Proċedura : 2018/2202(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0124/2019

Testi mressqa :

A8-0124/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.21

Testi adottati :

P8_TA(2019)0262

RAPPORT     
PDF 209kWORD 61k
1.3.2019
PE 626.790v02-00 A8-0124/2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2202(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Petri Sarvamaa

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2202(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Awtorità(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0092/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0124/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2202(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Awtorità(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0092/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0124/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2202(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0124/2019),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa tagħha(13), il-baġit finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea (l-"Awtorità") għas-sena finanzjarja 2017 kien jammonta għal EUR 38 419 554, li jfisser żieda ta' 5,28 % meta mqabbel mas-sena 2016; billi l-Awtorità hija ffinanzjata minn kontribuzzjoni mill-Unjoni (EUR 14 543 000, jiġifieri 38 %), u minn kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri u minn osservaturi (EUR 23 876 555, jiġifieri 62 %);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2017 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Josserva li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 95,90 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 0,85 % meta mqabbla ma' dik tal-2016; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 87,27 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 1,41 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

2.  Jinnota li, minħabba li l-ammont ta' xogħol tal-Awtorità qiegħed jinbidel dejjem aktar minn kompiti regolatorji għall-infurzar u l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ir-riżorsi baġitarji u tal-persunal tal-Awtorità għandhom jiġu riallokati internament; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat livell xieraq ta' prijoritizzazzjoni fir-rigward tal-allokazzjoni tar-riżorsi;

Kanċellazzjoni tar-riporti

3.  Jiddispjaċih li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 ammontaw għal EUR 76 566, li jirrappreżentaw 2,6 % tal-ammont totali riportat, li juru żieda ta' 7,13 % meta mqabbel mal-2016;

Prestazzjoni

4.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità tuża 14-il indikatur ewlieni tal-prestazzjoni biex tivvaluta r-riżultati tal-attivitajiet tagħha, safejn jippermettu l-limitazzjonijiet tal-Awtorità biex tikkontrolla dawn ir-riżultati, u biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha;

5.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità pprovdiet il-prodotti regolatorji f'konformità mal-Programm ta' Ħidma tagħha u kisbet il-miri kollha ddikjarati fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar il-livell ta' servizz tal-Awtorità;

6.  Jisħaq fuq il-fatt li, filwaqt li tiżgura li l-funzjonijiet kollha assenjati lilha li jirriżultaw mill-qafas regolatorju stabbilit mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill jitwettqu bis-sħiħ u fil-ħin, l-Awtorità għandha twettaq il-kompiti u l-mandat assenjati lilha mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u għandha żżomm mal-mandat ta' dawk il-funzjonijiet, sabiex tikseb l-aħjar użu tar-riżorsi u tilħaq l-objettivi; jistieden lill-Awtorità tiżgura segwitu u implimentazzjoni xierqa tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

7.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-prinċipju ta' proporzjonalità fit-twettiq tal-mandat tagħha; jissottolinja li, b'mod partikolari meta jkunu qed jiġu fformulati l-miżuri tal-Livell 2 u tal-Livell 3, għandha tingħata attenzjoni lill-karatteristiċi speċifiċi tas-swieq finanzjarji nazzjonali;

8.  Jinnota li t-testijiet tal-istress ta' dan l-aħħar tal-Awtorità għandhom riżultati dibattibbli ħafna; jistieden lill-Awtorità, lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Kummissjoni jużaw metodoloġiji, xenarji u suppożizzjonijiet konsistenti meta jiddefinixxu t-testijiet tal-istress sabiex jevitaw kemm jista' jkun distorsjonijiet potenzjali tar-riżultati;

9.  Jinnota li fl-2017 saret evalwazzjoni esterna tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda (mill-Awtorità) biex tindirizza n-nuqqasijiet identifikati mill-evalwazzjoni esterna;

