-forma ta' użu ta' timijiet mobbli u Helpdesk f'Ruma; jinnota l-ftuħ ta' uffiċċju operattiv f'Nikosija fil-bini tas-Servizz tal-Asil u t-tqegħid permanenti ta' Koordinatur tal-Qasam f'Nikosija f'konformità mal-emenda għall-Pjan ta' Appoġġ Speċjali għal Ċipru;

15.  Jinnota li l-Uffiċċju ta bidu għal proċess intern bil-ħsieb li jadotta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju, u li se jistabbilixxi netwerk ta' kunsilliera kunfidenzjali; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' dik il-politika;

Akkwist

16.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, in-numru ta' proċeduri ta' akkwist żdied b'mod sinifikanti minn 87 fl-2015 għal 140 fl-2017 u li l-għadd ta' pagamenti żdied b'225 %, minn 2 578 fl-2015 għal 8 381 fl-2017; jilqa' l-fatt li l-Uffiċċju rreġistra progress kunsiderevoli matul l-2017 fit-tnaqqis tal-proporzjon ta' pagamenti tard; jinnota li l-perċentwal globali ta' pagamenti tard naqas b'mod sinifikanti minn 65 % f'Jannar 2017 għal 9.5 % f'Diċembru 2017 u li din ix-xejra pożittiva tkompli fl-2018, bi proporzjon ta' pagamenti tard fil-livell immirat ta' inqas minn 10 %;

17.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fl-2017, il-pagamenti għas-servizzi interim ammontaw għal EUR 7,7 miljun; ifakkar li l-kuntratt kien ikkunsidrat bħala irregolari mill-Qorti fil-verifika tagħha tal-2016; jiddispjaċih ħafna li madankollu, fl-2017, l-Uffiċċju ħallas EUR 4,8 miljun skont dan il-kuntratt irregolari; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri korrettivi previsti f'dan ir-rigward;

18.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, kuntratt li jammonta għal EUR 4 miljun għal servizzi tal-ivvjaġġar kien ikkunsidrat bħala irregolari mill-Qorti fil-verifika tagħha tal-2016; jiddispjaċih li, madankollu, fl-2017, l-Uffiċċju ħallas EUR 1,5 miljun taħt dak il-kuntratt irregolari; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri korrettivi previsti f'dan ir-rigward;

19.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Uffiċċju ma wettaqx valutazzjoni adegwata tal-ħtiġijiet u ta' soluzzjonijiet alternattivi qabel ma daħal f'kuntratti ta' bosta miljuni relatati ma' servizzi interim; jiddispjaċih, barra minn hekk, li l-monitoraġġ tal-kuntratti kien fqir, li espona lill-Uffiċċju għal riskji finanzjarji u reputazzjonali sinifikanti; jirrikonoxxi li l-Uffiċċju qed iwettaq inkjesta interna dwar din il-kwistjoni; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-andament tal-inkjesta u tal-miżuri meħuda biex jittaffew dawk ir-riskji;

20.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Uffiċċju ħa passi biex isaħħaħ is-settur tal-akkwist tiegħu billi żied persunal ta' anzjanità u ta' appoġġ addizzjonali mas-settur tal-akkwist u li ttieħdu miżuri wkoll biex jissaħħu l-proċeduri ta' akkwist, inkluża l-introduzzjoni ta' verifiki sistematiċi għal kull kwotazzjoni ta' aktar minn EUR 135 000 mill-1 ta' Jannar 2018;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

21.  Jirrikonoxxi li, skont l-Uffiċċju, fl-2018, beda jimplementa d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta u żviluppa gwida prattika għall-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interessi, kif ukoll regoli għall-protezzjoni tal-informaturi; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri;

22.  Jinnota bi tħassib li, għalkemm l-Uffiċċju jippubblika d-dikjarazzjonijiet ta' interess u s-CVs tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija tiegħu fuq is-sit web tiegħu, ma jippubblikax id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-maniġment superjuri; jistieden lill-Uffiċċju jintroduċi dawk l-għodod kollha nieqsa u jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri li ttieħdu f'dan ir-rigward;

23.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Uffiċċju m'għandux servizzi legali adegwati ta' verifika biex jiżgura li s-servizzi jintużaw biss bl-iskop li jiddefendu l-Uffiċċju, u mhux biex jiddefendu l-interessi tal-individwi; jiddispjaċih li l-proċeduri relatati għall-protezzjoni mill-kunflitti ta' interess mhux dejjem huma effettivi; jinnota mit-tweġiba tal-Uffiċċju li inkjesti interni jkomplu fuq din il-kwistjoni; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-andament ta' dawk l-inkjesti u tal-miżuri meħuda biex jittaffew ir-riskju involuti;

