RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) għas-sena finanzjarja 2017

1.3.2019 - (2018/2190(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Petri Sarvamaa


Proċedura : 2018/2190(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0128/2019
Testi mressqa :
A8-0128/2019
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2190(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Awtorità[1],

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0080/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0128/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2190(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Awtorità[7],

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[8] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0080/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[9], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel[11], u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0128/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2190(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi[13],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0128/2019),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha[14], il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem l-"Awtorità") għas-sena finanzjarja 2017 kien ta' EUR 79 558 730,31, ammont li jirrappreżenta żieda ta' 0,08 % meta mqabbel mal-2016; billi l-baġit tal-Awtorità huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (minn hawn 'il quddiem "il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2017 (minn hawn 'il quddiem "ir-rapport tal-Qorti"), tistqarr li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,98 %, li meta mqabbla mal-2016 tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta' 0,02 %; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 92,31 % u li din tirrappreżenta żieda ta' 2,65 % meta mqabbla mal-2016;

2.  Itenni t-tħassib tiegħu li jirriżulta mil-livell ripetutament baxx ta' approprjazzjonijiet finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni għall-Awtorità;

3.  Jiddispjaċih għad-diskrepanza li qed tikber bejn kompiti li qed jiżdiedu u riżorsi li qed jonqsu, li wasslet għal dewmien sinifikanti fit-twassil ta' ċerti proġetti;

Kanċellazzjoni tar-riporti

4.  Jinnota li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 kienu jammontaw għal EUR 291 011,86, ċifra li tirrappreżenta 3,55 % tal-ammont totali riportat u li turi tnaqqis ta' 2,31 % meta mqabbla mal-2016;

Prestazzjoni

5.  Jinnota b'sodisfazzjon li, fl-approċċ ta' ġestjoni tagħha, li huwa wieħed komprensiv u bbażat fuq il-prestazzjoni, l-Awtorità introduċiet diversi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għall-impatt u għall-eżitu biex tkejjel il-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha; jinnota, barra minn hekk, li l-Awtorità tuża indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni oħrajn biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha;

6.  Jirrikonoxxi li l-2017 kienet l-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-pjan tal-Awtorità mfassal biex iwettaq l-istrateġija tagħha għall-2020 u tal-politika l-ġdida stabbilita biex tiżgura l-indipendenza tal-professjonisti involuti fl-Awtorità; jilqa' l-fatt li l-prestazzjoni tagħha kienet sodisfaċenti u li disa' indikaturi biss jippreżentaw devjazzjoni moderata filwaqt li tnejn biss jippreżentaw devjazzjoni sinifikanti mit-total ta' 65 indikatur;

7.  Jilqa' l-kontribut tal-Awtorità għas-sikurezza tal-katina tal-ikel u l-għalf tal-Unjoni, kif ukoll l-isforzi konsiderevoli tagħha biex tipprovdi konsulenza xjentifika komprensiva, indipendenti u aġġornata dwar kwistjonijiet marbuta mal-katina tal-ikel lill-maniġers tar-riskju tal-Unjoni, biex tikkomunika b'mod ċar ir-riżultati tagħha – u l-informazzjoni li fuqha huma bbażati – lill-pubbliku u biex tikkoopera ma' partijiet ikkonċernati u sħab istituzzjonali bil-għan li tippromwovi l-koerenza u l-fiduċja fis-sistema tas-sikurezza tal-ikel tal-Unjoni;

8.  Jemmen li l-Awtorità għandha tibqa' tagħti attenzjoni speċjali lill-opinjoni pubblika u timpenja ruħha li tkun miftuħa u trasparenti;

9.  Jenfasizza li l-Awtorità ffinalizzat 779 mistoqsija permezz ta' opinjonijiet xjentifiċi, rapporti tekniċi u pubblikazzjonijiet ta' sostenn;

