Proċedura : 2018/2204(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0141/2019

Testi mressqa :

A8-0141/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.35

Testi adottati :

P8_TA(2019)0276

RAPPORT     
PDF 208kWORD 62k
1.3.2019
PE 626.804v02-00 A8-0141/2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2204(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Petri Sarvamaa

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2204(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Awtorità(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0094/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0141/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2204(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Awtorità(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0094/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0141/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2204(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0141/2019),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(13), il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn 'il quddiem "l-Awtorità") għas-sena finanzjarja 2017 kien ta' EUR 42 076 719, ammont li jirrappreżenta żieda ta' 6,37 % meta mqabbel mal-2016; billi l-Awtorità hija ffinanzjata minn kontribuzzjoni mill-Unjoni (EUR 11 019 552, 26,19 %), minn kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istati Membri (EUR 18 584 866, 44,17 %) u minn tariffi li tirċievi mill-entitajiet taħt is-superviżjoni tagħha (EUR 11 831 781, 28,12 %);

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (minn hawn 'il quddiem "il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2017 (minn hawn 'il quddiem "ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'apprezzament li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 %, li tirrappreżenta żieda ta' 0,03 % meta mqabbla mal-2016; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 89,76 %, liema rata tirrappreżenta żieda ta' 2,47 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Kanċellazzjoni tar-riporti

2.  Jinnota li l-kanċellazzjoni tar-riporti mill-2016 għall-2017 kienet tammonta għal EUR 164 310, ċifra li tirrappreżenta 3,51 % tal-ammont totali riportat u tnaqqis ta' 3,65 % meta mqabbla mal-2016;

Prestazzjoni

3.  Jirrikonoxxi li l-Awtorità tuża ċerti miżuri bħala indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha;

4.  Jinnota li l-Awtorità lestiet 90 % tal-attivitajiet inklużi fil-programm ta' ħidma annwali tagħha;

5.  Jissottolinja r-rwol tal-Awtorità biex tiffaċilita u tippromwovi l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u, fejn xieraq, ma' istituzzjonijiet responsabbli għas-superviżjoni internazzjonali;

6.  Jirrikonoxxi li l-kompitu tal-Awtorità huwa li ttejjeb il-funzjonament tas-swieq finanzjarji interni tal-UE billi tiżgura livell għoli, effettiv u konsistenti ta' regolamentazzjoni u superviżjoni, li tippromwovi l-integrità u l-istabbiltà tas-sistemi finanzjarji u li ssaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali sabiex tiżgura l-istabbiltà u l-effettività tas-sistema finanzjarja;

7.  Jenfasizza li, filwaqt li tiżgura li l-funzjonijiet kollha assenjati jitwettqu bis-sħiħ u fil-ħin, l-Awtorità għandha twettaq il-kompiti u l-mandat assenjati lilha mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u ma għandhiex tmur lil hinn mill-mandat ta' dawk il-funzjonijiet; jistieden lill-Awtorità tiżgura segwitu u implimentazzjoni xierqa tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

8.  Jenfasizza li l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-prinċipju ta' proporzjonalità fit-twettiq tal-mandat tagħha; jissottolinja li, b'mod partikolari meta jkunu qed jiġu fformulati l-miżuri tal-Livell 2 u tal-Livell 3, għandha tingħata attenzjoni lill-karatteristiċi speċifiċi tas-swieq finanzjarji nazzjonali;

9.  Jinnota li, minħabba li l-ħidma tal-Awtorità qiegħda tinbidel dejjem aktar minn kompiti regolatorji għall-infurzar u l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ir-riżorsi baġitarji u tal-persunal tal-Awtorità għandhom jiġu riallokati; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat livell xieraq ta' prijoritizzazzjoni rigward l-allokazzjoni tar-riżorsi;

10.  Jemmen li kwalunkwe żieda potenzjali fil-mezzi tal-Awtorità trid tkun akkumpanjata minn miżuri ta' razzjonalizzazzjoni adegwati;

11.  Jitlob lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u lill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) iwettqu inkjesta dwar l-iskemi kummerċjali ta' arbitraġġ tad-dividendi, bħal cum-ex, sabiex jivvalutaw it-theddid potenzjali għall-integrità tas-swieq finanzjarji u għall-baġits nazzjonali; jistabbilixxu n-natura u l-kobor tal-atturi f'dawn l-iskemi; jivvalutaw jekk kienx hemm ksur tal-liġijiet nazzjonali jew ta' dawk tal-Unjoni; jivvalutaw l-azzjonijiet meħuda mis-superviżuri finanzjarji fl-Istati Membri; u jagħmlu rakkomandazzjonijiet xierqa għal riforma u għal azzjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;

