Proċedura : 2018/2182(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0127/2019

Testi mressqa :

A8-0127/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.24

Testi adottati :

P8_TA(2019)0265

RAPPORT     
PDF 212kWORD 60k
1.3.2019
PE 626.793v01-00 A8-0127/2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2182(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Petri Sarvamaa

EMENDI
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2182(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0072/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0127/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2182(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0072/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0127/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2182(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0127/2019),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(13), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2017 kien jammonta għal EUR 70 430 306 – żieda sinifikanti ta' 39,44 % meta mqabbel mal-2016; billi ż-żieda kienet relatata mar-rwol tal-Aġenzija fil-futur u l-kompiti l-ġodda li ngħatawlha; billi l-baġit tal-Aġenzija ġej prinċipalment mill-baġit tal-Unjoni (59,19 %) u minn kontribuzzjonijiet fil-qafas ta' ftehimiet speċifiċi, jiġifieri l-programmi Copernicus u HBM4EU (40,80 %);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), sostniet li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,97 %, jiġifieri l-istess rata bħal fl-2016; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 89,04 % – tnaqqis żgħir ta' 0,78 % meta mqabbel mas-sena ta' qabel;

Kanċellazzjoni tar-riporti

2.  Jiddeplora l-livell għoli ta' kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017, li kienu jammontaw għal EUR 443 556, jiġifieri 10,55 % tal-ammont totali riportat u żieda konsiderevoli ta' 5,16 % meta mqabbel mal-2016;

Prestazzjoni

3.  Jinnota li l-Aġenzija tuża ċerti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-valur miżjud iġġenerat mill-attivitajiet tagħha, u li fl-2017 l-Aġenzija tejbet il-ġestjoni tal-kwalità tagħha billi żviluppat struttura globali għall-ġestjoni tal-prestazzjoni li tistabbilixxi l-KPIs għall-perjodu 2019-2021; jinnota wkoll li l-Aġenzija tagħmel użu minn tabella ta' valutazzjoni bbilanċjata biex tkejjel it-titjib li tagħmel fil-ġestjoni tal-baġit;

4.  Jirrikonoxxi li, skont il-bord maniġerjali tagħha, l-Aġenzija kisbet riżultati sodisfaċenti fir-rigward tal-miri stabbiliti fil-programm ta' ħidma annwali għall-2017; jinnota, madankollu, li ċerti attivitajiet ma setgħux jitwettqu sal-aħħar minħabba għadd ta' ċirkustanzi bħal riżorsi umani limitati jew dewmien fl-informazzjoni meħtieġa; jirrikonoxxi li l-Aġenzija kompliet tikkoopera b'mod effikaċi man-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (EIONET) tagħha, u kompliet tinvolvi ruħha wkoll – fost l-oħrajn – fil-Komunità tal-Għarfien Ambjentali, is-seminars konġunti tal-EEA u l-Kumitat Xjentifiku dwar l-oqsma prijoritarji tal-EEA u l-EEAcademy; jinsisti li l-kapaċità tal-Aġenzija li tirrispondi għall-iżviluppi tal-politika tiddependi mil-livell ta' riżorsi allokati fil-futur jew mill-abbandun ta' wħud mill-kompiti attwali tagħha;

5.  Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija ma tikkondividix riżorsi f'kompiti li fihom trikkib max-xogħol ta' aġenziji oħra li jagħmlu attivitajiet simili; jinnota, madankollu, li l-Aġenzija tikkollabora kontinwament mal-Kummissjoni biex jiġu identifikati u jintlaħaq qbil dwar qsim ta' kompiti mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni (eż. id-DĠ Ambjent, id-DĠ CLIMA, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u l-Eurostat); jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-iżviluppi f'dan ir-rigward;

6.  Jinnota li, fl-2016, il-Kummissjoni bdiet evalwazzjoni esterna tal-Aġenzija u l-EIONET; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-eżitu ta' din l-evalwazzjoni;

7.  Ifaħħar il-kwalità tar-riżultati tal-ħidma tal-Aġenzija fl-2017, bħar-rapport "Climate change, impacts and vulnerability in Europe", l-Indiċi Ewropew tal-Kwalità tal-Arja u r-rapport dwar l-indikaturi ambjentali tal-2017;

Politika dwar il-persunal

8.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet 99,21 % mimlija, u li, mit-total ta' 127 post tax-xogħol awtorizzat mill-baġit tal-Unjoni (130 post awtorizzat fl-2016) kienu nħatru 126 bejn uffiċjali u aġenti temporanji; jinnota wkoll li, fl-2017, l-Aġenzija ħaddmet 66 aġent kuntrattwali u 20 espert nazzjonali sekondat;

9.  Jiddeplora profondament l-iżbilanċ bejn is-sessi fost it-tmien komponenti tal-maniġment superjuri tal-Aġenzija, li sebgħa minnhom huma rġiel u waħda minnhom biss hija mara; jitlob lill-Aġenzija tieħu miżuri li jiżguraw bilanċ aħjar bejn is-sessi fil-maniġment superjuri tagħha;

10.  Jinnota li l-Aġenzija adottat politika dwar il-ħarsien tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jirrikonoxxi li toffri korsijiet ta' tagħlim elettroniku u li ħarġet sejħa għal espressjonijiet ta' interess fost il-membri tal-persunal biex joffru assistenza kunfidenzjali;

11.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, fil-proċeduri ta' reklutaġġ organizzati mill-Aġenzija ġew indikati bosta dgħufijiet li jwasslu għal nuqqas ta' trasparenza u għall-possibbiltà li l-kandidati ma jiġux ittrattati bl-istess mod; jinnota r-risposta tal-Aġenzija li fiha tgħid li qed tippjana li tiżviluppa l-proċeduri ta' reklutaġġ tagħha fid-dawl tad-dgħufijiet identifikati; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-iżviluppi f'dan ir-rigward;

12.  Jilqa' s-suġġeriment tal-Qorti li l-avviżi ta' pożizzjonijiet vakanti jiġu ppubblikati anke fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal sabiex tiżdied il-pubbliċità; jifhem ir-risposta tal-Aġenzija dwar l-ispejjeż kbar involuti biex issir it-traduzzjoni; jirrikonoxxi wkoll l-intenzjoni tal-Aġenzija li tippubblika l-pożizzjonijiet vakanti kollha tagħha fuq l-Inter-Agency Job Market stabbilit min-Netwerk tal-Aġenziji;

Akkwist

13.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, ġew identifikati xi dgħufijiet f'diversi proċeduri ta' akkwist pubbliku, inkluż il-fatt li l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerti użati mill-Aġenzija għal sejħiet differenti ma kienu jispeċifikaw l-ebda rekwiżit minimu għall-kriterji tal-għażla fir-rigward tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja; jinnota r-risposta tal-Aġenzija li fiha tgħid li dawn ir-rekwiżiti ġew modifikati fl-2017;

14.  Jinnota li sa tmiem l-2017, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija ma kinitx għadha qed tuża l-għodod kollha varati mill-Kummissjoni bil-għan li tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist pubbliku (akkwist elettroniku); jinnota li, fir-risposta tagħha, l-Aġenzija tgħid li introduċiet il-fatturazzjoni elettronika u s-sejħiet għall-offerti elettroniċi għal ċerti proċeduri u qed taħdem biex testendihom għall-proċeduri kollha tagħha; jistieden lill-Aġenzija tintroduċi l-għodod kollha meħtieġa biex tamministra l-proċeduri tal-akkwist u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-progress magħmul f'dan il-qasam;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

15.  Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni, il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u l-protezzjoni tal-informaturi;

16.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, hemm bżonn li tissaħħaħ l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà billi dan jibda jirrapporta direttament lid-direttur eżekuttiv u l-bord maniġerjali tal-Aġenzija; jinnota li, fir-risposta tagħha, l-Aġenzija ssostni li l-indipendenza funzjonali tal-uffiċjal tal-kontabbiltà diġà hija garantita;

Kontrolli interni

17.  Jinnota li, skont l-awditu tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni fl-2015 – li xi rakkomandazzjonijiet minn tiegħu għadhom miftuħin – l-Aġenzija għandha timplimenta qafas ta' ġestjoni tad-data u l-informazzjoni fl-operat ta' kuljum u għandha taġġorna u timplimenta l-istrateġija tal-IT biex tkun konformi mat-teknoloġiji l-ġodda tal-IT u mal-programm ta' ħidma pluriennali l-ġdid; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;

18.  Jinnota li l-bord maniġerjali kien beda jaħdem fuq rieżami taż-żewġ korpi ta' governanza tal-Aġenzija, li kellu jitlesta sa tmiem l-2018;

Kummenti oħra

19.  Jinnota li l-bord maniġerjali tal-Aġenzija jaqbel mar-rwol tal-Aġenzija u l-EIONET fil-futur b'rabta mal-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi tqal u l-azzjonijiet tal-Kummissjoni biex tissimplifika r-rappurtar ambjentali, u jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tipprovdi riżorsi addizzjonali lill-Aġenzija – fl-għamla ta' aġenti kuntrattwali u fondi – għall-kompiti l-ġodda tagħha;

o

o o

20. Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2019(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.  

24.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2182(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Adina-Ioana Vălean

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li, fl-2017, il-baġit totali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ("l-Aġenzija") kien ta' EUR 70 621 793 (+40 % meta mqabbel mal-2016), li minnu EUR 36 309 240 (stabbli meta mqabbel mal-2016) kien sar disponibbli permezz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea; jinnota li t-tkabbir fil-baġit kien dovut għal żieda fil-finanzjament riċevut b'appoġġ għall-proġetti tal-Unjoni, prinċipalment il-Programm Copernicus;

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju min-naħa tal-Aġenzija rriżultaw f'rata ta' eżekuzzjoni tal-baġit ta' 99,9 % tal-approprjazzjonijiet disponibbli tal-baġit prinċipali (sussidju tal-Unjoni u kontribuzzjonijiet minn pajjiżi membri oħra);

3.  Ifaħħar il-kwalità tar-riżultati tal-ħidma tal-Aġenzija fl-2017, bħar-rapport dwar "it-tibdil fil-klima, l-impatti u l-vulnerabbiltà fl-Ewropa", l-Indiċi tal-Kwalità tal-Arja Ewropea u r-Rapport dwar l-Indikaturi Ambjentali tal-2017;

4.  Jiddispjaċih li l-Aġenzija ffaċċjat sfidi dejjem ikbar fil-kisba tal-objettivi stabbiliti fil-programm ta' ħidma pluriennali tagħha minħabba restrizzjonijiet kbar fir-riżorsi, u li bħala konsegwenza xi riżultati ma setgħux jinkisbu fl-2017; jinsisti li l-kapaċità tal-Aġenzija li tirrispondi għall-iżviluppi tal-politika se tiddependi fuq il-livell futur tar-riżorsi allokati jew fuq il-waqfien tal-kompiti attwali;

5.  Jinnota l-adozzjoni ta' politika ġdida dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u sesswali f'Ġunju 2017;

6.  Jindika d-dgħufijiet identifikati mill-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") fil-proċeduri ta' reklutaġġ organizzati mill-Aġenzija, u jitlob lill-Aġenzija żżid it-trasparenza u tiżgura trattament ugwali tal-kandidati;

7.  Jinnota li l-bord ta' tmexxija beda reviżjoni taż-żewġ korpi ta' governanza tal-Aġenzija, li mistennija tiġi konkluża sa tmiem l-2018;

8.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari;

9.  Jirrakkomanda, abbażi tal-fatti disponibbli, l-għoti ta' kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

6

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Pilar Ayuso, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Arne Gericke, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Peter Liese, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Rory Palmer, Gilles Pargneaux, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, John Procter, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Ivica Tolić, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian-Silviu Buşoi, Christophe Hansen, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Jan Huitema, Tilly Metz, Bart Staes, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Olle Ludvigsson

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

49

+

ALDE

Catherine Bearder, Jan Huitema, Anneli Jäätteenmäki, Valentinas Mazuronis, Frédérique Ries, Nils Torvalds

ECR

Mark Demesmaeker

GUE/NGL 

Stefan Eck, Anja Hazekamp, Kateřina Konečná

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Cristian Silviu Buşoi, Birgit Collin Langen, Angélique Delahaye, José Inácio Faria, Karl Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Christophe Hansen, Peter Liese, Annie Schreijer Pierik, Ivica Tolić, Adina Ioana Vălean

S&D

Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Olle Ludvigsson, Susanne Melior, Rory Palmer, Gilles Pargneaux, Pavel Poc, Daciana Octavia Sârbu, Tiemo Wölken, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE

Margrete Auken, Bas Eickhout, Martin Häusling, Benedek Jávor, Tilly Metz, Bart Staes

6

-

ECR

Arne Gericke, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, John Procter, Jadwiga Wiśniewska

ENF

Jean-François Jalkh

1

0

EFDD

Sylvie Goddyn

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

21

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Marian-Jean Marinescu, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

1

-

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 103.

(2)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 103.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(5)

ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 103.

(8)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 103.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(11)

ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

ĠU C 360, 24.10.2017, p. 1.

(14)

Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0000.

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Marzu 2019Avviż legali