Proċedura : 2018/2201(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0150/2019

Testi mressqa :

A8-0150/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.27

Testi adottati :

P8_TA(2019)0268

RAPPORT     
PDF 208kWORD 63k
4.3.2019
PE 626.796v03-00 A8-0150/2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2201(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Petri Sarvamaa

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2201(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Istitut(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0091/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0150/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2201(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Istitut(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0091/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0150/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2201(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0150/2019),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tiegħu(13), il-baġit finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi ("l-Istitut") għas-sena finanzjarja 2017 kien jammonta għal EUR 7 722 898, u dan ifisser żieda ta' 1,24 % meta mqabbel mal-2016; billi l-baġit kollu tal-Istitut ġej mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), iddikjarat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jirrikonoxxi li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,92 %, li tirrappreżenta żieda żgħira ta' 0,5 % meta mqabbel mal-2016; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 80,95 %, li tfisser żieda notevoli ta' 8,12 % meta mqabbel mas-sena preċedenti; josserva li, wara analiżi tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-approprjazzjonijiet differenzjati, l-Istitut iddeċieda li ma jadottahomx bħala miżura biex jindirizza n-natura pluriennali tal-operazzjonijiet tiegħu; jistieden lill-Istitut jibqa' konxju tas-sitwazzjoni preżenti, u jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f'dan ir-rigward;

Kanċellazzjoni tar-riporti

2.  Jilqa' l-fatt li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 ammontaw għal EUR 34 865, li jirrappreżentaw 1,79 % tal-ammont totali riportat, li jindika tnaqqis ta' 0,07 % meta mqabbel mal-2016;

Prestazzjoni

3.  Ifakkar li l-Istitut twaqqaf biex jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Unjoni u jsaħħaħha, inklużi l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki rilevanti kollha tal-Unjoni u fil-politiki nazzjonali sussegwenti, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi ta' sess u s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni f'dak li jirrigwarda l-ugwaljanza bejn is-sessi, u jilqa' l-prijoritizzazzjoni tal-ħidma f'bosta oqsma b'riżultati ta' kwalità u viżibbiltà għolja, mingħajr ma tintilef l-enfasi fuq l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi;

4.  Jilqa' l-fatt li l-Istitut juża ċerti Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni fir-rigward tal-objettivi operattivi u tal-ġestjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani biex jivvaluta l-valur miżjud mill-attivitajiet tiegħu u jtejjeb il-ġestjoni tal-baġit tiegħu;

5.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Istitut implimenta l-programm ta' ħidma tiegħu b'mod effikaċi u wettaq 98,75 % tal-attivitajiet tad-dokument uniku ta' programmazzjoni fl-2017; jinnota, barra minn hekk, li l-Istitut ħareġ it-tielet edizzjoni tal-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi biex jimmonitorja l-progress tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Unjoni;

6.  Jilqa' l-fatt li, fl-2017, kien hemm żieda sostanzjali fl-ambitu tas-sensibilizzazzjoni u tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-Istitut u li l-pubblikazzjonijiet tiegħu rċevew rispons pożittiv mill-utenti – dan kollu kkontribwixxa għat-tixrid tal-messaġġi tal-ugwaljanza bejn is-sessi u għas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini fl-Unjoni;

7.  Japprezza l-ħidma tal-Istitut fuq is-suġġett tad-diġitalizzazzjoni u jilqa' l-proġett tiegħu li jiffoka fuq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, id-differenza bejn il-pagi u l-pensjonijiet tal-irġiel u tan-nisa, u l-iżvilupp ta' għodda parlamentari sensittiva għal kwistjonijiet relatati mas-sessi;

8.  Jilqa' l-kooperazzjoni li għaddejja bejn l-Istitut u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u jilqa' l-kontribut tal-Istitut għall-isforzi kontinwi tal-Kumitat fosthom dwar l-istudju u l-promozzjoni tal-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' sessi u dwar l-aspetti relatati mas-sessi tat-Traffikar tal-Bnedmin; jilqa' f'dan ir-rigward, b'mod partikolari, il-kontribut tal-EIGE għall-integrazzjoni tal-perspettiva relatata mas-sessi fid-Direttiva Kontra t-Traffikar u fid-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi; 