12.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu allokati biżżejjed riżorsi, jiġu indirizzati l-kompetenzi eżistenti fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u jiġi żgurat skambju rapidu mal-EBA rigward il-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu; jitlob lill-Awtorità tiżviluppa gwida komuni bi skambju mal-EBA u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) dwar kif ir-riskji fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jistgħu jiġu integrati fis-superviżjoni prudenzjali;

13.  Jilqa' l-fatt li l-Awtorità, flimkien mal-EBA u l-EIOPA, tifforma parti minn Kumitat Konġunt maħsub biex jiżgura konsistenza transettorjali u pożizzjonijiet konġunti fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji u fuq kwistjonijiet transettorjali oħra u li għandha uffiċjal tal-kontabbiltà komuni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji;

14.  Jinnota li fl-2017 saret evalwazzjoni esterna tat-tliet awtoritajiet superviżorji Ewropej; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda (mill-Awtorità) biex tindirizza n-nuqqasijiet identifikati mill-evalwazzjoni esterna;

Politika dwar il-persunal

15.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet eżegwita fil-livell ta' 97,33 %, bil-ħatra ta' 146 aġent temporanju mill-150 aġent temporanju li huma awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni, apparagun tal-140 post li kienu awtorizzati fl-2016; jinnota li, barra minn hekk, 55 aġent kuntrattwali u 23 espert nazzjonali sekondat kienu qed jaħdmu għall-Awtorità fl-2017;

16.  Jinnota li r-rata ta' rotazzjoni tal-persunal fl-Awtorità kienet ta' 6,5 %, liema rata tissodisfa l-mira tal-Awtorità ta' anqas minn 10 % u timplika tnaqqis ta' 1,50 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

17.  Jilqa' s-suġġeriment tal-Qorti li l-avviżi ta' postijiet battala jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal bil-għan li tiżdied il-pubbliċità; jifhem it-tweġiba tal-Awtorità rigward l-ispejjeż għolja tat-traduzzjoni li jirriżultaw minn tali pubblikazzjoni;

18.  Jinnota li l-Awtorità adottat politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju;

Akkwist

19.  Josserva b'sodisfazzjon li l-Awtorità mexxiet b'suċċess proċedura miftuħa ta' sejħa għal offerti bejn aġenziji tal-UE għat-tagħlim elettroniku tal-lingwi u qiegħdet pjattaforma ta' tagħlim online għal-lingwi Ewropej għad-dispożizzjoni tal-persunal; jinnota li tletin aġenzija tal-UE ssieħbu f'dik il-proċedura;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

20.  Jirrikonoxxi l-miżuri li l-Awtorità diġà għandha fis-seħħ u l-isforzi kontinwi tagħha biex tiżgura t-trasparenza, tipprevjeni u tiġġestixxi l-kunflitti ta' interess u tipproteġi lill-informaturi; jilqa', barra minn hekk, il-fatt li l-Awtorità tippubblika reġistru tal-laqgħat tal-persunal ma' partijiet ikkonċernati esterni;

21.  Jilqa', fil-kuntest tal-funzjoni ta' sorveljanza tal-Awtorità rigward il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-adozzjoni ta' politika dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta u jisħaq fuq il-ħtieġa li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jadottaw politiki simili;

22.  Jinnota li 28 % tal-baġit tal-Awtorità ġej minn tariffi imposti fuq l-entitajiet li jinsabu taħt is-superviżjoni tagħha; jinnota b'sodisfazzjon li ġew implimentati miżuri sabiex jittaffa kwalunkwe kunflitt ta' interess u li dawk l-istrutturi u l-proċessi ġew awditjati; jistieden lill-Awtorità tkompli tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri tagħha biex tiżgura li ma jseħħ l-ebda kunflitt ta' interess; jinnota, barra minn hekk, li l-Awtorità temmen li, kieku kellha tkun il-Kummissjoni li tiġbor it-tariffi, jinħolqu ineffiċjenzi, peress li l-Awtorità diġà għandha fis-seħħ strutturi u proċessi xierqa għall-iffissar u l-ġbir tat-tariffi u li l-Awtorità tqis li l-proċedura tirrikjedi għarfien espert speċifiku minħabba n-natura dinamika u teknika tagħha;

23.  Iqis li, waqt it-twettiq ta' xogħolha u b'mod partikolari fl-abbozzar tal-miżuri ta' implimentazzjoni, l-Awtorità jeħtieġ li tinforma b'mod regolari u komprensiv lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tagħha; jenfasizza li huwa essenzjali li l-Awtorità, fid-dawl tan-natura tal-funzjonijiet assenjati lilha, turi trasparenza mhux biss fil-konfront tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, iżda anki fil-konfront taċ-ċittadini tal-Unjoni;

Kontrolli interni

24.  Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar l-evalwazzjonijiet bejn il-pari tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u kkonkluda li l-proċessi huma ġeneralment adegwati, effiċjenti u effettivi; jinnota li l-IAS għamel erba' rakkomandazzjonijiet, li l-ebda waħda minnhom ma ġiet kkunsidrata bħala kritika jew importanti ħafna; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex jiġu indirizzati dawk ir-rakkomandazzjonijiet;

Kummenti oħra

25.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, id-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropew tista' taffettwa l-attivitajiet tal-Awtorità peress li, fil-preżent, l-aktar entitajiet sinifikanti taħt is-superviżjoni tagħha jinsabu hemmhekk; jinnota li huwa possibbli li, fil-ġejjieni, id-dħul tal-Awtorità jonqos bħala riżultat tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Awtorità tibqa' attenta għal din is-sitwazzjoni, tħejji ruħha biex ittaffi kwalunkwe riskju li jista' jseħħ u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f'dak ir-rigward;

o

o o

26.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ...2019(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

24.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2204(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Doru-Claudian Frunzulică

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jirrikonoxxi li, fil-fehma tal-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), it-tranżazzjonijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ("l-Awtorità"), li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena 2017, huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha; jinnota madankollu li l-valutazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri hija qasira ħafna u toffri ftit suġġerimenti biex titjieb l-effiċjenza fil-ġestjoni tal-baġit tal-ESMA; jistieden lill-Awtorità tiżgura segwitu u implimentazzjoni xierqa tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

2.  Jenfasizza r-rwol tal-Awtorità biex tiffaċilita u tippromwovi l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u, fejn xieraq, ma' istituzzjonijiet responsabbli għas-superviżjoni internazzjonali;

3.  Jirrikonoxxi li l-kompitu tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq huwa li ttejjeb il-funzjonament tas-swieq finanzjarji interni tal-UE billi tiżgura livell għoli, effettiv u konsistenti ta' regolamentazzjoni u superviżjoni, li tippromwovi l-integrità u l-istabbiltà tas-sistemi finanzjarji u li ssaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali sabiex tiżgura l-istabbiltà u l-effettività tas-sistema finanzjarja;

4.  Jenfasizza li, filwaqt li tiżgura li l-funzjonijiet kollha assenjati jitwettqu bis-sħiħ u fil-ħin, l-Awtorità għandha twettaq il-kompiti u l-mandat assenjati lilha mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u għandha żżomm mal-mandat ta' dawk il-funzjonijiet; jistieden lill-Awtorità tiżgura segwitu u implimentazzjoni xierqa tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti;

5.  Iqis li, waqt it-twettiq ta' xogħolha u b'mod partikolari fl-abbozzar tal-miżuri ta' implimentazzjoni, l-ESMA jeħtiġilha li b'mod regolari u komprensiv tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tagħha; jisħaq fuq il-fatt li huwa essenzjali li l-Awtorità, fid-dawl tan-natura tal-funzjonijiet assenjati lilha, turi trasparenza mhux biss fil-konfront tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, iżda anki fil-konfront taċ-ċittadini tal-Unjoni;

6.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-prinċipju ta' proporzjonalità fit-twettiq tal-mandat tagħha; jissottolinja li, b'mod partikolari meta jkunu qed jiġu fformulati l-miżuri tal-Livell 2 u tal-Livell 3, għandha tingħata attenzjoni lill-karatteristiċi speċifiċi tas-swieq finanzjarji nazzjonali;

7.  Jinnota li, minħabba li l-volum tax-xogħol tal-Awtorità qiegħed jinbidel dejjem aktar minn kompiti regolatorji għall-infurzar u l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ir-riżorsi baġitarji u tal-persunal tal-Awtorità għandhom jiġu riallokati; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat livell xieraq ta' prijoritizzazzjoni fir-rigward tal-allokazzjoni tar-riżorsi;

