Proċedura : 2018/2192(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0129/2019

Testi mressqa :

A8-0129/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.33

Testi adottati :

P8_TA(2019)0274

RAPPORT     
PDF 193kWORD 50k
1.3.2019
PE 626.802v02-00 A8-0129/2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2192(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Petri Sarvamaa

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2192(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0082/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0129/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2192(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0082/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0129/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2192(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0129/2019),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(13), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2017 kien ta' EUR 11 175 224,40, li jfisser żieda ta' 1,28 % meta mqabbel mal-2016; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'apprezzament li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,99 %, li tirrappreżenta żieda ta' 1,52 % meta mqabbla mal-2016; jieħu nota tal-fatt li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 88,19 %, li tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta' 0,99 % meta mqabbla ma' dik tal-2016;

Kanċellazzjoni ta' riporti

2.  Jinnota bi tħassib li l-kanċellazzjonijiet ta' riporti mill-2016 għall-2017 ammontaw għal EUR 90 916, li jirrappreżentaw 9,39 % tal-ammont totali riportat, li juri żieda ta' 3,67 % meta mqabbla mal-2016;

Prestazzjoni

3.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tuża ċerti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u ssaħħaħ il-ġestjoni baġitarja tagħha, filwaqt li tiffoka aktar indikaturi kwalitattivi għall-valutazzjoni tal-kisba tal-għanijiet operattivi tagħha u aktar indikaturi kwantitattivi għall-għanijiet amministrattivi tagħha; jinnota, barra minn hekk, li l-indikaturi tal-impatt juru li r-riżultati tal-Aġenzija qabżu l-miri stabbiliti fil-Programm ta' Ħidma tal-2017, fil-qafas tal-Istrateġija ENISA 2016–2020; jistieden lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni sabiex tivvaluta aħjar l-eżitu u l-impatt tal-attivitajiet tagħha, sabiex tikseb parir dwar kif tipprovdi aktar valur miżjud għall-outputs tal-Aġenzija;

4.  Jinnota b'apprezzament li, fl-2017, l-Aġenzija bdiet il-proċess li tgħin lill-Istati Membri jimplimentaw id-Direttiva (UE) 2016/1148(14) u li hija ġabret għodda ta' valutazzjoni tas-severità dwar il-ksur tad-data, f'kollaborazzjoni ma' diversi awtoritajiet tal-Istati Membri, sabiex jiġi stabbilit qafas koerenti fil-livell tal-Unjoni;

5.  Jinnota barra minn hekk li fl-2017 l-ENISA rċeviet il-Premju ta' Eċċellenza, mill-Ombudsman tal-UE, għall-amministrazzjoni tajba fl-innovazzjoni u t-trasformazzjoni;

6.  Jinnota b'apprezzament li l-Aġenzija u ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali ffirmaw ftehim dwar il-livell ta' servizz li jippermettilhom jaqsmu l-faċilitajiet tal-konferenzi u l-ispazju għall-ħżin fost sinerġiji oħra;

7.  Jinnota li fl-2017 kien sar studju, f'isem il-Kummissjoni, dwar l-evalwazzjoni esterna tal-prestazzjoni tal-Aġenzija matul il-perjodu 2013-2016; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultat ta' dan l-istudju u l-azzjonijiet rispettivi meħuda bħala segwitu għal kwalunkwe rakkomandazzjoni;

Politika tal-persunal

8.  Jinnota bi tħassib li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet eżegwita biss fil-livell ta' 87,5 %, bil-ħatra ta' 42 aġent temporanju mit-48 aġent temporanju awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (imqabbla ma' 48 post awtorizzati fl-2016); jinnota li, barra minn hekk, 29 aġent kuntrattwali u tliet esperti nazzjonali sekondati kienu qed jaħdmu għall-Aġenzija fl-2017;

9.  Jinnota li l-Aġenzija adottat politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jirrikonoxxi li organizzat sessjonijiet ta' taħriġ u ppermettiet konsulenza kunfidenzjali;