Kontrolli interni

24.  Jiddispjaċih li fl-2017, il-problema operazzjonali straordinarja kkawżata mill-kriżi tal-migrazzjoni ma kinitx immitigata permezz ta' struttura ta' governanza solida u minn kontrolli interni effettivi; jinnota bi tħassib li, skont il-Qorti, il-Bord ta' Tmexxija ma stabbiliex kapaċità tal-awditjar intern fi ħdan l-Uffiċċju, u l-operazzjonijiet fil-Greċja u fl-Italja ma kinux koperti minn attività tal-awditjar intern; jiddispjaċih li sa tmiem l-2017, is-superviżjoni tal-ġestjoni finanzjarja, min-naħa tal-Bord ta' Tmexxija, kienet limitata;

25.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, in-nuqqas ta' kontrolli interni wassal għal bosta każijiet ta' nuqqas ta' konformità materjali fir-rigward ta' pagamenti għal servizzi interim, nefqa fuq il-persunal, kera u xogħlijiet relatati, infiq għall-ivvjaġġar kif ukoll pagamenti oħra;

26.  Jiddispjaċih bl-eżistenza ta' nuqqasijiet kritiċi ta' kontroll intern f'8 mill-15-il Standard ta' Kontroll Intern fl-2017, u li n-nuqqasijiet moderati laqtu l-bqija tagħhom; jesprimi t-tħassib tiegħu li matul l-2017, l-Uffiċċju ma osservax regolarment l-implimentazzjoni tas-sistemi ta' kontroll intern;

27.  Jinnota li matul l-2017, il-Kummissjoni ħarġet sett rivedut ta' Standards ta' Kontroll Intern li ġie adottat mill-Bord ta' Tmexxija fil-laqgħa tiegħu f'Novembru 2017; jinnota li dawk l-istandards ġodda bdew japplikaw fl-2018 u li l-Uffiċċju stabbilixxa indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-istandards il-ġodda skont skeda ta' żmien; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern ġodda;

Kummenti oħra

28.  Jirrikonoxxi madankollu l-isforzi tal-Uffiċċju biex jindirizza n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti b'mod effiċjenti u rapidu; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta b'mod regolari lill-Parlament Ewropew dwar il-progress fir-rigward tal-effiċjenza u l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri biex jindirizzaw il-kwistjonijiet ewlenin identifikati mill-Qorti; jistieden lill-Uffiċċju jiġġustifika b'mod komprensiv lill-Parlament Ewropew id-differenzi bejn ir-riżorsi attwalment disponibbli, dawk programmati iżda li għadhom mhumiex disponibbli, u dawk li għadhom mhux programmati iżda li huma verament meħtieġa sabiex l-Uffiċċju jwettaq il-missjoni tiegħu;

29.  Jiddispjaċih li l-Uffiċċju ma ppubblikax ir-Rapport ta' Attività Annwali tiegħu għall-2017 sal-iskadenza tal-1 ta' Lulju 2018, kif stipulat fir-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013(15); jinnota li r-Rapport ġie adottat mill-bord fl-10 ta' Jannar 2019;

30.  Jinnota li fl-4 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal regolament ġdid li jittrasforma l-Uffiċċju f'aġenzija sħiħa u li, wara d-diskussjonijiet dwar ir-riforma tas-SEKA, il-Kummissjoni pproponiet regolament emendat fit-12 ta' Settembru 2018;

31.  Ifakkar il-fatt li l-Uffiċċju huwa wieħed mill-ftit aġenziji tal-UE li jinsabu f'diversi lokalitajiet; jinnota bi tħassib li l-Uffiċċju daħal f'kuntratti ta' kiri f'diversi lokalitajiet mingħajr ma wettaq analiżi tas-suq lokali adegwat; jirrimarka, pereżempju, li f'Lesvos, l-Uffiċċju adatta l-ispazju tal-uffiċċji għall-bżonnijiet tiegħu u aċċetta kuntratti ta' xogħlijiet li jiswew EUR 0,7 miljun, li jirrappreżentaw diversi drabi l-valur annwali tal-kuntratt ta' kiri u li jinvolvu riskji finanzjarji fl-investiment ta' ammonti kunsiderevoli għal binjiet mikrija; jistieden lill-Uffiċċju jeżamina mill-ġdid il-kuntratti tiegħu ta' kiri u ta' xogħlijiet u sabiex jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda għall-mitigazzjoni ta' kwalunkwe riskju finanzjarju u operattiv;