10.  Jinnota li l-evalwazzjoni esterna tal-Awtorità bdiet fl-2017 u li r-riżultati saru disponibbli fl-2018; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-konklużjonijiet ta' din l-evalwazzjoni u l-miżuri rispettivi meħuda bħala segwitu għal kwalunkwe rakkomandazzjoni;

11.  Jinnota b'apprezzament li l-Awtorità tikkondividi r-riżorsi u l-attivitajiet mal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard fl-oqsma tal-ġbir, tal-analiżi u tal-bażijiet tad-data u fil-valutazzjonijiet xjentifiċi;

Politika dwar il-persunal

12.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet eżegwita fil-livell ta' 96,28 %, bil-ħatra ta' 311-il uffiċjal u aġent temporanju mit-323 post tax-xogħol awtorizzat skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 330 post awtorizzat fl-2016); jinnota li, barra minn hekk, 120 aġent kuntrattwali u 12-il espert nazzjonali sekondat kienu qed jaħdmu għall-Awtorità fl-2017;

13.  Jinnota li l-Awtorità adottat il-mudell tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-politika għall-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u għall-prevenzjoni tal-fastidju; jirrikonoxxi li organizzat sessjonijiet ta' taħriġ u ppermettiet konsulenza kunfidenzjali;

14.  Jinnota bi tħassib li fl-2017 waslu żewġ ilmenti formali, li talbu l-ftuħ ta' proċedura formali għal fastidju; jieħu nota tal-konklużjoni tal-Awtorità li ma kien hemm l-ebda bidu ta' prova, li huwa meħtieġ għall-ftuħ ta' inkjesta amministrattiva;

Akkwist

15.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Awtorità aġġudikat tliet kuntratti qafas f'kaskata f'isem disa' aġenziji li kienu qed jipparteċipaw fis-sejħa miftuħa għall-offerti; jinnota li l-Qorti osservat li kuntratti qafas permezz tal-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni għal kull kuntratt speċifiku huma aktar xierqa minn kuntratti qafas f'kaskata biex jinkiseb valur tajjeb għall-flus f'każ ta' akkwisti fejn is-servizzi reali li jkunu jridu jiġu pprovduti ma jkunux magħrufa fiż-żmien meta titnieda s-sejħa; jieħu nota tal-ġustifikazzjoni tal-Awtorità u jinnota wkoll mir-risposta tagħha li l-Awtorità tqis li l-mekkaniżmu ta' kuntratti qafas f'kaskata huwa aktar adatt minħabba n-natura fit-tul tal-kuntratt qafas speċifiku;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

16.  Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Awtorità biex tiżgura l-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza; jilqa' d-deċiżjoni reċenti tal-Awtorità dwar l-implimentazzjoni ta' regoli li jistabbilixxu linji gwida għall-protezzjoni tal-informaturi u għall-kunfidenzjalità tal-identità tagħhom; jilqa' l-politika aġġornata tal-Awtorità dwar l-indipendenza, li ġiet adottata fl-2017 wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u mal-pubbliku u li għandha l-għan li tibni fuq il-politika li qiegħda tissostitwixxi sabiex tiżgura li l-Awtorità tkun tista' tilħaq bilanċ tajjeb bejn li tattira l-għarfien espert rilevanti mill-komunità xjentifika u li fl-istess ħin tħares l-attivitajiet tagħha minn kwalunkwe influwenza mhux xierqa; jilqa' wkoll id-definizzjoni l-ġdida ta' dak li jikkostitwixxi kunflitt ta' interess, adottata fil-politika l-ġdida tal-Awtorità dwar l-indipendenza; jilqa' wkoll il-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' interess mill-membri tal-Bord ta' Ġestjoni fis-sit web tal-Awtorità; jiddispjaċih li l-pubblikazzjoni tas-CVs tagħhom għadha ma saritx; jinnota b'apprezzament li sa minn Lulju 2018 l-Awtorità implimentat regoli dwar il-ġestjoni ta' interess kompetittiv, li jissostitwixxu r-regoli dwar id-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-2014;

