Proċedura : 2018/2209(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0145/2019

Testi mressqa :

A8-0145/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.37

Testi adottati :

P8_TA(2019)0278

RAPPORT     
PDF 219kWORD 74k
1.3.2019
PE 626.806v01-00 A8-0145/2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja) (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2209(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Petri Sarvamaa

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2209(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0099/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (EU) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu.

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0145/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2209(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0099/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (EU) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu.

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0145/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2209(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja) għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0145/2019),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha(15), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2017 kien ta' EUR 155 801 818, u dan ifisser żieda sinifikanti ta' 89,38 % meta mqabbel mal-2016; billi ż-żieda kienet relatata mal-kompiti addizzjonali tal-Aġenzija skont ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16), li daħal fis-seħħ fil-11 ta' Diċembru 2018; billi l-baġit tal-Unjoni huwa s-sors prinċipali tal-baġit tal-Aġenzija;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), issostni li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'apprezzament li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 %, jiġifieri żieda ta' 2,1 % meta mqabbel mal-2016; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 91,53 %, li tfisser żieda ta' 0,68 % meta mqabbel mal-2016;

2.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, għalkemm l-Aġenzija ħallset il-prezz sħiħ għax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni għall-uffiċċji l-ġodda tagħha fi Strasburgu fl-2016, ix-xogħol għadu ma tlestiex – tort tal-kuntrattur – u 70 % biss tax-xogħlijiet huma koperti mir-rapporti dwar il-progress tax-xogħlijiet aċċettati; jirrikonoxxi li l-prepagamenti mħallsa lill-kuntrattur huma koperti minn garanziji bankarji, li jiġu rilaxxati progressivament mal-aċċettazzjoni tax-xogħlijiet; jinnota li l-kuntrattur ressaq talba biex jitħallas u fetaħ kawża kontra l-Aġenzija; jinnota li l-Aġenzija rreġistrat risposta mal-Qorti Amministrattiva ta' Strasburgu, u li din id-deċiżjoni għadha pendenti; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bid-deċiżjoni finali tal-Qorti Amministrattiva ta' Strasburgu;

Kanċellazzjoni tar-riporti

3.  Jiddispjaċih li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 kienu jammontaw għal EUR 658 000, jiġifieri 12,20 % tal-ammont totali riportat u żieda notevoli ta' 7,11 % meta mqabbel mal-2016;

Prestazzjoni

4.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tuża għadd ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) f'oqsma bħalma huma l-prestazzjoni tas-sistema, is-sigurtà u l-livell ta' sodisfazzjon tal-klijenti biex tkejjel il-valur miżjud iġġenerat mill-attivitajiet tagħha, flimkien ma' diversi KPIs oħra biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha;

5.  Jilqa' l-kooperazzjoni kontinwa tal-Aġenzija man-netwerk tal-aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, b'mod partikolari l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi u l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, li magħhom taqsam l-aħjar prattika;

6.  Josserva li, fl-2016, l-Aġenzija saritilha evalwazzjoni esterna li, filwaqt li kkonkludiet li l-Aġenzija twettaq il-mandat tagħha b'mod effikaċi, issuġġeriet modi partikolari kif tista' ttejjeb l-operat u identifikat l-opportunitajiet li jista' jkun hemm biex jitwessgħalha l-mandat tagħha; jinnota li fl-2017 l-Aġenzija implimentat pjan ta' azzjoni biex tindirizza dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jinnota, barra minn hekk, li l-Kummissjoni qieset dawn il-konklużjonijiet fir-Regolament (UE) 2018/1726, li huwa r-riżultat tal-proposta tagħha għar-riforma tal-att fundatur tal-Aġenzija;

7.  Jenfasizza l-importanza tar-rapport finali tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar is-Sistemi ta' Informazzjoni u l-Interoperabbiltà u jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni għal regolamenti dwar l-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni b'rabta mal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija, l-asil u l-migrazzjoni, il-fruntieri u l-viża;

8.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija bħalissa tamministra tliet sistemi tal-IT fuq skala kbira li huma separati u mhumiex integrati, u li dan jista' jtellef lill-Aġenzija milli tagħmel ekonomiji ta' skala u sinerġiji bejn dawn it-tliet sistemi, u li, fis-snin li ġejjin, il-mandat tal-Aġenzija mistenni jitwessa' biex tibda tamministra diversi sistemi tal-IT oħrajn; jilqa' s-suġġeriment tal-Qorti li l-Aġenzija għandha tħejji analiżi dettaljata tal-ispejjeż u l-benefiċċji biex issostni d-diskussjoni dwar l-istrateġija tal-futur għall-iżvilupp tas-sistemi tal-IT li tamministra; jinnota li, skont ir-risposta tal-Aġenzija, sar studju sabiex ikun hemm stampa ċara tal-arkitettura tas-sistemi tal-IT interoperabbli fil-futur; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-eżitu ta' dan l-istudju u bl-azzjonijiet korrettivi ppjanati;

9.  Jinnota li, f'Novembru 2017, il-Bord tat-Tmexxija adotta strateġija aġġornata fit-tul għall-Aġenzija, li tkopri l-perjodu 2018-2022 u li tistabbilixxi d-direzzjoni għall-iżvilupp tal-Aġenzija fil-futur, u jistenna li l-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija tkompli ttejjeb il-prestazzjoni tagħha;

Politika dwar il-persunal

10.  Jinnota bi tħassib li, fil-31 ta' Diċembru 2017, mit-tabella tal-persunal kien imtela perċentwal ta' 87,02 % biss, u li kienu nħatru 114-il  aġent temporanju mill-131 awtorizzati mill-baġit tal-Unjoni (apparagun tal-118-il post awtorizzati fl-2016); jirrikonoxxi li d-differenza bejn il-114-il aġent temporanju maħtura u l-131 awtorizzati hija ġustifikata mill-fatt li żdiedu żewġ postijiet b'antiċipazzjoni għar-riformulazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17) u li ġew ipprovduti 14-il post skont ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18), li daħal fis-seħħ fid-29 ta' Diċembru 2017 u b'hekk ma ppermettiex lill-Aġenzija tibda l-proċess ta' reklutaġġ ħlief wara dik id-data; jinnota b'sodisfazzjon li l-offerta ta' impjieg għall-kariga ta' Kap tal-Unità tal-Operazzjonijiet u l-Infrastruttura intbagħtet u ġiet aċċettata sa tmiem l-2017; jinnota, barra minn hekk, li fl-2017 l-Aġenzija ħaddmet 32 aġent kuntrattwali u 7 esperti nazzjonali sekondati;

11.  Jinnota li l-Aġenzija adottat il-mudell tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-politika għall-ħarsien tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jirrikonoxxi li l-Aġenzija toffri materjal ta' tagħlim elettroniku u ppubblikat sejħiet għal konsulenti kunfidenzjali;

12.  Jiddeplora l-iżbilanċ bejn is-sessi fost it-52 membru tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija, li 46 minnhom huma rġiel u sitta huma nisa; jitlob, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati l-oħra jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn is-sessi meta jressqu n-nomini tagħhom għall-membri tal-Bord tat-Tmexxija;