10.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, fl-2016, l-Aġenzija ttrasferiet tmien membri addizzjonali tal-persunal għal Ateni, u b'hekk l-għadd ta' membri tal-persunal f'Heraklion naqas għal erbatax; jinnota li, skont l-Aġenzija, fi tmiem l-2017, dak l-għadd kompla jonqos għal 11-il membru tal-persunal; jenfasizza l-fatt li, skont ir-Rapport tal-Qorti tal-2013, aktarx l-ispejjeż jistgħu jitnaqqsu aktar jekk il-persunal kollu jiġi ċentralizzat f'post wieħed; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar kwalunkwe miżura possibbli biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni;

11.  Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija ssibha diffiċli li tirrekluta, tattira u żżomm persunal ikkwalifikat b'mod xieraq, prinċipalment minħabba t-tipi ta' postijiet li qegħdin jiġu offruti (aġenti kuntrattwali) u l-fattur koeffiċjenti ta' korrezzjoni baxx li japplika għas-salarji għall-impjegati tal-Aġenzija fil-Greċja;

12.  Jilqa' s-suġġeriment tal-Qorti li l-avviżi ta' postijiet battala jiġu ppubblikati wkoll fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal sabiex tiżdied il-pubbliċità; jifhem it-tħassib tal-Aġenzija f'dak li jikkonċerna l-ispejjeż tat-traduzzjoni;

13.  Jiddispjaċih li, kif indikat il-Qorti, il-proċess tat-trasferiment għall-uffiċjal tal-kontabbiltà l-ġdid tal-Aġenzija twettaq b'mod mhux xieraq, b'mod partikolari minħabba li ma kien hemm l-ebda rapport ta' trasferiment mibgħut lill-kontabilist il-ġdid; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li saru laqgħat informali sabiex jiġi trasferit l-għarfien u li l-Aġenzija se timplimenta azzjonijiet korrettivi biex fil-ġejjieni tiżgura t-trasferiment adegwat lejn persunal ġdid; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

14.  Jinnota l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jirrimarka bi tħassib, madankollu, li s-CVs tad-direttur eżekuttiv u tal-President tal-Bord tat-Tmexxija biss huma ppubblikati fuq is-sit web tagħha, u barra minn hekk, li l-Aġenzija tippubblika biss id-dikjarazzjoni tal-kunflitti ta' interess tad-direttur eżekuttiv fuq is-sit web tagħha, iżda mhux tal-membri l-oħra tal-maniġment superjuri; jistieden lill-Aġenzija tippubblika s-CVs tal-membri kollha tal-Bord tat-Tmexxija u d-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta' interess tal-maniġment superjuri tagħha u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;

Kummenti oħra

15.  Jinnota bi tħassib li, għall-kuntrarju tal-maġġoranza tal-aġenziji oħra, l-Aġenzija ma wettqitx analiżi komprensiva tal-impatt probabbli tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea fuq l-organizzazzjoni, l-operazzjonijiet u l-kontijiet tagħha; jinnota mir-risposta tal-Aġenzija li rrevediet xi wħud mill-proċessi interni rilevanti tagħha f'dak ir-rigward; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex timmitiga kwalunkwe riskju involut;

16.  Jinnota l-isforzi moderati tal-Aġenzija biex tiżgura post tax-xogħol kosteffikaċi u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent; jirrimarka li l-Aġenzija ma għandha l-ebda miżura addizzjonali fis-seħħ biex tnaqqas jew tinnewtralizza l-emissjonijiet tas-CO2;

o

o o

17.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ...2019(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

1

-

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 79.

(2)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 79.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(5)

ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 79.

(8)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 79.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(11)

ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

ĠU C 116/05, 28.03.2018, p 20.

(14)

Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni. ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1.

(15)

Testi adottati, P8_TA(2019)0000.

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Marzu 2019Avviż legali