Proċedura : 2018/2197(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0133/2019

Testi mressqa :

A8-0133/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.25

Testi adottati :

P8_TA(2019)0266

RAPPORT     
PDF 201kWORD 58k
1.3.2019
PE 626.794v02-00 A8-0133/2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2197(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Petri Sarvamaa

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2197(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0087/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 li jwaqqaf Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0133/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2197(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0087/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 li jwaqqaf Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0133/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2197(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0133/2019),

A.  billi, skont ir-rapport tad-dħul u n-nefqa tagħha(13), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2017 kien ta' EUR 17 113 000, li jfisser żieda ta' 71,70 % meta mqabbel mal-2016; billi ż-żieda kienet relatata l-aktar mat-Titolu III (baġit operattiv), b'żieda ta' 295 %, diretta lejn kiri ulterjuri ta' mezzi mill-Aġenzija (funzjoni ġdida tal-Gwardja Ewropea tal-Kosta); billi l-baġit kollu tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,9 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 0,7 % meta mqabbel mal-2016; jinnota b'dispjaċir li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 73,8 %, li tfisser tnaqqis ta' 14,7 % meta mqabbel mal-2016;

Kanċellazzjoni tar-riporti

2.  Jinnota bi tħassib li l-kanċellazzjoni tar-riporti mill-2016 għall-2017 ammontat għal EUR 53 595, li tirrappreżenta 5,22 % tal-ammont totali riportat, u żieda ta' 0,5 % meta mqabbel mal-2016;

Prestazzjoni

3.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tuża għadd ta' Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni biex tappoġġja l-objettivi strateġiċi pluriennali tagħha u tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha, u wkoll ħalli ttejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha;

4.  Jinnota li l-Aġenzija implimentat 93 % tal-attivitajiet tagħha fil-ħin u implimentat 90 % tal-Pjan Strateġiku Annwali tal-Komunikazzjoni tagħha;

5.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima adottaw arranġament ta' ħidma tripartitiku li jiddefinixxi l-kooperazzjoni bejn dawk l-aġenziji u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta' gwardja tal-kosta; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar pjanijiet u żviluppi futuri rigward din il-kooperazzjoni;

6.  Jaqbel li ż-żamma tal-istess livell għoli ta' spezzjonijiet bħall-2016 kienet kisba diffiċli, fil-kuntest tal-kooperazzjoni dwar il-funzjonijiet tal-gwardja Ewropea tal-kosta;

7.  Jirrimarka li l-politika l-ġdida tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u, b'mod partikolari, il-ħolqien tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, bħala parti minn titjib ġenerali fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta, jinvolvu kompiti ġodda ta' spezzjoni u kooperazzjoni aħjar għall-Aġenzija, li se teħtieġ aktar finanzjament u riżorsi umani u tekniċi;

8.  Jirrimarka li jkun tajjeb li l-Aġenzija tingħata biżżejjed riżorsi biex twettaq tipi ġodda ta' operazzjonijiet ħalli twaqqaf ir-rotot użati mill-faċilitaturi ta' dħul klandestin ta' bnedmin u tuża d-data fornuta mis-sistemi tar-rappurtaġġ tal-bastimenti bil-għan li jiġu lokalizzati d-dgħajjes li jġorru l-migranti;

9.  Madankollu jinsisti fuq l-importanza suprema tal-attivitajiet ewlenin ta' spezzjonijiet fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art;

10.  Jinnota li r-riżultati tat-tieni Evalwazzjoni Esterna Indipendenti ta' Ħames Snin tal-Aġenzija għall-perjodu 2012-2016 ġew ippreżentati fl-20 ta' Ġunju 2017; jinnota b'sodisfazzjon li r-rapport jikkonferma l-prestazzjoni pożittiva tal-Aġenzija fil-kriterji ta' evalwazzjoni kollha;

Politika dwar il-persunal

11.  Jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet mimlija sa 96,72 %, bil-ħatra ta' 59 Aġent Temporanju minn 61 Aġent Temporanju li kienu awtorizzati taħt il-baġit tal-Unjoni (51 post awtorizzat fl-2016); jinnota li, barra minn hekk, tmien Aġenti Kuntrattwali u ħames Esperti Nazzjonali Sekondati kienu qed jaħdmu għall-Aġenzija fl-2017; jinnota li minħabba t-tibdil fir-regolament fundatur, l-Aġenzija ngħatat 13-il post tax-xogħol għall-kompiti assoċjati l-ġodda, li minnhom tlieta ntużaw għar-riżerva ta' riallokazzjoni għall-aġenziji;

