Proċedura : 2018/2196(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0142/2019

Testi mressqa :

A8-0142/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.45

Testi adottati :

P8_TA(2019)0286

RAPPORT     
PDF 194kWORD 54k
1.3.2019
PE 626.814v02-00 A8-0142/2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2196(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Petri Sarvamaa

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2196(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0086/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0142/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2196(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0086/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0142/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2196(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0142/2019),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u tal-infiq tagħha(13), is-sussidju tal-Unjoni għall-baġit finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2017 kien jammonta għal EUR 28 467 648, ammont li jirrappreżenta tnaqqis ta' 2,13 % meta mqabbel mal-2016; billi l-baġit tal-Aġenzija prinċipalment ġej mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 %, jiġifieri l-istess rata bħal fl-2016; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 86,20 %, li tfisser żieda ta' 3,78 % meta mqabbel mal-2016;

2.  Jieħu nota li minbarra l-baġit ewlieni tagħha, fl-2017 l-Aġenzija kompliet tiġġestixxi ammont kbir ta' baġit delegat wara l-iffirmar tas-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) u l-emendi tal-Ftehim ta' Delega Galileo; jinnota li fl-2017 ġie impenjat total ta' EUR 416 000 000 ta' baġit delegat u saru pagamenti għall-ammont ta' EUR 638 000 000;

Kanċellazzjoni tar-riporti

3.  Jinnota bi tħassib li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 kienu jammontaw għal EUR 270 961, u li dan jirrappreżenta 5,30 % tal-ammont totali riportat filwaqt li juri tnaqqis żgħir ta' 1,15 % meta mqabbel mal-2016;

Prestazzjoni

4.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija tuża ċerti Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni biex tkejjel il-valur miżjud li jirriżulta mill-attivitajiet tagħha u ttejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha;

5.  Jinnota li t-trasferiment tal-forniment tas-servizz lill-Operatur ta' Servizz Galileo tlesta, u li l-ewwel Assemblea ta' Utenti Galileo f'Madrid seħħet fl-2017;

6.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija esternalizzat is-servizzi ta' kontabbiltà tagħha lill-Kummissjoni u li hija tikkondividi l-forniment tas-servizzi relatati mal-ġestjoni tal-kontinwità tan-negozju u l-kapaċità ta' awditjar intern ma' Aġenziji oħra;

7.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fl-2017, twettqet evalwazzjoni ta' nofs it-terminu, f'isem il-Kummissjoni, tal-programmi Galileo u EGNOS u tal-prestazzjoni tal-Aġenzija matul il-perjodu 2014 sal-2016; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-eżitu ta' din l-evalwazzjoni;

Politika dwar il-persunal

8.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, 91,38 % tat-tabella tal-persunal kienet eżegwita, u li, mit-total ta' 116 aġent temporanju awtorizzat mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 113 post tax-xogħol awtorizzati fl-2016) inħatru 106; jinnota li, barra minn hekk, fl-2017 ħadmu għall-Aġenzija 55 aġent kuntrattwali u 5 esperti nazzjonali sekondati; jinnota li, sabiex jiġi appoġġat il-mandat estiż tal-Aġenzija, impjegati temporanji ġodda ġew irreklutati bħala l-ewwel pass biex jiżdied l-għadd ta' persunal bil-għan li l-Aġenzija tingħata r-riżorsi addizzjonali li teħtieġ biex tindirizza l-isfidi li ġejjin;

9.  Jinnota li l-Aġenzija adottat politika dwar il-ħarsien tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jirrikonoxxi li din toffri konsulenza kunfidenzjali kif ukoll sessjonijiet ta' taħriġ;

10.  Jiddispjaċih dwar l-iżbilanċ bejn is-sessi fost il-membri tal-maniġment superjuri tal-Aġenzija, fejn 10 minn 12 membri huma rġiel u tnejn huma nisa; jitlob lill-Aġenzija tieħu miżuri bil-ħsieb li tiżgura bilanċ aħjar bejn is-sessi fil-maniġment superjuri tagħha;

11.  Jilqa' s-suġġeriment tal-Qorti li l-avviżi ta' pożizzjonijiet vakanti jiġu ppubblikati anke fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal sabiex tiżdied il-pubbliċità; jifhem it-tħassib tal-Aġenzija dwar l-ispejjeż tat-traduzzjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija introduċiet għodod ġodda dwar l-avviżi ta' postijiet ġodda, billi rriklamat b'mod estensiv fuq il-midja soċjali u tejbet il-paġna web tal-opportunitajiet ta' impjieg;

Akkwisti

12.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, fil-15 ta' Diċembru 2016, l-Aġenzija ffirmat kuntratt qafas dwar l-isfruttar tas-sistema satellitari Galileo matul il-perjodu mill-2017 sal-2027, li jammonta għal EUR 1 500 000 000; jinnota, barra minn hekk, li l-kuntratt ingħata wara li saret proċedura ta' akkwist pubbliku; jirrimarka li wieħed mill-offerenti involuti beda proċedimenti legali biex jikkontesta l-eżitu tal-proċedura ta' akkwist; jinnota li s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea se tiddeċiedi dwar il-legalità u r-regolarità tal-proċedura ta' akkwist għall-kuntratt qafas u għall-kuntratti speċifiċi relatati u l-pagamenti futuri kollha; jirrimarka li l-Aġenzija ddivulgat u spjegat il-kwistjoni fir-rapporti finanzjarji 2017, flimkien mal-informazzjoni li tħallsu EUR 49 000 000 (7 % tal-baġit għall-2017 inklużi l-ammonti riċevuti permezz ta' ftehimiet ta' delega) fl-ambitu tal-kuntratt qafas fl-2017; jistieden lill-Aġenzija tħejji għall-mitigazzjoni ta' kwalunkwe riskju finanzjarju jew operattiv potenzjali li jista' jseħħ u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi fil-proċess;

13.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, sa tmiem l-2017, l-Aġenzija kienet għada ma bdiex tuża l-għodod varati mill-Kummissjoni bil-għan li tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist pubbliku (akkwist elettroniku); jinnota li l-Aġenzija qed tieħu l-passi meħtieġa biex tuża l-modulu "sottomissjoni elettronika"; jistieden lill-Aġenzija tintroduċi l-għodod neċessarji kollha biex tiġġestixxi l-proċeduri ta' akkwist u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

14.   Jinnota li eks-uffiċjal tal-Kummissjoni għandu rwol konsultattiv fl-Inizjattiva għall-Anzjani Attiva, mingħajr ma jitħallas mill-Aġenzija;

15.  Jinnota li, skont l-Aġenzija, kemm id-dikjarazzjonijiet ta' interess kif ukoll is-CVs qosra tal-maniġment superjuri tagħha ġew ippubblikati fis-sit web tagħha; jiddispjaċih mill-fatt madankollu li s-CVs tal-membri tal-Bord Amministrattiv mhumiex ippubblikati; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-azzjonijet meħuda f'dan ir-rigward;

16.  Jinnota li l-Aġenzija adottat politika interna dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta f'Ġunju 2018, wara li rċeviet approvazzjoni mill-Kummissjoni;

Kummenti oħra

17.  Jinnota li, insegwitu tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni, ittieħdet deċiżjoni importanti għal Galileo biex iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo (GSMC) sekondarju jiġi ttrasferiet minn Swanwick għal Madrid u li, fl-istess ħin, l-Aġenzija kienet qed taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet Franċiżi dwar l-aġġornament u l-estensjoni futura tal-GSMC prinċipali f'Saint-Germain-en-Laye;

18.  Jilqa' l-impenn u l-kooperazzjoni tal-Aġenzija mal-Kummissjoni sabiex timminimizza kwalunkwe impatt operattiv jew finanzjarju negattiv li jista' jirriżulta mid-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea; jinnota li fl-2017 l-Aġenzija waqqfet inventarju tal-kuntratti u l-għotjiet affettwati mid-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni b'analiżi tal-konsegwenzi potenzjali, u bħalissa qed tinnegozja miżuri ta' mitigazzjoni ma' kuntratturi rilevanti; jistieden lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta' kwittanza informata dwar l-eżitu tan-negozjati u l-analiżi mwettqa;

o

o o

19.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ...2019(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

19

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

1

-

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 98.

(2)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 98.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1

(4)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(5)

ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 98.

(8)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 98.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1

(10)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(11)

ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

ĠU C 84/26, 17.03.2017, p 127

(14)

Testi adottati, P8_TA(2018)0000.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Marzu 2019Avviż legali