17.  Jinnota li l-Parlament stieden ripetutament lill-Awtorità, permezz tar-rapporti annwali ta' kwittanza tiegħu, biex timplimenta perjodu ta' preklużjoni ta' sentejn li jipprevjeni lill-esperti b'interessi finanzjarji marbuta ma' kumpaniji li s-sustanzi tagħhom jiġu evalwati mill-Awtorità milli jagħmlu parti mill-kumitati xjentifiċi jew mill-gruppi ta' ħidma tal-Awtorità;

18.  Jinsab konvint li l-Awtorità għandha tiġi allokata baġit u riżorsi suffiċjenti biex jiġi żgurat li tkun tista' tqabbad esperti indipendenti ħielsa minn kunflitti ta' interess;

19.  Jinnota b'apprezzament l-impenn tal-Awtorità favur l-adozzjoni ta' rapport annwali dwar l-attivitajiet relatati mal-indipendenza, li se jiġi inkluż fir-rapport annwali konsolidat bħala anness u li se jkun fih is-sejbiet tal-awditi kif ukoll tal-kontrolli ta' konformità u ta' veraċità;

20.  Jilqa' l-fatt li l-esperti mill-Istati Membri issa se jkollhom jippreżentaw dikjarazzjoni pubblika ta' interess lill-Awtorità; jinsisti li dawk id-dikjarazzjonijiet jiġu vverifikati mill-Awtorità u jiġu ppubblikati;

21.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, hemm bżonn li tissaħħaħ l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà billi dan isir direttament responsabbli quddiem id-Direttur Eżekuttiv u l-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità; jinnota li, skont ir-risposta tal-Awtorità, diġà għandha rekwiżiti formali fis-seħħ biex tiżgura l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà;

22.  Ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi, u b'mod partikolari l-istedina li għamel lill-Awtorità: biex ittejjeb il-komunikazzjoni tagħha rigward ir-riskju, sabiex tinforma lill-pubbliku b'mod xieraq, li jinftiehem u aċċessibbli faċilment; biex taġġorna b'mod regolari d-dokumenti ta' gwida tagħha f'konformità mal-iżviluppi l-aktar reċenti fl-oqsma rilevanti kollha, bil-ħsieb li jiġu vvalutati l-effetti fil-qosor u fit-tul tal-livelli ta' residwi ta' sustanzi attivi, formulazzjonijiet u taħlitiet fl-ilmijiet tal-wiċċ, fil-ħamrija, fir-riħ u fit-trab; biex tagħmel l-informazzjoni pprovduta fuq is-sit web tagħha aktar faċli għall-utent u biex tiffaċilita l-estrazzjoni tad-data; biex tippubblika l-opinjonijiet tagħha f'ġurnali soġġetti għal evalwazzjoni bejn il-pari, sabiex tintensifika diskussjonijiet kostruttivi u tinċentivizza u tħeġġeġ lil aktar esperti nazzjonali u xjenzjati oħra biex jipparteċipaw f'xogħolha;

Kontrolli interni

23.  Jinnota b'apprezzament li l-Awtorità rrevediet il-proċess tagħha tal-ġestjoni tar-riskju biex tiżgura li r-riskji kollha jkunu koperti u li, barra minn hekk, żviluppat strateġija kontra l-frodi, wara valutazzjoni tar-riskju interna mwettqa skont il-metodoloġija u l-gwida tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi;

24.  Jirrikonoxxi li l-Awtorità implimentat strateġija ta' kontroll finanzjarju ex post fil-forma ta' approċċ ta' kontroll proporzjonat f'konformità mal-obbligi legali u li, barra minn hekk, iddefiniet il-governanza tal-assigurazzjoni u rrevediet il-qafas ta' kontroll intern tagħha bil-ħsieb li tadotta approċċ imsejjes fuq il-prinċipji;