12.  Jinnota li l-Aġenzija adottat il-mudell tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-politika għall-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju, u li fl-2017 ġiet varata sejħa għall-konsulenti kunfidenzjali u t-taħriġ kien qed jiġi ffinalizzat fl-2018;

13.  Jistieden lill-Aġenzija tkompli ssaħħaħ il-politika tagħha dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri sabiex tmur lil hinn mid-dominju tradizzjonali maskili minn fejn ikunu ġejjin l-esperti tagħha; minkejja maġġoranza ta' persunal femminili taħt id-Direttur Eżekuttiv u fl-Unità tar-Riżorsi u l-IT, 22 % biss tal-persunal bi grad AD8 u ogħla huma nisa;

Akkwist

14.  Jenfasizza li l-attività ewlenija tal-akkwist fl-2017 kienet iffukata fuq il-varar ta' sejħa miftuħa għal Kiri ta' Bastiment tal-Għassa tas-Sajd Offshore (EUR 20 miljun), li ġiet iffinalizzata b'suċċess u li rriżultat fl-iffirmar ta' kuntratt qafas;

15.  Jinnota b'sodisfazzjoni li, wara l-objettiv tal-aġenziji tal-Unjoni li jaqsmu l-isforzi tal-akkwist pubbliku, l-Aġenzija varat l-ewwel sejħa għall-offerti interistituzzjonali miftuħa tagħha fl-2017 u li żewġ aġenziji oħra ngħaqdu ma' dik il-proċedura ta' akkwist; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi futuri rigward il-proċeduri ta' akkwist konġunt tagħha;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

16.  Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota b'sodisfazzjon li l-esperti li ma jiffirmawx dikjarazzjoni tal-interessi ma jitħallewx jaħdmu taħt kuntratt speċifiku u li l-Aġenzija tissorvelja regolarment is-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet;

Kontrolli interni

17.  Jilqa' bi pjaċir il-fatt li l-Aġenzija żviluppat u implimentat monitoraġġ ċentralizzat tar-rakkomandazzjonijiet kollha ta' awditjar maħruġa mill-Qorti u mis-Servizz tal-Awditjar Intern, bil-ħsieb li tikkonsolidahom u tissorveljahom, kif ukoll biex ittejjeb is-segwitu għall-pjanijiet ta' azzjoni korrispondenti;

Kummenti oħra

18.  Jinnota l-isforzi tal-Aġenzija biex tiżgura post tax-xogħol kosteffikaċi u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent; jirrimarka madankollu li l-Aġenzija ma għandha l-ebda miżura addizzjonali fis-seħħ biex tnaqqas jew tinnewtralizza l-emissjonijiet ta' CO2;

o

o o

19.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2019(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

10.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2197(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: José Blanco López

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jieħu nota tar-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017, kif ukoll ir-rapport annwali tal-attività tal-2017 tal-Aġenzija;

2.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu dwar id-dikjarazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri rigward il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2017;

3.  Jilqa' ż-żieda sinifikanti fil-baġit tiegħu għall-2017: 86 % fuq il-baġit għall-2016, inkluża żieda ta' 295 % fil-baġit operattiv, u żieda netta ta' 10 persunal statutorju (20 %);

4.  Jenfasizza li l-2017 kienet sena eċċezzjonali għall-Aġenzija – din iż-żieda ġenerali tippermetti l-kontribuzzjoni sinifikanti tagħha lejn il-bini ta' Mekkaniżmu Ewropew ta' Gwardja tal-Kosta;

5.  Jinnota li, minkejja din iż-żieda sostanzjali fil-baġit u d-diffikultajiet li nqalgħu u assoċjati miegħu, l-Aġenzija kisbet u żammet rata tajba ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99 % fl-impenji u 74 % fil-pagamenti. Bis-saħħa tal-isforzi ta' razzjonalizzazzjoni u effiċjenza tagħha (95 % tat-tranżazzjonijiet finanzjarji issa ġestiti elettronikament), l-Aġenzija rnexxielha tittratta żieda ta' 15 % fil-pagamenti s-sena l-oħra, bl-istess riżorsi umani;

