Proċedura : 2018/2181(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0139/2019

Testi mressqa :

A8-0139/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.31

Testi adottati :

P8_TA(2019)0272

RAPPORT     
PDF 199kWORD 58k
1.3.2019
PE 626.800v01-00 A8-0139/2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2181(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Petri Sarvamaa

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2181(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0071/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0139/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2181(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0071/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0139/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2181(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0139/2019),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tal-infiq tiegħu(13), il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (''iċ-Ċentru'') għas-sena finanzjarja 2017 kien ta' EUR 15 828 389, li jfisser żieda ta' 2,64 % meta mqabbel mal-2016; billi l-baġit tal-Unjoni huwa s-sors prinċipali tal-baġit taċ-Ċentru;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), issostni li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'apprezzament li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 % – żieda żgħira ta' 0,05 % meta mqabbel mal-2016; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 94,70 % – tnaqqis ta' 0,94 % meta mqabbel mas-sena preċedenti;

Kanċellazzjoni tar-riporti

2.  Jinnota li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 kienu jammontaw għal EUR 18 245, jiġifieri 3,90 % tal-ammont totali riportat u żieda ta' 0,15 % meta mqabbel mal-2016;

Prestazzjoni

3.  Jinnota b'sodisfazzjon li ċ-Ċentru juża 50 indikatur ewlieni tal-prestazzjoni, maqsumin fi tmien objettivi strateġiċi, biex ikejjel ikunux intlaħqu t-68 mira annwali tiegħu, jivvaluta l-valur miżjud iġġenerat mill-attivitajiet tiegħu u jtejjeb il-ġestjoni baġitarja tiegħu;

4.  Jirrikonoxxi li ċ-Ċentru laħaq 90 % tal-objettivi annwali stabbiliti għall-2017 u li implimenta b'suċċess l-ewwel sena tal-istrateġija tiegħu għall-2025;

5.  Jinnota b'apprezzament li ċ-Ċentru jikkondividi sinerġiji mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima mil-lat ta' servizzi korporattivi u ta' appoġġ u fil-ġestjoni ta' uffiċċji komuni f'Lisbona; jirrikonoxxi li ġew stabbiliti sinerġiji operattivi ma' aġenziji oħra tal-Unjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni u fil-qasam tas-saħħa;

Politika dwar il-persunal

6.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, mit-tabella tal-persunal kien imtela perċentwal ta' 93,51 %, u li kienu nħatru 72 uffiċjal jew aġent temporanju mis-77 awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 79 post awtorizzat fl-2016); jinnota wkoll li, fl-2017, iċ-Ċentru ħaddem 29 aġent kuntrattwali u espert nazzjonali sekondat wieħed;

7.  Jinnota li ċ-Ċentru għandu dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-bini u ż-żamma ta' kultura tax-xogħol ibbażata fuq id-dinjità u r-rispett biex jiġi evitat u miġġieled il-fastidju; jirrikonoxxi li dan jippermetti l-għoti ta' assistenza kunfidenzjali;

8.  Jilqa' s-suġġeriment tal-Qorti li l-avviżi ta' postijiet vakanti jiġu ppubblikati anke fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal sabiex tiżdied il-pubbliċità; jinnota r-risposta taċ-Ċentru li fiha jikkonferma l-impenn tiegħu li jivvaluta l-ispejjeż u l-benefiċċji ta' din l-azzjoni u li, barra minn hekk, qiegħed jippjana li jippubblika l-postijiet vakanti futuri kollha fuq l-Inter-Agency Job Market żviluppat min-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE;

Akkwist

9.  Jinnota b'apprezzament li ċ-Ċentru implimenta pjan ta' akkwist li ġie eżegwit b'suċċess f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-unitajiet kollha;

10.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, sa tmiem l-2017 iċ-Ċentru ma kien għadu qed juża l-ebda għodda mnedija mill-Kummissjoni bil-għan li tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist (akkwist elettroniku); jinnota li ċ-Ċentru, skont ir-risposta tiegħu, stabbilixxa l-għodod meħtieġa għall-"fatturazzjoni elettronika" u ppjana l-operazzjonijiet preparatorji meħtieġa biex, minn Ottubru 2018, ikun jista' juża l-"akkwist elettroniku" u s-"sottomissjoni elettronika" kif mitlub mill-qafas legali rilevanti; jistieden liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-progress magħmul;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

11.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, hemm bżonn li tissaħħaħ l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà billi jibda jkun direttament responsabbli lejn id-Direttur u l-bord inkarigat mit-tmexxija taċ-Ċentru; jinnota li fil-fehma taċ-Ċentru, skont ir-risposta tiegħu, il-qafas organizzattiv attwali ma jaffettwax l-indipendenza tal-uffiċjali tal-kontabbiltà; jinnota wkoll, madankollu, li ċ-Ċentru huwa lest jagħti widen għar-rakkomandazzjoni tal-Qorti;

Kontrolli interni

12.  Jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni ddeskriva l-importanza li ssir analiżi tal-ħtiġijiet tal-ġbir, il-validazzjoni u l-proċessi ta' assigurazzjoni tal-kwalità tad-data u li jirrevedi l-qafas ta' ġestjoni tal-kwalità tad-data tiegħu u l-allinjament tiegħu mal-istrateġija taċ-Ċentru għall-2025; josserva li, f'Diċembru 2017, iċ-Ċentru adotta pjan ta' azzjoni biex jindirizza dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jistieden liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità ta' kwittanza bi kwalunkwe żvilupp f'dan ir-rigward;