9.  Jappoġġja l-ħidma tal-Istitut, li, permezz ta' studji u riċerka, tippermetti lill-Kumitat FEMM jikseb data li hija indispensabbli sabiex iwettaq ħidmietu kif suppost billi jipprovdi data uffiċjali u ta' kwalità għolja ħielsa minn kwalunkwe influwenza ideoloġika;

10.  Jilqa' l-parteċipazzjoni tal-Istitut u l-kontributi siewja tiegħu tal-aspetti relatati mas-sessi fin-netwerk tal-Aġenziji Ewropej tal-Ġustizzja u l-Intern;

11.  Jinnota b'sodisfazzjon li, fl-2017, l-Istitut beda b'mod proattiv attività konġunta ma' aġenziji oħra li tikkonsisti f'taħriġ u laqgħat ta' ħidma għall-iskambju ta' esperjenzi dwar il-prevenzjoni tal-fastidju; jinnota, barra minn hekk, li l-Istitut appoġġja lill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija fl-integrazzjoni tal-perspettiva relatat mas-sessi fl-operazzjonijiet tiegħu u kkontribwixxa għal pubblikazzjoni konġunta mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol;

12.  Jinnota li l-Istitut għamel progress rigward xi rakkomandazzjonijiet tal-Evalwazzjoni Esterna (2015); jilqa' l-isforz tal-Istitut biex jinbidel f'organizzazzjoni bbażata fuq il-proġetti li żżid is-sinerġiji interni u tippromwovi l-kondiviżjoni tal-għarfien fost l-unitajiet; japprezza li l-Istitut beda jimplimenta pjan ta' azzjoni li jindirizza r-rakkomandazzjonijiet u jistieden lill-Istitut ikompli dan il-proċess biex itejjeb il-governanza u l-effiċjenza;

Politika dwar il-persunal

13.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, 96,30 % tat-tabella tal-persunal kienet eżegwita, u li, mit-total ta' 27 aġent temporanju awtorizzat mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 28 post tax-xogħol awtorizzati fl-2016) inħatru 26; jinnota li, barra minn hekk, 15-il aġent kuntrattwali u 4 esperti nazzjonali sekondati kienu qed jaħdmu għall-Istitut fl-2017;

14.  Jiddispjaċih dwar l-iżbilanċ bejn is-sessi fost il-membri tal-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut, b'26 minn 32 membru jkunu nisa u b'6 jkunu rġiel; jitlob, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni u l-Istati Membri u partijiet ikkonċernati oħra jqisu l-importanza li jiżguraw bilanċ bejn is-sessi meta jressqu n-nomini tagħhom għall-membri tal-Bord;

15.  Jinnota li l-Istitut għandu fis-seħħ politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jinnota li l-Istitut organizza sessjonijiet ta' taħriġ u ppermetta counselling kunfidenzjali;

16.  Jinnota li l-Istitut segwa r-rapporti relatati mal-fastidju sesswali ta' ħaddiema u trainees nisa fl-aġenzija; jissottolinja li l-aġenzija jeħtiġilha tkun mudell fil-ġlieda kontra l-fastidju sesswali u fl-iżgurar tas-sikurezza u tad-dinjità għall-membri tal-persunal kollha tagħha; jappoġġja lill-Istitut fl-implimentazzjoni tal-politika tiegħu ta' tolleranza żero fir-rigward tal-fastidju sesswali;

17.  Jilqa' s-suġġeriment tal-Qorti li l-avviżi ta' postijiet vakanti jiġu ppubblikati wkoll fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal sabiex tiżdied il-pubbliċità; jifhem l-ispejjeż għolja tat-traduzzjoni li jirriżultaw minn din il-pubblikazzjoni; jinnota mit-tweġiba tal-Istitut li, minbarra l-limitazzjonijiet finanzjarji, huwa tal-fehma li l-mezzi li juża bħalissa jiżguraw trasparenza u pubbliċità xierqa;

Akkwist

18.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Istitut tressaq il-qorti minn persuni li xeħtu offerta u ma rnexxewx, fejn talbu total ta' EUR 700 000 f'danni (li jammontaw għal massimu ta' 9 % tal-baġit annwali tal-Istitut) u l-annullament tad-deċiżjoni ta' aġġudikazzjoni; josserva li l-Istitut diġà qed iħejji biex jindirizza finanzjarjament it-telf potenzjali; jinnota mir-risposta tal-Istitut li se jemenda l-proċeduri ta' akkwist irrispettivament mid-deċiżjoni ġudizzjarja finali; jistieden lill-Istitut jirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-iżviluppi f'dan ir-rigward;

19.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Istitut ħareġ u ffinalizza proċess ta' offerti biex jikseb fornitur għal servizzi tal-ivvjaġġar mingħajr garanzija tal-aħjar valur għall-flus; jinnota mir-risposta tal-Istitut li għandu fis-seħħ kontrolli interni biex jiċċekkja u jikkontrolla l-prezzijiet tas-servizzi pprovduti mill-fornitur magħżul; jinnota, barra minn hekk, li l-Istitut biħsiebu ma jġeddidx dan il-kuntratt iżda biħsiebu jipparteċipa fi proċedura ta' akkwist konġunt organizzata mill-Kummissjoni; jistieden lill-Istitut jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li jsir f'dan ir-rigward;

20.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, sa tmiem l-2017 l-Istitut ma kienx għadu introduċa l-għodod varati mill-Kummissjoni bil-għan li tiġi introdotta soluzzjoni waħda għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist pubbliku (akkwist elettroniku); jinnota mir-risposta tal-Istitut li l-Istitut qiegħed jimplimenta s-sottomissjoni elettronika ta' offerti u l-fatturazzjoni elettronika f'konformità mal-iskedi ta' żmien stabbiliti mill-Kummissjoni sa tmiem l-2018; jistieden lill-Istitut jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li jsir f'dan ir-rigward;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

21.  Jinnota l-miżuri eżistenti tal-Istitut u l-isforzi kontinwi biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jirrimarka bi tħassib, madankollu, li l-Istitut jippubblika biss is-CVs tad-direttur tiegħu iżda mhux is-CVs tal-maniġment superjuri tiegħu fuq is-sit web tiegħu; jistieden lill-Istitut jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda f'dan ir-rigward;

Awditu intern

22.  Jinnota li fl-2017, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar il-ġestjoni tal-partijiet ikkonċernati u dwar il-komunikazzjoni esterna, fejn ikkonkluda li l-kontrolli interni tal-Istitut huma adegwati; jinnota li sabiex jiġu indirizzati t-tliet rakkomandazzjonijiet tal-IAS ikklassifikati bħala "importanti", ġie stabbilit pjan ta' azzjoni li għandu jitlesta sa tmiem l-2018; jistieden lill-Istitut jirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tat-tliet rakkomandazzjonijiet;

23.  Jinnota l-isforzi tal-Istitut biex jiżgura post tax-xogħol kosteffikaċi u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent; josserva li l-Istitut ma għandu ebda miżura speċifika fis-seħħ biex jitnaqqsu jew jiġu newtralizzati l-emissjonijiet ta' CO2, iżda jinnota li jħeġġeġ lill-persunal tiegħu juża t-trasport pubbliku jew ir-roti biex jivvjaġġaw bejn ix-xogħol u lura lejn darhom;

o

o o

24.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2019(14) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

24.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2201(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Malin Björk

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-ugwaljanza bejn is-sessi tikkostitwixxi wieħed mill-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni timpenja ruħha li tippromwovi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-azzjonijiet kollha tagħha hekk kif minqux fl-Artikolu 8 tat-TFUE;

B.  billi l-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru huwa applikazzjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-proċess baġitarju u jfisser valutazzjoni bbażata fuq is-sessi tal-baġits, li tinkorpora l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livelli kollha tal-proċess baġitarju u r-ristrutturar tad-dħul u l-infiq sabiex tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi(15);