13.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-għadd żgħir ta' membri tal-persunal joħloq riskji sinifikanti għall-kontinwità tal-operat tal-Aġenzija, partikolarment meta wieħed iqis li l-Kap tal-Unità tal-Ġestjoni u l-Manutenzjoni tal-Applikazzjonijiet okkupa ad interim il-karigi ta' Kap tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet u Kap tal-Unità tal-Operazzjonijiet u l-Infrastruttura wkoll u b'hekk ingħaqdu flimkien l-aktar tliet karigi maniġerjali għolja fid-Dipartiment tal-Operazzjonijiet; jirrikonoxxi li, minkejja n-nuqqas sostanzjali ta' riżorsi fil-funzjonijiet operattivi u orizzontali tagħha, l-Aġenzija wettqet b'suċċess il-mandat tagħha tul l-2017; jappoġġja l-isforzi kontinwi li hemm bżonn għaż-żamma u l-iżvilupp tal-persunal fl-Aġenzija; jilqa', f'dan ir-rigward, il-miżura tal-Aġenzija biex taħtar membru tal-persunal differenti bħala kap interim tal-Unità tal-Operazzjonijiet u l-Infrastruttura; iħeġġeġ lill-Aġenzija timla l-postijiet vakanti kollha tagħha b'persunal permanenti mingħajr aktar dewmien;

14.  Jistieden lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżgura ż-żamma u l-iżvilupp tal-persunal fl-Aġenzija; jilqa' l-mod kif l-Aġenzija ttrattat iż-żieda sostanzjali fil-volum tax-xogħol fl-2017 minkejja t-tibdil kontinwu fil-persunal espert;

15.  Jilqa' s-suġġeriment tal-Qorti li l-avviżi ta' postijiet vakanti jiġu ppubblikati anke fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal sabiex tiżdied il-pubbliċità; jifhem it-tħassib tal-Aġenzija fir-rigward tal-ispejjeż tat-traduzzjoni;

Akkwist

16.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija ltaqgħet ma' diffikultajiet biex tattira kompetizzjoni suffiċjenti għal għadd ta' proċeduri ta' akkwist b'valur medju, u rċeviet offerta waħda biss fil-proċeduri kkonċernati;

17.  Jinnota b'dispjaċir li l-awditu mwettqa mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni fir-rigward tal-proċessi ta' akkwist tal-Aġenzija sab dgħufijiet sinifikanti, inklużi żewġ kwistjonijiet "importanti ħafna" rigward l-istima tal-valur tal-kuntratti u l-kontrolli ewlenin u tlieta oħra meqjusa bħala "importanti"; jirrikonoxxi li ħafna mid-dgħufijiet huma relatati man-nuqqas ta' persunal fl-Unità tal-Finanzi u l-Akkwist u, partikolarment, fis-settur tal-akkwist; jinnota li l-Aġenzija stabbiliet pjan ta' azzjoni li jindirizza l-konklużjonijiet tal-awditu u r-rakkomandazzjonijiet tal-IAS; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-miżuri li tkun ħadet biex ittaffi dawn id-dgħufijiet;

18.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija tagħmel użu estensiv minn kuntratturi esterni u li 90 % tax-xogħol relatat mal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' proġetti tal-IT jsir mill-Aġenzija b'kollaborazzjoni ma' kuntratturi esterni; jinnota bi tħassib li għalkemm il-fażijiet kollha tal-proġetti tal-IT jkunu taħt il-kontroll tal-Aġenzija, l-esternalizzazzjoni tal-iżvilupp ta' sistemi sensittivi tal-IT b'rata bħal din toħloq riskju konsiderevoli ta' dipendenza eċċessiva fuq il-kuntratturi esterni; jirrikonoxxi r-risposta tal-Aġenzija li, biex dawn is-sistemi jiġu żviluppati kompletament in-house u titnaqqas l-esternalizzazzjoni, ikun hemm bżonn żieda sostanzjali fil-persunal tal-Aġenzija u li, sabiex tiġi żgurata s-segregazzjoni xierqa tad-dmirijiet, il-kuntratturi involuti fl-assigurazzjoni tal-kwalità mhumiex involuti fl-għoti ta' appoġġ estern għall-ġestjoni operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira; jistieden lill-Aġenzija, għalhekk, tillimita d-dipendenza fuq il-kuntratturi esterni billi tuża r-riżorsi tagħha aħjar u tistabbilixxi politika xierqa li tillimita l-użu ta' kuntratturi esterni;

19.  Jitlob lill-Aġenzija tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tara li l-kuntratturi li jkollhom aċċess għal informazzjoni sensittiva dwar is-sistemi tal-IT jew id-data li jipproċessaw ikunu marbuta legalment b'regoli ta' kunfidenzjalità stretti u tesiġi li, fil-mument tal-aċċess għal din l-informazzjoni, dawn il-kuntratturi jkollhom awtorizzazzjoni formali min-naħa tal-awtoritajiet tas-sigurtà nazzjonali; jitlob lill-Aġenzija tara li l-kuntratturi tagħha ma jkunux marbuta b'liġijiet ta' pajjiżi terzi li jistgħu jġibuhom f'kunflitt mad-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Aġenzija f'dak li għandu x'jaqsam mal-kunfidenzjalità;

20.  Jinnota li sa tmiem l-2017, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija kienet għadha ma introduċietx l-għodod kollha varati mill-Kummissjoni biex tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni mal-partijiet terzi li jkunu qed jipparteċipaw fil-proċeduri ta' akkwist pubbliku (akkwist elettroniku); jinnota li l-Aġenzija, abbażi tal-informazzjoni mogħtija minnha, diġà introduċiet il-fatturazzjoni elettronika u s-sejħa għall-offerti elettronika għal ċerti proċeduri, iżda mhux is-sottomissjoni elettronika; jistieden lill-Aġenzija tintroduċi l-għodod kollha meħtieġa u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-implimentazzjoni tagħhom;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

21.  Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti u l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u l-protezzjoni tal-informaturi; jinnota bi tħassib li l-Aġenzija ma tippubblikax is-CVs tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija tagħha, u lanqas tal-persunal maniġerjali tagħha b'mod ġenerali, iżda tad-direttur eżekuttiv tagħha biss; jistieden lill-Aġenzija tippubblika s-CVs tal-membri kollha tal-Bord tat-Tmexxija u tal-persunal maniġerjali tagħha u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-miżuri meħuda f'dan ir-rigward; iħeġġeġ lill-Aġenzija tuża l-politika ta' indipendenza tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) bħala l-aħjar prattika u bħala sistema eżemplari ta' monitoraġġ u prevenzjoni ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess;

22.  Jiddispjaċih li, minkejja l-appelli magħmula fil-passat, l-Aġenzija ma tippubblikax id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija tagħha, u lanqas tal-persunal maniġerjali tagħha b'mod ġenerali, iżda tad-direttur eżekuttiv tagħha biss; jitlob il-pubblikazzjoni ta' dikjarazzjonijiet tal-interessi li jsemmu s-sħubija fi kwalunkwe organizzazzjoni oħra; jenfasizza li m'għandhomx ikunu l-membri tal-Bord tat-Tmexxija, il-persunal maniġerjali jew id-direttur eżekuttiv li jiddikjaraw li m'għandhomx kunflitti ta' interess, iżda għandu jkun korp newtrali li jivvaluta l-eżistenza ta' kunflitt ta' interess;

Kontrolli interni

23.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, l-Aġenzija kellha 23 rakkomandazzjoni tal-awditjar li kienu kklassifikati bħala "importanti ħafna" u li kienu għadhom miftuħin, fosthom disgħa li kienu nħarġu reċentement, tlieta li kienu skadew u erbgħa li kienu għadhom għaddejjin; jinnota li m'hemm l-ebda kwistjoni "kritika" miftuħa; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-implimentazzjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

Kummenti oħra

24.  Jinnota r-rikostruzzjoni tas-sit operattiv tal-Aġenzija fi Strasburgu, Franza, u l-bini tal-kwartieri ġenerali l-ġodda f'Tallinn, l-Estonja; jinnota li l-Aġenzija għandha wkoll sit ta' riżerva f'Sankt Johann im Pongau, l-Awstrija, u uffiċċju ta' kollegament fi Brussell, il-Belġju; jinnota bi tħassib li r-rilokazzjoni għall-uffiċċji l-ġodda fi Strasburgu ġarrbet dewmien konsiderevoli u li kien hemm għadd ta' nuqqasijiet min-naħa tal-kuntrattur responsabbli;

o

o o

25.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħra li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ...2019(19) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

17.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2209(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Romeo Franz

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja ("l-Aġenzija") jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2017 u li t-tranżazzjonijiet tagħha huma legali u regolari;

2.  Jilqa' l-iżvilupp ulterjuri tal-kapaċitajiet interni tal-Aġenzija fir-rigward tal-ippjanar tal-baġit u l-monitoraġġ proattiv tal-implimentazzjoni tal-baġit sabiex tiġi żgurata ġestjoni tajba tar-riżorsi finanzjarji tal-Aġenzija; jinnota li l-livell ġenerali ta' eżekuzzjoni tal-impenji u tal-pagamenti kien ta' 100 % meta mqabbel mal-mira ta' 95 %;

3.  Jiddispjaċih li l-Aġenzija ma kellhiex ir-riżorsi umani li kellha bżonn biex twettaq il-funzjonijiet operattivi u orizzontali tagħha mingħajr rikors għall-kuntratturi esterni; jistieden lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżgura ż-żamma u l-iżvilupp tal-persunal fl-Aġenzija; jilqa' l-mod kif l-Aġenzija ttrattat iż-żieda sostanzjali fil-volum tax-xogħol fl-2017 minkejja d-dħul għoli tal-persunal espert;

4.  Jilqa' l-fatt li, fl-2017, il-proġetti tal-IT ġew implimentati fil-ħin, skont il-kost u l-baġit; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija wettqet studju sabiex tieħu ħarsa ġenerali tal-arkitettura tas-sistemi tal-IT futuri tagħha; jirrimarka, madankollu, li l-Aġenzija kellha tagħmel użu estensiv, permezz ta' tliet kuntratti qafas, minn kuntratturi esterni għall-ġestjoni operattiva tas-sistemi fdati lill-Aġenzija minħabba nuqqas ta' karigi neċessarji fit-tabella tal-persunal; jenfasizza li anke jekk il-proġetti tal-IT tal-Aġenzija huma taħt il-kontroll tagħha, l-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet tagħha, fil-biċċa l-kbira, toħloq riskji ta' dipendenza żejda fuq il-kuntratturi esterni; jitlob, għalhekk, lill-Aġenzija tfassal strateġija fit-tul biex timmitiga dan ir-riskju; jirrikonoxxi l-ispejjeż amministrattivi, l-isfidi tekniċi u l-kostijiet addizzjonali għall-persunal u l-ħtieġa ta' baġit miżjud biex tiġi adottata tali strateġija iżda jenfasizza li, minħabba s-sensittività tas-sistemi tal-IT tagħha, għandha tiġi evitata dipendenza żejda fuq il-kuntratturi esterni; jitlob lill-Aġenzija tippreżenta lill-Parlament l-istrateġija tagħha dwar il-bejjiegħa u l-kuntratturi; jitlob lill-Aġenzija tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura li l-kuntratturi li jkollhom aċċess għal informazzjoni sensittiva dwar is-sistemi tal-IT jew id-data li jipproċessaw ikunu ġuridikament vinkolanti ma' regoli ta' kunfidenzjalità stretti, u jitlob li tali kuntratturi jkollhom approvazzjonijiet tas-sigurtà nazzjonali formali fil-mument tal-aċċess għal tali informazzjoni; jitlob lill-Aġenzija tiżgura li l-kuntratturi tagħha ma jkunux marbuta bi kwalunkwe liġi ta' pajjiżi terzi li tista' ġġib magħha kunflitt mal-arranġamenti ta' kunfidenzjalità stabbiliti mill-Aġenzija;

5.  Jiddispjaċih dwar l-għadd żgħir ta' persunal f'unitajiet operattivi ewlenin u jfakkar l-importanza ta' persunal adegwat u ġestjoni xierqa tar-riżorsi umani b'mod partikolari fl-unità tal-Ġestjoni u tal-Manutenzjoni tal-Applikazzjonijiet (AMM); jirrimarka wkoll li fit-tieni nofs tal-2017, il-kap tal-unità AMM kellu wkoll il-pożizzjonijiet ad interim ta' Kap tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet u ta' Kap tal-Unità tal-Operazzjonijiet u l-Infrastruttura, u b'hekk kien jokkupa tliet postijiet maniġerjali tal-ogħla livell fid-Dipartiment tal-Operazzjonijiet; jirrimarka li dan mhuwiex biss riskju minn perspettiva tal-kontinwità tal-operat iżda huwa wkoll segregazzjoni difettuża tad-dmirijiet, fatt li joħloq kunflitti potenzjali ta' interess mil-lat operattiv; jitlob lill-Aġenzija tevita li tieħu riskji operattivi bla bżonn minħabba l-limitazzjonijiet tar-riżorsi umani tagħha u jitlobha tindirizza dawn il-kwistjonijiet mingħajr dewmien;

6.  Jinnota li l-Aġenzija timmaniġġja tliet sistemi tal-IT fuq skala kbira li huma separati u mhux integrati u li kollha jittrattaw data fil-qasam ta' politika tal-UE relatat mal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja; jaqbel mal-Qorti li l-Aġenzija għandha, f'konsultazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u l-Istati Membri, tħejji analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji biex tiġi appoġġjata diskussjoni dwar l-evoluzzjoni fit-tul tagħha; jirrimarka li l-mandat estiż reċentement tal-Aġenzija ma għandux jseħħ għad-detriment tad-disponibbiltà tas-sistema kif ukoll tal-iżviluppi li għaddejjin u għall-istabbiltà u s-sigurtà tal-operat tas-sistemi tal-IT kurrenti tal-Aġenzija li jridu jibqgħu l-ewwel prijorità tagħha;

7.  Jilqa' l-impenn tal-Aġenzija li tindirizza r-rakkomandazzjoni tar-rapport tas-Servizz tal-Awditjar Intern ta' Diċembru 2017 dwar l-awditjar tal-kontrolli fuq il-proċedura ta' akkwist fl-Aġenzija eu-LISA; jisħaq fuq l-importanza li l-Aġenzija twettaq dan l-impenn.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

10.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Martina Anderson, Heinz K. Becker, Monika Beňová, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Frank Engel, Laura Ferrara, Romeo Franz, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Cécile Kashetu Kyenge, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Ivari Padar, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Dennis de Jong, Anna Hedh, Lívia Járóka, Marek Jurek, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Fernando Ruas, Adam Szejnfeld

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

44

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Cecilia Wikström

ECR

Marek Jurek, Monica Macovei, Helga Stevens

EFDD

Laura Ferrara

GUE/NGL

Martina Anderson, Dennis de Jong, Marie-Christine Vergiat

PPE

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Michał Boni, Rachida Dati, Frank Engel, Norbert Erdős, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Lívia Járóka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Fernando Ruas, Csaba Sógor, Adam Szejnfeld, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský

S&D

Monika Beňová, Caterina Chinnici, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Ivari Padar, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Romeo Franz, Jean Lambert, Judith Sargentini, Bodil Valero

3

-

ECR

Kristina Winberg

ENF

Auke Zijlstra

NI

Udo Voigt

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

0

-

 

 

1

0

ENF

Jean-François Jalkh

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 153.

(2)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 153.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(5)

ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1.

(6)

ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99.

(7)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(8)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 153.

(9)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 153.

(10)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(11)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(12)

ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1.

(13)

ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99.

(14)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(15)

ĠU C 108/56, 22.03.2018, p. 270.

(16)

Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99).

(17)

Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-"Eurodac" għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).

(18)

Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).

(19)

Testi adottati, P8_TA(2019)0000.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Marzu 2019Avviż legali