Proċedura : 2018/2180(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0136/2019

Testi mressqa :

A8-0136/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.43

Testi adottati :

P8_TA(2019)0284

RAPPORT     
PDF 207kWORD 61k
1.3.2019
PE 626.812v02-00 A8-0136/2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2180(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Petri Sarvamaa

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2180(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0070/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0136/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2180(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0070/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0136/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2180(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0136/2019),

A.  billi, skont ir-rapporti tad-dħul u l-infiq tagħha(13), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2017 kien jammonta għal EUR 22 852 250, u dan jirrappreżenta żieda ta' 5,78 % meta mqabbel ma' dak għall-2016; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa esklużivament derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet aċċertament raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 %, l-istess rata bħal fl-2016; jinnota bi tħassib li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 72,11 %, li tfisser biss tnaqqis żgħir ta' 1,1 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Kanċellazzjoni tar-riporti

2.  Jinnota li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 kienu jammontaw għal EUR 117 566, ċifra li tirrappreżenta 2,05 % tal-ammont totali riportat u li tirrappreżenta tnaqqis ta' 1,22 % meta mqabbla mal-2016;

Prestazzjoni

3.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tuża 31 indikatur ewlieni tal-prestazzjoni (KPI) bħala parti mill-Qafas tal-Kejl tal-Prestazzjoni tagħha biex tivvaluta r-riżultati u l-impatt tal-attivitajiet tagħha, u ħames KPI addizzjonali biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha;

4.  Jilqa' l-kooperazzjoni tal-Aġenzija ma' aġenziji oħra, b'mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi u l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' politika komuni;

5.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tintensifika l-kooperazzjoni tagħha ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-Kunsill tal-Ewropa u n-Nazzjonijiet Uniti, sabiex issib u tuża sinerġiji, kull meta jkun possibbli;

6.  Jinnota li t-tieni evalwazzjoni esterna tal-Aġenzija seħħet fl-2017; jinnota b'sodisfazzjon li r-riżultati huma ġeneralment pożittivi; jinnota r-rakkomandazzjonijiet imressqa lill-Kummissjoni mill-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija;

7.  Jinnota li l-Kummissjoni talbet lill-Aġenzija għall-ewwel darba biex tevalwa l-impatt tad-drittijiet fundamentali ta' strument tad-dritt tal-Unjoni; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-Aġenzija żviluppat modulu ta' taħriġ għall-awtoritajiet nazzjonali sabiex tippromwovi l-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

8.  Jenfasizza l-valur tal-istudji u l-opinjonijiet tal-Aġenzija għall-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; jenfasizza li l-Aġenzija għandha tkun tista' toffri opinjonijiet dwar proposti leġiżlattivi fuq l-inizjattiva proprja tagħha u li l-mandat tagħha għandu jiġi estiż biex jinkludi l-oqsma kollha tad-drittijiet protetti skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi l-kwistjonijiet ta' kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali; jiddispjaċih li l-mandat kurrenti tal-Aġenzija jillimita l-possibilitajiet tagħha li twettaq azzjonijiet u studji f'ċerti oqsma tematiċi; jirrakkomanda l-inklużjoni ta' dawn l-oqsma tematiċi fil-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid;

9.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija tkompli r-riċerka tagħha dwar is-sitwazzjoni tal-minoranzi fl-Unjoni fil-kuntest tat-tieni Stħarriġ tal-Unjoni Ewropea dwar il-Minoranzi u d-Diskriminazzjoni; jilqa', f'dan ir-rigward, speċjalment il-pubblikazzjoni tal-aktar rapport tematiku reċenti dwar id-diskriminazzjoni li tiltaqa' magħha l-popolazzjoni ta' oriġini Afrikana fl-Unjoni; jilqa', barra minn hekk, il-pubblikazzjoni tal-istudji dwar it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għall-impjieg taż-żgħażagħ Rom;

10.  Japprezza l-ħidma kontinwa tal-Aġenzija fir-riċerka dwar is-sitwazzjoni tar-Rom fl-Unjoni, b'hekk tikkontribwixxi għall-monitoraġġ tal-effiċjenza u tan-nuqqasijiet fl-istrateġiji ta' inklużjoni u fil-politiki relatati tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha; jilqa' b'mod speċjali r-rakkomandazzjonijiet strateġiċi tal-Aġenzija, ibbażati fuq ir-riċerka, dwar il-ġlieda b'suċċess kontra l-anti-Żingariżmu u l-ġlieda favur l-inklużjoni soċjali tar-Rom;