1.  Ifakkar li l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) twaqqaf biex jikkontribwixxi u jsaħħaħ il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u jsaħħaħha, billi jinkludi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-politiki kollha rilevanti tal-Unjoni u l-politiki nazzjonali riżultanti, jiġġieled kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess u jżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni f'dak li jirrigwarda l-ugwaljanza bejn is-sessi, u jilqa' l-prijoritizzazzjoni tal-ħidma f'bosta oqsma b'riżultati ta' kwalità u viżibbiltà għolja, mingħajr ma tintilef l-enfasi fuq l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri;

2.  Jilqa' l-fatt li, fl-2017, kien hemm żieda sostanzjali fl-ambitu tas-sensibilizzazzjoni u tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-EIGE u li l-pubblikazzjonijiet tiegħu rċevew rispons pożittiv mill-utenti – dan kollu kkontribwixxa għat-tixrid tal-messaġġi tal-ugwaljanza bejn is-sessi u għas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini fl-Unjoni;

3.  Jilqa' l-parteċipazzjoni tal-EIGE u l-kontributi siewja tiegħu tal-aspetti tal-ġeneru fin-netwerk tal-Aġenziji Ewropej tal-Ġustizzja u l-Intern;

4.  Jieħu nota li l-EIGE għamel progress rigward xi rakkomandazzjonijiet tal-Evalwazzjoni Esterna (2015); jilqa' l-isforz tal-EIGE biex jinbidel f'organizzazzjoni mmexxija mill-proġetti li żżid is-sinerġiji interni u tippromwovi l-qsim tal-għarfien fost l-unitajiet; japprezza li l-EIGE beda jimplimenta pjan ta' azzjoni li jindirizza r-rakkomandazzjonijiet u jistieden lill-Istitut ikompli dan il-proċess biex itejjeb il-governanza u l-effiċjenza;

5.  Jilqa' l-kooperazzjoni li għaddejja bejn l-EIGE u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u jilqa' l-kontribut tal-EIGE għall-isforzi kontinwi tal-Kumitat inkluż dwar l-istudju u l-promozzjoni tal-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru u dwar l-aspetti tal-ġeneru tat-Traffikar tal-Bnedmin; jilqa', f'dan ir-rigward, b'mod partikolari l-kontribut tal-EIGE biex jintegra perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fid-Direttiva Kontra t-Traffikar u fid-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi; 

6.  Jindika l-ħtieġa ta' kooperazzjoni mill-qrib tal-EIGE mhux biss mal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, iżda anke ma' Kumitati parlamentari oħra sabiex l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri titwettaq aħjar fil-politiki u fl-azzjonijiet; jitlob li jiġi allokat finanzjament addizzjonali lill-EIGE sabiex jiżdied l-għadd ta' persunal, li se jippermetti lill-EIGE jipprovdi assistenza lill-partijiet ikkonċernati ewlenin tiegħu, pereżempju, fl-implimentazzjoni tal-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru u għodod oħra għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri;

7.  Jappoġġja l-ħidma tal-EIGE, li, permezz ta' studji u riċerka, tippermetti lill-Kumitat FEMM jikseb data li hija indispensabbli sabiex iwettaq ħidmietu kif suppost billi jipprovdi data uffiċjali u ta' kwalità għolja ħielsa minn kwalunkwe influwenza ideoloġika;

8.  Jilqa' l-kisbiet tal-EIGE fl-2017, b'mod partikolari l-fatt li ppubblika l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2017 (l-Indiċi), li żviluppa definizzjonijiet armonizzati u indikaturi dwar il-vjolenza bbażata fuq is-sess, u l-pjattaforma u l-għodod estiżi tiegħu għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri; japprezza l-karatteristika l-ġdida tal-Indiċi li tiffoka fuq il-lakuni fost gruppi differenti ta' nisa u rġiel u l-fatt li mis-sena 2019 l-Indiċi se jiġi aġġornat fuq bażi annwali; jitlob li jiġu żviluppati aktar għodod metodoloġiċi biex tiġi żgurata aħjar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-politiki u l-azzjonijiet kollha;

9.  Jieħu nota li l-EIGE segwa r-rapporti relatati mal-fastidju sesswali ta' ħaddiema nisa u apprendisti fl-aġenzija; jissottolinja li l-aġenzija jeħtiġilha tkun mudell fil-ġlieda kontra l-fastidju sesswali u tiżgura s-sikurezza u d-dinjità għall-persunal kollu tagħha; jappoġġja lill-EIGE fl-implimentazzjoni tal-politika ta' tolleranza żero dwar il-fastidju sesswali;

10.  Jirrakkomanda bil-qawwa li l-EIGE, bħala ċ-ċentru tal-Unjoni Ewropea għall-għarfien espert dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, jiġi assenjat ir-rwol li jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Istanbul;

11.  Jiddeplora ċ-ċirkostanzi ta' riskju kostanti ta' tnaqqis baġitarju u ta' nuqqas ta' riżorsi umani li taħthom jeħtieġlu jaħdem l-EIGE;

12.  Japprezza l-ħidma tal-EIGE dwar is-suġġett tad-diġitalizzazzjoni u jilqa' l-proġett tiegħu li jiffoka fuq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, id-differenza bejn il-pagi u l-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa, u l-iżvilupp ta' għodda tal-Parlament sensittiva għall-ġeneru;

13.  Jieħu nota tal-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali tal-EIGE jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta' Diċembru 2017 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu u t-tibdil fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni;

14.  Jinnota l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri li d-dħul u l-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-EIGE għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2017 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

15.  Jilqa' t-tlestija tal-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-2016 dwar il-livell ta' riporti għall-approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu III (nefqa operazzjonali); jistieden lill-EIGE jikkunsidra l-osservazzjoni li għamlet il-Qorti dwar il-pubblikazzjoni tal-avviżi ta' postijiet battala fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal sabiex jiżdiedu t-trasparenza u l-pubbliċità li jippermettu liċ-ċittadini jkollhom aċċess għall-postijiet battala mid-diversi istituzzjonijiet u aġenziji Ewropej b'mod kollettiv;

16.  Huwa tal-fehma li, fuq il-bażi tad-data disponibbli bħalissa, tista' tingħata kwittanza lid-Direttur tal-EIGE fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2017.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

23.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Beatriz Becerra Basterrechea, Heinz K. Becker, Malin Björk, Vilija Blinkevičiūtė, Anna Maria Corazza Bildt, Iratxe García Pérez, Arne Gericke, Anna Hedh, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Angelika Niebler, Maria Noichl, Marijana Petir, Pina Picierno, João Pimenta Lopes, Terry Reintke, Liliana Rodrigues, Michaela Šojdrová, Ernest Urtasun, Jadwiga Wiśniewska, Anna Záborská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Forenza, Julie Girling, Lívia Járóka, Dubravka Šuica, Mylène Troszczynski, Julie Ward

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Lambert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

22

+

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea

GUE/NGL

Malin Björk, Eleonora Forenza, João Pimenta Lopes

PPE

Heinz K. Becker, Anna Maria Corazza Bildt, Julie Girling, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Lívia Járóka, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Angelika Niebler, Dubravka Šuica

S&D

Vilija Blinkevičiūtė, Iratxe García Pérez, Anna Hedh, Maria Noichl, Pina Picierno, Liliana Rodrigues, Julie Ward

Verts/ALE

Jean Lambert, Terry Reintke, Ernest Urtasun

6

-

ECR

Arne Gericke, Jadwiga Wiśniewska

ENF

Mylène Troszczynski

PPE

Marijana Petir, Michaela Šojdrová, Anna Záborská

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Marian-Jean Marinescu, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

1

-

ENF

Jean-François Jalkh

1

0

EFDD

Marco Valli

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 136.

(2)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 136.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(5)

ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 136.

(8)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 136.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(11)

ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

ĠU C 84/31, 17.03.2017, p. 151.

(14)

Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0000.

(15)

https://rm.coe.int/1680596143

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Marzu 2019Avviż legali