Proċedura : 2018/2191(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0134/2019

Testi mressqa :

A8-0134/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.22

Testi adottati :

P8_TA(2019)0263

RAPPORT     
PDF 203kWORD 60k
1.3.2019
PE 626.791v01-00 A8-0134/2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2191(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Petri Sarvamaa

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2191(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0081/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0134/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2191(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0081/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0134/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2191(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0134/2019),

A.  billi, skont ir-rapport tad-dħul u n-nefqa(13), il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ("iċ-Ċentru") għas-sena finanzjarja 2017 kien ta' EUR 58 042 653, li jirrappreżenta tnaqqis żgħir ta' 0,35 % meta mqabbel mal-2016; billi 97,80 % tal-baġit taċ-Ċentru huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,78 %, li tirrappreżenta żieda ta' 1,76 % meta mqabbla mal-2016; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 81,71 %, li tfisser żieda ta' 2,45 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

2.  Ifakkar li, bħala aġenzija tal-Unjoni, id-denominazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru hija f'euro; madankollu, peress li s-sede tiegħu tinsab barra miż-żona tal-Euro (fl-Iżvezja), ħafna mill-ispejjeż tiegħu jsiru bil-krona Żvediża (SEK); barra minn hekk, iċ-Ċentru huwa espost għal flutwazzjonijiet fir-rata tal-kambju peress li, mhux biss il-kontijiet bankarji tiegħu huma fil-krona Żvediża, iżda wkoll iwettaq ċerti tranżazzjonijiet f'muniti barranin oħra;

Kanċellazzjoni tar-riporti

3.  Jinnota bi tħassib li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 kienu jammontaw għal EUR 953 754, li jirrappreżentaw 8,73 % tal-ammont totali riportat, li madankollu jindika tnaqqis ta' 3,11 % meta mqabbel mal-2016;

Prestazzjoni

4.  Jinnota b'sodisfazzjon li ċ-Ċentru juża diversi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) sabiex jevalwa l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tiegħu kif ukoll il-lista ta' KPIs inkluża fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-13 ta' Marzu 2015(14), fost l-oħrajn, biex itejjeb il-ġestjoni baġitarja tiegħu;

5.  Jirrikonoxxi li ċ-Ċentru ffinalizza l-pjan direzzjonali għat-tfassil mill-ġdid tas-sistemi tiegħu ta' sorveljanza tal-mard, ippubblika evalwazzjonijiet li jindirizzaw theddidiet ġodda għas-saħħa fl-Unjoni, u kompla jappoġġja l-monitoraġġ tal-kapaċitajiet tal-laboratorji mikrobijoloġiċi fl-Unjoni;

6.  Ifakkar li l-missjoni taċ-Ċentru hija li jidentifika, jivvaluta u jikkomunika t-theddidiet kurrenti u emerġenti għas-saħħa tal-bniedem minn mard jittieħed; jenfasizza li, fl-2017, iċ-Ċentru rrisponda għal 59 talba xjentifika formali, li 35 minnhom ġew mill-Parlament, u ppubblika total ta' 210 rapporti (meta mqabbel ma' 158 rapport fl-2016), inklużi 38 valutazzjoni tar-riskju rapida li jindirizzaw theddidiet ġodda ta' mard fl-Ewropa, u 78 rapport ta' sorveljanza;

7.  Jinnota li ċ-Ċentru vara wkoll il-proġett EPHESUS, li għandu l-għan li jevalwa s-sistemi kollha ta' sorveljanza tal-mard infettiv fis-settur tas-saħħa pubblika tal-Unjoni/taż-ŻEE, u beda jevalwa l-programmi tiegħu dwar il-mard;

8.  Jilqa' l-fatt li ċ-Ċentru ta prijorità lil attivitajiet li jindirizzaw it-theddidiet ikkawżati mir-reżistenza antimikrobika u ż-żieda tal-eżitazzjoni għat-tilqim fl-Unjoni;

9.  Jinnota b'sodisfazzjon li ċ-Ċentru jaqsam l-aħjar prattika ma' aġenziji oħra u jaħdem magħhom regolarment, b'mod partikolari mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u maċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li ċ-Ċentru jipparteċipa f'akkwisti interistituzzjonali organizzati minn aġenziji oħra; jenfasizza li ċ-Ċentru għandu jibqa' jippromwovi l-kooperazzjoni ma' aġenziji oħra tal-Unjoni u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, u jrawwem djalogu mal-partijiet ikkonċernati u maċ-ċittadini;

10.  Jieħu nota tal-fatt li, fl-2018-2019, se ssir evalwazzjoni esterna għall-perjodu 2013-2017; jitlob li ċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu tagħha;

Politika dwar il-persunal

11.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet 91,21 % eżegwita, bil-ħatra ta' 166 aġent temporanju mill-180 aġent temporanju li huma awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (imqabbla mal-186 post awtorizzat fl-2016); jinnota li, barra minn hekk, 97 aġent kuntrattwali u tliet esperti nazzjonali sekondat kienu qed jaħdmu għaċ-Ċentru fl-2017;

12.  Jinnota li ċ-Ċentru adotta politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jirrikonoxxi li din toffri konsulenza kunfidenzjali kif ukoll sessjonijiet ta' taħriġ; jinnota li, fl-2017, ġew rappurtati u investigati żewġ każijiet ta' fastidju;

Akkwisti

13.  Jirrikonoxxi li l-użu tal-flussi tax-xogħol elettroniċi għall-akkwist, ibbażati fuq l-applikazzjoni e-PRIOR tad-DĠ DIGIT tal-Kummissjoni, flimkien mat-titjib fil-monitoraġġ tal-akkwist, tejbu l-proċessi ta' akkwist taċ-Ċentru; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li ċ-Ċentru kkompleta 316-il proċedura ta' akkwist fl-2017;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

14.  Jinnota li d-dikjarazzjoni tal-interessi u s-CV tad-direttur taċ-Ċentru huma ppubblikati fuq is-sit web taċ-Ċentru; jinnota bi tħassib li xi dikjarazzjonijiet ta' interess u CVs tal-bord tal-amministrazzjoni u tal-forum konsultattiv huma neqsin; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri li ttieħdu f'dan ir-rigward;

15.  Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti taċ-Ċentru u l-isforzi kontinwi biex jiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota li, skont iċ-Ċentru, fl-2017 l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi għalaq każ wieħed ta' żvelar ta' informazzjoni, mingħajr ma ħa azzjoni ulterjuri; jinnota li ġew identifikati sitt kunflitti ta' interess potenzjali li ġew investigati ulterjorment fl-2017, li minnhom ġie identifikat kunflitt ta' interess wieħed, li wassal biex persuna tintalab tastjeni minn diskussjoni dwar punt speċifiku fl-aġenda;

Kontrolli interni

16.  Jinnota bi tħassib li, fl-2017, kien hemm 26 każ ta' evitar ta' kontrolli u devjazzjonijiet minn proċessi u proċeduri stabbiliti, li madankollu jirrappreżentaw 14-il każ anqas mill-2016; jirrikonoxxi li ġie adottat pjan ta' azzjoni biex jitnaqqas l-għadd ta' evitar simili; jitlob li ċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tal-azzjonijiet korrettivi meħuda f'dan ir-rigward;

17.  Josserva li, apparti l-proċedura interna dwar il-laqgħat mal-industrija farmaċewtika, qed tiġi żviluppata proċedura interna dwar il-konklużjoni ta' memoranda ta' qbil u ta' ftehimiet ta' kollaborazzjoni ma' partijiet terzi; jitlob li ċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress imwettaq f'dan ir-rigward;

Kummenti oħra

18.  Jinnota li, f'Lulju 2016, iċ-Ċentru ffirma ftehim ta' kiri ġdid għas-sede l-ġdida tiegħu, li daħal fis-seħħ fl-aħħar ta' Frar 2018, u li l-kuntratt ta' kiri l-ġdid huwa għal perjodu ta' 15-il sena; jinnota li ċ-Ċentru daħal fis-sede l-ġdida f'April 2018;

o

o o

19.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2019(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

24.01.2019

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2191(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Adina-Ioana Vălean

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li l-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ("iċ-Ċentru") għas-sena finanzjarja 2017 kien ta' EUR 58 042 653, li jirrappreżenta tnaqqis żgħir ta' 0,35 % meta mqabbel mal-2016; jinnota li 97,80 % tal-baġit taċ-Ċentru ġej mill-baġit tal-Unjoni;

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,78 %, li tirrappreżenta żieda ta' 1,76 punt perċentwali meta mqabbla mal-2016; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 81,71 %, li tirrapreżenta żieda ta' 2,45 punti perċentwali meta mqabbla mal-2016;

3.  Ifakkar li, bħala aġenzija tal-Unjoni, id-denominazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru hija f'euro; madankollu, peress li s-sede tiegħu tinsab barra miż-żona tal-Euro (fl-Iżvezja), ħafna mill-ispejjeż tiegħu jsiru bil-krona Żvediża (SEK); barra minn hekk, iċ-Ċentru huwa espost għal flutwazzjonijiet fir-rata tal-kambju peress li, mhux biss il-kontijiet bankarji tiegħu huma fil-krona Żvediża, iżda huwa jwettaq ukoll ċerti tranżazzjonijiet f'muniti barranin oħra;

4.  Ifakkar li l-missjoni taċ-Ċentru hija li jidentifika, jivvaluta u jikkomunika t-theddid attwali u emerġenti għas-saħħa tal-bniedem minn mard jittieħed; jenfasizza li fl-2017 iċ-Ċentru rrisponda għal 59 talba xjentifika formali, li 35 minnhom ġew mill-Parlament, u ppubblika total ta' 210 rapporti (meta mqabbel ma' 158 fl-2016), inklużi 38 valutazzjoni tar-riskju rapida li jindirizzaw theddid ġdid ta' mard fl-Ewropa, u 78 rapport ta' sorveljanza;

5.  Jinnota li fl-2017 il-bord tat-tmexxija nieda t-tħejjija għat-tielet evalwazzjoni esterna taċ-Ċentru, li tkopri l-perjodu mill-2013 sal-2017, u li bdiet f'Settembru 2018; jinnota li ċ-Ċentru nieda wkoll il-proġett EPHESUS, li għandu l-għan li jevalwa s-sistemi kollha ta' sorveljanza tal-mard infettiv fis-settur tas-saħħa pubblika tal-Unjoni/taż-ŻEE, u beda jevalwa l-programmi tiegħu dwar il-mard;

6.  Jilqa' l-fatt li ċ-Ċentru ta prijorità lil attivitajiet li jindirizzaw it-theddid ikkawżat mir-reżistenza antimikrobika u ż-żieda tal-eżitazzjoni għat-tilqim fl-Unjoni;

7.  Jissottolinja li ċ-Ċentru implimenta għodod ġodda tal-IT biex itejjeb l-ippjanar u l-monitoraġġ tal-proċess ta' akkwist, filwaqt li jikkoreġi dgħufijiet sinifikanti identifikati minn awditu reċenti;

8.  Jenfasizza li ċ-Ċentru għandu jkompli jippromwovi l-kooperazzjoni ma' aġenziji oħra tal-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali, u jrawwem djalogu mal-partijiet ikkonċernati u ċ-ċittadini;

9.  Jenfasizza li żewġ każijiet ta' fastidju ġew irrappurtati u investigati fl-2017;

10.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għall-2017 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari;

11.  Jirrakkomanda, abbażi tal-fatti disponibbli, li tingħata l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2017.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

6

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Pilar Ayuso, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Arne Gericke, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Peter Liese, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Rory Palmer, Gilles Pargneaux, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, John Procter, Frédérique Ries, Annie Schreijer-Pierik, Ivica Tolić, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian-Silviu Buşoi, Christophe Hansen, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Tilly Metz, Bart Staes, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Olle Ludvigsson

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

46

+

ALDE

Anneli Jäätteenmäki, Valentinas Mazuronis, Frédérique Ries, Nils Torvalds

ECR

Mark Demesmaeker

GUE/NGL

Stefan Eck, Anja Hazekamp, Kateřina Konečná

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Cristian Silviu Buşoi, Birgit Collin Langen, Angélique Delahaye, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Christophe Hansen, Peter Liese, Miroslav Mikolášik, Annie Schreijer Pierik, Ivica Tolić, Adina Ioana Vălean

S&D

Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Olle Ludvigsson, Susanne Melior, Rory Palmer, Gilles Pargneaux, Pavel Poc, Tiemo Wölken, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE

Margrete Auken, Bas Eickhout, Martin Häusling, Benedek Jávor, Tilly Metz, Bart Staes

6

-

ECR

Arne Gericke, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, John Procter

ECR

Jadwiga Wiśniewska

ENF

Jean-François Jalkh

1

0

EFDD

Sylvie Goddyn

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

21

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Marian-Jean Marinescu, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

1

-

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 128.

(2)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 128.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(5)

ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 128.

(8)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 128.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(11)

ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

ĠU C 108, 22.03.2018, p. 213.

(14)

Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-13 ta' Marzu 2015, "Linji gwida dwar l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPI) għad-diretturi tal-aġenziji deċentralizzati tal-UE", SWD(2015)0062.

(15)

Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0000.

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Marzu 2019Avviż legali