6.  Jaqbel li ż-żamma tal-istess livell għoli ta' spezzjonijiet mill-2016 kienet kisba diffiċli, fil-kuntest tal-kooperazzjoni dwar il-funzjonijiet tal-Gwardja Ewropea tal-Kosta;

7.  Jirrimarka li l-politika l-ġdida tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u, b'mod partikolari, il-ħolqien tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, bħala parti minn titjib ġenerali fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta, jimplikaw kompiti ġodda ta' spezzjoni u kooperazzjoni aħjar għall-Aġenzija, li se teħtieġ aktar finanzjament u riżorsi umani u tekniċi;

8.  Jirrimarka li jkun tajjeb li l-Aġenzija tingħata biżżejjed riżorsi biex twettaq tipi ġodda ta' operazzjonijiet ħalli twaqqaf ir-rotot użati mill-faċilitaturi ta' dħul klandestin ta' bnedmin u tuża d-data fornuta mis-sistemi tar-rappurtaġġ tal-bastimenti bil-għan li jiġu lokalizzati d-dgħajjes li jġorru l-migranti;

9.  Madankollu jinsisti fuq l-importanza suprema tal-attivitajiet ewlenin ta' spezzjonijiet fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art;

10.  Għaldaqstant jappoġġja bis-sħiħ il-kontinwazzjoni ta' żieda fil-baġit għas-snin li ġejjin (l-Aġenzija tibqa' fil-25 post fost il-41 aġenzija tal-Unjoni f'termini tal-kontribuzzjoni tal-baġit tal-Unjoni);

11.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiżdiedu l-approprjazzjonijiet baġitarji għall-operazzjonijiet tal-Aġenzija relatati mas-sorveljanza tas-sajd fis-snin li ġejjin;

12.  Barra minn hekk jisħaq fuq il-ħtieġa li saħansitra tiżdied aktar l-allokazzjoni tar-riżorsi sabiex tkun tista' tiffaċċja ż-żieda fil-volum tax-xogħol minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, u l-konsegwenzi tal-akbar importanza possibbli tiegħu fuq il-qafas għall-kontroll tas-sajd;

13.  Jistieden lill-Aġenzija tkompli ssaħħaħ il-politika tagħha dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri sabiex tmur lil hinn mid-dominju tradizzjonali maskili minn fejn ikunu ġejjin l-esperti tagħha: minkejja maġġoranza ta' persunal femminili taħt id-Direttur Eżekuttiv u fl-Unità tar-Riżorsi u l-IT, 22 % biss tal-persunal bi grad AD8 u ogħla huma nisa;

14.  Jikkunsidra ripetutament li Membru tal-Parlament Ewropew għandu jinħatar għall-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija bil-għan li tissaħħaħ it-trasparenza istituzzjonali tagħha, partikolarment fl-okkażjoni tal-approvazzjoni tal-baġit mill-Bord; jipproponi li dan il-Membru jkun elett mill-Kumitat għas-Sajd tal-Parlament Ewropew.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

10.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

2

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, David Coburn, Diane Dodds, Sylvie Goddyn, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Annie Schreijer-Pierik, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

José Blanco López, Ole Christensen, Norbert Erdős, Jens Gieseke, Czesław Hoc, Nosheena Mobarik

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Tilly Metz

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

17

+

ALDE

PPE

S&D

 

VERTS/ALE

António Marinho e Pinto, Norica Nicolai

Norbert Erdős, Jens Gieseke, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, Gabriel Mato, Annie Schreijer-Pierik, Jarosław Wałęsa

Clara Eugenia Aguilera García, José Blanco López, Renata Briano, Ole Christensen, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas

Marco Affronte, Tilly Metz

2

-

EFDD

David Coburn, Sylvie Goddyn

3

0

ECR

Peter van Dalen, Czesław Hoc, Nosheena Mobarik

Key to symbols:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

21

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Marian-Jean Marinescu, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

1

-

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 109.

(2)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 109.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(5)

ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 109.

(8)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 109.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(11)

ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

ĠU C 84, 17.3.2017, p. 158.

(14)

Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0000.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Marzu 2019Avviż legali