8.  Jemmen li kwalunkwe żieda potenzjali fil-mezzi tal-Awtorità trid tkun akkumpanjata minn miżuri ta' razzjonalizzazzjoni adegwati;

9.  Jitlob li l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u l-Awtorità Bankarja Ewropea jagħmlu inkjesta dwar skemi ta' negozju ta' arbitraġġ tad-dividendi bħal cum-ex ħalli jivvalutaw it-theddidiet potenzjali għall-integrità tas-swieq finanzjarji u għall-baġits nazzjonali; jistabbilixxu n-natura u l-kobor tal-atturi f'dawn l-iskemi; jivvalutaw jekk kienx hemm ksur tal-liġijiet nazzjonali jew ta' dawk tal-Unjoni; jivvalutaw l-azzjonijiet meħuda mis-superviżuri finanzjarji fl-Istati Membri; u jagħmlu rakkomandazzjonijiet adatti għal riforma u għal azzjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;

10.  Jinnota li l-għadd totali ta' persuni kien ta' 226 fi tmiem l-2017, meta mqabbel ma' 204 fi tmiem l-2016;

11.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu allokati biżżejjed riżorsi, jiġu indirizzati l-kompetenzi eżistenti kontra l-ħasil tal-flus u jiġi żgurat skambju rapidu mal-Awtorità Bankarja Ewropea rigward il-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu; jitlob lill-Awtorità tiżviluppa gwida komuni bi skambju mal-EBA u l-EIOPA dwar kif jistgħu jiġu integrati r-riskji fil-qasam AML/CFT fis-superviżjoni prudenzjali;

12.  Jilqa' l-adozzjoni fil-kuntest tal-funzjoni ta' sorveljanza tal-Awtorità fir-rigward tal-AML u tas-CFT, ta' linji gwida dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta u jisħaq fuq il-ħtieġa biex l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jadottaw politiki simili;

13.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li 27 % tal-baġit tal-Awtorità huwa ffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, 42 % permezz ta' kontribuzzjonijiet diretti mill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri, 29 % minn tariffi rċevuti mill-entitajiet sorveljati (Aġenziji ta' Klassifikazzjoni tal-Kreditu u Repożitorji tat-Tranżazzjonijiet) u 2 % minn sorsi oħra, u li dawn l-arranġamenti ta' finanzjament imħallat jistgħu jippreżentaw theddida għall-indipendenza u għall-kompiti ta' sorveljanza tagħha; jieħu nota tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE u tal-implikazzjonijiet finanzjarji, amministrattivi, umani u oħrajn ta' dik id-deċiżjoni; jenfasizza li d-dħul tal-Awtorità se jonqos b'riżultat tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni, u jisħaq fuq il-ħtieġa li jinstabu arranġamenti adegwati għall-finanzjament tagħha.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

2

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Stefan Gehrold, Sven Giegold, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Marisa Matias, Gabriel Mato, Alex Mayer, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Ralph Packet, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Babette Winter, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Eric Andrieu, Manuel dos Santos, Ashley Fox, Jeppe Kofod, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Eva Maydell, Siegfried Mureşan, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Virginie Rozière, Ricardo Serrão Santos

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

43

+

ALDE

Caroline Nagtegaal, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ECR

Ashley Fox, Bernd Lucke, Stanisław Ożóg, Ralph Packet, Pirkko Ruohonen-Lerner, Kay Swinburne

PPE

Markus Ferber, Stefan Gehrold, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Georgios Kyrtsos, Esther de Lange, Werner Langen, Ivana Maletić, Thomas Mann, Gabriel Mato, Eva Maydell, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Theodor Dumitru Stolojan, Tom Vandenkendelaere

S&D

Eric Andrieu, Hugues Bayet, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Roberto Gualtieri, Jeppe Kofod, Olle Ludvigsson, Alex Mayer, Virginie Rozière, Alfred Sant, Manuel dos Santos, Ricardo Serrão Santos, Peter Simon, Paul Tang, Babette Winter

VERTS/ALE

Sven Giegold, Ernest Urtasun

2

-

ENF

Marco Zanni

GUE/NGL

Miguel Viegas

4

0

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Marisa Matias, Martin Schirdewan

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

19

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

1

-

EFDD

Marco Valli

1

0

ENF

Jean-François Jalkh

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 87.

(2)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 87.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(5)

ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 87.

(8)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 87.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(11)

ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

ĠU C 154/01, 2.5.2018, p. 3.

(14)

Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0000.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Marzu 2019Avviż legali