13.  Jinnota b'dispjaċir li waħda mir-rakkomandazzjonijiet magħmula fl-2013 fl-awditu tal-IAS dwar il-baġit u l-monitoraġġ, u kklassifikata bħala "importanti", għadha ma ġietx implimentata għalkollox; jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-implimentazzjoni ta' diversi rakkomandazzjonijiet magħmula fl-2015 fl-awditu tal-IAS dwar il-ġestjoni ta' proġetti tal-IT kienet waħda parzjali biss u jirrizulta li għadha għaddejja; jistieden liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-implimentazzjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

o

o o

14.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ...2019(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

17.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2181(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Romeo Franz

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga ("iċ-Ċentru") jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta' Diċembru 2017 u li t-tranżazzjonijiet tiegħu huma legali u regolari; jilqa' b'sodisfazzjon, b'mod speċjali, in-nuqqas ta' rimarki mill-Qorti tal-Awdituri rigward l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-baġit tal-2017 taċ-Ċentru;

2.  Jinnota li l-uffiċjal tal-kontabbiltà taċ-Ċentru bħalissa jirrapporta amministrattivament lill-Kap tal-Amministrazzjoni/Servizzi Korporattivi minflok lid-Direttur taċ-Ċentru kif rakkomandat mill-Qorti tal-Awdituri lill-aġenziji deċentralizzati kollha; jinnota li skont iċ-Ċentru l-linja ta' rapportar attwali hija adattata għad-daqs tiegħu u ma taffettwax l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà; jitlob, madankollu, li ċ-Ċentru jsegwi strettament ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri u b'hekk l-uffiċjal tal-kontabbiltà jirrapporta direttament lid-Direttur taċ-Ċentru għal kwistjonijiet amministrattivi u lill-Bord ta' Ġestjoni għal aspetti funzjonali; iħeġġeġ liċ-Ċentru jiddelega l-funzjonijiet tal-kontabbiltà tiegħu lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni fuq bażi kuntrattwali peress li dan iżid l-effiċjenza tal-preparazzjoni tal-kontijiet annwali u jiżgura l-affidabbiltà tagħhom;

3.  Jiddispjaċih li r-rakkomandazzjoni tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) li saret f'Jannar 2016 biex titjieb il-ġestjoni ta' proġetti tal-IT taċ-Ċentru ma setgħetx tingħalaq fi tmiem l-2017; jinsisti b'mod speċifiku li ċ-Ċentru jiżviluppa viżjoni strateġika ġenerali fit-tul għas-sistemi tal-IT li jappoġġaw il-proċessi operattivi ewlenin tiegħu, u li jadotta proġetti tal-IT u metodoloġiji ta' ġestjoni tas-sistema adattati għall-ħtiġijiet tiegħu; jitlob liċ-Ċentru jagħlaq din ir-rakkomandazzjoni tal-awditjar pendenti tal-2016 malajr kemm jista' jkun;

4.  Jieħu nota tal-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-pubblikazzjoni tal-avviżi ta' postijiet battala fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO); jirrikonoxxi t-tħassib taċ-Ċentru dwar l-ispejjeż addizzjonali għat-traduzzjoni minħabba l-fatt li l-EPSO jirrikjedi l-pubblikazzjoni tal-avviżi ta' postijiet battala bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jitlob, għaldaqstant, li ċ-Ċentru jkompli jippubblika l-avviżi ta' postijiet battala kollha fuq il-bord tal-impjiegi interaġenzjali żviluppat min-netwerk tal-Aġenziji tal-UE u, fejn rilevanti, jippubblika wkoll l-avviżi ta' postijiet battala fuq is-sit web tal-EPSO;

5.  Jilqa' l-impenn taċ-Ċentru li jindirizza r-rakkomandazzjonijiet identifikati mill-IAS fir-rapport tal-awditjar tiegħu tal-2017 dwar "Il-ġestjoni tal-ġbir, il-validazzjoni u l-assigurazzjoni tal-kwalità tad-data"; jisħaq fuq l-importanza li ċ-Ċentru jwettaq l-impenn tiegħu.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

10.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Martina Anderson, Heinz K. Becker, Monika Beňová, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Frank Engel, Laura Ferrara, Romeo Franz, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Cécile Kashetu Kyenge, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Ivari Padar, Judith Sargentini, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Dennis de Jong, Anna Hedh, Lívia Járóka, Marek Jurek, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Fernando Ruas, Adam Szejnfeld

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

43

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Cecilia Wikström

ECR

Marek Jurek, Monica Macovei, Helga Stevens

EFDD

Laura Ferrara

GUE/NGL

Martina Anderson, Dennis de Jong, Marie-Christine Vergiat

PPE

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Michał Boni, Rachida Dati, Frank Engel, Norbert Erdős, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Lívia Járóka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Fernando Ruas, Csaba Sógor, Adam Szejnfeld, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský

S&D

Monika Beňová, Caterina Chinnici, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Ivari Padar, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Romeo Franz, Jean Lambert, Judith Sargentini, Bodil Valero

2

-

ENF

Auke Zijlstra

NI

Udo Voigt

1

0

ECR

Kristina Winberg

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

1

-

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 149.

(2)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 149.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(5)

ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 149.

(8)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 149.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(11)

ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

ĠU C 25, 24.01.2018, p. 1.

(14)

Testi adottati, P8_TA(2019)0000.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Marzu 2019Avviż legali