10.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu allokati aktar riżorsi għal kompiti ta' kontra l-ħasil tal-flus biex jitwettqu l-funzjonijiet u l-inkjesti tal-Awtorità dwar is-sorveljanza fl-istituzzjonijiet nazzjonali; iħeġġeġ lill-Awtorità tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji japplikaw il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (l-"AML/CFT") b'mod effettiv u konsistenti; jitlob lill-Awtorità tiżviluppa gwida komuni b'kooperazzjoni mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ("ESMA") u mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol ("EIOPA") dwar kif jiġu integrati r-riskji AML/CFT fis-superviżjoni prudenzjali; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li testendi s-setgħat superviżorji tal-Awtorità relatati mal-AML/CFT mis-settur bankarju għas-settur finanzjarju kollu kemm hu, u b'hekk hija tingħata rwol ewlieni fil-kompiti rilevanti u s-setgħat superviżorji; barra minn hekk, jilqa' f'dan il-kuntest, l-adozzjoni tal-politika dwar l-iżvelar tal-informazzjoni protetta u jisħaq fuq il-ħtieġa li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jadottaw politiki simili;

11.  Jitlob li l-Awtorità twettaq inkjesta dwar skemi ta' negozju ta' arbitraġġ tad-dividendi bħal cum-ex ħalli tivvaluta t-theddidiet potenzjali għall-integrità tas-swieq finanzjarji u għall-baġits nazzjonali; tistabbilixxi n-natura u l-kobor tal-atturi f'dawn l-iskemi; tivvaluta jekk kienx hemm ksur tal-liġijiet nazzjonali jew ta' dawk tal-Unjoni; tivvaluta l-azzjonijiet meħuda mis-superviżuri finanzjarji fl-Istati Membri; u tagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa għal riforma u għal azzjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;

12.  Jilqa' l-fatt li l-Awtorità tikkondividi prattiki u mudelli mal-ESMA u mal-EIOPA, li magħhom l-Awtorità jkollha laqgħat regolari u tifforma parti minn Kumitat Konġunt;

Politika dwar il-persunal

13.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet 100 % eżegwita, b'134 aġent temporanju li ġew awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni, meta mqabbla mal-127 post awtorizzati fl-2016; jinnota li, barra minn hekk, 41 aġent kuntrattwali u 15-il espert nazzjonali sekondati kienu qed jaħdmu għall-Awtorità fl-2017;

14.  Jinnota li f'April 2017, l-Awtorità adottat il-mudell tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-politika għall-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u għall-prevenzjoni tal-fastidju;

15.  Ifakkar li, wara d-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni, l-Awtorità se tirriloka minn Londra għal Pariġi; jinnota bi tħassib li din ir-rilokazzjoni affettwat ir-reklutaġġ ta' persunal minħabba numru dejjem akbar ta' riżenji fl-2017; jirrikonoxxi li l-Awtorità ppubblikat għaxar avviżi ta' postijiet battala biex tistabbilixxi lista ta' riżerva li se tintuża biex jimtlew kwalunkwe postijiet battala b'segwitu għar-riżenji;

16.  Jilqa' s-suġġeriment tal-Qorti li l-avviżi ta' postijiet battala jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal kif ukoll fuq is-sit web tal-Awtorità bil-għan li tiżdied il-pubbliċità;

Akkwist

17.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità tipparteċipa f'diversi proċeduri ta' akkwist interistituzzjonali mad-direttorati ġenerali tal-Kummissjoni u ma' aġenziji oħra;

18.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, f'erbgħa mill-ħames proċeduri ta' akkwist pubbliku awditjati, il-proċedura biex tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża ma kinitx sodisfaċenti; josserva t-tweġiba tal-Awtorità u jinnota r-raġunijiet tagħha; jistieden lill-Awtorità ssib approċċ aktar bilanċjat bejn il-kwalità u l-kriterji tal-prezz sabiex ittejjeb l-ekonomija tal-akkwist pubbliku tagħha;

19.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, sa tmiem l-2017, l-Awtorità ma kinitx qed tuża l-għodod kollha għall-proċeduri kollha varati mill-Kummissjoni bil-għan li tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist (akkwist elettroniku); jinnota mill-Awtorità li implimentat is-sottomissjoni elettronika f'Awwissu 2018; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress imwettaq rigward l-implimentazzjoni tal-għodod li fadal;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

