Proċedura : 2018/2203(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0137/2019

Testi mressqa :

A8-0137/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.28

Testi adottati :

P8_TA(2019)0269

RAPPORT     
PDF 208kWORD 61k
1.3.2019
PE 626.797v02-00 A8-0137/2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2203(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Petri Sarvamaa

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2203(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Awtorità(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0093/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0137/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2203(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Awtorità(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0093/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0137/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2203(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0137/2019),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(13), il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (minn hawn 'il quddiem "l-Awtorità") għas-sena finanzjarja 2017 kien ta' EUR 23 999 257, ammont li jirrappreżenta żieda ta' 10,28 % meta mqabbel mal-2016; billi l-Awtorità hija ffinanzjata minn kontribuzzjoni mill-Unjoni (EUR 8 946 404, jiġifieri 37 %) u minn kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri (EUR 15 052 852, jiġifieri 63 %);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (minn hawn 'il quddiem "il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017 (minn hawn 'il quddiem "ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'apprezzament li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,79 %, li tfisser li l-Awtorità laħqet il-mira ppjanata tagħha u li tirrappreżenta żieda ta' 0,11 % meta mqabbla mal-2016; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 88,09 %, liema rata tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta' 0,88 % meta mqabbla mal-2016;

2.  Jieħu nota tal-isforzi tal-Awtorità biex tirrialloka internament ir-riżorsi baġitarji u tal-persunal tagħha, minħabba li l-ħidma tal-Awtorità qiegħda tinbidel dejjem aktar minn kompiti regolatorji għall-konverġenza u l-infurzar tal-miżuri ta' superviżjoni; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat livell xieraq ta' prijoritizzazzjoni rigward l-allokazzjoni tar-riżorsi;

Kanċellazzjoni tar-riporti

3.  Jinnota bi tħassib li l-kanċellazzjoni tar-riporti mill-2016 għall-2017 kienet tammonta għal EUR 127 694, ċifra li tirrappreżenta 5,47 % tal-ammont totali riportat, rata simili għall-2016;

Prestazzjoni

4.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità stabbiliet 13-il mira fil-livell strateġiku mkejla b'indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li huma maqsuma bejn it-tliet għanijiet strateġiċi operattivi tagħha biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha, flimkien ma' indikaturi oħra użati internament;

5.  Jinnota li l-Awtorità laħqet il-mira tagħha għal tmien indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni; jirrikonoxxi li kienet biss qrib li tilħaq il-mira għall-ħames indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jifdal, li wħud minnhom kienu pjuttost ambizzjużi u ma ntlaħqux b'mod marġinali biss;

6.  Jissottolinja r-rwol ċentrali tal-Awtorità biex tikkontribwixxi għal standards u prattiki regolatorji u superviżorji komuni ta' kwalità għolja, għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti legalment vinkolanti tal-Unjoni, biex tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti, biex tissorvelja u tivvaluta l-iżviluppi fis-suq fl-ambitu tal-kompetenzi tagħha u biex tippromwovi l-ħarsien tad-detenturi ta' poloz u tal-membri u l-benefiċjarji ta' skemi tal-pensjonijiet;

7.  Jissottolinja r-rwol tal-Awtorità biex tiffaċilita u tippromwovi l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u, fejn xieraq, ma' istituzzjonijiet responsabbli għas-superviżjoni internazzjonali;

8.  Jinnota, madankollu, li l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol iffaċċjat limitazzjonijiet f'termini tal-arkitettura tas-sistema ta' superviżjoni, l-iskarsezza tar-riżorsi u, f'xi każijiet, appoġġ u kollaborazzjoni insuffiċjenti mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali; jirrimarka li għad hemm ħafna xi jsir mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, mil-leġiżlaturi u mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali biex jiksbu konverġenza superviżorja;

9.  Jenfasizza li, filwaqt li tiżgura li l-funzjonijiet kollha assenjati jitwettqu bis-sħiħ u fil-ħin, l-Awtorità għandha twettaq il-kompiti u l-mandat assenjati lilha mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u ma għandhiex tmur lil hinn mill-mandat ta' dawk il-funzjonijiet; jistieden lill-Awtorità tiżgura segwitu u implimentazzjoni xierqa tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

10.  Iqis li, waqt it-twettiq ta' xogħolha u b'mod partikolari fl-abbozzar tal-miżuri ta' implimentazzjoni, l-Awtorità jeħtieġ li tinforma b'mod regolari u komprensiv lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tagħha; jenfasizza li huwa essenzjali li l-Awtorità, fid-dawl tan-natura tal-funzjonijiet assenjati lilha, turi trasparenza mhux biss fil-konfront tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, iżda anki fil-konfront taċ-ċittadini tal-Unjoni;

11.  Jenfasizza li l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-prinċipju ta' proporzjonalità fit-twettiq tal-mandat tagħha; jissottolinja li, b'mod partikolari meta jkunu qed jiġu fformulati l-miżuri tal-Livell 2 u tal-Livell 3, għandha tingħata attenzjoni lill-karatteristiċi speċifiċi tas-swieq finanzjarji nazzjonali;

12.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu allokati biżżejjed riżorsi, jiġu indirizzati l-kompetenzi eżistenti fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u jiġi żgurat skambju rapidu mal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) rigward il-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu;

13.  Jilqa', fil-kuntest tal-funzjoni ta' sorveljanza tal-Awtorità rigward il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-adozzjoni ta' politika dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta u jisħaq fuq il-ħtieġa li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jadottaw politiki simili;

14.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità hija proattiva fl-identifikazzjoni ta' opportunitajiet għall-effiċjenza u s-sinerġiji ma' aġenziji oħra, b'mod partikolari mal-EBA u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u permezz ta' akkwisti konġunti; jitlob lill-Awtorità tiżviluppa gwida komuni bi skambju mal-EBA u l-ESMA dwar kif ir-riskji fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jistgħu jiġu integrati fis-superviżjoni prudenzjali;

15.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-organizzazzjoni mill-ġdid tal-Awtorità li għandha l-għan, fost affarijiet oħra, li tikseb iffrankar tal-ispejjeż u kisbiet fl-effiċjenza billi twettaq fużjoni jew żieda fil-koordinazzjoni tad-dipartimenti tagħha, billi tintroduċi proċess ta' tbassir tal-baġit kontinwu jew billi timplimenta ċirkwiti finanzjarji ġodda;

16.  Jinnota li l-Awtorità qed tissostitwixxi s-sistema elettronika attwali tagħha ta' ġestjoni tar-riżorsi umani b'Sysper, li hija pprovduta mill-Kummissjoni; jirrikonoxxi li l-Awtorità se tippermetti li l-organizzazzjoni tibbenefika minn spejjeż aktar baxxi kif ukoll minn sinerġiji u effiċjenza; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri konkreti f'dan ir-rigward;

17.  Jinnota, barra minn hekk, li, skont il-Qorti, il-bidla tal-Awtorità mir-regolamentazzjoni lejn is-superviżjoni hija partikolarment ta' sfida, minħabba riżorsi limitati għall-kompiti ta' superviżjoni (14 % tal-persunal tal-Awtorità) b'mod partikolari għas-superviżjoni tal-attivitajiet transfruntieri u tal-mudelli interni;

18.  Jinnota, madankollu, li l-valutazzjoni tal-Qorti hija qasira ħafna u ftit toffri suġġerimenti biex tittejjeb l-effiċjenza tal-ġestjoni baġitarja tal-Awtorità; jistieden lill-Awtorità tiżgura segwitu u implimentazzjoni xierqa tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

19.  Jinnota li fl-2017 saret evalwazzjoni esterna tat-tliet awtoritajiet superviżorji Ewropej; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda (mill-Awtorità) biex tindirizza n-nuqqasijiet identifikati mill-evalwazzjoni esterna;

Politika dwar il-persunal

20.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal ġiet eżegwita fil-livell ta' 99,01 %, bil-ħatra ta' 100 aġent temporanju mill-101 aġent temporanju li huma awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni, apparagun tat-93 post li kienu awtorizzati fl-2016; jinnota li, barra minn hekk, 34 aġent kuntrattwali u 17-il espert nazzjonali sekondat kienu qed jaħdmu għall-Awtorità fl-2017;

21.  Jinnota li l-Awtorità adottat politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju;

22.  Jilqa' s-suġġeriment tal-Qorti li l-avviżi ta' postijiet battala jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal bil-għan li tiżdied il-pubbliċità; jifhem it-tweġiba tal-Awtorità rigward l-ispejjeż għolja tat-traduzzjoni li jirriżultaw minn tali pubblikazzjoni;

Akkwist

23.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità kienet fost l-ewwel aġenziji fl-Unjoni li nedew proġett maħsub biex iwassal għal soluzzjoni għall-akkwist elettroniku; jilqa' l-fatt li s-soluzzjoni tipprovdi proċess ta' akkwist aktar effiċjenti u trasparenti li huwa ta' benefiċċju kemm għall-Awtorità kif ukoll għall-fornituri potenzjali tagħha;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

24.  Jirrikonoxxi l-miżuri li l-Awtorità diġà għandha fis-seħħ u l-isforzi kontinwi tagħha biex tiżgura t-trasparenza, tipprevjeni u tiġġestixxi l-kunflitti ta' interess u tipproteġi lill-informaturi; jilqa' l-fatt li l-Awtorità tippubblika reġistru tal-laqgħat ma' partijiet ikkonċernati esterni fuq is-sit web tagħha;

25.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, hemm bżonn li tissaħħaħ l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà billi dan isir direttament responsabbli quddiem id-direttur u l-bord maniġerjali tal-Awtorità; jinnota b'sodisfazzjon il-miżuri li diġà ttieħdu sabiex tissaħħaħ dik l-indipendenza;

26.  Jinnota li fil-bidu tal-2017 inħatar uffiċjal tal-etika ddedikat għall-persunal tal-Awtorità, b'appoġġ għat-tisħiħ tal-funzjoni tal-uffiċjal tal-etika; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress imwettaq f'dak il-qasam;

Kontrolli interni

27.  Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni wettaq awditu biex jivvaluta l-effikaċja tal-kontrolli ta' ġestjoni fil-proċess ta' simulazzjoni ta' kriżi tal-Awtorità; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati ta' dak l-awditu;

28.  Jilqa' l-fatt li l-Awtorità introduċiet żewġ dipartimenti superviżorji ġodda dwar il-proċessi u l-konverġenza biex isaħħu l-enfasi tagħha fuq is-superviżjoni;

Kummenti oħra

29.  Jinnota li huwa possibbli li, fil-ġejjieni, id-dħul tal-Awtorità jonqos bħala riżultat tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni; jinnota li riskji oħra relatati ma' dak il-fatt huma l-kontinwità tal-kuntratti u l-konsistenza tal-approċċi lejn gruppi bankarji transfruntieri ta' sorveljanza tal-Unjoni; jistieden lill-Awtorità tibqa' attenta għal dawk ir-riskji u tħejji ruħha biex ittaffihom;

o

o o

30.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2019(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

24.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017 (EIOPA)

(2018/2203(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Doru-Claudian Frunzulică

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jirrikonoxxi li, fil-fehma tal-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), it-tranżazzjonijiet tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol ("l-Awtorità"), li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena 2017, huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha; jinnota madankollu li l-valutazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri hija qasira ħafna u toffri ftit suġġerimenti biex titjieb l-effiċjenza fil-ġestjoni tal-baġit tal-EIOPA; jistieden lill-Awtorità tiżgura segwitu u implimentazzjoni xierqa tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

2.  Jenfasizza r-rwol ċentrali tal-Awtorità biex tikkontribwixxi għal standards u prattiki regolatorji u superviżorji komuni ta' kwalità għolja, għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, biex tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti, biex timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi fis-suq fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi tagħha u biex tippromwovi l-ħarsien tad-detenturi ta' poloz, u tal-membri u l-benefiċjarji ta' skemi tal-pensjonijiet;

3.  Jenfasizza r-rwol tal-Awtorità biex tiffaċilita u tippromwovi l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u, fejn xieraq, ma' istituzzjonijiet responsabbli għas-superviżjoni internazzjonali;

4.  Jenfasizza li, filwaqt li tiżgura li l-funzjonijiet kollha assenjati jitwettqu bis-sħiħ u fil-ħin, l-Awtorità għandha twettaq il-kompiti u l-mandat assenjati lilha mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u għandha żżomm mal-mandat ta' dawk il-funzjonijiet; jistieden lill-Awtorità tiżgura segwitu u implimentazzjoni xierqa tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

5.  Iqis li, waqt it-twettiq ta' ħidmietha u b'mod partikolari fl-abbozzar tal-miżuri ta' implimentazzjoni, l-EIOPA jeħtiġilha li b'mod regolari u komprensiv tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tagħha; jisħaq fuq il-fatt li huwa essenzjali li l-Awtorità, fid-dawl tan-natura tal-funzjonijiet assenjati lilha, turi trasparenza mhux biss fil-konfront tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, iżda anki fil-konfront taċ-ċittadini tal-Unjoni;

6.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-prinċipju ta' proporzjonalità fit-twettiq tal-mandat tagħha; jissottolinja l-fatt li, b'mod partikolari meta jkunu qed jiġu fformulati l-miżuri tal-Livell 2 u tal-Livell 3, għandha tingħata attenzjoni lill-karatteristiċi speċifiċi tas-swieq finanzjarji nazzjonali;

7.  Jieħu nota tal-isforzi tal-Awtorità biex tirrialloka internament ir-riżorsi baġitarji u tal-persunal tal-Awtorità, minħabba li l-ħidma tal-Awtorità qegħda tinbidel dejjem aktar minn kompiti regolatorji għal kompiti ta' konverġenza superviżorja u ta' infurzar; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat livell xieraq ta' prijoritizzazzjoni fir-rigward tal-allokazzjoni tar-riżorsi;

8.  Jinnota li l-għadd totali ta' persunal kien ta' 151 fi tmiem l-2017, meta mqabbel ma' 139 fi tmiem l-2016;

9.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu allokati biżżejjed riżorsi, jiġu indirizzati l-kompetenzi eżistenti kontra l-ħasil tal-flus u jiġi żgurat skambju rapidu mal-Awtorità Bankarja Ewropea rigward il-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu; jitlob lill-Awtorità tiżviluppa gwida komuni bi skambju mal-EBA u l-ESMA dwar kif jistgħu jiġu integrati r-riskji fil-qasam AML/CFT fis-superviżjoni prudenzjali;

10.  Jilqa' l-adozzjoni fil-kuntest tal-funzjoni ta' sorveljanza tal-Awtorità fir-rigward tal-AML u tas-CFT, ta' politika dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta u jisħaq fuq il-ħtieġa li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jadottaw politiki simili;

11.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li 40 % tal-baġit tal-Awtorità huwa ffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u 60 % permezz ta' kontribuzzjonijiet diretti mill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membru u li dawn l-arranġamenti ta' finanzjament imħallat jistgħu jippreżentaw theddida għall-indipendenza u għall-kompiti ta' sorveljanza tagħha; jieħu nota tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE u tal-implikazzjonijiet finanzjarji, amministrattivi, umani u oħrajn ta' dik id-deċiżjoni; jenfasizza li d-dħul tal-Awtorità se jonqos b'riżultat tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni, u jenfasizza l-ħtieġa li jinstabu arranġamenti adegwati għall-finanzjament tagħha, peress li riżorsi finanzjarji suffiċjenti biss jippermettu li l-Awtorità twettaq il-mandat tagħha b'mod konsistenti, indipendenti u effiċjenti, bil-għan li s-swieq finanzjarji jsiru aktar sikuri u jipproteġu b'mod aktar effettiv lill-konsumaturi Ewropej.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

2

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Stefan Gehrold, Sven Giegold, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Marisa Matias, Gabriel Mato, Alex Mayer, Caroline Nagtegaal, Stanisław Ożóg, Ralph Packet, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Babette Winter, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Eric Andrieu, Manuel dos Santos, Ashley Fox, Jeppe Kofod, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Eva Maydell, Siegfried Mureşan, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Virginie Rozière

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

44

+

ALDE

Wolf Klinz, Caroline Nagtegaal, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ECR

Ashley Fox, Bernd Lucke, Stanisław Ożóg, Ralph Packet, Pirkko Ruohonen-Lerner, Kay Swinburne

PPE

Markus Ferber, Stefan Gehrold, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Georgios Kyrtsos, Esther de Lange, Werner Langen, Ivana Maletić, Thomas Mann, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Eva Maydell, Siegfried Mureşan, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Theodor Dumitru Stolojan, Tom Vandenkendelaere

S&D

Eric Andrieu, Hugues Bayet, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Roberto Gualtieri, Jeppe Kofod, Olle Ludvigsson, Alex Mayer, Virginie Rozière, Alfred Sant, Manuel dos Santos, Peter Simon, Paul Tang, Babette Winter

VERTS/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Ernest Urtasun

2

-

ENF

Marco Zanni

GUE/NGL

Miguel Viegas

4

0

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Marisa Matias, Martin Schirdewan

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

19

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

1

-

EFDD

Marco Valli

1

0

ENF

Jean-François Jalkh

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 61.

(2)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 61.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(5)

ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 61.

(8)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 61.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(11)

ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

ĠU C 84/37, 17.3.2017, p. 179.

(14)

Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0000.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Marzu 2019Avviż legali