11.  Jilqa' l-impenn tal-Aġenzija favur id-drittijiet tat-tfal, li tkompla bis-saħħa tal-istudji li twettqu dwar ir-rekwiżiti tal-età minima għall-parteċipazzjoni fil-proċedimenti ċivili u kriminali fl-Unjoni kollha, dwar il-valutazzjoni tal-età u t-teħid tal-marki tas-swaba' tat-tfal fil-kuntest tal-proċeduri tal-asil kif ukoll dwar il-faqar fost it-tfal fl-Unjoni.

Politika dwar il-persunal

12.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, 97,22 % tat-tabella tal-persunal kienet eżegwita, u li, mit-total ta' 72 aġent temporanju awtorizzat mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 74 post tax-xogħol awtorizzati fl-2016) kienu nħatru 70; jinnota li, barra minn hekk, fl-2017 ħadmu għall-Aġenzija 30 aġent kuntrattwali u 8 esperti nazzjonali sekondati;

13.  Jinnota li l-Aġenzija adottat politika dwar il-ħarsien tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jirrikonoxxi li din toffri konsulenza kunfidenzjali kif ukoll sessjonijiet ta' taħriġ; jinnota li ġew investigati żewġ allegazzjonijiet ta' mġiba mhux xierqa fl-2017 u dawn ingħalqu fl-2018;

Akkwist

14.  jiddispjaċih li dan irriżulta fi spejjeż ġenerali amministrattivi addizzjonali għall-Aġenzija, u minkejja li dan affettwa t-twaqqit tal-operazzjonijiet tagħha ma kkawżax dewmien fil-perjodu ta' implimentazzjoni tal-proġetti; jinnota l-Aġenziji ħadet miżuri maħsuba biex itaffu r-riskji tal-proċeduri tal-offerti futuri li ma jirnexxux; jinnota t-talba għal finanzjament addizzjonali tal-Aġenzija iżda jirrimarka li l-limitazzjonijiet baġitarji m'għandhomx iwasslu għal proċeduri ta' akkwist pubbliku subottimali; jitlob għalhekk lill-Aġenzija twettaq riċerka tas-suq adegwata qabel ma tvara sejħa għall-offerti għal studji u tkompli ttejjeb l-effiċjenza tal-proċeduri ta' akkwist pubbliku tagħha;

15.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, sa tmiem l-2017, l-Awtorità ma kinitx qed tuża l-għodod kollha varati mill-Kummissjoni bil-għan li tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju u l-ħżin elettroniċi ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist pubbliku (akkwist elettroniku); jinnota li, skont l-Aġenzija, diġà għandha xi għodod fis-seħħ u li hija fil-proċess li tintroduċi l-għodod li fadal sal-bidu tal-2019; jappella lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-għodod meħtieġa kollha;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

16.  Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota li, skont l-Aġenzija, hija vvalutat u taffiet għadd ta' kunflitti ta' interess potenzjali u perċepiti fl-2017, fejn l-ebda wieħed minnhom ma wassal għal kunflitti reali;

17.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, hemm bżonn li tissaħħaħ l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà billi jsir direttament responsabbli lejn id-Direttur u l-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija; jilqa' l-fatt li din ir-riorganizzazzjoni hija mistennija li tiġi implimentata sa tmiem l-2018; jappella lill-Aġenzija tirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tar-riorganizzazzjoni;

18.  Jinnota li, matul dawn l-aħħar snin, tressqu żewġ proċedimenti legali kontra l-Aġenzija dwar allegazzjonijiet ta' deċiżjonijiet ta' reklutaġġ irregolari; jinnota li l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ċaħdet iż-żewġ każijiet u ordnat lill-applikanti jħallsu l-ispejjeż; jinnota l-allegazzjonijiet fl-istampa rigward kunflitt ta' interess potenzjali marbut mal-użu tas-servizzi ta' konsulenza ta' eks imħallef temporanju ta' riżerva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar miżuri meħuda biex jimmitigaw kull riskju ta' kunflitt ta' interess potenzjali;

Kontrolli interni

19.  Jinnota li, fl-2017, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar il-governanza u l-etika fl-Aġenzija, u li evalwazzjoni esterna tal-prestazzjoni tal-Aġenzija fil-perjodu 2013-2017 twettqet f'isem il-Kummissjoni; jirrikonoxxi li l-Aġenzija ħejjiet pjanijiet ta' azzjoni biex tindirizza l-oqsma fejn jista' jsir titjib.

20.  Jilqa' l-għeluq tar-rakkomandazzjoni tal-2016 tal-Qorti rigward it-titjib tal-proċess ta' (sotto) delegazzjonijiet formali għall-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni;

Kummenti oħra

21.  Jinnota l-isforzi tal-Aġenzija biex tiżgura post tax-xogħol kosteffikaċi u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent; jirrimarka, madankollu, li l-Aġenzija ma għandhiex miżuri speċifiċi addizzjonali fis-seħħ biex tnaqqas jew tinnewtralizza l-emissjonijiet ta' CO2;

o

o o

22.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ...2019(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

17.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2180(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Romeo Franz

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) ("l-Aġenzija") jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2017 u li t-tranżazzjonijiet tagħha huma legali u regolari; jilqa' l-prestazzjonijiet solidi tal-Aġenzija; jilqa', barra minn hekk, l-approċċ proattiv tagħha fil-konfront tal-Parlament Ewropew;

2.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Aġenzija li ssaħħaħ l-indipendenza tal-Uffiċjal tal-Kontabilità tagħha billi tibdel il-linji ta' rappurtar tiegħu sa tmiem l-2018 lid-Direttur tal-Aġenzija għal kwistjonijiet amministrattivi u lill-Bord Maniġerjali għal aspetti funzjonali;

3.  Jilqa' l-għeluq tar-rakkomandazzjoni tal-2016 tal-Qorti tal-Awdituri rigward it-titjib tal-proċess ta' (sotto) delegazzjonijiet formali għall-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni;

4.  Jilqa' l-impenn tal-Aġenzija li tindirizza r-rakkomandazzjonijiet identifikati mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni fir-rapport tal-awditjar tiegħu tal-2017 dwar "Governanza u etika fl-Aġenzija"; jinnota wkoll ir-rieda tal-Aġenzija li tindirizza r-rakkomandazzjonijiet identifikati bħala parti mill-evalwazzjoni esterna tal-"prestazzjoni tal-FRA matul il-perjodu 2013-2017" li twettqet ukoll fl-2017 f'isem il-Kummissjoni;

5.  Jirrikonoxxi n-natura kumplessa tal-istudji li għamlet l-Aġenzija, li jkopru d-dritt u l-prattiki tat-28 Stat Membru u josserva li f'dan il-kuntest, mill-inqas tliet sejħiet miftuħa għall-akkwist ta' studji ma rnexxewx peress li l-offerti rċevuti qabżu l-valur tal-kuntratt massimu definit (minħabba stimi mhux realistiċi tas-suq); jiddispjaċih li dan irriżulta fi spejjeż ġenerali amministrattivi addizzjonali għall-Aġenzija, u minkejja li dan affettwa t-twaqqit tal-operazzjonijiet tagħha ma kkawżax dewmien fil-perjodu ta' implimentazzjoni tal-proġetti; jinnota l-Aġenziji ħadet miżuri maħsuba biex itaffu r-riskji tal-proċeduri tal-offerti futuri li ma jirnexxux; jinnota t-talba għal finanzjament addizzjonali tal-Aġenzija iżda jirrimarka li l-limitazzjonijiet baġitarji m'għandhomx iwasslu għal proċeduri ta' akkwist pubbliku subottimali; jitlob għalhekk lill-Aġenzija twettaq riċerka tas-suq adegwata qabel ma tvara sejħa għall-offerti għal studji u tkompli ttejjeb l-effiċjenza tal-proċeduri ta' akkwist pubbliku tagħha;

6.  Jenfasizza l-valur tal-istudji u l-opinjonijiet tal-Aġenzija għall-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; jenfasizza li l-Aġenzija għandha tkun tista' toffri opinjonijiet dwar proposti leġiżlattivi fuq l-inizjattiva proprja tagħha u li l-mandat tagħha għandu jiġi estiż biex jinkludi l-oqsma kollha tad-drittijiet protetti skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi l-kwistjonijiet ta' kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali; jiddispjaċih li l-mandat kurrenti tal-Aġenzija jillimita l-possibilitajiet tagħha li twettaq azzjonijiet u studji f'ċerti oqsma tematiċi; jirrakkomanda l-inklużjoni ta' dawn l-oqsma tematiċi fil-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid;

7.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija tkompli r-riċerka tagħha dwar is-sitwazzjoni tal-minoranzi fl-Unjoni fil-kuntest tat-tieni Stħarriġ tal-Unjoni Ewropea dwar il-Minoranzi u d-Diskriminazzjoni; jilqa', f'dan ir-rigward, speċjalment il-pubblikazzjoni tal-aktar rapport tematiku reċenti dwar id-diskriminazzjoni li tiltaqa' magħha l-popolazzjoni ta' oriġini Afrikana fl-Unjoni; jilqa', barra minn hekk, il-pubblikazzjoni tal-istudji dwar it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għall-impjieg taż-żgħażagħ Rom;

8.  Japprezza l-ħidma kontinwa tal-Aġenzija fir-riċerka dwar is-sitwazzjoni tar-Rom fl-Unjoni, b'hekk tikkontribwixxi għall-monitoraġġ tal-effiċjenza u tan-nuqqasijiet fl-istrateġiji ta' inklużjoni u fil-politiki relatati tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha; jilqa' b'mod speċjali r-rakkomandazzjonijiet strateġiċi tal-Aġenzija, ibbażati fuq ir-riċerka, dwar il-ġlieda b'suċċess kontra l-anti-Żingariżmu u l-ġlieda favur l-inklużjoni soċjali tar-Rom;

9.  Jitlob partita baġitarja speċifika allokata għall-attivitajiet li jsostnu l-viżibbiltà tal-Aġenzija u s-sensibilizzazzjoni dwarha tal-pubbliku ġenerali; jistieden lill-Aġenzija tkun aktar proattiva f'dan ir-rigward billi tippubblika l-informazzjoni dwar l-attivitajiet annwali tagħha;

10.  Jilqa' l-impenn tal-Aġenzija favur id-drittijiet tat-tfal, li tkompla bis-saħħa tal-istudji li twettqu dwar ir-rekwiżiti tal-età minima għall-parteċipazzjoni fil-proċedimenti ċivili u kriminali fl-Unjoni kollha, dwar il-valutazzjoni tal-età u t-teħid tal-marki tas-swaba' tat-tfal fil-kuntest tal-proċeduri tal-asil kif ukoll dwar il-faqar fost it-tfal fl-Unjoni.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

10.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Martina Anderson, Heinz K. Becker, Monika Beňová, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Frank Engel, Laura Ferrara, Romeo Franz, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Cécile Kashetu Kyenge, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Ivari Padar, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Dennis de Jong, Anna Hedh, Lívia Járóka, Marek Jurek, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Fernando Ruas, Adam Szejnfeld

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

42

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Cecilia Wikström

ECR

Marek Jurek, Monica Macovei, Helga Stevens

GUE/NGL

Martina Anderson, Dennis de Jong, Marie-Christine Vergiat

PPE

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Michał Boni, Rachida Dati, Frank Engel, Norbert Erdős, Monika Hohlmeier, Lívia Járóka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Fernando Ruas, Csaba Sógor, Adam Szejnfeld, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský

S&D

Monika Beňová, Caterina Chinnici, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Ivari Padar, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Romeo Franz, Jean Lambert, Judith Sargentini, Bodil Valero

3

-

ECR

Kristina Winberg

ENF

Auke Zijlstra

NI

Udo Voigt

1

0

EFDD

Laura Ferrara

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

18

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

1

-

ENF

Jean-François Jalkh

1

0

EFDD

Marco Valli

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 169.

(2)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 169.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(5)

ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42

(7)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 169.

(8)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 169.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(11)

ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42

(13)

ĠU C 116/04, 28.03.2018, p 17

(14)

Testi adottati, P8_TA(2019)0000.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Marzu 2019Avviż legali