20.  Jirrikonoxxi l-miżuri li l-Awtorità diġà għandha fis-seħħ u l-isforzi kontinwi tagħha biex tiżgura t-trasparenza, tipprevjeni u tiġġestixxi l-kunflitti ta' interess, u tipproteġi lill-informaturi; jilqa' l-passi ulterjuri li ttieħdu sabiex tissaħħaħ it-trasparenza fl-attivitajiet tal-Awtorità permezz tar-rapportar tal-laqgħat li l-persunal tal-Awtorità jkollu ma' partijiet interessati esterni, u bil-pubblikazzjoni tar-reġistru fuq is-sit web tal-Awtorità;

21.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità żviluppat strateġija kontra l-frodi għall-perjodu 2015–2017; jinnota li, skont il-valutazzjoni tar-riskju tal-frodi li saret mill-Awtorità, ir-riskju huwa baxx sa medju, u li għal tlettax-il xenarju ir-riskju ġie kkunsidrat bħala materjali jew saħansitra sinifikanti; jinnota li l-kontrolli interni, l-istandards tas-sigurtà tal-IT u l-miżuri oħra proposti wara dik l-evalwazzjoni għandhom l-għan li jtaffu r-riskji; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi f'dan ir-rigward;

22.  Iqis li, waqt it-twettiq ta' xogħolha u b'mod partikolari fl-abbozzar tal-miżuri ta' implimentazzjoni, l-Awtorità jeħtiġilha li b'mod regolari u komprensiv tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tagħha; jisħaq fuq il-fatt li huwa essenzjali li l-Awtorità, fid-dawl tan-natura tal-funzjonijiet assenjati lilha, turi trasparenza mhux biss fil-konfront tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, iżda anki fil-konfront taċ-ċittadini tal-Unjoni;

Kummenti oħra

23.  Jenfasizza li d-dħul tal-Awtorità se jonqos b'riżultat tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni, u jisħaq fuq il-ħtieġa li jinstabu arranġamenti adegwati għall-finanzjament tagħha, li jippermetti lill-Awtorità tissodisfa l-mandat tagħha b'mod konsistenti, indipendenti u effiċjenti;

24.  Jinnota li minħabba d-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni, is-sede tal-Awtorità se jiċċaqlaq għal Pariġi, Franza, fil-bidu tal-2019; jinnota li l-kontijiet tal-Awtorità jinkludu provvedimenti għal spejjeż relatati li jammontaw għal EUR 6,7 miljun u jiddivulgaw il-bqija tal-pagamenti kuntrattwali futuri li jammontaw għal EUR 11,2 miljun kif previsti għall-uffiċċju f'Londra; jinnota li l-ispejjeż tal-bini jinkludu fost oħrajn il-kontinwazzjoni tal-pagament tal-kirja u tal-ispejjeż tal-bini għall-uffiċċji ta' Londra sat-terminazzjoni tal-kera fi tmiem l-2020, filwaqt li l-Awtorità biħsiebha tpaċi dawn l-ispejjeż permezz tal-kapitalizzazzjoni tal-perjodu tal-kera b'xejn li kisbet minn sid il-kera u billi tuża l-kontribuzzjoni tal-gvern Franċiż biex tiżgura li l-Awtorità tħallas il-kera u t-tariffi għal uffiċċju wieħed biss fl-2019 u fl-2020;

o

o o

25.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2019(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

24.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2202(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Doru-Claudian Frunzulică

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jirrikonoxxi li, fil-fehma tal-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), it-tranżazzjonijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea ("l-Awtorità") li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena 2017, huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha; jinnota madankollu li l-valutazzjoni tal-Qorti hija qasira ħafna u li osservat nuqqasijiet fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku tal-Awtorità, l-aktar relatati ma' servizzi li ma għandhomx bilanċ adegwat bejn l-aspetti tal-prezz u tal-kwalità; jenfasizza li proċeduri bħal dawn jindikaw li l-Awtorità tagħmel enfasi żejda fuq il-kriterji tal-kwalità u ma tippermettix l-identifikazzjoni tas-soluzzjonijiet l-aktar ekonomikament vantaġġużi, li għandhom juru bilanċ ġust bejn il-kwalità u l-prezz; jistieden lill-Awtorità ttejjeb dawn il-proċeduri;

2.  Jissottolinja r-rwol ċentrali tal-Awtorità biex tiżgura sorveljanza aħjar tas-sistema superviżorja finanzjarja tal-Unjoni biex tiżgura l-istabbiltà finanzjarja, it-trasparenza meħtieġa, swieq finanzjarji integrati aħjar u aktar siguri, kif ukoll livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur fl-Unjoni, b'mod partikolari billi tippromwovi l-koordinazzjoni ta' superviżjoni mtejba mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u internazzjonali;

3.  Jisħaq fuq il-fatt li, filwaqt li tiżgura li l-funzjonijiet kollha assenjati lilha li jirriżultaw mill-qafas regolatorju stabbilit mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill jitwettqu bis-sħiħ u fil-ħin, l-Awtorità għandha twettaq il-kompiti u l-mandat assenjati lilha mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u għandha żżomm mal-mandat ta' dawk il-funzjonijiet, sabiex tikseb l-aħjar użu tar-riżorsi u tilħaq l-objettivi; jistieden lill-Awtorità tiżgura segwitu u implimentazzjoni xierqa tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

4.  Iqis li, waqt it-twettiq ta' xogħolha u b'mod partikolari fl-abbozzar tal-miżuri ta' implimentazzjoni, l-EBA jeħtiġilha li b'mod regolari u komprensiv tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tagħha; jisħaq fuq il-fatt li huwa essenzjali li l-Awtorità, fid-dawl tan-natura tal-funzjonijiet assenjati lilha, turi trasparenza mhux biss fil-konfront tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, iżda anki fil-konfront taċ-ċittadini tal-Unjoni;

5.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-prinċipju ta' proporzjonalità fit-twettiq tal-mandat tagħha; jissottolinja li, b'mod partikolari meta jkunu qed jiġu fformulati l-miżuri tal-Livell 2 u tal-Livell 3, għandha tingħata attenzjoni lill-karatteristiċi speċifiċi tas-swieq finanzjarji nazzjonali;

6.  Jinnota li, minħabba li l-ammont ta' xogħol tal-Awtorità qiegħed jinbidel dejjem aktar minn kompiti regolatorji għall-infurzar u l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ir-riżorsi baġitarji u tal-persunal tal-Awtorità għandhom jiġu riallokati internament; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat livell xieraq ta' prijoritizzazzjoni fir-rigward tal-allokazzjoni tar-riżorsi;

7.  Jinnota li t-testijiet tal-istress ta' dan l-aħħar tal-EBA għandhom riżultati dibattibbli ħafna; jistieden lill-EBA, lill-BERS, lill-BĊE u lill-Kummissjoni jużaw metodoloġiji, xenarji u suppożizzjonijiet konsistenti meta jiddefinixxu t-testijiet tal-istress sabiex jevitaw kemm jista' jkun distorsjonijiet potenzjali tar-riżultati;

8.  Jinnota li l-għadd totali ta' persunal kien ta' 190 fi tmiem l-2017, meta mqabbel ma' 161 fi tmiem l-2016;

9.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu allokati aktar riżorsi għal kompiti ta' kontra l-ħasil tal-flus biex jitwettqu l-funzjonijiet u l-inkjesti tal-Awtorità dwar is-sorveljanza fl-istituzzjonijiet nazzjonali; iħeġġeġ lill-Awtorità tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji japplikaw il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (AML/CFT) b'mod effettiv u konsistenti; jitlob lill-Awtorità tiżviluppa gwida komuni b'kooperazzjoni mal-ESMA u l-EIOPA dwar kif jistgħu jiġu integrati r-riskji fil-qasam AML/CFT fis-superviżjoni prudenzjali; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li testendi s-setgħat superviżorji tal-Awtorità relatati mal-AML/CFT mis-settur bankarju għas-settur finanzjarju kollu, u b'hekk tagħtiha rwol ewlieni fil-kompiti rilevanti u s-setgħat superviżorji; barra minn hekk, jilqa' f'dan il-kuntest, l-adozzjoni tal-politika dwar l-iżvelar tal-informazzjoni protetta u jisħaq fuq il-ħtieġa li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jadottaw politiki simili;

10.  Jitlob li l-Awtorità Bankarja Ewropea tagħmel inkjesta dwar skemi ta' negozju ta' arbitraġġ tad-dividendi bħal cum-ex ħalli tivvaluta t-theddidiet potenzjali għall-integrità tas-swieq finanzjarji u għall-baġits nazzjonali; tistabbilixxi n-natura u l-kobor tal-atturi f'dawn l-iskemi; tivvaluta jekk kienx hemm ksur tal-liġijiet nazzjonali jew ta' dawk tal-Unjoni; tivvaluta l-azzjonijiet meħuda mis-superviżuri finanzjarji fl-Istati Membri; u tagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa għal riforma u għal azzjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;

11.  Jenfasizza li l-baġit tal-Awtorità huwa iffinanzjat 40 % mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u 60 % permezz ta' kontribuzzjonijiet diretti mill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri u li dawn l-arranġamenti ta' finanzjament imħallat jistgħu jkunu ta' theddida għall-indipendenza u l-kompiti superviżorji tagħha; jenfasizza li d-dħul tal-Awtorità se jonqos b'riżultat tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni, u jisħaq fuq il-ħtieġa li jinstabu arranġamenti adegwati għall-finanzjament tagħha, li jippermetti lill-Awtorità tissodisfa l-mandat tagħha b'mod konsistenti, indipendenti u effiċjenti;

12.  Jieħu nota tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE u tal-implikazzjonijiet finanzjarji, amministrattivi, umani u oħrajn ta' dik id-deċiżjoni; jinnota li r-Regolament ABE ġie emendat biex jirrifletti d-deċiżjoni li s-sede tal-Awtorità jitmexxa lejn Pariġi, fi Franza u jirrikonoxxi li ċ-ċaqliq huwa ppjanat għall-bidu tal-2019;jinnota li l-kontijiet u n-noti tagħha tfasslu bl-użu tal-informazzjoni disponibbli fil-ħin tal-iffirmar tal-kontijiet u jiġbed l-attenzjoni għall-implikazzjonijiet baġitarji tagħha; jinnota li l-kontijiet tal-Awtorità jinkludu provvedimenti għal spejjeż relatati li jammontaw għal EUR 6,7 miljun u jiddivulgaw il-bqija tal-pagamenti kuntrattwali futuri li jammontaw għal EUR 11,2 miljun kif previsti għall-uffiċċju f'Londra; Jistieden lill-EBA teżamina l-possibbiltà li tnaqqas dawn ir-riżervi għal spejjeż li jintirtu f'Londra; ifakkar fl-importanza ta' rilokazzjoni bla xkiel u kosteffiċjenti tal-Awtorità.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

2

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Stefan Gehrold, Sven Giegold, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Marisa Matias, Gabriel Mato, Alex Mayer, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Ralph Packet, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Babette Winter, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Eric Andrieu, Manuel dos Santos, Ashley Fox, Jeppe Kofod, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Eva Maydell, Siegfried Mureşan, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Virginie Rozière, Ricardo Serrão Santos

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

46

+

ALDE

Wolf Klinz, Caroline Nagtegaal, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ECR

Ashley Fox, Bernd Lucke, Stanisław Ożóg, Ralph Packet, Pirkko Ruohonen-Lerner, Kay Swinburne

PPE

Markus Ferber, Stefan Gehrold, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Georgios Kyrtsos, Esther de Lange, Werner Langen, Ivana Maletić, Thomas Mann, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Eva Maydell, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Theodor Dumitru Stolojan, Tom Vandenkendelaere

S&D

Eric Andrieu, Hugues Bayet, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Roberto Gualtieri, Jeppe Kofod, Olle Ludvigsson, Alex Mayer, Virginie Rozière, Alfred Sant, Manuel dos Santos, Ricardo Serrão Santos, Peter Simon, Paul Tang, Babette Winter

VERTS/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Ernest Urtasun

2

-

ENF

Marco Zanni

GUE/NGL

Miguel Viegas

4

0

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Marisa Matias, Martin Schirdewan

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

ENF

Jean-François Jalkh

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Marian-Jean Marinescu, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

1

-

EFDD

Marco Valli

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 51.

(2)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 51.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1

(4)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1

(5)

ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42

(7)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 51.

(8)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 51.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1

(10)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1

(11)

ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42

(13)

ĠU C 108/52, 22.03.2018, p. 248

(14)

Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0000.

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Marzu 2019Avviż legali