32.  Jinnota li l-Uffiċċju emenda l-ftehim tal-kiri tiegħu f'Malta u, fit-tieni nofs tal-2016, estenda l-ispazju tal-uffiċini tiegħu għal blokk addizzjonali tal-bini fejn jinsab il-post tal-operat tiegħu; jenfasizza li, bħala konsegwenza taż-żieda fir-responsabbiltajiet u l-kompiti, l-għadd ta' persunal għandu jiżdied għal 500 sal-aħħar tal-2020, sabiex b'hekk tinħoloq domanda kunsiderevoli għal aktar spazju ta' uffiċini; itenni l-appelli tiegħu lill-Uffiċċju biex jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-konsegwenzi baġitarji mistennija ta' din iż-żieda u dwar il-miżuri ppjanati biex jiġu indirizzati t-talbiet; jiddispjaċih li l-Uffiċċju ma rnexxilux jilħaq ftehim fl-2017 ma' Transport Malta, is-sidien tal-kwartieri ġenerali, għall-kiri ta' bini addizzjonali fi ħdan l-istess kumpless u li dan kellu impatt dirett fuq l-ispejjeż tal-kiri u fuq spejjeż oħra relatati, bħall-manutenzjoni tal-bini u s-sigurtà; billi l-ftehim ta' Kiri ġie ffirmat fid-9 ta' Ottubru 2018;

33.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv ad interim il-ġdid, li ħa l-kariga fis-6 ta' Ġunju 2018; jirrikonoxxi l-impenn tal-maniġment il-ġdid għal riformi ambizzjużi u jilqa' b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Governanza, approvat mill-Bord ta' Tmexxija, li jipproponi sett ta' objettivi u riżultati li jistgħu jitkejlu bil-għan li tissaħħaħ il-governanza interna tal-Uffiċċju, tinbena mill-ġdid il-kapaċità interna u terġa' tinkiseb il-fiduċja; jistieden lill-maniġment il-ġdid ikompli bl-isforzi determinati u trasparenti tiegħu biex jiżviluppa struttura ta' governanza aktar responsabbli, affidabbli u effiċjenti, u proċeduri relatati għall-Uffiċċju, u jfakkar lill-Uffiċċju jkun trasparenti għalkollox b'mod ġenerali fil-proċeduri u l-proċessi fi ħdanu sabiex tinbena mill-ġdid il-fiduċja u ċ-ċertezza fost il-membri tal-persunal; u li jirrappurtaw lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni ta' Governanza l-ġdid;

34.  Jinnota bi tħassib, li ħadd ma rrikonoxxa l-imġiba terribbli tal-ex Direttur Eżekuttiv fuq bosta snin; jiddispjaċih li l-imġiba inaċċettabbli ma ġietx żvelata qabel; jiddispjaċih li l-korpi ta' monitoraġġ responsabbli naqsu milli jikxfu l-irregolaritajiet varji; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi mekkaniżmu ta' reazzjoni bikrija għal dawk it-tipi ta' mġiba ħażina;

o

o o

35.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2019(16) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

17.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2208(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Romeo Franz

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Ifakkar fl-importanza tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) ("l-Uffiċċju") għall-iżvilupp tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil; jiddispjaċih ħafna li l-EASO huwa l-unika aġenzija deċentralizzata tal-UE li għaliha l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") ma tatx opinjoni ċċarata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti; jiddeplora l-fatt li sew il-proporzjon ta' pagamenti tard u sew it-tul ta' żmien medju kibru aktar meta mqabbla mas-snin preċedenti; jistieden lill-EASO jtejjeb il-puntwalità tal-pagamenti magħmula b'konformità mar-regolament finanzjarju u jżid il-kosteffettività;

2.  Jirrikonoxxi r-riskji ewlenin inerenti għan-natura tal-attivitajiet tal-Uffiċċju u l-isfidi operattivi straordinarji kkawżati mill-influss ta' migrazzjoni fl-2015, l-2016 u l-2017; jiddispjaċih madankollu li dawk ir-riskji ma kinux mitigati minn struttura soda ta' governanza u kontrolli effettivi;

3.  Jenfasizza l-importanza li jkun hemm ammont adegwat ta' persunal u jistieden lill-EASO jindirizza b'mod urġenti d-deterjorament esponenzjali tas-sitwazzjoni tar-riżorsi umani kif irrappurtat mill-Qorti; jisħaq li mill-2014 l-Uffiċċju sofra minn rata għolja ta' bidla fil-persunal, li fl-2017 il-proċeduri ta' reklutaġġ ġew sospiżi, u li sa tmiem l-2017, l-Uffiċċju ma kellux il-kapaċità amministrattiva li jimla l-għadd kbir ta' postijiet battala; jirrimarka li s-sitwazzjoni tar-riżorsi umani serjament thedded it-tkomplija tal-operazzjonijiet tal-EASO; jieħu nota pożittiva tal-impenn tal-Uffiċċju biex jindirizza l-kwistjoni permezz ta' pjan ta' reklutaġġ ġdid u miżuri organizzattivi mmirati biex itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal; jistieden għalhekk lill-Uffiċċju jtejjeb b'mod sinifikanti l-kwalità tal-ġestjoni interna tiegħu u l-effiċjenza tal-proċeduri u l-proċessi interni tiegħu;

4.  Jiddispjaċih li kważi s-servizzi kollha tal-EASO vverifikati mill-Qorti fihom nuqqasijiet sinifikanti fl-akkwist pubbliku fir-rigward tal-abbozzar tal-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta, l-għażla tat-tip ta' kuntratt, il-metodi ta' evalwazzjoni u ta' għoti, l-emendi u l-estensjoni ta' kuntratti, l-eżekuzzjoni ta' kuntratti u l-verifika ta' servizzi pprovduti, eċċ.; jistieden lill-Uffiċċju jaderixxi b'mod strett mar-Regolament Finanzjarju tal-UE f'kull ħin; jistenna li l-Uffiċċju jikkonforma speċjalment mal-prinċipji tal-kompetizzjoni, it-trasparenza, it-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni; jitlob l-identifikazzjoni u l-kanċellazzjoni sussegwenti tal-proċeduri ta' akkwist pubbliku li mhumiex konformi mogħtija mill-Uffiċċju;

5.  Jirrikonoxxi madankollu l-isforzi tal-Uffiċċju biex jindirizza n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti b'mod effiċjenti u rapidu; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta b'mod regolari lill-Parlament Ewropew dwar il-progress fir-rigward tal-effiċjenza u l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri biex jindirizzaw il-kwistjonijiet ewlenin identifikati mill-Qorti; jistieden lill-Uffiċċju jiġġustifika b'mod komprensiv lill-Parlament Ewropew id-differenzi bejn ir-riżorsi attwalment disponibbli, dawk programmati iżda li għadhom mhumiex disponibbli, u dawk li għadhom mhux programmati iżda li huma verament meħtieġa sabiex l-Uffiċċju jwettaq il-missjoni tiegħu;

6.  Ifakkar li f'Ottubru 2018, il-Parlament reġa' rrifjuta li jagħti l-kwittanza lill-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2016; jiddispjaċih għall-irregolaritajiet fir-rigward ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni, it-trasparenza, id-demokrazija u l-ġestjoni tal-persuni (persunal), li wasslu għal rifjut tal-kwittanza f'April 2018; jiddispjaċih li dawn l-impenji għadhom ma tlestewx kompletament; jinnota l-bidla fil-ġestjoni tal-Uffiċċju u jilqa' l-isforzi tiegħu biex jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura l-ħidma effiċjenti tal-Uffiċċju skont ir-regolament dwar l-akkwist u r-regoli tal-persunal;

7.  Jitlob partita baġitarja speċifika allokata għall-attivitajiet li jsostnu l-viżibbiltà tal-Uffiċċju u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku ġenerali fil-konfront tiegħu; jistieden lill-Uffiċċju jkun aktar proattiv f'dan ir-rigward billi jippubblika l-informazzjoni dwar l-attivitajiet annwali tiegħu.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

10.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Martina Anderson, Heinz K. Becker, Monika Beňová, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Frank Engel, Laura Ferrara, Romeo Franz, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Cécile Kashetu Kyenge, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Ivari Padar, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Dennis de Jong, Anna Hedh, Lívia Járóka, Marek Jurek, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Fernando Ruas, Adam Szejnfeld

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

42

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Cecilia Wikström

ECR

Marek Jurek, Monica Macovei, Helga Stevens

EFDD

Laura Ferrara

GUE/NGL

Martina Anderson, Dennis de Jong, Marie-Christine Vergiat

PPE

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Michał Boni, Rachida Dati, Frank Engel, Monika Hohlmeier, Lívia Járóka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Fernando Ruas, Csaba Sógor, Adam Szejnfeld, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský

S&D

Monika Beňová, Caterina Chinnici, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Ivari Padar, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Romeo Franz, Jean Lambert, Judith Sargentini, Bodil Valero

2

-

ENF

Auke Zijlstra

NI

Udo Voigt

1

0

ECR

Kristina Winberg

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

21

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

EFDD

Marco Valli

ENF

Jean-François Jalkh

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Marian-Jean Marinescu, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 116.

(2)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 116.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(5)

ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 116.

(8)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 116.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(11)

ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

ĠU C 415/09, 5.12.2017, p. 36.

(14)

Testi adottati, P8_TA(2018)0406.

(15)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(16)

Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0000.

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Marzu 2019Avviż legali