25.  Jieħu nota li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni eżamina l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni mfassal insegwitu ta' rakkomandazzjoni tal-IAS biex il-governanza tal-IT tal-Awtorità tiġi aġġornata u kkonkluda li r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-awditjar kienu ġew implimentati b'mod adegwat u effikaċi;

26.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-IAS ħareġ rapport tal-awditjar dwar il-proċess għall-evalwazzjoni ta' prodotti rregolati li kopra l-fażi ta' valutazzjoni fl-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi u ġew identifikati żewġ osservazzjonijiet importanti ħafna; jinnota li l-Awtorità qed tħejji pjan ta' azzjoni korrispondenti; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' dak il-pjan ta' azzjoni;

o

o o

27.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2019[15] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

24.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2190(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Adina-Ioana Vălean

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li l-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ("l-Awtorità") għas-sena finanzjarja 2017 kien ta' EUR 79 223 730, li jirrappreżenta żieda ta' 0,3 % meta mqabbel mal-2016; jinnota li l-baġit kollu tal-Awtorità huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

2.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi għall-monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,98 %; jinnota, barra minn hekk, li fl-2017 ir-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 92,31 %, li tirrappreżenta żieda ta' 2,6 % meta mqabbel mal-2016;

3.  Jilqa' l-kontribut tal-Awtorità għas-sikurezza tal-katina tal-ikel u l-għalf tal-Unjoni, u l-isforzi konsiderevoli tagħha fil-forniment ta' konsulenza xjentifika komprensiva, indipendenti u aġġornata dwar kwistjonijiet marbuta mal-katina tal-ikel lill-maniġers tar-riskju tal-Unjoni, permezz ta' komunikazzjoni ċara lill-pubbliku dwar ir-riżultati tagħha u l-informazzjoni li fuqha huma bbażati, u permezz tal-kooperazzjoni ma' partijiet ikkonċernati u sħab istituzzjonali bil-għan li tippromwovi l-koerenza u l-fiduċja fis-sistema tas-sikurezza tal-ikel tal-Unjoni;

4.  Jemmen li l-Awtorità għandha tibqa' tagħti attenzjoni speċjali lill-opinjoni pubblika, u timpenja ruħha li tkun miftuħa u trasparenti;

5.  Jinnota li tneħħew seba' postijiet tax-xogħol ta' aġenti temporanji fit-tabella tal-persunal tal-2017, u li 311 mit-323 post awtorizzat imtlew sa mill-31 ta' Diċembru 2017; jenfasizza barra minn hekk li 447 mill-463 post disponibbli, (inklużi uffiċjali, aġenti temporanji, aġenti kuntrattwali u esperti nazzjonali ssekondati), kienu okkupati fil-31 ta' Diċembru 2017 (96,5 %, meta mqabbel ma' 95,7 % fl-2016);

6.  Jenfasizza li l-Awtorità ffinalizzat 779 mistoqsija permezz ta' opinjonijiet xjentifiċi, rapporti tekniċi u pubblikazzjonijiet ta' sostenn; jiddispjaċih għad-diskrepanza li qed tikber bejn kompiti li qed jiżdiedu u riżorsi li qed jonqsu, li wasslet għal dewmien rilevanti fit-twassil ta' ċerti proġetti;

7.  Itenni t-tħassib tiegħu li jirriżulta mil-livell baxx ta' approprjazzjonijiet finanzjarji bbaġitjati għall-Awtorità b'mod ripetut;

8.  Ifakkar li f'Ġunju 2017, il-Bord Amministrattiv tal-Awtorità adotta politika ġdida dwar l-indipendenza u jilqa' bosta titjib konkret fih, inkluża żieda fit-trasparenza tal-identità tal-esperti tal-Istati Membri li jaħdmu mal-Awtorità; jilqa' wkoll li l-Awtorità impenjat ruħha li tippubblika, mill-2018 ’il quddiem, rapport annwali dwar l-attivitajiet relatati mal-indipendenza, bħala anness għar-rapport annwali konsolidat tal-Awtorità.

9.  Jinnota li l-Parlament Ewropew talab ripetutament lill-Awtorità, permezz tar-rapporti annwali ta' kwittanza tiegħu, biex timplimenta perjodu ta' preklużjoni ta' sentejn li jipprevjeni lill-esperti b'interessi finanzjarji marbuta ma' kumpaniji li s-sustanzi tagħhom jiġu evalwati mill-Awtorità milli jagħmlu parti fil-kumitat xjentifiku jew fil-gruppi ta' ħidma tal-Awtorità;

10.  Jilqa' l-fatt li l-esperti mill-Istati Membri issa jridu jippreżentaw formola ta' dikjarazzjoni pubblika ta' interess lill-Awtorità; jinsisti li dawn id-dikjarazzjonijiet jiġu vverifikati mill-Awtorità u jiġu ppubblikati;

11.  Jinsab konvint li l-Awtorità għandha tingħata baġit u riżorsi suffiċjenti biex tiżgura li tkun tista' tqabbad esperti indipendenti ħielsa minn kunflitti ta' interess;

12.  Jinnota l-adozzjoni fl-2017 ta' politika rieżaminata dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u sesswali; jinnota li waslu żewġ ilmenti formali ta' fastidju, iżda li wara valutazzjoni tal-evidenza mogħtija ġie konkluż li ma kien hemm l-ebda bidu ta' prova, li huwa meħtieġ għall-ftuħ ta' inkjesta amministrattiva;

13.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità għall-2017 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

14.  Jirrakkomanda, abbażi tal-fatti disponibbli, li tingħata l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2017.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Pilar Ayuso, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Arne Gericke, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Peter Liese, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Rory Palmer, Gilles Pargneaux, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, John Procter, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Ivica Tolić, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian-Silviu Buşoi, Christophe Hansen, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Jan Huitema, Tilly Metz, Bart Staes, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Olle Ludvigsson

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

50

+

ALDE

Catherine Bearder, Jan Huitema, Anneli Jäätteenmäki, Valentinas Mazuronis, Frédérique Ries, Nils Torvalds

ECR

Mark Demesmaeker

GUE/NGL

Stefan Eck, Anja Hazekamp, Kateřina Konečná

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Cristian Silviu Buşoi, Birgit Collin Langen, Angélique Delahaye, José Inácio Faria, Karl Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Christophe Hansen, Peter Liese, Miroslav Mikolášik, Annie Schreijer Pierik, Ivica Tolić, Adina Ioana Vălean

S&D

Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Olle Ludvigsson, Susanne Melior, Rory Palmer, Gilles Pargneaux, Pavel Poc, Daciana Octavia Sârbu, Tiemo Wölken, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE

Margrete Auken, Bas Eickhout, Martin Häusling, Benedek Jávor, Tilly Metz, Bart Staes

7

-

ECR

Arne Gericke, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, John Procter, Jadwiga Wiśniewska

EFDD

Sylvie Goddyn

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

21

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Marian-Jean Marinescu, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

1

-

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

  • [1]  ĠU C 434, 30.11.2018, p. 132.
  • [2]  ĠU C 434, 30.11.2018, p. 132.
  • [3]  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [4]  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
  • [5]  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.
  • [6]  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
  • [7]  ĠU C 434, 30.11.2018, p. 132.
  • [8]  ĠU C 434, 30.11.2018, p. 132.
  • [9]  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [10]  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
  • [11]  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.
  • [12]  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
  • [13]  Testi adottati, P8_TA(2019)0023.
  • [14]  ĠU C 311/03, 19.9.2017, p. 9.
  • [15]  Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0000.
Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Marzu 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza