RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2017

1.3.2019 - (2018/2183(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Petri Sarvamaa

Proċedura : 2018/2183(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0138/2019
Testi mressqa :
A8-0138/2019
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2183(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija[1],

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0073/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0138/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2183(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija[7],

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[8] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0073/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[9], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol[11], u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0138/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2183(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0138/2019),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha[13], il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol ('l-Aġenzija') għas-sena finanzjarja 2017 kien ta' EUR 15 656 308, li jfisser tnaqqis ta' 6,10 % meta mqabbel mal-2016; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 96,03 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 0,28 % meta mqabbel mal-2016; jinnota bi tħassib li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 72,23 %, li tfisser biss żieda żgħira ta' 1,88 % meta mqabbel mas-sena preċedenti;

Kanċellazzjoni tar-riporti

2.  Jinnota li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 ammontaw għal EUR 194 467,98 li jirrappreżentaw 4,93 % tal-ammont totali riportat, li juri żieda ta' 1,17 % meta mqabbel mal-2016; jinnota, barra minn hekk, il-livell relattivament għoli ta' riporti mhux ippjanati mill-2017 sal-2018 għat-Titolu II, li jammontaw għal EUR 200 000, b'rabta prinċipalment mar-riorganizzazzjoni interna ta' spazju għall-uffiċċji;

Prestazzjoni

3.  Jinnota li l-Aġenzija tuża ċerti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tkejjel il-prestazzjoni tagħha u biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha; jinnota, barra minn hekk, b'sodisfazzjon li l-Aġenzija qed tippjana li tintroduċi qafas ta' ġestjoni tal-prestazzjoni rivedut fl-2018, li għandu l-għan li jipprovdi indikaturi tal-prestazzjoni aktar sinifikanti biex jivvalutaw aħjar il-valur miżjud tal-attivitajiet tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-qafas;

4.  Jinnota li, għalkemm l-Aġenzija kellha prestazzjoni tajba fl-użu tar-riżorsi disponibbli, il-partiti relatati mal-komunikazzjonijiet web u t-twassil tal-programm ta' ħidma kienu kemxejn taħt il-miri stabbiliti;

5.  Jappoġġa l-attivitajiet u l-analiżi tal-Aġenzija dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, li jikkontribwixxu għall-politika tal-UE li għandha l-għan li tippromwovi postijiet tax-xogħol sikuri u ħielsa mill-periklu madwar l-Unjoni, u għal dan il-għan jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li jkun hemm persunal u riżorsi finanzjarji adegwati li jippermettu lill-Aġenzija timplimenta l-kompiti tagħha;

6.  Jilqa' l-impenn qawwi tal-Aġenzija biex tiżgura li l-ħaddiema kollha jgawdu l-istess drittijiet ta' saħħa u sikurezza fuq il-post tax-xogħol irrispettivament mid-daqs tal-kumpanija, mit-tip ta' kuntratt jew mir-relazzjoni ta' impjieg;

7.  Japprezza l-appoġġ sostnut tal-Aġenzija lill-intrapriżi medji, żgħar u mikro, fil-forma ta' għodod prattiċi u linji gwida li jippermettulhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali (OSH); jilqa' b'sodisfazzjon il-finalizzazzjoni tal-proġett "Postijiet tax-Xogħol li Jagħtu s-Saħħa f'Kull Età" li jippromwovi kundizzjonijiet sikuri u tajbin għas-saħħa tul il-ħajja tax-xogħol kollha;

8.  Jinnota li tliet evalwazzjonijiet esterni spiċċaw fl-2017: evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm Strateġiku Pluriennali mill-2014 sal-2020, evalwazzjoni ex-post tax-xogħol aktar sikur u aktar f'saħħtu f'kull età, u evalwazzjoni ex-post tal-Istħarriġ Ewropew tal-Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti II; jirrikonoxxi li kollha kemm huma kisbu riżultat pożittiv u li r-rakkomandazzjonijiet li saru diġà ġew implimentati;

9.  Jilqa' l-isforzi tal-Aġenzija li tintegra l-multilingwiżmu fil-prodotti tagħha rikonoxxuti mill-Ombudsman Ewropew fl-2017 billi ta lill-Aġenzija flimkien mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u maċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) il-Premju tal-Ombudsman għal Amministrazzjoni Tajba fil-kategorija ta' "Excellence in citizen/customer focused services delivery" għall-proġett innovattiv tagħhom żviluppat b'mod konġunt li jiffaċilita l-ġestjoni tat-traduzzjoni ta' siti web multilingwi;

10.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tikkondividi b'mod proattiv il-kompiti ma' aġenziji oħra f'suġġetti bħas-sigurtà, il-ġestjoni tal-faċilitajiet jew is-servizzi bankarji, u qed tippjana li tkompli żżid il-kollaborazzjoni fil-futur; jenfasizza li huwa importanti li jkun hemm kooperazzjoni tajba bejn l-Aġenziji li jaħdmu fil-qasam tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni, u b'mod partikolari kooperazzjoni bejn l-Aġenzija, il-Eurofound, is-Cedefop u l-EIGE;

Politika dwar il-persunal

11.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet mimlija sa 97,5 %, bil-ħatra ta' 39 aġent temporanju minn 40 aġent temporanju li kienu awtorizzati taħt il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel mal-41 post awtorizzat fl-2016); jinnota li, barra minn hekk, 24 aġent kuntrattwali kienu qed jaħdmu għall-Aġenzija fl-2017;

12.  Jinnota li l-Aġenzija għandha politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju stabbilita; jinnota bi tħassib li investigazzjoni waħda dwar il-fastidju nbdiet fl-2016 u ġiet konkluża fl-2017; jiddispjaċih li r-riżultat wera ksur tal-Artikolu 12a(3) tar-Regolamenti tal-Persunal; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-Awtorità ta' Kwittanza dwar il-miżuri dixxiplinari meħuda u dwar il-miżuri previsti sabiex jittaffew dawn ir-riskji fil-futur;

Akkwist

13.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, sa tmiem l-2017, l-Aġenzija ma kienet qed tuża ebda għodda mnedija mill-Kummissjoni bil-għan li tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist (akkwist elettroniku); jistieden lill-Aġenzija timplimenta l-għodod kollha meħtieġa u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress imwettaq f'dak ir-rigward;

14.  Jilqa' l-fatt li, f'Novembru 2018, l-Aġenzija varat b'suċċess l-ewwel sejħa għall-offerti elettroniċi tagħha;

15.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija ffirmat kuntratt qafas għall-għoti ta' servizzi ta' konsulenza tal-IT mill-2014 sal-2017, li għalih il-prezzijiet kienu stabbiliti kontinġenti għaż-żmien fuq il-proġetti u mhux marbuta mal-kunsinna, u li fuqhom l-Aġenzija għandha possibilitajiet limitati ta' monitoraġġ, peress li pereżempju, fl-2016 nofs is-servizzi twettqu barra l-bini tagħha; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-Awtorità ta' Kwittanza dwar il-miżuri li ttieħdu f'dan ir-rigward;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

16.  Jagħraf il-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; jinnota, barra minn hekk, mill-Aġenzija, li qed tippjana li tadotta l-mudell ta' deċiżjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta li għalih il-Kummissjoni tat ftehim[14] ex ante;

17.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li hemm bżonn li tissaħħaħ l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà billi dan ikollu responsabbiltà diretta lejn id-direttur u l-bord governattiv tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-passi li ttieħdu f'din id-direzzjoni; jirrikonoxxi li, bi tweġiba għal din ir-rakkomandazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri, bħalissa l-EU-OSHA qed tħejji deċiżjoni għall-bord governattiv biex testernalizza l-pożizzjoni tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà lid-DĠ BUDG;

18.  Jitlob li l-Aġenzija tuża r-Regolament Fundatur ġdid tagħha bħala opportunità biex tkompli ssaħħaħ l-indipendenza tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà;

Kummenti oħra

19.  Jinnota li, l-Aġenzija wettqet analiżi tal-impatt probabbli tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni fuq l-organizzazzjoni, l-operazzjonijiet u l-kontijiet tiegħu; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-Awtorità ta' Kwittanza dwar ir-riżultat ta' dik l-analiżi;

o

o o

20.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' …2019[15] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

25.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2183(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Marian Harkin

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017 kienu skont il-liġi u regolari, u li l-pożizzjoni finanzjarja tagħha sal-31 ta' Diċembru 2016 hija rappreżentata b'mod ġust;

2.  Jappoġġja l-attivitajiet u l-analiżi tal-Aġenzija dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, li jikkontribwixxu għall-politika tal-UE li għandha l-għan li tippromwovi postijiet tax-xogħol sikuri u li jagħtu s-saħħa madwar l-Unjoni, u għal dan il-għan jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li jkun hemm persunal u riżorsi finanzjarji adegwati li jippermettu lill-Aġenzija timplimenta l-kompiti tagħha;

3.  Japprezza l-appoġġ sostnut tal-Aġenzija lill-intrapriżi medji, żgħar u mikro, fil-forma ta' għodod prattiċi u linji gwida li jippermettulhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali (OSH); jilqa' b'sodisfazzjon il-finalizzazzjoni tal-proġett "Postijiet tax-Xogħol li Jagħtu s-Saħħa f'Kull Età" li jippromwovi kundizzjonijiet sikuri u tajbin għas-saħħa tul il-ħajja tax-xogħol kollha;

4.  Jilqa' l-fatt li, f'Novembru 2018, l-Aġenzija varat b'suċċess l-ewwel sejħa għall-offerti elettroniċi tagħha;

5.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-Premju tal-Ombudsman Ewropew għall-Amministrazzjoni Tajba li l-Aġenzija rebħet fil-kategorija ta' "Eċċellenza fl-għoti ta' servizzi ffokati fuq iċ-ċittadini u l-klijenti" b'riżultat tal-proġett innovattiv tagħha biex tiffaċilita l-ġestjoni tat-traduzzjoni ta' siti web multilingwi, b'kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u maċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT);

6.  Jiddispjaċih li r-riporti għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) kienu għoljin, b'40 % għal kull titolu, fatt li jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità; Jinnota li l-QEA fir-rapport tagħha ma sabitx evidenza li dawn ir-riporti kienu relatati man-nefqa ppjanata matul il-proċess baġitarju; ifakkar li riporti ta' livell daqshekk għoli seħħew ukoll fi snin preċedenti, u jistieden lill-Aġenzija tintroduċi mingħajr aktar dewmien approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati li jirriflettu aħjar in-natura pluriennali tal-operazzjonijiet; madankollu jirrikonoxxi li l-Aġenzija qed tipprevedi l-possibbiltà li tadotta l-mudell ta' approprjazzjonijiet differenzjati għan-nefqa operattiva tagħha fil-futur qrib;

7.  Jilqa' l-impenn qawwi tal-Aġenzija favur il-prevenzjoni tal-fastidju bl-adozzjoni tal-politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju psikoloġiku u dak sesswali; jinnota li l-Aġenzija adottat il-linji gwida tad-deċiżjoni mudell rigward l-Iżvelar ta' Informazzjoni Protetta f'Novembru 2018;

8.  Jinnota li l-Aġenzija pprovdiet lill-Parlament Ewropew ir-riżultati ta' analiżi preliminari dwar l-impatt tal-Brexit, kif mitlub mill-Kummissjoni Ewropea u barra minn hekk waqqfet Task Force intern dwar il-Brexit biex tidentifika kwistjonijiet u timmonitorja l-progress tan-negozjati dwar il-Brexit;

9.  Jilqa' l-impenn qawwi tal-Aġenzija biex tiżgura li l-ħaddiema kollha jgawdu l-istess drittijiet ta' saħħa u sikurezza fuq il-post tax-xogħol irrispettivament mid-daqs tal-kumpanija, mit-tip ta' kuntratt jew mir-relazzjoni ta' impjieg;

10.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri tagħti parir li l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabilità tissaħħaħ billi jsir direttament responsabbli lejn id-Direttur (amministrattiv) u l-Bord ta' Tmexxija (funzjonali) tal-Aġenzija, għalkemm skont l-Aġenzija, l-uffiċjal tal-kontabilità fil-prattika qed jirrapporta direttament lid-direttur; jirrikonoxxi li, bi tweġiba għal din ir-rakkomandazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri, bħalissa l-EU-OSHA qed tħejji deċiżjoni għall-Bord tat-Tmexxija biex testernalizza l-pożizzjoni tal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà lid-DĠ BUDG; Jitlob li l-Aġenzija ssaħħaħ l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà billi tagħmlu direttament responsabbli lejn id-direttur u lejn il-bord tagħha;

11.  Jitlob li l-Aġenzija tuża r-Regolament Fundatur ġdid tagħha bħala opportunità biex tkompli ssaħħaħ l-indipendenza tal-Uffiċjal tal-Kontabilità;

12.  Jenfasizza li huwa importanti li jkun hemm kooperazzjoni tajba bejn l-Aġenziji li jaħdmu fil-qasam tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni, u b'mod partikolari kooperazzjoni bejn l-Aġenzija, il-Eurofound, is-Cedefop u l-EIGE;

13.  Jirrakkomanda, abbażi tal-fatti disponibbli, li tingħata l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

23.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, David Casa, Ole Christensen, Michael Detjen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Arne Gericke, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Miroslavs Mitrofanovs, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Marek Plura, Dennis Radtke, Terry Reintke, Robert Rochefort, Claude Rolin, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Amjad Bashir, Lynn Boylan, Mircea Diaconu, Eduard Kukan, Christelle Lechevalier, Paloma López Bermejo, António Marinho e Pinto, Alex Mayer, Csaba Sógor, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Angélique Delahaye, Monika Smolková

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

42

+

ALDE

Mircea Diaconu, Martina Dlabajová, António Marinho e Pinto, Robert Rochefort, Yana Toom

ECR

Amjad Bashir, Arne Gericke, Czesław Hoc, Ulrike Trebesius, Jana Žitňanská

GUE/NGL

Lynn Boylan, Paloma López Bermejo, João Pimenta Lopes

PPE

Georges Bach, David Casa, Angélique Delahaye, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Eduard Kukan, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Dennis Radtke, Claude Rolin, Csaba Sógor, Romana Tomc

S&D

Guillaume Balas, Ole Christensen, Michael Detjen, Agnes Jongerius, Javi López, Alex Mayer, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Monika Smolková, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato

VERTS/ALE

Jean Lambert, Miroslavs Mitrofanovs, Terry Reintke

2

-

ENF

Christelle Lechevalier

NI

Lampros Fountoulis

1

0

EFDD

Laura Agea

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

18

+

ALDE

Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

1

-

ENF

Jean-François Jalkh

1

0

EFDD

Marco Valli

It-tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

  • [1]  ĠU C 434, 30.11.2018, p. 90.
  • [2]  ĠU C 434, 30.11.2018, p. 90.
  • [3]  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [4] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
  • [5]  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.
  • [6]  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
  • [7]  ĠU C 434, 30.11.2018, p. 90.
  • [8]  ĠU C 434, 30.11.2018, p. 90.
  • [9]  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [10]  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
  • [11]  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.
  • [12]  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
  • [13]  ĠU C 248/01, 29.07.2017, p. 3
  • [14]  Deċiżjoni tal-KE C(2018) 1362 tas-27.02.2018
  • [15]  Testi adottati, P8_TA(2019)0000.
Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Marzu 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza