Proċedura : 2018/0145(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0151/2019

Testi mressqa :

A8-0151/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2019 - 8.33
CRE 16/04/2019 - 8.33

Testi adottati :

P8_TA(2019)0391

RAPPORT     ***I
PDF 495kWORD 191k
4.3.2019
PE 627.562v02-00 A8-0151/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/... u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009

(COM(2018)0286 – C8-0194/2018 – 2018/0145(COD))

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur: Róża Gräfin von Thun und Hohenstein

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/... u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009

(COM(2018)0286 – C8-0194/2018 – 2018/0145(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0286),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0194/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel kif ukoll tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0151/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/... u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009

dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009

 

(Din l-emenda tapplika tul it-test meta jissemma' r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2917, p. 1). L-adozzjoni tagħha tirrikjedi adattamenti korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Ir-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 25 jistabbilixxi dispożizzjonijet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ġodda, bil-għan li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u li jiġi ffaċilitat livell għoli ta' sikurezza u ta' prestazzjoni ambjentali.

(1)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 jistabbilixxi dispożizzjonijet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ġodda, bil-għan li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u li jiġi ffaċilitat livell għoli ta' sikurezza u ta' prestazzjoni ambjentali.

__________________

__________________

24 Ir-Regolament (EU) 2018/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L …, ..., p. …).

24 Ir-Regolament (EU) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).

25 + PO: please insert in the text the number of the Regulation contained in document PE-CONS No73/17 (2016/0014 (COD)) and insert the number, date and OJ reference of that Regulation in the footnote.

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Is-sikurezza fit-toroq fl-Unjoni tirrikjedi politika koordinata fil-livell internazzjonali fil-qafas tal-ftehimiet tan-NU/KEE u speċjalment fil-Grupp ta' Ħidma 29 (WP.29) u approċċ integrat fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali. Għalhekk jeħtieġ li l-azzjonijiet u l-miżuri li jittieħdu minn awtoritajiet differenti jiġu kkoordinati f'komponenti ewlenin tas-sikurezza fit-toroq li jkopru l-vetturi, l-imġiba tas-sewqan u s-sinjali u l-infrastrutturi tat-toroq.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Tul l-aħħar għexieren ta' snin, l-iżviluppi fis-sikurezza tal-vetturi kkontribwew ferm lejn it-tnaqqis ġenerali fl-għadd ta' fatalitajiet u korrimenti serji fit-toroq. Dan l-aħħar, madankollu, tali tnaqqis għoddu weħel fl-Unjoni, minħabba raġunijiet varji, fosthom fatturi strutturali u ta' mġiba. Mingħajr inizjattivi ġodda fuq is-sikurezza ġenerali fit-toroq, l-effetti tal-istrateġija attwali ma jkunux jistgħu jlaħħqu mal-effetti tal-volumi dejjem jikbru tat-traffiku. Għaldaqsant, jeħtieġ li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-vetturi tkompli tittejjeb bħala parti minn approċċ integrat għas-sikurezza fit-toroq, kif ukoll sabiex jitħarsu aħjar l-utenti vulnerabbli tat-triq.

(3)  Tul l-aħħar għexieren ta' snin, l-iżviluppi fis-sikurezza tal-vetturi kkontribwew ferm lejn it-tnaqqis ġenerali fl-għadd ta' fatalitajiet u korrimenti serji fit-toroq. Madankollu, mietu 25 300 persuna fl-2017 fit-toroq tal-Unjoni, ċifra li staġnat fl-aħħar erba' snin. Barra minn hekk, kull sena 135 000 persuna jindarbu serjament f'ħabtiet. L-Unjoni għandha tagħmel l-almu tagħha biex tnaqqas dawn iċ-ċifri b'mod drastiku li jimmiraw għall-għan tal-Viżjoni Żero ta' "ebda fatalità". Minbarra l-miżuri ta' sikurezza biex jiġu protetti l-okkupanti tal-vetturi, jeħtieġ li jiġu implimentati miżuri speċifiċi biex jiġu evitati l-fatalitajiet u l-korrimenti tal-utenti vulnerabbli tat-triq, fosthom iċ-ċiklisti u l-persuni bil-mixi, bil-għan li jiġu protetti l-utenti li jkunu jinsabu barra mill-vettura. Mingħajr inizjattivi ġodda fuq is-sikurezza ġenerali fit-toroq, l-effetti tal-istrateġija attwali ma jkunux jistgħu jlaħħqu mal-effetti tal-volumi dejjem jikbru tat-traffiku. Għaldaqsant, jeħtieġ li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-vetturi tkompli tittejjeb bħala parti minn approċċ integrat għas-sikurezza fit-toroq, kif ukoll sabiex jitħarsu aħjar l-utenti vulnerabbli tat-triq.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Id-definizzjoni ta' utenti vulnerabbli tat-triq jenħtieġ li tinkludi utenti tat-triq motorizzati bħalma huma s-segways, l-iskuters, is-siġġijiet tar-roti u r-roti elettriċi.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-progress tekniku fil-qasam tas-sistemi tas-sikurezza avvanzata tal-vetturi joffri possibbiltajiet ġodda biex jitnaqqas in-numru tal-vittmi. Biex jitnaqqas kemm jista' jkun l-għadd ta' fatalitajiet, jeħtieġ li jiddaħħlu ċerti teknoloġiji ġodda rilevanti.

(4)  Il-progress tekniku fil-qasam tas-sistemi tas-sikurezza avvanzata tal-vetturi joffri possibbiltajiet ġodda biex jitnaqqas in-numru tal-vittmi. Biex jitnaqqas kemm jista' jkun l-għadd ta' korrimenti u fatalitajiet severi, jeħtieġ li jiddaħħal pakkett tat-teknoloġiji ġodda rilevanti.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Biex tkun żgurata n-newtralità teknoloġika fir-rigward tas-sistemi ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers, ir-rekwiżit tal-prestazzjoni jenħtieġ li jippermetti kemm sistemi ta' monitoraġġ tal-pressjoni diretta kif ukoll dik indiretta tal-pressjoni tat-tajers.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Il-miżuri regolatorji proposti jistgħu jkunu effettivi, biex inaqqsu l-fatalitajiet, inaqqsu l-għadd ta' aċċidenti fit-toroq u jnaqqsu l-korrimenti u l-ħsarat, biss jekk jiksbu l-aċċettazzjoni tal-utenti. Għalhekk, il-manifatturi tal-vetturi jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li s-sistemi u l-karatteristiċi previsti f'dan ir-Regolament jiġu żviluppati b'tali mod li jappoġġjaw lis-sewwieq, jiżguraw l-aċċettazzjoni tal-utenti u l-probabbiltà tagħhom li jintużaw. Għal dak il-għan, il-funzjonament ta' dawk is-sistemi u l-karatteristiċi u l-limitazzjonijiet tagħhom jenħtieġ li jiġu spjegati wkoll b'mod ċar u faċli għall-konsumaturi fl-istruzzjonijiet tal-utenti fir-rigward tal-vetturi bil-mutur.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-assistenza intelliġenti tal-veloċità, is-sistemi kontra l-ħruġ mill-karreġġata, il-monitoraġġ tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq, ir-rikonoxximent avvanzat tad-distrazzjoni, u s-sistemi ta' detezzjoni tal-irriversjar għandhom potenzjali għoli biex inaqqsu b'mod konsiderevoli l-għadd ta' vittmi. Barra minn hekk, is-sistemi msemmija jissejsu fuq teknoloġiji li se jintużaw ukoll fl-implimentazzjoni tal-vetturi konnessi u awtomatizzati. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni regoli u proċeduri tal-ittestjar armonizzati għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi fir-rigward ta' tali sistemi, kif ukoll għall-approvazzjoni tat-tip ta' tali sistemi bħala unitajiet tekniċi separati.

(6)  Is-sistemi avvanzati ta' bbrekjar ta' emerġenza, l-assistenza intelliġenti tal-veloċità, is-sistemi ta' emerġenza kontra l-ħruġ mill-karreġġata, is-sistemi tat-twissija tal-ħedla u tad-distrazzjoni tas-sewwieq, is-sistemi tat-twissija avvanzata tad-distrazzjoni tas-sewwieq, u s-sistemi ta' detezzjoni tal-irriversjar huma sistemi ta' sikurezza li għandhom potenzjali għoli biex inaqqsu b'mod konsiderevoli l-għadd ta' vittmi. Barra minn hekk, uħud minn dawk is-sistemi ta' sikurezza jiffurmaw il-bażi ta' teknoloġiji li se jintużaw ukoll fl-implimentazzjoni tal-vetturi awtomatizzati. Kwalunkwe sistema ta' sikurezza bħal din jenħtieġ li tiffunzjona mingħajr l-użu ta' kwalunkwe tip ta' informazzjoni bijometrika tas-sewwieqa jew il-passiġġieri, inkluż ir-rikonoxximent tal-wiċċ. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni regoli u proċeduri tal-ittestjar armonizzati għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi fir-rigward ta' tali sistemi, kif ukoll għall-approvazzjoni tat-tip ta' tali sistemi bħala unitajiet tekniċi separati. Il-progress teknoloġiku ta' dawk is-sistemi jenħtieġ li jitqies f'kull evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti, sabiex jibqgħu validi fil-futur, jaderixxu b'mod strett mal-prinċipju ta' privatezza u l-protezzjoni tad-dejta, u jappoġġjaw l-iżvilupp lejn is-sewqan b'Viżjoni Żero. Huwa meħtieġ li jiġi żgurat ukoll li dawk is-sistemi jistgħu jintużaw b'mod sikur, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-vetturi.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Jenħtieġ li jkun possibbli li l-assistenza intelliġenti tal-veloċità tintefa, pereżempju, meta sewwieq jesperjenza twissijiet foloz jew rispons mhux xieraq b'riżultat ta' kundizzjonijiet ħżiena tat-temp, marki tat-toroq kunfliġġenti temporanji fiż-żoni ta' kostruzzjoni u sinjali tat-toroq li jiżgwidaw, difettużi jew neqsin. Din il-funzjoni ta' diżattivazzjoni jenħtieġ li tkun taħt il-kontroll tas-sewwieq, u ddum sakemm ikun meħtieġ u jkollha l-għażla li tinqaleb faċilment mis-sewwieq. Is-sistema jenħtieġ li dejjem tkun attiva meta tinxtegħel l-ignixin u s-sewwieq jenħtieġ li dejjem ikun konxju dwar jekk is-sistema hix mixgħula jew le.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  Huwa rikonoxxut b'mod wiesa' li ċ-ċinturin tas-sikurezza huwa wieħed mill-aktar karatteristiċi importanti u effettivi tas-sikurezza tal-vetturi. Is-sistemi ta' tfakkira għall-qfil taċ-ċinturin tas-sikurezza għandhom għalhekk il-potenzjal li jipprevjenu aktar fatalitajiet jew inaqqsu l-korrimenti billi jżidu r-rati ta' kemm jintlibes iċ-ċinturin tas-sikurezza madwar l-Unjoni. Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 għamel is-sistema ta' tfakkira għall-qfil taċ-ċinturin tas-sikurezza li kienet diġà obbligatorja għas-sit tas-sewwieq fil-karozzi tal-passiġġieri ġodda kollha mill-2014.Dan inkiseb permezz tal-implimentazzjoni tar-Regolament 16 tan-NU li kien fih id-dispożizzjonijiet tekniċi rilevanti. Grazzi għall-adattament għall-progress tekniku ta' dak ir-Regolament tan-NU, issa se jsir obbligatorju li s-sits kollha ta' quddiem u ta' wara ta' vetturi M1 u N1, kif ukoll is-sits ta' quddiem ta' vetturi N2, N3, M2 u M3 b'sistemi ta' tfakkira għall-qfil taċ-ċinturin tas-sikurezza mill-1 ta' Settembru 2019 għat-tipi ġodda u mill-1 ta' Settembru 2021 għall-vetturi bil-mutur ġodda kollha.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-introduzzjoni ta' reġistraturi tad-data f'każ ta' aċċident, li jaħżnu firxa ta' data essenzjali dwar il-vettura għal perjodu ta' żmien qasir qabel, matul u wara avveniment skattatur (eż. l-użu ta' airbag), hija pass siewi fil-kisba ta' data aktar preċiża u approfondita dwar l-aċċidenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkun hemm ir-rekwiżit li l-vetturi motorizzati jkunu mgħammra b'tali reġistraturi. Jenħtieġ li jkun hemm ukoll ir-rekwiżit li tali reġistraturi jkunu kapaċi jirreġistraw u jaħżnu dejta b'tali mod li d-dejta tkun tista' tintuża mill-Istati Membri biex iwettqu analiżi tas-sikurezza tat-toroq u jevalwaw l-effettività tal-miżuri speċifiċi li jkunu ttieħdu.

(7)  L-introduzzjoni ta' reġistraturi tad-data f'każ ta' aċċident, li jaħżnu firxa ta' data essenzjali anonimizzata dwar il-vettura għal perjodu ta' żmien qasir ftit qabel, matul u immedjatament wara aċċident tat-triq (eż. skattat bl-użu ta' airbag), hija pass siewi fil-kisba ta' data aktar preċiża u approfondita dwar l-aċċidenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkun hemm ir-rekwiżit li l-vetturi motorizzati kollha jkunu mgħammra b'tali reġistraturi. Jenħtieġ li tali reġistraturi jkunu kapaċi jirreġistraw u jaħżnu dejta b'tali mod li tali dejta tkun tista' tintuża mill-Istati Membri biex iwettqu analiżi tas-sikurezza tat-toroq u jevalwaw l-effettività tal-miżuri speċifiċi li jkunu ttieħdu mingħajr il-possibbiltà li jidentifikaw is-sid jew id-detentur ta' vettura partikolari abbażi tad-dejta maħżuna.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Kull ipproċessar ta' data personali, bħal informazzjoni dwar is-sewwieq ipproċessata f'reġistraturi tad-data f'każ ta' avveniment (aċċident), jew informazzjoni dwar is-sewwieq fil-monitoraġġ tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq jew fir-rikonoxximent avvanzat tad-distrazzjoni, għandu jsir skont il-leġislazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data28. Barra minn hekk, l-ipproċessar tad-dejta personali miġbura permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 huwa soġġett għal salvagwardji speċifiċi29.

(8)  Kull ipproċessar ta' data personali, bħal informazzjoni dwar is-sewwieq ipproċessata f'reġistraturi tad-data f'każ ta' aċċident, jew informazzjoni dwar il-ħedla u l-attenzjoni tas-sewwieq jew ir-rikonoxximent avvanzat tad-distrazzjoni tas-sewwieq, għandu jsir skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data28. Ir-reġistraturi tad-data tal-aċċidenti jenħtieġ li joperaw fuq sistema ta' ċirkwit magħluq, fejn id-data maħżuna jerġa' jkun hemm ħżin fuqha, u li ma tippermettix li l-vettura jew is-sewwieq jiġu identifikati. Barra minn hekk, it-twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq u s-sistemi tat-twissija avvanzati tad-distrazzjoni tas-sewwieq jenħtieġ li ma jirreġistrawx kontinwament jew iżommu kwalunkwe data għajr dik li hija meħtieġa għall-finijiet li hi ġiet miġbura jew ipproċessata fi ħdan is-sistema ta' ċirkwit magħluq. Apparti dan, l-ipproċessar tad-data personali miġbura permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 huwa soġġett għal salvagwardji speċifiċi29.

__________________

__________________

28 Ir-Regolament (KE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta), ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

28 Ir-Regolament (KE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

29 Ir-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE, ĠU L 123, 19.5.2015, p. 77.

29 Ir-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 77).

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Peress li huwa fatt magħruf li l-użu tal-mowbajls jew ta' kwalunkwe tagħmir ieħor waqt is-sewqan ifixkel b'mod sinifikanti l-kapaċità tas-sewqan, il-manifatturi tal-vetturi jenħtieġ li jippubblikaw it-testijiet tagħhom biex juru konformità mal-Istqarrija ta' Gwida dwar il-Prinċipji tal-interfaċċja bniedem-magna (HMI) fir-rigward tal-informazzjoni fil-vetturi u s-sistemi ta' inforikreazzjoni.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)  Sistemi avvanzati ta' bbrejkjar ta' emerġenza jew sistemi ta' żamma ta' emerġenza jistgħu ma jkunux operattivi għal kollox f’xi każijiet, b'mod partikolari minħabba nuqqasijiet fl-infrastruttura tat-toroq. F'dawk il-każijiet, jenħtieġ li s-sistemi jiddiżattivaw huma stess u jagħtu informazzjoni dwar id-diżattivazzjoni lis-sewwieq. Jekk dawn ma jiddiżattivawx awtomatikament, f'dawk il-każijiet jenħtieġ li jkun possibbli li jintfew b'mod manwali. Tali diżattivazzjoni jenħtieġ li tkun temporanja u ddum biss għall-perjodu meta s-sistema ma tkunx qed topera b'mod sħiħ. Is-sewwieqa jista' jkollhom bżonn jieħdu r-riedni tas-sistema avvanzata ta' bbrejkjar ta' emerġenza jew tas-sistema ta' żamma ta' emerġenza, fejn il-funzjonament tas-sistema jista' jwassal għal riskju jew ħsara akbar. Dan jiżgura li l-vetturi jkunu l-ħin kollu taħt il-kontroll tas-sewwieq. Madankollu s-sistemi jistgħu jirrikonoxxu wkoll każijiet fejn is-sewwieq ikun inabilitat u għalhekk ikun hemm bżonn intervent mis-sistema sabiex jiġi evitat id-deterjorament ta' aċċident.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33, ir-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri tal-ittestjar għall-approvazzjoni tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu u tas-sistemi u l-komponenti tal-idroġenu baqgħu jiżviluppaw fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti biex iqisu l-progress tekniku. Ir-Regolament tan-NU 13434 bħalissa japplika wkoll fl-Unjoni fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip tas-sistemi tal-idroġenu fil-vetturi motorizzati. Minbarra dawk ir-rekwiżiti, japplikaw ukoll kriterji għall-kwalità tal-materjali użati fis-sistemi tal-vetturi bl-idroġenu kkumpressat, iżda bħalissa huma stabbiliti biss fil-livell tal-Unjoni.

(13)  Wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33, ir-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri tal-ittestjar għall-approvazzjoni tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu u tas-sistemi u l-komponenti tal-idroġenu baqgħu jiżviluppaw fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti biex iqisu l-progress tekniku. Ir-Regolament tan-NU 13434 bħalissa japplika wkoll fl-Unjoni fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip tas-sistemi tal-idroġenu fil-vetturi motorizzati. Minbarra dawk ir-rekwiżiti, il-kriterji għall-kwalità tal-materjali u r-reċipjenti tal-alimentazzjoni użati fis-sistemi tal-vetturi bl-idroġenu jenħtieġ li jkunu stabbiliti biss fil-livell tal-Unjoni.

__________________

__________________

33 Ir-Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE, ĠU L 35, 4.2.2009, p. 32.

33 Ir-Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 35, 4.2.2009, p. 32).

34 Ir-Regolament tan-NU 134 dwar dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni tal-vetturi tal-mutur u l-komponenti tagħhom fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu (HFCV).

34 Ir-Regolament tan-NU 134 dwar dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni tal-vetturi tal-mutur u l-komponenti tagħhom fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu (HFCV).

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Storikament, ir-regoli tal-Unjoni llimitaw it-tul ġenerali tal-kombinazzjonijiet tat-trakkijiet, u dan wassal għad-disinji tipiċi bil-kabina fuq il-magna fi sforzi biex jitkabbar kemm jista' jkun il-wisa' għall-merkanzija. Madankollu, il-pożizzjoni tas-sewwieq fil-għoli wasslet għal żona ikbar tal-punti moħbija, kif ukoll għal inqas viżibbiltà diretta madwar il-kabina tat-trakk. Dan huwa fattur ewlieni tal-aċċidenti tat-trakkijiet li jinvolvu lil utenti vulnerabbli tat-triq. L-għadd ta' vittmi jista' jitnaqqas ferm billi tittejjeb il-viżjoni diretta. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiddaħħlu rekwiżiti biex il-viżjoni diretta tittejjeb.

(15)  Storikament, ir-regoli tal-Unjoni llimitaw it-tul ġenerali tal-kombinazzjonijiet tat-trakkijiet, u dan wassal għad-disinji tipiċi bil-kabina fuq il-magna fi sforzi biex jitkabbar kemm jista' jkun il-wisa' għall-merkanzija. Madankollu, il-pożizzjoni tas-sewwieq fil-għoli wasslet għal żona ikbar tal-punti moħbija, kif ukoll għal inqas viżibbiltà diretta madwar il-kabina tat-trakk. Dan huwa fattur ewlieni tal-aċċidenti tat-trakkijiet li jinvolvu lil utenti vulnerabbli tat-triq. L-għadd ta' vittmi jista' jitnaqqas ferm billi tittejjeb il-viżjoni diretta. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiddaħħlu rekwiżiti biex il-viżjoni diretta tittejjeb sabiex tissaħħaħ il-viżibbiltà diretta tal-persuni bil-mixi, iċ-ċiklisti u utenti oħra vulnerabbli tat-triq mill-pożizzjoni tas-sewwieq. Meta jiġi ddisinjat ir-rekwiżit speċifiku għal viżjoni diretta, jenħtieġ li jitqiesu speċifiċitajiet ta' tipi differenti ta' vetturi.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Fid-dawl tal-enfasi tar-regolamenti tas-sikurezza tal-vetturi tal-UE fuq il-protezzjoni tal-utenti vulnerabbli tat-triq, fost l-oħrajn billi tiġi żgurata viżjoni adegwata għas-sewwieqa, jenħtieġ li l-entitajiet pubbliċi u privati jżommu lura milli jirrikjedu t-twaħħil ta' kwalunkwe tip ta' tikketta, vinjetta jew stiker, ikun xi jkun l-għan tagħha, fuq kwalunkwe parti tal-wiċċ trasparenti tal-ħġieġ tal-vettura. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jinfurzaw li l-windskrins u t-twieqi tal-ġenb jinżammu mingħajr tikketti, vinjetti, stikers jew kwalunkwe oġġett ieħor li kapaċi jfixkel il-viżjoni, sabiex ma tixxejjinx l-effettività tal-liġi tal-Unjoni fuq il-viżibbiltà għas-sewwieqa.

(16)  Fid-dawl tal-enfasi tar-regolamenti tas-sikurezza tal-vetturi tal-Unjoni fuq il-protezzjoni tal-utenti vulnerabbli tat-triq, fost l-oħrajn billi tiġi żgurata viżjoni adegwata għas-sewwieqa, jenħtieġ li jiġu promossi ż-żamma ta' windskrins bla tikketti, vinjetti, stikers, kaxxi tal-pedaġġ u oħrajn. Jenħtieġ li l-manifatturi tal-vetturi, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u l-gruppi tal-promozzjoni tas-sigurtà, għal dak il-għan, jikkunsidraw jispeċifikaw liema partijiet tal-wiċċ trasparenti tal-ħġieġ tal-vettura huma sikuri għal kwalunkwe tip ta' tikketta, vinjetta, kaxxa tal-pedaġġ jew stiker, mingħajr ma titnaqqas is-sikurezza tal-utenti vulnerabbli tat-triq.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Il-vetturi awtomatizzati u konnessi kapaċi jagħtu kontribut enormi għat-tnaqqis fil-fatalitajiet fit-toroq, billi huwa stmat li madwar 90 % tal-aċċidenti tat-toroq iseħħu minħabba żball uman. Ladarba l-vetturi awtomatizzati progressivament se jkunu qegħdin jieħdu l-kontroll tal-kompiti tas-sewwieq, jenħtieġ li jiġu adottati fil-livell tal-Unjoni regoli armonizzati u rekwiżiti tekniċi għas-sistemi tal-vetturi awtomatizzati.

(17)  Il-vetturi awtomatizzati kapaċi jagħtu kontribut enormi għat-tnaqqis fil-fatalitajiet fit-toroq, peress li aktar minn 90 % tal-aċċidenti tat-toroq iseħħu minħabba xi livell ta' żball uman. Ladarba l-vetturi awtomatizzati progressivament se jkunu qegħdin jieħdu l-kontroll tal-kompiti tas-sewwieq, jenħtieġ li jiġu adottati fil-livell tal-Unjoni u promossi fil-livell internazzjonali fil-qafas tad-WP.29 tan-NU/KEE regoli armonizzati u rekwiżiti tekniċi għas-sistemi tal-vetturi awtomatizzati, inkluż fir-rigward tal-assigurazzjoni ta' sikurezza verifikabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-vetturi awtomatizzati.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  Peress li l-età medja ta' vettura fl-Unjoni hija ta' aktar minn 10 snin, il-modifika retroattiva tal-vetturi eżistenti b'sistemi avvanzati ta' għajnuna għas-Sewwieq tista' tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għat-tnaqqis tal-fatalitajiet fit-toroq fl-Unjoni. F'dan ir-rigward, l-Unjoni jenħtieġ li tikkontribwixxi biex tivvaluta jekk il-modifika retroattiva tal-flotta eżistenti, b'mod partikolari tax-xarabanks u tat-trakkijiet, b'sistemi avvanzati ta' għajnuna għas-sewwieq hijiex fattibbli u kosteffikaċi.

Ġustifikazzjoni

Il-karatteristiċi tas-sikurezza mmodifikati b'mod retroattiv itejbu l-livell ta' sikurezza tal-vetturi eżistenti li jkunu qed jintużaw u jipproteġu lill-utenti vulnerabbli tat-triq. Din l-emenda tikkonforma mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u mar-rapporti preċedenti tal-Parlament Ewropew f'dan il-qasam.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 18b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b)  Is-sikurezza tal-vetturi m'għadhiex limitata għall-protezzjoni kontra s-serq tal-vetturi, iżda jeħtieġ li jkollha l-għan li tipproteġi l-istruttura kollha tal-vetturi filwaqt li tipprevjeni t-telf jew il-kompromess tal-integrità tas-sistemi u tal-komponenti. Dan għandu l-għan li jiżgura li l-konformità ta' vettura, sistema, unità teknika separata, ta' komponenti kif ukoll ta' parts u tagħmir mar-rekwiżiti tas-sikurezza u tal-approvazzjoni ambjentali tibqa' effettiva u jkollha riskju iżgħar li tiġi kompressa matul il-ħajja ta' vettura, b'miżuri ta' protezzjoni raġonevoli iżda aġġornati. Il-konnettività u l-awtomatizzazzjoni tal-vetturi jżidu l-possibbiltajiet għal aċċess mhux awtorizzat u remot għal dejta fil-vetturi u modifika illegali ta' softwer bla fili. Sabiex jitqiesu r-rekwiżiti li se jinħolqu b'riżultat ta' dan, ir-Regolamenti tan-NU dwar is-sigurtà, iċ-ċibersigurtà u l-aġġornamenti tas-softwer bla fili jenħtieġ li jiġu applikati b'mod obbligatorju malajr kemm jista' jkun wara li dawn jidħlu fis-seħħ. Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-vetturi, is-sistemi, l-unitajiet tekniċi separati, il-komponenti, il-parts u t-tagħmir tagħhom ikunu mgħammra b'teknoloġija tas-sikurezza aġġornata meta jitqiegħdu fis-suq u li dan il-livell għoli ta' sikurezza jinżamm billi l-ħardwer u s-softwer jiġu aġġornati regolarment sa tmiem il-ħajja ta' vettura. Madankollu, dawk il-miżuri ta' sikurezza jenħtieġ li ma jikkompromettux l-obbligi tal-manifattur tal-vettura biex jipprovdi aċċess għal informazzjoni dijanjostika komprensiva u dejta fil-vettura rilevanti għat-tiswija u l-manutenzjoni ta' vettura.

Ġustifikazzjoni

F'konformità mar-rapport finali tal-grupp ITS/AD tan-NU/KEE, id-WP29 ġie rrakkomandat li jistabbilixxi Regolament tan-NU dwar iċ-ċibersigurtà. Iċ-ċibersigurtà hija biss pilastru wieħed tas-sikurezza ġenerali tal-vetturi. Is-sikurezza trid tiġi żgurata f'kull fażi taċ-ċiklu tal-ħajja u trid tiġi indirizzata mit-tfassil għas-sikurezza ta' vettura konnessa, filwaqt li tagħmilha diffiċli ħafna mil-lat tekniku u mhux attraenti mil-lat ekonomiku li din tiġi mbagħbsa, kemm jekk b'mod fiżiku jew bla fili b'mod remot.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tippromwovi l-iżvilupp ta' rekwiżiti tekniċi għall-istorbju tat-tajers, għar-reżistenza għad-dawrien u għall-prestazzjoni tal-aderenza tat-tajers fl-imxarrab fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti. Ir-raġuni hija li r-Regolament tan-NU 117 issa jinkludi dawn id-dispożizzjonijiet dettaljati. Il-proċess ta' adattament tar-rekwiżiti tat-tajers sabiex iqisu l-progress tekniku jenħtieġ li jkompli fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikulari biex jiġi żgurat li l-prestazzjoni tat-tajers tiġi vvalutata wkoll fi tmiem il-ħajja ta' tajer meta jkun eżawrit, kif ukoll biex titrawwem l-idea li t-tajers iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti matul il-ħajja kollha tagħhom u ma jinbidlux qabel il-waqt. Jenħtieġ li r-rekwiżiti eżistenti fir-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar il-prestazzjoni tat-tajers jiġu ssostitiwi b'Regolamenti tan-NU ekwivalenti.

(19)  Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tippromwovi l-iżvilupp ta' rekwiżiti tekniċi għall-istorbju tat-tajers, għar-reżistenza għad-dawrien u għall-prestazzjoni tal-aderenza tat-tajers fl-imxarrab fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti. Ir-raġuni hija li r-Regolament tan-NU 117 issa jinkludi dawn id-dispożizzjonijiet dettaljati. Il-proċess ta' adattament tar-rekwiżiti tat-tajers sabiex iqisu l-progress tekniku jenħtieġ li jitkompla b'mod rapidu u ambizzjuż fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikulari biex jiġi żgurat li l-prestazzjoni tat-tajers tiġi vvalutata wkoll fi tmiem il-ħajja ta' tajer meta jkun eżawrit, kif ukoll biex titrawwem l-idea li t-tajers iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti matul il-ħajja kollha tagħhom u ma jinbidlux qabel il-waqt. Sabiex jiġi żgurat li l-istandards rigorużi jiġu ssodisfati, jenħtieġ li r-rekwiżiti eżistenti fir-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar il-prestazzjoni tat-tajers jiġu mmonitorjati u evalwati, u jenħtieġ li jiġu ssostitwiti meta l-prestazzjoni tat-tajers tista' tittejjeb fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Jenħtieġ li jiġu stipulati f'atti delegati, qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, rekwiżiti tekniċi ddettaljati u proċeduri tal-ittestjar speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom, kif ukoll tas-sistemi, tal-komponenti u tal-unitajiet tekniċi separati tagħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-manifatturi jingħataw żmien biżżejjed biex jadattaw għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u għall-atti delegati adottati skontu. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tiġi ddiferita,

(25)  Jenħtieġ li jiġu stipulati f'atti delegati, qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, rekwiżiti tekniċi ddettaljati u proċeduri tal-ittestjar speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom, kif ukoll tas-sistemi, tal-komponenti u tal-unitajiet tekniċi separati tagħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-manifatturi jingħataw żmien biżżejjed biex jadattaw għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u għall-atti delegati adottati skontu. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tiġi ddiferita, fejn meħtieġ.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)  Sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet dwar il-miżuri korrettivi u l-penali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/858 jiġu implimentati.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għal dawn li ġejjin:

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għal dawn li ġejjin:

1.  l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi, kif ukoll ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ddisinjati u mibnija għall-vetturi, fir-rigward tal-karatteristiċi u s-sikurezza ġenerali tagħhom, kif ukoll fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vettura u tal-utenti vulnerabbli tat-triq;

(a)  l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi, kif ukoll ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ddisinjati u mibnija għall-vetturi, fir-rigward tal-karatteristiċi u s-sikurezza ġenerali tagħhom, kif ukoll fir-rigward tal-protezzjoni u tas-sikurezza tal-okkupanti tal-vettura u tal-utenti vulnerabbli tat-triq;

2.  l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi, fir-rigward ta' sistemi għall-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers, rigward is-sikurezza tagħhom, l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, u l-emissjonijiet tas-CO2; and

(b)  l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi, fir-rigward ta' sistemi għall-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers, rigward is-sikurezza tagħhom, l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, u l-emissjonijiet tas-CO2; and

3.  l-approvazzjoni tat-tip ta' tajers maħdumin ġodda, fir-rigward tas-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

(c)  l-approvazzjoni tat-tip ta' tajers maħdumin ġodda, fir-rigward tas-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Dan ir-Regolament jispeċifika u jikkomplementa r-Regolament (UE) 2018/858 fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, u fir-rigward tal-protezzjoni u tas-sikurezza tal-okkupanti tal-vetturi u tal-utenti vulnerabbli tat-triq.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "utent vulnerabbli tat-triq" tfisser utent tat-triq fuq vettura motorizzata b'żewġ roti jew utent tat-triq mhux motorizzat, bħal ċiklist jew persuna bil-mixi;

(1)  "utent vulnerabbli tat-triq" tfisser utent tat-triq fuq vettura motorizzata b'rota waħda jew diversi mingħajr karozzerija protettiva jew utent tat-triq mhux motorizzat, bħal ċiklist jew persuna bil-mixi;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "assistenza intelliġenti tal-veloċità" tfisser sistema biex tgħin lis-sewwieq josserva l-veloċità xierqa għall-ambjent tat-triq, billi tagħtih feedback tattili permezz tal-pedala tal-aċċelleratur, b'informazzjoni dwar il-limitu tal-veloċità miksuba mill-osservazzjoni tas-sinjali tat-triq, abbażi ta' sinjali tal-infrastruttura jew dejta ta' mappa elettronika, jew it-tnejn f'daqqa, li jsiru disponibbli fil-vettura;

(3)  "assistenza intelliġenti tal-veloċità" tfisser sistema biex tassisti lis-sewwieq josserva l-veloċità xierqa għall-ambjent tat-triq, billi tagħtih feedback iddedikat u xieraq permezz tal-kontroll tal-aċċelleratur, jew permezz mezzi oħra effettivi biżżejjed f'li jiġbdu l-attenzjoni tas-sewwieq, abbażi tal-limitu tal-veloċità miksuba mill-osservazzjoni tas-sinjali tat-triq, abbażi ta' sinjali tal-infrastruttura jew dejta ta' mappa elettronika, jew it-tnejn f'daqqa, li jsiru disponibbli fil-vettura;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  "monitoraġġ tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq" tfisser sistema li tivvaluta l-viġilanza tas-sewwieq permezz ta' analiżi tas-sistemi tal-vettura, u li twissi lis-sewwieq jekk ikun meħtieġ;

(5)  "twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq" tfisser sistema li tivvaluta l-viġilanza tas-sewwieq permezz ta' analiżi tas-sistemi tal-vettura, u li twissi lis-sewwieq jekk ikun meħtieġ;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  "rikonoxximent avvanzat tad-distrazzjoni" tfisser sistema li taf tirrikonoxxi l-livell ta' attenzjoni viżiva tas-sewwieq lejn is-sitwazzjoni tat-traffiku, u li twissi lis-sewwieq jekk ikun meħtieġ;

(6)  "twissija avvantazata tad-distrazzjoni tas-sewwieq" tfisser sistema li twissi lis-sewwieq meta s-sewwieq ikun distratt jew li tevita li jkun distratt;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  "sinjal ta' waqfien ta' emerġenza" tfisser dwal ta' barra tal-waqfien li jpetptu b'rata mgħaġġla biex jindikaw lill-utenti l-oħra tat-triq wara l-vettura li qiegħda tiġi applikata forza qawwija ta' trażżin fuq il-vettura relattivament għall-kundizzjonijiet prevalenti tat-triq;

(7)  "sinjal ta' waqfien ta' emerġenza" tfisser funzjoni ta' sinjalizzazzjoni biex tindika lill-utenti l-oħra tat-triq wara l-vettura li qiegħda tiġi applikata forza qawwija ta' trażżin fuq il-vettura relattivament għall-kundizzjonijiet prevalenti tat-triq;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  "detezzjoni tal-irriversjar" tfisser kamera jew monitor, sistema ottika jew ta' detezzjoni, biex is-sewwieq ikun konxju tan-nies u tal-oġġetti li jinsabu wara l-vettura, bl-għan ewlieni li jiġi evitat il-ħbit waqt l-irriversjar;

(8)  "detezzjoni tal-irriversjar" tfisser kamera u monitor, sistema ottika jew ta' detezzjoni, biex is-sewwieq ikun konxju tan-nies u tal-oġġetti li jinsabu wara l-vettura, bl-għan ewlieni li jiġi evitat il-ħbit waqt l-irriversjar;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  "sistema avvanzata ta' bbrejkjar ta' emerġenza" tfisser sistema li tista' tidentifika awtomatikament ħabta potenzjali, u tattiva s-sistema tal-ibbrejkjar tal-vettura biex tnaqqas il-veloċità tal-vettura biex tevita jew ittaffi ħabta;

(10)  "sistema avvanzata ta' bbrejkjar ta' emerġenza" tfisser sistema li tista' tidentifika awtomatikament ħabta potenzjali, u awtomatikament tattiva s-sistema tal-ibbrejkjar tal-vettura fl-aħħar mument possibbli biex tnaqqas il-veloċità tal-vettura biex tevita jew ittaffi ħabta;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  "sistema kontra l-ħruġ mill-karreġġata" tfisser sistema li timmonitorja l-pożizzjoni tal-vettura fir-rigward tal-konfini tal-karreġġata u tapplika torque fuq ir-rota tal-istering, jew pressjoni fuq il-brejkijiet, tal-anqas meta jsir ħruġ mill-karreġġata jew ikun appik li jsir u ħabta tkun imminenti;

(11)  "sistema ta' emerġenza kontra l-ħruġ mill-karreġġata" tfisser sistema li tassisti lis-sewwieq f'li jżomm pożizzjoni sikura tal-vettura fir-rigward tal-karreġġata jew fil-konfini tat-triq, tal-anqas meta jsir ħruġ mill-karreġġata jew ikun appik li jsir u ħabta tkun imminenti;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  "reġistratur tad-dejta f'każ ta' aċċident" tfisser sistema li tirreġistra u taħżen parametri u informazzjoni kritika marbutin mal-ħbit qabel, matul u wara ħabta;

(13)  "reġistratur tad-dejta f'każ ta' aċċident" tfisser sistema ddisinjata unikament għall-fini li tirreġistra u taħżen parametri u informazzjoni kritika marbutin mal-ħbit ftit qabel, matul u immedjatament wara ħabta;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  "sistema ta' propulsjoni li taħdem bl-idroġenu" tfisser il-magna tal-kombustjoni interna jew is-sistema taċ-ċelluli tal-fjuwil li jintużaw għall-propulsjoni tal-vettura;

(18)  "sistema ta' propulsjoni li taħdem bl-idroġenu" tfisser konvertitur tal-enerġija użat għall-propulsjoni tal-vettura;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  "vettura awtomatizzata" tfisser vettura motorizzata ddisinjata u mibnija biex timxi b'mod awtonomu għal perjodi ta' żmien twal mingħajr superviżjoni umana kontinwa;

(21)  "vettura awtomatizzata" tfisser vettura motorizzata ddisinjata u mibnija biex timxi b'mod awtonomu għal ċerti perjodi ta' żmien mingħajr superviżjoni umana kontinwa, iżda fejn l-intervent tas-sewwieq xorta jkun mistenni jew meħtieġ;

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  "vettura awtomatizzata kompletament" tfisser vettura motorizzata ddisinjata u mibnija biex timxi b'mod awtonomu mingħajr superviżjoni umana;

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  "kantuniera tas-sistema ta' protezzjoni frontali" tfisser il-punt ta' kuntatt tas-sistema ta' protezzjoni frontali ma' pjan vertikali, li jifforma angolu ta' 60° mal-pjan lonġitudinali vertikali tal-vettura u li huwa tanġenzjali mal-wiċċ estern tas-sistema ta' protezzjoni frontali;

imħassar

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  "għoli tas-sistema ta' protezzjoni frontali ta' isfel" tfisser, fi kwalunkwe pożizzjoni trażversali, id-distanza vertikali bejn l-art u l-linja ta' riferenza tas-sistema ta' protezzjoni frontali ta' isfel, bil-vettura mqiegħda fl-orjentament normali tat-tħaddim tagħha.

imħassar

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 27a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)  "ċibersigurtà" tfisser protezzjoni kontra t-tbagħbis mill-bogħod u manipulazzjonijiet li jikkompromettu l-integrità tal-vetturi.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi jiġu disinjati, mibnija u armati b'mod li jiġi minimizzat ir-riskju ta' korriment għall-okkupanti tal-vettura u għall-utenti vulnerabbli tat-triq.

4.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi jiġu disinjati, mibnija u armati b'mod li jiġi prevenut jew minimizzat ir-riskju ta' korriment għall-okkupanti tal-vettura u għall-utenti vulnerabbli tat-triq.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-persuni bil-mixi, iċ-ċiklisti, il-viżjoni u l-viżibbiltà;

(b)  l-utenti vulnerabbli tat-triq, il-viżjoni u l-viżibbiltà;

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw ukoll li s-sistemi u l-karatteristiċi msemmija fl-Artikoli 5 sa 11 jiġu żviluppati b'tali mod li jiżguraw l-aċċettazzjoni tal-utent u li l-istruzzjonijiet għall-utenti tal-vettura bil-mutur ikun fihom informazzjoni ċara u komprensiva fir-rigward tal-funzjonament ta' dawk is-sistemi u l-karatteristiċi.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Sabiex jiġi żgurat li jintlaħaq livell għoli ta' sikurezza ġenerali tal-vetturi kif ukoll ta' protezzjoni tal-okkupanti tal-vettura u tal-utenti vulnerabbli tat-triq, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 sabiex tistabbilixxi regoli ddettaljati dwar il-proċeduri ta' ttestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati fir-rigward tar-rekwiżiti elenkati fl-Anness II.

7.  Sabiex jiġi żgurat li jintlaħaq livell għoli ta' sikurezza ġenerali tal-vetturi kif ukoll ta' protezzjoni tal-okkupanti tal-vettura u tal-utenti vulnerabbli tat-triq, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli ddettaljati dwar il-proċeduri ta' ttestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati fir-rigward tar-rekwiżiti elenkati fl-Anness II.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 7 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dawk ir-regoli ddettaljati għandhom jiġu stabbiliti u ppubblikati mill-inqas 15-il xahar qabel id-dati rilevanti speċifikati fl-Anness II.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-vetturi għandhom ikunu mgħammra b'sistema għall-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers li tkun preċiża u li tkun kapaċi tagħti twissija fil-vettura lis-sewwieq meta jsir telf ta' pressjoni f'tajer, fl-interess tal-konsum ottimali tal-fjuwil u tas-sikurezza fit-triq, f'firxa wiesgħa ta' kundizzjonijiet tat-triq u ambjentali.

1.  Il-vetturi għandhom ikunu mgħammra b'sistema għall-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers li tkun preċiża u li tkun kapaċi tagħti twissija fil-vettura lis-sewwieq meta jsir telf ta' pressjoni f'tajer f'firxa wiesgħa ta' kundizzjonijiet tat-triq u ambjentali.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 4 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 sabiex tistabbilixxi regoli ddettaljati dwar proċeduri tal-ittestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għal dawn li ġejjin:

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli ddettaljati dwar proċeduri tal-ittestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għal dawn li ġejjin:

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  għall-approvazzjoni tat-tip ta' tajers, inkluż rekwiżiti tekniċi dwar l-installazzjoni tagħhom.

(b)  għall-approvazzjoni tat-tip ta' tajers, inkluż meta t-tajers ikunu eżawriti u rekwiżiti tekniċi dwar l-installazzjoni tagħhom.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dawk ir-regoli ddettaljati għandhom jiġu stabbiliti u ppubblikati mill-inqas 15-il xahar qabel id-dati rilevanti speċifikati fl-Anness II.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  monitoraġġ tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq;

(c)  twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 1 - punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  rikonoxximent avvanzat tad-distrazzjoni;

(d)  twissija avvanzata tad-distrazzjoni tas-sewwieq;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  reġistratur tad-dejta tal-aċċidenti.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  għandu jkun possibbli li s-sewwieq iħoss, mill-pedala tal-aċċelleratur, li ntlaħaq jew inqabeż il-limitu tal-veloċità applikabbli;

(a)  għandu jkun possibbli li s-sewwieq jiġi pprovdut b'feedback dedikat u xieraq dwar il-kontroll tal-aċċelleratur, jew permezz ta' mezzi oħra effettivi, li nqabeż il-limitu tal-veloċità applikabbli;

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ma għandux ikun possibbli li s-sistema tintefa jew titwaqqaf;

(b)  għandu jkun possibbli li s-sistema tintefa;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  għandu jkun possibbli li s-sewwieq jieħu l-kontroll fuq il-veloċità tal-vettura flok dik magħżula mis-sistema, mingħajr xkiel u bit-tħaddim normali tal-pedala tal-aċċelleratur mingħajr bżonn ta' twaqqigħ tal-ger;

(c)  għandu jkun possibbli li s-sewwieq jieħu l-kontroll fuq il-veloċità tal-vettura flok dik magħżula mis-sistema, mingħajr xkiel u bit-tħaddim normali tal-kontroll tal-aċċelleratur;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 2 - punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  meta titqabbad is-sistema ta' kontroll awtomatiku tal-veloċità, is-sistema ta' assistenza intelliġenti tal-veloċità għandha tadatta awtomatikament għal kull limitu tal-veloċità aktar baxx.

imħassar

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  il-miri ta' prestazzjoni tagħha għandhom jiġu stabbiliti sabiex tiġi evitata jew minimizzata r-rata ta' żball f'kundizzjonijiet reali tas-sewqan;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  ma' kull attivazzjoni tal-iswiċċ ta' kontroll prinċipali tal-vettura, hi għandha tkun fil-modalità tat-tħaddim normali;

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Vettura motorizzata mgħammra b'sistema ta' rikonoxximent avvanzat tad-distrazzjoni skont il-punt (d) tal-paragrafu 1 tista' titqies li tissodisfa wkoll ir-rekwiżit fil-punt (c) tal-istess paragrafu.

imħassar

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Is-sistemi tat-twissija tal-ħedla u tad-distrazzjoni tas-sewwieq u s-sistemi avvanzati tat-twissija tad-distrazzjoni tas-sewwieq għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li dawk is-sistemi ma jirreġistrawx kontinwament jew jaħżnu dejta għajr dik li hija meħtieġa għall-finijiet li hi ġiet miġbura jew ipproċessata fi ħdan is-sistema ta' ċirkwit magħluq. Barra minn hekk, dik id-dejta ma għandhiex tkun aċċessibbli jew disponibbli għal parti terza fi kwalunkwe ħin u għandha titħassar minnufih wara l-ipproċessar. Dawk is-sistemi għandhom ikunu ddisinjati wkoll biex jevitaw trikkib u ma għandhomx iġiegħlu lis-sewwieq separatament u fl-istess ħin jew b'mod konfuż f'każ li azzjoni waħda tiskatta ż-żewġ sistemi.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  Madankollu, reġistratur tad-dejta f'każ ta' aċċident m'għandux ikun kapaċi jirreġistra u jaħżen l-aħħar erba' ċifri tas-sezzjoni tal-indikatur tal-vettura tan-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura, jew ebda informazzjoni oħra li tista' tippermetti li l-vettura individwali nfisha, sidha jew id-detentur tagħha, jiġu identifikati.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c.  Ir-reġistraturi tad-dejta f'każ ta' aċċident għandhom jissodisfaw, b'mod partikulari, ir-rekwiżiti li ġejjin:

 

(a) id-dejta li huma kapaċi jirreġistraw u jaħżnu dwar il-perjodu ta' ftit qabel, matul u immedjatament wara ħabta għandha tinkludi l-veloċità, l-ibbrejkjar, il-pożizzjoni u l-inklinazzjoni tal-vettura fit-triq, l-istat u r-rata ta' attivazzjoni tas-sistemi kollha ta' sikurezza tagħha, is-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112, l-attivazzjoni tal-brejk u kull parametru ta' input ieħor rilevanti tas-sistemi abbord attivi ta' sikurezza u għall-evitar tal-aċċidenti, b'livell għoli ta' preċiżjoni u sopravivenza żgurata tad-dejta;

 

(b) ma għandux ikun possibbli li t-tagħmir jiġi diżattivat;

 

(c) il-mod kif huma kapaċi jirreġistraw u jaħżnu d-dejta għandu jkun tali li:

 

(i) joperaw fuq sistema ta' ċirkwit magħluq;

 

(ii) id-dejta miġbura hija anonimizzata u protetta kontra l-manipulazzjoni u l-użu ħażin;

 

(iii) jistgħu jiġu identifikati t-tip, il-verżjoni u l-varjant preċiżi tal-vettura, u s-sistemi attivi ta' sikurezza u ta' evitar ta' aċċidenti installati fuq il-vettura.

 

(d) id-dejta tista' ssir disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali, abbażi tad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali biss għall-fini tar-riċerka u l-analiżi tal-aċċidenti, inkluż għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip ta' sistemi u komponenti u tan-nuqqas ta' konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, fuq interfaċċa standardizzata.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3d.  Il-karatteristiċi tas-sikurezza u t-twissijiet użati biex jassistu s-sewqan għandhom jiġu pperċepiti faċilment minn kull sewwieq, inklużi l-persuni anzjani u b'diżabilità.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 4 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 sabiex tistabbilixxi regoli ddettaljati dwar il-proċeduri tal-ittestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għal dawn li ġejjin:

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli ddettaljati dwar il-proċeduri tal-ittestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għal dawn li ġejjin:

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-approvazzjoni tat-tip tas-sistemi avvanzati tal-vetturi elenkati fil-punti (a) u (f) ta' dak il-paragrafu bħala unitajiet tekniċi separati.

(b)  l-approvazzjoni tat-tip tas-sistemi avvanzati tal-vetturi elenkati fil-punti (a) u (fa) tal-paragrafu 1 bħala unitajiet tekniċi separati.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dawk ir-regoli ddettaljati għandhom jiġu stabbiliti u ppubblikati mill-inqas 15-il xahar qabel id-dati rilevanti speċifikati fl-Anness II.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fl-ewwel fażi, id-detezzjoni tal-vetturi mixjin u tal-ostakli stazzjonarji li jinsabu quddiem il-vettura motorizzata;

(a)  fl-ewwel fażi, id-detezzjoni u d-deċellerazzjoni għall-vetturi mixjin u tal-ostakli stazzjonarji li jinsabu quddiem il-vettura motorizzata;

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fit-tieni fażi, il-kapaċità tad-detezzjoni titwessa' biex tinkludi wkoll lill-utenti vulnerabbli tat-triq li jinsabu quddiem il-vettura motorizzata.

(b)  fit-tieni fażi, tiġi estiża l-kapaċità tad-detezzjoni u d-deċellerazzjoni biex tinkludi wkoll lill-utenti vulnerabbli tat-triq li jinsabu quddiem il-vettura motorizzata.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 għandhom ikunu mgħammra b'sistema kontra l-ħruġ mill-karreġġata.

3.  Il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 għandhom ikunu mgħammra b'sistema ta' emerġenza kontra l-ħruġ mill-karreġġata.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  B'mod partikulari, is-sistemi avvanzati ta' bbrejkjar ta' emerġenza u s-sistemi kontra l-ħruġ mill-karreġġata għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

4.  B'mod partikulari, is-sistemi avvanzati ta' bbrejkjar ta' emerġenza u s-sistemi ta' emerġenza kontra l-ħruġ mill-karreġġata għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  għandu jkun possibbli li s-sistemi jintfew biss waħda waħda, u biss meta l-vettura tkun stazzjonarja u bil-brejk tal-parking attivat, permezz ta' sekwenza kumplessa ta' azzjonijiet li għandhom isiru mis-sewwieq;

(a)  għandu jkun possibbli li s-sistemi jintfew biss waħda waħda, u biss meta l-vettura tkun stazzjonarja u bil-brejk tal-parking attivat;

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  għandu jkun possibbli li s-sewwieq jieħu l-kontroll fuq is-sistemi;

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 għandhom ikunu mgħammra b'reġistratur tad-dejta f'każ ta' aċċident. Ir-reġistraturi tad-dejta f'każ ta' aċċident għandhom jissodisfaw, b'mod partikulari, ir-rekwiżiti li ġejjin:

imħassar

(a)  id-dejta li huma kapaċi jirreġistraw u jaħżnu dwar il-perjodu qabel, matul u wara ħabta għandha tinkludi, bħala minimu, il-veloċità tal-vettura, l-istat u r-rata ta' attivazzjoni tas-sistemi ta' sikurezza tagħha, u kull parametru ta' input ieħor rilevanti tas-sistemi abbord attivi ta' sikurezza u għall-evitar tal-aċċidenti;

 

(b)  ma għandux ikun possibbli li t-tagħmir jiġi diżattivat;

 

(c)  il-mod kif huma kapaċi jirreġistraw u jaħżnu d-dejta għandu jkun tali li d-dejta tkun protetta kontra l-manipulazzjoni, u tkun tista' ssir disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali, abbażi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 2016/679, permezz ta' interfaċċa standardizzata għall-finijiet tal-analiżi tad-dejta tal-aċċidenti, u b'tali mod li jistgħu jiġu identifikati t-tip, il-verżjoni u l-varjant preċiżi tal-vettura, u b'mod partikulari s-sistemi attivi ta' sikurezza u għall-evitar tal-aċċidenti installati fil-vettura.

 

Madankollu, id-dejta li reġistratur tad-dejta f'każ ta' aċċident huwa kapaċi jirreġistra u jaħżen ma għandhiex tinkludi l-aħħar erba' ċifri tas-sezzjoni tal-indikatur tal-vettura tan-numru ta' informazzjoni tal-vettura, jew ebda informazzjoni oħra li tista' tippermetti li l-vettura individwali nfisha tiġi identifikata.

 

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 7 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 sabiex tistabbilixxi regoli ddettaljati dwar il-proċeduri tal-ittestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għal dawn li ġejjin:

7.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli ddettaljati dwar il-proċeduri tal-ittestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għal dawn li ġejjin:

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 7 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-approvazzjoni tat-tip tar-reġistraturi tad-dejta f'każ ta' aċċident bħala unitajiet tekniċi separati.

(b)  l-approvazzjoni tat-tip tar-reġistraturi tad-dejta ta' aċċident bħala unitajiet tekniċi separati.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 7 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dawk ir-regoli ddettaljati għandhom jiġu stabbiliti u ppubblikati mill-inqas 15-il xahar qabel id-dati rilevanti speċifikati fl-Anness II.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 8 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Is-sistemi ta' protezzjoni frontali, ikunux installati bħala tagħmir oriġinali fil-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, jew inkella mqiegħda fis-suq bħala unitajiet tekniċi separati għal tali vetturi, għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2, fl-Anness IV u fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

1.  Is-sistemi ta' protezzjoni frontali, ikunux installati bħala tagħmir oriġinali fil-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, jew inkella mqiegħda fis-suq bħala unitajiet tekniċi separati għal tali vetturi, għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2 u fl-atti delegati msemmija fil-paragrafu 3.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 sabiex tistabbilixxi regoli ddettaljati dwar il-proċeduri tal-ittestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip tas-sistemi ta' protezzjoni frontali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, inkluż rekwiżiti tekniċi dwar il-kostruzzjoni u l-installazzjoni tagħhom.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli ddettaljati dwar il-proċeduri tal-ittestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip tas-sistemi ta' protezzjoni frontali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, inkluż rekwiżiti tekniċi dwar il-kostruzzjoni u l-installazzjoni tagħhom.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dawk ir-regoli ddettaljati għandhom jiġu stabbiliti u ppubblikati mill-inqas 15-il xahar qabel id-dati rilevanti speċifikati fl-Anness II.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 għandhom ikunu mgħammra b'sistemi avvanzati għad-detezzjoni ta' utenti vulnerabbli tat-triq li jinsabu qrib ħafna tal-parti ta' quddiem jew tal-ġenb tal-vetturi, u dawn is-sistemi għandhom jagħtu twissija jew jevitaw il-ħbit ma' tali utenti vulnerabbli tat-triq.

3.  Il-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 għandhom ikunu mgħammra b'sistemi avvanzati għad-detezzjoni ta' utenti vulnerabbli tat-triq li jinsabu qrib ħafna tal-parti ta' quddiem u tal-ġenb tal-vetturi, u dawn is-sistemi għandhom jagħtu twissija jew jevitaw il-ħbit ma' tali utenti vulnerabbli tat-triq.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  għandu jkun possibbli li s-sistemi jintfew biss waħda waħda, u biss meta l-vettura tkun stazzjonarja u bil-brejk tal-parking attivat, permezz ta' sekwenza kumplessa ta' azzjonijiet li għandhom isiru mis-sewwieq;

(a)  għandu jkun possibbli li s-sistemi jintfew biss waħda waħda, u biss meta l-vettura tkun stazzjonarja u bil-brejk tal-parking attivat;

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  għandu jkun possibbli li s-sewwieq jieħu l-kontroll fuq is-sistemi;

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 għandhom ikunu ddisinjati u mibnija sabiex itejbu l-viżibbiltà diretta tal-utenti vulnerabbli tat-triq mis-sit tas-sewwieq.

5.  Il-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 għandhom ikunu ddisinjati u mibnija sabiex itejbu l-viżibbiltà diretta tal-utenti vulnerabbli tat-triq mis-sit tas-sewwieq, ineħħu l-postijiet mhux viżibbli (blind spots) quddiem is-sit tas-sewwieq u jnaqqsu b'mod sinifikanti l-postijiet mhux viżibbli permezz tat-twieqi tal-ġenb. Għandhom jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet ta' tipi differenti ta' vetturi.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 7 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 sabiex tistabbilixxi regoli ddettaljati dwar il-proċeduri tal-ittestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għal dawn li ġejjin:

7.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli ddettaljati dwar il-proċeduri tal-ittestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għal dawn li ġejjin:

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 7 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-regoli ddettaljati fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti u ppubblikati mill-inqas 15-il xahar qabel id-dati rilevanti speċifikati fl-Anness II.

 

Ir-regoli ddettaljati fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti u ppubblikati mill-inqas 36 xahar qabel id-dati rilevanti speċifikati fl-Anness II.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Minbarra r-rekwiżiti l-oħra ta' dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skontu li japplikaw ukoll għall-vetturi tal-kategoriji M u N, il-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu ta' dawk il-kategoriji, is-sistemi tal-idroġenu tagħhom u l-komponenti ta' tali sistemi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V u fl-atti ddelegati adottati skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

1.  Minbarra r-rekwiżiti l-oħra ta' dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skontu li japplikaw ukoll għall-vetturi tal-kategoriji M u N, il-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu ta' dawk il-kategoriji, is-sistemi tal-idroġenu tagħhom u l-komponenti ta' tali sistemi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-atti ddelegati msemmija fil-paragrafu 3.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 biex:

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli ddettaljati dwar il-proċeduri tat-test speċifiku u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi mħaddma bl-idroġenu fir-rigward tas-sistemi tagħhom tal-idroġenu, inklużi l-kompatibbiltà tal-materjali u r-reċipjenti tal-alimentazzjoni tal-fjuwil, u għall-approvazzjoni tat-tip ta' komponenti tal-idroġenu, inklużi r-rekwiżiti għall-installazzjoni tagħhom.

(a) tistabbilixxi regoli ddettaljati dwar il-proċeduri tal-ittestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu fir-rigward tas-sistemi tal-idroġenu tagħhom, inklużi l-komptabbiltà mal-materjali u r-reċipjent tal-alimentazzjoni tal-fjuwil, kif ukoll għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-idroġenu, inkluż rekwiżiti għall-installazzjoni tagħhom;

 

(b)  temenda l-Anness V biex tadattah għall-progress tekniku.

 

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dawk ir-regoli ddettaljati għandhom jiġu stabbiliti u ppubblikati mill-inqas 15-il xahar qabel id-dati rilevanti speċifikati fl-Anness II.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rekwiżiti speċifiċi marbutin mal-vetturi awtomatizzati

Rekwiżiti speċifiċi marbutin mal-vetturi assistiti u awtomatizzati, u vetturi kompletament awtomatizzati

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Minbarra r-rekwiżiti l-oħra ta' dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skontu li japplikaw ukoll għall-vetturi tal-kategoriji rispettivi, il-vetturi awtomatizzati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-atti ddelegati adottati skont il-paragrafu 2, fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

1.  Minbarra r-rekwiżiti l-oħra ta' dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skontu li japplikaw ukoll għall-vetturi tal-kategoriji rispettivi, il-vetturi assistiti jew awtomatizzati, u l-vetturi kompletament awtomatizzati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-atti ddelegati msemmija fil-paragrafu 2, fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  sistemi li jieħdu l-kontroll tal-vettura flok is-sewwieq, inkluż l-istering, l-aċċellerazzjoni u l-ibbrejkjar;

(a)  sistemi li jieħdu l-kontroll tal-vettura flok is-sewwieq, inkluż is-sinjalar, l-istering, l-aċċellerazzjoni u l-ibbrejkjar;

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  sistemi għall-monitoraġġ tad-disponibbiltà tas-sewwieq;

(c)  (Ma taffettwax il-verżjoni Maltija)

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 11 - paragrafu 1 - punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  reġistraturi tad-dejta f'każ ta' aċċident għall-vetturi awtomatizzati;

imħassar

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Is-sistema ta' monitoraġġ tad-disponibbiltà tas-sewwieq msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 m'għandhiex tapplika għal vetturi kompletament awtomatizzati.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sabiex jiġi żgurat t-tħaddim sikur tal-vetturi awtomatizzati fit-toroq pubbliċi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 biex tistipula rekwiżiti dwar is-sistemi u elementi oħra elenkati fil-punti minn (a) sa (e) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, kif ukoll biex tistipula regoli ddettaljati dwar il-proċeduri tal-ittestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi awtomatizzati fir-rigward ta' dawk ir-rekwiżiti.

2.  Sabiex jiġi żgurat t-tħaddim sikur tal-vetturi awtomatizzati u l-vetturi kompletament awomatizzati fit-toroq pubbliċi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi rekwiżiti dwar is-sistemi u elementi oħra elenkati fil-punti minn (a) sa (e) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, kif ukoll biex tistipula regoli ddettaljati dwar il-proċeduri tal-ittestjar speċifiċi u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi awtomatizzati u l-vetturi kompletament awtomatizzati fir-rigward ta' dawk ir-rekwiżiti.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Pieni

 

L-Artikolu 84 tar-Regolament (UE) 2018/858 għandu japplika mutatis mutandis għall-ksur ta' dan ir-Regolament.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16a

 

Rieżami u Rapportar

 

1. Sa ... [erba' snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport ta' evalwazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-funzjonament tal-miżuri u s-sistemi kollha relatati mas-sikurezza, inklużi dawk li ġew modifikati b'mod retroattiv fil-vetturi eżistenti. Il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk dawk il-miżuri u s-sistemi joperawx skont dan ir-Regolament, kif ukoll ir-rati ta' penetrazzjoni tagħhom u l-aċċettazzjoni tal-utenti. Fejn ikun xieraq, dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn rakkomandazzjonijiet, inkluża proposta leġiżlattiva biex jiġu emendati r-rekwiżiti fir-rigward tas-sikurezza ġenerali u l-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u tal-utenti vulnerabbli tat-triq, sabiex jiġu appoġġjati l-iżviluppi lejn sewqan b'Viżjoni Żero.

 

2. Qabel kull sessjoni tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi (WP.29) tan-NU/KEE, il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni lill-Parlament Ewropew dwar il-progress li jkun sar dwar l-implimentazzjoni tal-istandards tas-sikurezza tal-vetturi fir-rigward tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5 sa 11 u dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni matul is-sessjoni.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu japplika minn [UP: Jekk jogħġbok daħħal id-data 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Għandu japplika minn [l-1 ta' Settembru wara 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Madankollu, l-Artikolu 4(7), l-Artikolu 5(4), l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 7(7), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(7), l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 12 għandhom japplikaw minn... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda    101

Proposta għal regolament

Anness II - Tabella

 

Rekwiżiti dwar

A

SISTEMI TA' TRAŻŻIN, TESTIJIET TAL-ĦBIT, INTEGRITÀ TAS-SISTEMA TAL-FJUWIL U SIKUREZZA ELETTRIKA B'VULTAĠĠ GĦOLI

A1

Fittings tal-intern

Regolament tal-UNECE Nru 21

 

A

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

A2

Sits u trażżin tar-ras

Regolament tan-NU Nru 17

 

A

A

A

A

A

A

 

 

 

 

 

 

A3

Sits tax-xarabanks

Regolament tan-NU Nru 80

 

 

A

A

 

 

 

 

 

 

 

 

A

A4

Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza

Regolament tan-NU Nru 14

 

A

A

A

A

A

A

 

 

 

 

 

 

A5

Ċinturini tas-sikurezza u sistemi ta' trażżin

Regolament tan-NU Nru 16

 

A

A

A

A

A

A

 

 

 

 

 

 

A6

Tfakkiriet għall-qfil taċ-ċinturin tas-sikurezza

 

 

A

A

A

A

A

A

 

 

 

 

 

 

A7

Sistemi diviżorji

Regolament tan-NU Nru 126

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

B

 

A8

Ankraġġi tat-trażżin għat-tfal

Regolament tan-NU Nru 145

 

A

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

A9

Sistemi tat-trażżin għat-tfal

Regolament tan-NU Nru 44

 

A1

A1

A1

A1

A1

A1

 

 

 

 

A

A

A10

Sistemi mtejba tat-trażżin għat-tfal

Regolament tan-NU Nru 129

 

X

X

X

X

X

X

 

 

 

 

B

B

A11

Protezzjoni ta' quddiem kontra l-underrun

Regolament tan-NU Nru 93

 

 

 

 

 

A

A

 

 

 

 

A

A

A12

Protezzjoni ta' wara kontra l-underrun

Regolament tan-NU Nru 58

 

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A13

Protezzjoni laterali

Regolament tan-NU Nru 73

 

 

 

 

 

A

A

 

 

A

A

 

 

A14

Sikurezza tat-tank tal-fjuwil

Regolament tan-NU Nru 34

 

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

 

A15

Sikurezza tal-gass likwifikat miż-żejt

Regolament tan-NU Nru 67

 

A

A

A

A

A

A

 

 

 

 

 

A

A16

Sikurezza tal-gass naturali kkompressat u likwifikat

Regolament tan-NU Nru 110

 

A

A

A

A

A

A

 

 

 

 

 

A

A17

Sikurezza tal-idroġenu

Regolament tan-NU Nru 134

 

A

A

A

A

A

A

 

 

 

 

 

A

A18

Kwalifikazzjoni tal-materjal tas-sistema tal-idroġenu

 

Anness V

A

A

A

A

A

A

 

 

 

 

 

A

A19

Sikurezza tal-elettriku waqt l-użu

Regolament tan-NU Nru 100

 

A

A

A

A

A

A

 

 

 

 

 

 

A20

Impatt frontali mhux iċċentrat

Regolament tan-NU Nru 94

Dan japplika għall-kategoriji ta' vettura M1 u N1 b'massa massima ≤ 2 500 kg

A

 

 

A

 

 

 

 

 

 

 

 

A21

Impatt frontali fuq il-wisa' kollu

Regolament tan-NU Nru 137

L-użu tal-manikin tal-ħbit "Hybrid III" bħala apparat tal-ittestjar antropomorfiku huwa permess, sa meta l-apparat tal-ittestjar għat-trażżin tal-okkupant uman "THOR" isir disponibbli fir-Regolament tan-NU

B

 

 

B

 

 

 

 

 

 

 

 

A22

Stering protettiv

Regolament tan-NU Nru 12

 

A

 

 

A

 

 

 

 

 

 

A

 

A23

Airbag ta' sostituzzjoni

Regolament tan-NU Nru 114

 

X

 

 

X

 

 

 

 

 

 

B

 

A24

Impatt fuq il-kabina

Regolament tan-NU Nru 29

 

 

 

 

A

A

A

 

 

 

 

 

 

A25

Impatt fil-ġenb

Regolament tan-NU Nru 95

Dan japplika għall-vetturi kollha tal-kategoriji M1 and N1, inklużi dawk bil-punt R tal-iktar sit baxx > 700 mm mil-livell tal-art

A

 

 

A

 

 

 

 

 

 

 

 

A26

Impatt fil-ġenb ma' arblu

Regolament tan-NU Nru 135

 

B

 

 

B

 

 

 

 

 

 

 

 

A27

Impatt minn wara

Regolament tan-NU Nru 34

Dan japplika għall-kategoriji ta' vettura M1 u N1 b'massa massima ≤ 3 500 kg Għandhom jiġu żgurati r-rekwiżiti tas-sikurezza elettrika wara l-ħabta

A

 

 

A

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Rekwiżiti dwar

B

UTENTI VULNERABBLI TAT-TRIQ, VIŻJONI U VIŻIBBILTÀ

B1

Protezzjoni tar-riġel u tar-ras tal-persuna bil-mixi

Regolament tan-NU Nru 127

 

A

 

 

A

 

 

 

 

 

 

 

 

B2

Żona mkabbra tal-impatt fuq ir-ras tal-persuna bil-mixi u taċ-ċiklist

Regolament tan-NU Nru 127

L-erja tat-test b'mudell ta' ras tat-tfal u tal-adulti hija limitata mid-"distanza perimetrika għall-adulti" ta' 2 500 mm, jew mil-"linja ta' referenza tan-naħa ta' wara tal-windskrin", skont liema waħda tinsab aktar 'il quddiem. Il-kuntatt tal-mudell ta' ras mal-pilastri A, mal-parti 'l fuq mill-windskrin u mal-għata huwa eskluż, iżda għandu jiġi mmonitorjat xorta.

C

 

 

C

 

 

 

 

 

 

 

 

B3

Sistema ta' protezzjoni frontali

 

Anness IV

X

 

 

X

 

 

 

 

 

 

A

 

B4

Ibbrejkjar ta' emerġenza avvanzat għal persuni bil-mixi u ċiklisti

 

 

C

 

 

C

 

 

 

 

 

 

 

 

B5

Twissija tal-ħbit ma' persuni bil-mixi u ċiklisti

 

 

 

B

B

 

B

B

 

 

 

 

B

 

B6

Sistema ta' informazzjoni tal-punt moħbi

 

 

 

B

B

 

B

B

 

 

 

 

B

 

B7

Sikurezza fl-irriversjar

 

 

B

B

B

B

B

B

 

 

 

 

B

 

B8

Viżjoni 'l quddiem

Regolament tan-NU Nru 125

Dan japplika għall-kategoriji ta' vettura M1 u N1

A

 

 

C

 

 

 

 

 

 

 

 

B9

Viżjoni diretta ta' vetturi heavy-duty

 

 

 

D

D

 

D

D

 

 

 

 

 

 

B10

Ħġieġ tas-sikurezza

Regolament tan-NU Nru 43

 

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

 

A

B11

Sistemi li jneħħu s-silġ u ċ-ċpar

 

 

A

A2

A2

A2

A2

A2

 

 

 

 

 

 

B12

Ħasil/imsiħ

 

 

A

A3

A3

A3

A3

A3

 

 

 

 

A

 

B13

Tagħmir għall-viżjoni indiretta

Regolament tan-NU Nru 46

 

A

A

A

A

A

A

 

 

 

 

 

A

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Rekwiżiti dwar

C

XAŻÌ TAL-VETTURA, IBBREJKJAR, TAJERS U STERING

C1

Tagħmir tal-istering

Regolament tan-NU Nru 79

 

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

 

 

C2

Twissija tal-ħruġ mill-karreġġata

Regolament tan-NU Nru 130

 

 

A4

A4

 

A4

A4

 

 

 

 

 

 

C3

Sistema ta' emerġenza kontra l-ħruġ mill-karreġġata

 

 

B

 

 

B

 

 

 

 

 

 

 

 

C4

Ibbrejkjar

Regolament tan-NU Nru 13 Regolament tan-NU Nru 13-H

 

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

 

 

C5

Partijiet ta' sostituzzjoni tal-ibbrejkjar

Regolament tan-NU Nru 90

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

A

 

C6

Assistenza fl-ibbrejkjar

Regolament tan-NU Nru 139

 

A

 

 

A

 

 

 

 

 

 

 

 

C7

Kontroll tal-istabbiltà

Regolament tan-NU Nru 13 Regolament tan-NU Nru 140

 

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

 

 

C8

Ibbrejkjar ta' emerġenza avvanzat fuq vetturi heavy-duty

Regolament tan-NU Nru 131

 

 

A4

A4

 

A4

A4

 

 

 

 

 

 

C9

Ibbrejkjar ta' emerġenza avvanzat fuq vetturi ħfief

 

 

B

 

 

B

 

 

 

 

 

 

 

 

C10

Sikurezza u prestazzjoni ambjentali tat-tajers

Regolament tan-NU Nru 30 Regolament tan-NU Nru 54 Regolament tan-NU Nru 117

Għandha tiġi żgurata wkoll proċedura tat-test għal tajers użati; id-dati fin-nota C japplikaw.

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

 

A

C11

Roti ta' riżerva u sistemi run-flat

Regolament tan-NU Nru 64

 

A1

 

 

A1

 

 

 

 

 

 

 

 

C12

Tajers mogħtija tread ġdid (retreaded)

Regolament tan-NU Nru 108 Regolament tan-NU Nru 109

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

 

A

C13

Monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers għal vetturi ħfief

Regolament tan-NU Nru 141

Dan japplika għall-kategoriji ta' vettura M1 u N1

A

 

 

B

 

 

 

 

 

 

 

 

C14

Monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers għal vetturi heavy-duty

 

 

 

B

B

 

B

B

 

 

B

B

 

 

C15

Installazzjoni tat-tajers

Regolament tan-NU Nru 142

Dan japplika għall-kategoriji kollha ta' vettura

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

 

 

C16

Roti ta' sostituzzjoni

Regolament tan-NU Nru 124

 

X

 

 

X

 

 

X

X

 

 

 

B

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Rekwiżiti dwar

D

STRUMENTI ABBORD, SISTEMA ELETTRIKA, DWAL TAL-VETTURA U PROTEZZJONI KONTRA L-UŻU MHUX AWTORIZZAT, INKLUŻI ATTAKKI ĊIBERNETIĊI

D1

Twissija akustika

Regolament tan-NU Nru 28

 

A

A

A

A

A

A

 

 

 

 

 

A

D2

Interferenza tar-radju (kompatibbiltà elettromanjetika)

Regolament tan-NU Nru 10

 

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

D3

Protezzjoni kontra l-użu mhux awtorizzat u l-attakki ċibernetiċi, immobilizzatur u sistemi ta' allarm

Regolament tan-NU Nru 18 Regolament tan-NU Nru 97 Regolament tan-NU Nru 116

 

A

A1

A1

A

A1

A1

 

 

 

 

A

A

D4

Protezzjoni tal-vetturi kontra l-attakki ċibernetiċi

 

 

B

B

B

B

B

B

 

 

 

 

B

B

D5

Spidometru

Regolament tan-NU Nru 39

 

A

A

A

A

A

A

 

 

 

 

 

 

D6

Odometru

Regolament tan-NU Nru 39

 

A

A

A

A

A

A

 

 

 

 

 

 

D7

Tagħmir li jillimita l-veloċità

Regolament tan-NU Nru 89

 

 

A

A

 

A

A

 

 

 

 

 

A

D8

Assistenza intelliġenti tal-veloċità

 

 

B

B

B

B

B

B

 

 

 

 

B

 

D9

Identifikazzjoni ta' kontrolli, ta' indikaturi operatorji u ta' indikaturi

Regolament tan-NU Nru 121

 

A

A

A

A

A

A

 

 

 

 

 

 

D10

Sistemi tat-tisħin

Regolament tan-NU Nru 122

 

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

 

A

D11

Tagħmir għas-sinjalar bid-dawl

Regolament tan-NU Nru 4 Regolament tan-NU Nru 6 Regolament tan-NU Nru 7 Regolament tan-NU Nru 19 Regolament tan-NU Nru 23 Regolament tan-NU Nru 38 Regolament tan-NU Nru 77 Regolament tan-NU Nru 87 Regolament tan-NU Nru 91

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

 

A

D12

Tagħmir għall-illuminazzjoni tat-triq

Regolament tan-NU Nru 31 Regolament tan-NU Nru 98 Regolament tan-NU Nru 112 Regolament tan-NU Nru 123

 

X

X

X

X

X

X

 

 

 

 

 

A

D13

Tagħmir retroriflettiv

Regolament tan-NU Nru 3

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

 

A

D14

Sorsi ta' dawl

Regolament tan-NU Nru 37 Regolament tan-NU Nru 99 Regolament tan-NU Nru 128

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

 

A

D15

Installazzjoni ta' sinjalar bid-dawl, illuminazzjoni tat-triq u tagħmir retroriflettiv

Regolament tan-NU Nru 48

 

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

 

 

D16

Sinjal ta' waqfien ta' emerġenza

 

 

B

B

B

B

B

B

B

B

B

B

 

 

D17

Naddafa tal-fanali ta' quddiem

Regolament tan-NU Nru 45

 

A1

A1

A1

A1

A1

A1

 

 

 

 

 

A

D18

Indikatur tal-bdil tal-gerijiet

 

 

A

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Rekwiżiti dwar

E

IMĠIBA TAS-SEWWIEQ U TAS-SISTEMA

E1

Faċilitazzjoni għall-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol

 

 

B

B

B

B

B

B

 

 

 

 

 

 

E2

Twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq

 

 

B

B

B

B

B

B

 

 

 

 

 

 

E3

Twissija avvanzata tad-distrazzjoni tas-sewwieq

 

L-evitar tad-distrazzjoni b'mezzi tekniċi jista' jitqies ukoll.

C

C

C

C

C

C

 

 

 

 

 

 

E4

Monitoraġġ tad-disponibbiltà tas-sewwieq

 

 

E

E

E

E

E

E

 

 

 

 

 

 

E5

Reġistratur tad-dejta tal-aċċidenti

 

 

B

B

B

B

B

B

 

 

 

 

B

 

E6

Sistemi għas-sostituzzjoni tal-kontroll tas-sewwieq

 

 

E

E

E

E

E

E

 

 

 

 

 

 

E7

Sistemi li jipprovdu l-vettura b'tagħrif dwar il-qagħda tal-vettura u l-madwar

 

 

E

E

E

E

E

E

 

 

 

 

 

 

E8

Platooning

 

 

E

E

E

E

E

E

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Rekwiżiti dwar

F

KOSTRUZZJONI ĠENERALI U KARATTERISTIĊI TAL-VETTURA

F1

Spazju tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni

 

 

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

 

 

F2

Moviment tar-rivers

 

 

A

A

A

A

A

A

 

 

 

 

 

 

F3

Lukketti u ċappetti tal-bibien

Regolament tan-NU Nru 11

 

A

 

 

A

A

A

 

 

 

 

 

 

F4

Skaluni, imqabad u stafef tal-bibien

 

 

A

 

 

A

A

A

 

 

 

 

 

 

F5

Projezzjonijiet esterni

Regolament tan-NU Nru 26

 

A

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

F6

Projezzjonijiet esterni tal-kabini tal-vetturi kummerċjali

Regolament tan-NU Nru 61

 

 

 

 

A

A

A

 

 

 

 

 

 

F7

Pjanċa statutorja u numru ta' identifikazzjoni tal-vettura

 

 

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

 

 

F8

Tagħmir tal-irmonk

 

 

A

A

A

A

A

A

 

 

 

 

 

 

F9

Irpari tar-roti

 

 

A

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

F10

Sistemi ta' trażżin tal-isprej 

 

 

 

 

 

A

A

A

A

A

A

A

 

 

F11

Mases u dimensjonijiet

 

 

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

 

 

F12

Igganċjar mekkaniku

Regolament tan-NU Nru 55 Regolament tan-NU Nru 102

 

A1

A1

A1

A1

A1

A1

A

A

A

A

 

A

F13

Vetturi maħsuba għat-trasport ta' merkanzija perikoluża

Regolament tan-NU Nru 105

 

 

 

 

A

A

A

A

A

A

A

 

 

F14

Kostruzzjoni ġenerali tax-xarabanks

Regolament tan-NU Nru 107

 

 

A

A

 

 

 

 

 

 

 

 

 

F15

Qawwa tas-sovrastruttura ta' xarabank

Regolament tan-NU Nru 66

 

 

A

A

 

 

 

 

 

 

 

 

 

F16

Fjammabbiltà fix-xarabanks

Regolament tan-NU Nru 118

 

 

 

A

 

 

 

 

 

 

 

 

A

Emenda    102

Proposta għal regolament

Anness II – Noti mat-tabella – punt D

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

D:  Data għaċ-ċaħda tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE:

D:  Data għaċ-ċaħda tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE:

[PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 48 xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]

[36 xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]

Data għall-projbizzjoni tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, kif ukoll għat-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati:

Data għall-projbizzjoni tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, kif ukoll għat-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati:

[PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 84 xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]

[78 xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]

Emenda    103

Proposta għal regolament

Anness II – Noti mat-tabella – punt E (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

E:  Data għal rifjut ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE u data għall-projbizzjoni tar-reġistrazzjoni ta' vetturi li għandhom jiġu deċiżi fl-att delegat; dik id-data m'għandhiex tkun qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Anness II – Noti mat-tabella – nota f'qiegħ il-paġna 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5 Fil-każ tal-vetturi awtomatizzati, il-konformità hija meħtieġa.

imħassar

Emenda    105

Proposta għal regolament

Anness III – punt 3 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

‘58

Protezzjoni tal-persuni bil-mixi

Regolament (UE) 2019/… + Regolament tan-NU Nru 127

 

A’;

Emenda

imħassar

Emenda    106

Proposta għal regolament

Anness III – punt 5 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

‘58

Protezzjoni tal-persuni bil-mixi

Regolament (UE) 2019/… + Regolament tal-UNECE Nru 127

 

A’;

Emenda

imħassar

Emenda    107

Proposta għal regolament

Anness IV

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda    108

Proposta għal regolament

Anness V

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda    109

Proposta għal regolament

Anness VI

 

Test propost mill-Kummissjoni

Regolament tan-NU

Rekwiżiti speċifiċi

Data aħħarija għar-reġistrazzjoni ta' vetturi mhux konformi, kif ukoll għall-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' komponent mhux konformi (1)

29

Saħħa tal-kabina ta' vettura kummerċjali

Id-29 ta' Jannar 2021

 

Il-vetturi tal-kategorija N għandhom ikunu konformi mar-Regolament

 

142

Installazzjoni tat-tajers

Il-31 ta' Ottubru 2018

 

Il-vetturi tal-kategoriji O1, O2, O3 u O4 għandu jkollhom tajers tal-klassi C1 jew C2 konformi mar-rekwiżiti tar-reżistenza għad-dawrien tal-Istadju 2

 

 

Installazzjoni tat-tajers

Il-31 ta' Ottubru 2020

 

Il-vetturi tal-kategoriji O3 u O4 għandu jkollhom tajers tal-klassi C3 konformi mar-rekwiżiti tar-reżistenza għad-dawrien tal-Istadju 2

 

117

Tajers fir-rigward ta' emissjonijiet tal-ħsejjes tad-dawrien, adeżjoni fuq uċuħ imxarrba u reżistenza għad-dawrien

It-30 ta' April 2019

 

It-tajers tal-klassijiet C1, C2 u C3 għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' emissjonijiet tal-ħsejjes tad-dawrien tal-Istadju 2

 

 

Tajers fir-rigward ta' emissjonijiet tal-ħsejjes tad-dawrien, adeżjoni fuq uċuħ imxarrba u reżistenza għad-dawrien

It-30 ta' April 2019

 

It-tajers tal-klassi C3 għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' reżistenza għad-dawrien tal-Istadju 1

 

 

Tajers fir-rigward ta' emissjonijiet tal-ħsejjes tad-dawrien, adeżjoni fuq uċuħ imxarrba u reżistenza għad-dawrien

It-30 ta' April 2021

 

It-tajers tal-klassijiet C1 u C2 għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' reżistenza għad-dawrien tal-Istadju 2

 

 

Tajers fir-rigward ta' emissjonijiet tal-ħsejjes tad-dawrien, adeżjoni fuq uċuħ imxarrba u reżistenza għad-dawrien

It-30 ta' April 2023

 

It-tajers tal-klassi C3 għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' reżistenza għad-dawrien tal-Istadju 2

 

127

Prestazzjoni tas-sikurezza għall-persuni bil-mixi

It-23 ta' Awwissu 2019

 

Vetturi tal-kategoriji M1 b'massa massima ≤ 2 500 kg u N1

 

 

Emenda

Regolament tan-NU

Rekwiżiti speċifiċi

Data aħħarija għar-reġistrazzjoni ta' vetturi mhux konformi, kif ukoll għall-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' komponent mhux konformi (1)

29

Saħħa tal-kabina ta' vettura kummerċjali

Id-29 ta' Jannar 2021

 

Il-vetturi tal-kategorija N għandhom ikunu konformi mar-Regolament

 

 

Tajers fir-rigward ta' emissjonijiet tal-ħsejjes tad-dawrien, adeżjoni fuq uċuħ imxarrba u reżistenza għad-dawrien

It-30 ta' April 2021

 

It-tajers tal-klassijiet C1 u C2 għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' reżistenza għad-dawrien tal-Istadju 2

 

 

Tajers fir-rigward ta' emissjonijiet tal-ħsejjes tad-dawrien, adeżjoni fuq uċuħ imxarrba u reżistenza għad-dawrien

It-30 ta' April 2023

 

It-tajers tal-klassi C3 għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' reżistenza għad-dawrien tal-Istadju 2

 

(1)

ĠU C 440, 6.12.2018, p. 90.


NOTA SPJEGATTIVA

Din l-inizjattiva leġiżlattiva hija parti mit-Tielet Pakkett ta' Mobilità "L-Ewropa Attiva" u tipproponi reviżjoni tal-qafas attwali (ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar is-Sikurezza Ġenerali u r-Regolament (KE) Nru 78/2009 dwar is-Sikurezza tal-Persuni bil-Mixi) biex jiġi adattat għall-bidliet fil-mobilità li jirriżultaw minn xejriet soċjetali (eż. aktar ċiklisti u persuni bil-mixi, soċjetà li qed tixjieħ) u żviluppi teknoloġiċi. Hi għandha l-ħsieb li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati f'lista ta' żoni ta' sikurezza. Hemm il-ħsieb li din il-proposta tiġi applikata b'mod parallel mar-Regolament (UE) Nru 2018/0858 reċenti dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li hi tissupplimenta. Fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, is-suġġett tar-Regolament tas-Sikurezza Ġenerali (RSĠ) jinżamm f'din il-proposta biż-żieda tar-rekwiżiti għall-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u tal-utenti vulnerabbli tat-triq, billi dan jiġi estiż għall-kategoriji kollha ta' vetturi (inklużi l-SUVs u l-vannijiet eżentati bħalissa). L-integrazzjoni tal-progress tekniku hija bbażata fuq il-proposta, partikolarment fl-oqsma ta' sistemi ta' monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers, l-assistenza intelliġenti tal-veloċità; monitoraġġ tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq/sistemi ta' rikonoxximent tad-distrazzjoni; detezzjoni tal-irriversjar. faċilitazzjoni għall-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol; reġistratur tad-dejta f'każ ta' aċċident; żona mkabbra għall-protezzjoni tal-impatt tar-ras għal utenti vulnerabbli tat-triq u sistemi ta' protezzjoni ta' quddiem; sistema ta' detezzjoni u twissija għall-utenti vulnerabbli tat-triq fil-viċinanzi ta' trakkijiet u xarabanks u titjib tal-viżibbiltà tal-utenti vulnerabbli tat-triq mis-sit tas-sewwieq.

Fl-2017 l-għadd ta' fatalitajiet fit-toroq tal-UE laħaq 25 300 persuna. 135 000 ruħ oħra korrew serjament. Dawk il-każijiet kollha u kull wieħed minnhom individwalment kienu daqqa ta' ħarta għall-qraba, il-ħbieb tagħhom, għas-soċjetà kif ukoll għall-ekonomija. Fil-fehma tar-rapporteur dawn il-figuri tal-biża' jeħtieġ li jitnaqqsu b'mod sinifikanti. Il-fatalitajiet fit-toroq tal-UE naqsu b'aktar minn 40 % matul is-snin 2001-2010. Sfortunatament, mill-2013 'l hawn ir-rati ta' tnaqqis ta' fatalitajiet baqgħu l-istess, bi tnaqqis baxx ta' 3 %. B'konsegwenza ta' dan, li tintlaħaq il-mira tal-UE għall-2020, li jitnaqqas bin-nofs in-numru ta' mwiet fit-toroq fl-UE sal-2020 mil-linja bażi tal-2010, se jkun estremament diffiċli li tinkiseb fin-nuqqas ta' aktar azzjoni deċiżiva. Fl-opinjoni tar-rapporteur hemm ħtieġa urġenti li jitnaqqas l-għadd ta' fatalitajiet u diżgrazzji fit-toroq tal-UE. Fl-opinjoni tagħha għandha ssir enfasi speċifika fuq il-protezzjoni tal-persuni bil-mixi, iċ-ċiklisti u utenti vulnerabbli oħra tat-triq li kienu jammontaw għal kważi nofs il-vittmi tat-triq fl-2017.

L-emendi tar-rapporteur imorru f'din id-direzzjoni u għandhom il-ħsieb li jżidu l-effikaċja tal-qafas regolatorju fit-tnaqqis tan-numru ta' aċċidenti, it-tnaqqis tal-fatalitajiet, tal-korrimenti u tal-ħsara, permezz tal-integrazzjoni ta' karatteristiċi ta' sikurezza passivi u attivi fil-komponenti tal-vetturi. Ir-rapporteur tappoġġja l-miżuri proposti mill-Kummissjoni fl-Artikoli 5 sa 11. Xi wħud minnhom, madankollu, jeħtieġu aktar xogħol u kjarifika sabiex jiżguraw li dawn ikunu effettivi u jiksbu l-aċċettazzjoni tal-utent. Barra minn hekk, fl-opinjoni tar-rapporteur din il-proposta tant mistennija għandha tibda tapplika aktar kmieni kif propost mill-Kummissjoni.

Fost ħafna miżuri proposti mir-rapporteur, għandhom jissemmew dawn li ġejjin:

1.  Kjarifika tad-definizzjoni tal-utenti vulnerabbli tat-triq sabiex ikunu koperti l-utenti kollha bil-mutur mingħajr karozzerija protettiva.

2.  Introduzzjoni ta' obbligu li jiġu pprojettati l-karatteristiċi u s-sistemi kollha bil-għan li tittejjeb l-esperjenza tal-utent sabiex tissaħħaħ l-aċċċettazzjoni ta' dawk il-karatteristiċi u s-sistemi.

3.  Introduzzjoni ta' salvagwardji li jipproteġu l-privatezza, il-protezzjoni tad-dejta tal-utent u l-effikaċja fir-rigward reġistraturi tad-dejta f'aċċident u sistemi ta' rikonoxximent avvanzat tad-distrazzjoni.

4.  Introduzzjoni ta' rekwiżiti speċifiċi fir-rigward ta' assistenza intelliġenti tal-veloċità bil-għan li tiżdied l-aċċettazzjoni tal-utent u l-effikaċja ta' din is-sistema.

5.  Introduzzjoni ta' rekwiżit, fir-rigward ta' diversi atti delegati, li jkunu ppubblikati mill-inqas 12-il xahar qabel l-applikazzjoni ta' kull rekwiżit.

6.  Aċċelerazzjoni tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti kollha bi 12-il xahar.

7.  Introduzzjoni tal-obbligi fir-rigward tar-rieżami u r-rapportar tar-rekwiżiti fir-rigward tas-sikurezza ġenerali.

8.  Applikazzjoni tal-penali mir-Regolament qafas tal-approvazzjoni tat-tip 2018/858 għal dan ir-regolament.

9.  Tħassir ta' 2 annessi fir-rigward tas-sistemi ta' protezzjoni frontali u tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu u l-introduzzjoni ta' atti delegati dwar din il-kwistjoni sabiex jitqies il-progress tekniku b'mod aktar effettiv.

10.  Introduzzjoni ta' diversi emendi li jiżguraw newtralità teknoloġika.

Barra minn hekk, ir-rapporteur introduċiet diversi emendi għall-Anness II fir-rigward tas-sikurezza fl-irriversjar, il-kamp viżiv, is-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali tat-tajers u l-viżjoni diretta ta' vetturi heavy-duty. Kollha għandhom l-għan li jirriflettu aħjar l-istat attwali tal-progress tekniku u l-possibbiltajiet ta' introduzzjoni obbligatorja ta' karatteristiċi u sistemi differenti fil-futur.

Fl-opinjoni tar-rapporteur dan ir-regolament huwa proposta ambizzjuża li għandha tirriżulta fi tnaqqis sinifikanti tal-għadd ta' fatalitajiet u korrimenti fit-toroq fl-Unjoni Ewropea fit-terminu qasir u dak medju. Barra minn hekk, għandu wkoll iwitti t-triq għall-iżvilupp ta' vetturi b'sewqan awtomatizzat fil-futur qrib. Il-vetturi awtonomi se jiddependu fuq ħafna mis-sistemi u l-karatteristiċi proposti f'dan ir-regolament u, biex ikunu aktar preċiżi, se jiddependu wkoll fuq l-aċċettazzjoni tal-utenti ta' dawk il-karatteristiċi u s-sistemi.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (25.10.2018)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/... u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009

(COM(2018)0286 – C8-0194/2018 – 2018/0145(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Adina-Ioana Vălean

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  sistemi li jieħdu l-kontroll tal-vettura flok is-sewwieq, inkluż l-istering, l-aċċellerazzjoni u l-ibbrejkjar;

(a)  sistemi li jieħdu l-kontroll tal-vettura flok is-sewwieq, inkluż l-istering, l-aċċellerazzjoni u l-ibbrejkjar, li kollha kemm huma għandhom jiġu ppruvati u ttestjati b'mod indipendenti;

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq

Referenzi

COM(2018)0286 – C8-0194/2018 – 2018/0145(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

28.5.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

28.5.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Adina-Ioana Vălean

21.6.2018

Data tal-adozzjoni

25.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Paul Brannen, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Mark Demesmaeker, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, György Hölvényi, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Bolesław G. Piecha, John Procter, Julia Reid, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Linnéa Engström, Eleonora Evi, Norbert Lins, Sirpa Pietikäinen, Christel Schaldemose, Keith Taylor

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jaromír Kohlíček, Tonino Picula


OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (15.1.2019)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/... u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009

(COM(2018)0286 – C8-0194/2018 – 2018/0145(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Matthijs van Miltenburg

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Sfond

L-Artikolu 17 tar-Regolament dwar is-Sikurezza Ġenerali ((KE) Nru 661/2009) u l-Artikolu 12 tar-Regolament dwar is-Sikurezza tal-Persuni Mexjin fit-Triq ((KE) Nru 78/2009) jeħtieġu li l-Kummissjoni timmonitorja l-iżviluppi tekniċi fit-teknoloġiji tas-sikurezza u eventwalment tagħti mandat għal karatteristiċi ġodda tas-sikurezza billi taġġorna l-leġiżlazzjoni tal-UE. F'konformità ma' dawn id-dispożizzjonijiet, il-proposta tal-Kummissjoni fiha aġġustamenti speċifiċi għall-progress tekniku fir-rigward tal-karatteristiċi tas-sikurezza tal-vetturi li għandhom jiġu inklużi fir-Regolament Qafas dwar l-approvazzjoni tat-tip ((UE) 2018/858). Il-proposta tirrevoka wkoll, għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni, il-leġiżlazzjoni sekondarja f'dak li għandu x'jaqsam mas-sikurezza fit-toroq u tal-persuni mexjin fit-triq ((KE) Nru 78/2009 u (KE) Nru 79/2009).

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Minkejja li matul l-aħħar deċennji s-sikurezza fit-toroq tjiebet b'mod sinifikanti, matul l-aħħar ħames snin kien hemm staġnar fit-tnaqqis tal-imwiet fit-toroq, u, skont id-data statistika tal-UE dwar l-aċċidenti, fl-2017 kien hemm 25 300 fatalità fit-toroq. L-imwiet fit-toroq huma dovuti l-aktar għal żbalji umani u jistgħu jiġu evitati. Ir-Rapporteur huwa ferm konvint li l-UE għandha tieħu azzjoni konkreta sabiex tnaqqas aktar l-għadd ta' mwiet fit-toroq. Il-karatteristiċi l-ġodda tas-sikurezza tal-vetturi introdotti b'din il-proposta għandhom potenzjal kbir biex jaqilbu din ix-xejra ta' staġnar, peress li dawn il-karatteristiċi għandhom l-għan li jipprevjenu aħjar l-iżbalji umani. Il-kostruzzjoni aħjar tal-vetturi u, pereżempju, veloċitajiet aktar baxxi, għandhom il-kapaċità li jnaqqsu l-impatt tal-aċċidenti.

Kollox ma' kollox, l-avvanzi teknoloġiċi fil-qasam tas-sewqan awtomatizzat qed jiżviluppaw kontinwament. Skont il-Kummissjoni, dan is-suq se jesperjenza tkabbir esponenzjali b'benefiċċji ekonomiċi li mistennija li jaqbżu EUR 620 biljun sal-2025 għall-industrija tal-karozzi tal-UE u EUR 180 biljun għas-settur elettroniku tal-UE. Għalhekk, ir-Rapporteur huwa tal-opinjoni li l-industrija tal-karozzi tal-UE għandha tkun f'pożizzjoni li tkun valida fil-futur billi tieħu l-aktar opportunitajiet ġodda ta' negozju li s-suq iġib miegħu u se jkompli jġib miegħu, għan-negozji ġodda, l-SMEs u l-industrija. Il-karatteristiċi avvanzati ta' sikurezza li huma inklużi fil-proposta jistgħu ċertament jwittu t-triq sabiex l-industrija tal-karozzi tal-UE tħejji ruħha għal sewqan konness u awtomatizzat. Il-proposta tista' wkoll tgħin biex il-konsumaturi jidraw gradwalment il-karatteristiċi l-ġodda, li se jkun deċiżiv sabiex il-konsumaturi jaċċettaw u jkollhom fiduċja fit-teknoloġija l-ġdida.

Ir-Rapporteur jemmen li l-proposta tistabbilixxi qafas ambizzjuż iżda li jħares 'il quddiem bil-għan li jtejjeb il-protezzjoni tal-utenti tat-triq u, b'mod aktar speċifiku, l-utenti vulnerabbli tat-triq. Ir-Rapporteur qed iqis id-djalogu miftuħ u l-iskambju ta' fehmiet li l-Kummissjoni wettqet ma' diversi partijiet ikkonċernati sabiex tippreżenta miżuri adegwati u realistiċi, b'kunsiderazzjoni kemm tal-konsumaturi kif ukoll tal-industrija.

Abbażi ta' dan, ir-Rapporteur jixtieq jiżgura li f'din l-opinjoni:

A.  is-sikurezza (tal-karozzi) tkun żgurata fid-dawl tal-istandards minimi ta' prestazzjoni, li għandhom japplikaw għall-vetturi bil-mutur kollha, irrispettivament mis-segment tal-vetturi;

B.  kull ipproċessar ta' data (personali) irid jitwettaq skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data ((UE) 2016/679). Barra minn hekk, ir-Rapporteur jixtieq jiżgura salvagwardji aktar speċifiċi u aktar konkreti;

C.  jiġi ppruvat li l-miżuri proposti jkunu effettivi u kosteffettivi, mingħajr ma jwasslu għal prezzijiet sostanzjalment ogħla għall-konsumaturi;

D.  il-maturità tal-karatteristiċi ta' sikurezza proposti tkun iggarantita u l-implimentazzjoni titwettaq b'mod responsabbli, speċifikament fir-rigward tal-karatteristiċi li ma jistgħux jiġu diżattivati, eż. l-Assistenza tal-Veloċità Intelliġenti (ISA), u s-sistema avvanzata għall-ibbrejkjar f'emerġenza, fost l-oħrajn;

E.  id-dispożizzjonijiet dwar l-iżvilupp ta' rekwiżiti tekniċi għat-tajers għandhom jiġu introdotti fil-proposta biex jikkumplimentaw dawn il-miżuri sabiex itejbu s-sikurezza tal-vetturi f'termini ta' prestazzjoni aħjar tal-qabda mat-triq, u sabiex jikkontribwixxu għal anqas storbju tat-tajers u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2;

F.  il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni ċara u favur il-konsumatur fil-manwal tas-sid biex tgħin lis-sewwieqa jifhmu s-sistemi ta' assistenza fis-sewqan u l-funzjonalitajiet tagħhom;

G.  is-sistemi tas-sikurezza u t-twissijiet proposti biex jassistu lis-sewwieqa għandhom jiġu perċepiti faċilment mis-sewwieqa kollha, inklużi l-persuni b'diżabilità. Fejn ikun meħtieġ, is-sistemi tas-sikurezza għandhom ikunu adattati biex dan jiġi żgurat;

H.  l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri korrettivi għall-finijiet ta' infurzar sabiex jiggarantixxu li l-vetturi bil-mutur ġodda kollha jiġi mmanifatturati skont dan ir-Regolament.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Tul l-aħħar għexieren ta' snin, l-iżviluppi fis-sikurezza tal-vetturi kkontribwew ferm lejn it-tnaqqis ġenerali fl-għadd ta' fatalitajiet u korrimenti serji fit-toroq. Dan l-aħħar, madankollu, tali tnaqqis għoddu weħel fl-Unjoni, minħabba raġunijiet varji, fosthom fatturi strutturali u ta' mġiba. Mingħajr inizjattivi ġodda fuq is-sikurezza ġenerali fit-toroq, l-effetti tal-istrateġija attwali ma jkunux jistgħu jlaħħqu mal-effetti tal-volumi dejjem jikbru tat-traffiku. Għaldaqsant, jeħtieġ li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-vetturi tkompli tittejjeb bħala parti minn approċċ integrat għas-sikurezza fit-toroq, kif ukoll sabiex jitħarsu aħjar l-utenti vulnerabbli tat-triq.

(3)  Tul l-aħħar għexieren ta' snin, l-iżviluppi fis-sikurezza tal-vetturi kkontribwew ferm lejn it-tnaqqis ġenerali fl-għadd ta' fatalitajiet u korrimenti serji fit-toroq. Madankollu, fl-2017 mietu 25 300 persuna fit-toroq tal-UE, ċifra li f'erba' snin baqgħet tista' tgħid l-istess. Barra minn hekk, kull sena tal-inqas 135 000 ruħ iweġġgħu serjament f'ħabtiet fit-toroq tal-UE. Mingħajr inizjattivi ġodda fuq is-sikurezza ġenerali fit-toroq, l-effetti tal-istrateġija attwali ma jkunux jistgħu jlaħħqu mal-effetti tal-volumi dejjem jikbru tat-traffiku. Għaldaqsant, jeħtieġ li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-vetturi tkompli tittejjeb bħala parti minn approċċ integrat għas-sikurezza fit-toroq, kif ukoll sabiex jitħarsu aħjar l-utenti vulnerabbli u l-utenti l-oħrajn kollha tat-triq.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-progress tekniku fil-qasam tas-sistemi tas-sikurezza avvanzata tal-vetturi joffri possibbiltajiet ġodda biex jitnaqqas in-numru tal-vittmi. Biex jitnaqqas kemm jista' jkun l-għadd ta' fatalitajiet, jeħtieġ li jiddaħħlu ċerti teknoloġiji ġodda rilevanti.

(4)  Il-progress tekniku fil-qasam tas-sistemi tas-sikurezza avvanzata tal-vetturi joffri possibbiltajiet ġodda biex jitnaqqas in-numru tal-vittmi u tal-aċċidenti tat-traffiku. Biex jitnaqqas kemm jista' jkun l-għadd ta' fatalitajiet, jeħtieġ li jiddaħħlu ċerti teknoloġiji ġodda rilevanti.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Is-sistemi tas-sikurezza f'dan ir-Regolament jenħtieġ li kollha jiġu ppruvati li jkunu effettivi u kosteffettivi, u jenħtieġ li ma jwasslux għal prezzijiet sostanzjalment ogħla għall-konsumaturi.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-assistenza intelliġenti tal-veloċità, is-sistemi kontra l-ħruġ mill-karreġġata, il-monitoraġġ tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq, ir-rikonoxximent avvanzat tad-distrazzjoni, u s-sistemi ta' detezzjoni tal-irriversjar għandhom potenzjali għoli biex inaqqsu b'mod konsiderevoli l-għadd ta' vittmi. Barra minn hekk, is-sistemi msemmija jissejsu fuq teknoloġiji li se jintużaw ukoll fl-implimentazzjoni tal-vetturi konnessi u awtomatizzati. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni regoli u proċeduri tal-ittestjar armonizzati għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi fir-rigward ta' tali sistemi, kif ukoll għall-approvazzjoni tat-tip ta' tali sistemi bħala unitajiet tekniċi separati.

(6)  Is-sistemi avvanzati ta' bbrejkjar ta' emerġenza, l-assistenza intelliġenti tal-veloċità, is-sistemi kontra l-ħruġ mill-karreġġata, l-assistenza għad-dawrien, il-monitoraġġ tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq, ir-rikonoxximent avvanzat tad-distrazzjoni, u s-sistemi ta' detezzjoni tal-irriversjar għandhom potenzjali għoli biex inaqqsu b'mod konsiderevoli l-għadd ta' vittmi. Il-monitoraġġ tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq u s-sistemi ta' rikonoxximent tad-distrazzjoni għandhom jaħdmu mingħajr ebda rikonoxximent tal-wiċċ. Barra minn hekk, is-sistemi msemmija jissejsu fuq teknoloġiji li se jintużaw ukoll fl-implimentazzjoni tal-vetturi konnessi u awtomatizzati. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni regoli u proċeduri tal-ittestjar armonizzati għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi fir-rigward ta' tali sistemi, kif ukoll għall-approvazzjoni tat-tip ta' tali sistemi bħala unitajiet tekniċi separati. Għandu jiġi żgurat ukoll li dawn is-sistemi jkunu jistgħu jiġu spezzjonati, u b'hekk jitħaddmu b'mod sikur, tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-vettura.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-introduzzjoni ta' reġistraturi tad-dejta f'każ ta' aċċident, li jaħżnu firxa ta' dejta essenzjali dwar il-vettura għal perjodu ta' żmien qasir qabel, matul u wara avveniment skattatur (eż. l-użu ta' airbag), hija pass siewi fil-kisba ta' dejta aktar preċiża u approfondita dwar l-aċċidenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkun hemm ir-rekwiżit li l-vetturi motorizzati jkunu mgħammra b'tali reġistraturi. Jenħtieġ li jkun hemm ukoll ir-rekwiżit li tali reġistraturi jkunu kapaċi jirreġistraw u jaħżnu dejta b'tali mod li d-dejta tkun tista' tintuża mill-Istati Membri biex iwettqu analiżi tas-sikurezza tat-toroq u jevalwaw l-effettività tal-miżuri speċifiċi li jkunu ttieħdu.

(7)  L-introduzzjoni ta' reġistraturi tad-data f'każ ta' aċċident, li jaħżnu firxa ta' data essenzjali dwar il-vettura għal perjodu ta' żmien qasir qabel, matul u wara avveniment skattatur (eż. l-użu ta' airbag), hija pass siewi fil-kisba ta' data aktar preċiża u approfondita dwar l-aċċidenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkun hemm ir-rekwiżit li l-vetturi motorizzati jkunu mgħammra b'tali reġistraturi. Barra minn hekk, id-data anonimizzata biss li tista' tintuża għar-riċerka dwar l-aċċidenti jenħtieġ li tinġabar u tinħażen. Barra minn hekk, tali reġistraturi jenħtieġ li jkunu kapaċi jirreġistraw u jaħżnu data b'tali mod li d-data tkun tista' tintuża unikament mill-Istati Membri biex iwettqu analiżi tas-sikurezza tat-toroq u jevalwaw l-effettività tal-miżuri speċifiċi li jkunu ttieħdu, mingħajr ma jkun possibbli li jkun identifikat is-sid jew id-detentur tal-vettura.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip li jikkonċernaw is-sikurezza jenħtieġ li jiġu ttestjati u żgurati fid-dawl tal-istandards tal-prestazzjoni speċifiċi li l-vetturi kollha għandhom ikunu konformi magħhom, irrispettivament mis-segment tal-vetturi.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Kull ipproċessar ta' dejta personali, bħal informazzjoni dwar is-sewwieq ipproċessata f'reġistraturi tad-dejta f'każ ta' aċċident, jew informazzjoni dwar is-sewwieq fil-monitoraġġ tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq jew fir-rikonoxximent avvanzat tad-distrazzjoni, għandu jsir skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta, b'mod partikolari r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta28. Barra minn hekk, l-ipproċessar tad-dejta personali miġbura permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 huwa soġġett għal salvagwardji speċifiċi29.

(8)  Kull ipproċessar ta' data personali, bħal informazzjoni dwar is-sewwieq ipproċessata f'reġistraturi tad-data f'każ ta' aċċident, jew informazzjoni dwar is-sewwieq fil-monitoraġġ tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq jew fir-rikonoxximent avvanzat tad-distrazzjoni, għandu jsir skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data28. Barra minn hekk, l-ipproċessar tad-data personali miġbura permezz tar-reġistratur tad-data f'każ ta' aċċident u permezz tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 huwa soġġett għal salvagwardji speċifiċi29.

__________________

__________________

28 Ir-Regolament (KE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta), ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1-88.

28 Ir-Regolament (KE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1-88.

29 Ir-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE, ĠU L 123, 19.5.2015, p. 77.

29 Ir-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE, ĠU L 123, 19.5.2015, p. 77.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  L-użu tas-sistemi ta' eCall fil-muturi, fil-vetturi kummerċjali u fix-xarabanks huwa essenzjali biex tingħata għajnuna medika professjonali lill-vittmi ta' aċċidenti malajr kemm jista' jkun.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Storikament, ir-regoli tal-Unjoni llimitaw it-tul ġenerali tal-kombinazzjonijiet tat-trakkijiet, u dan wassal għad-disinji tipiċi bil-kabina fuq il-magna fi sforzi biex jitkabbar kemm jista' jkun il-wisa' għall-merkanzija. Madankollu, il-pożizzjoni tas-sewwieq fil-għoli wasslet għal żona ikbar tal-punti moħbija, kif ukoll għal inqas viżibbiltà diretta madwar il-kabina tat-trakk. Dan huwa fattur ewlieni tal-aċċidenti tat-trakkijiet li jinvolvu lil utenti vulnerabbli tat-triq. L-għadd ta' vittmi jista' jitnaqqas ferm billi tittejjeb il-viżjoni diretta. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiddaħħlu rekwiżiti biex il-viżjoni diretta tittejjeb.

(15)  Storikament, ir-regoli tal-Unjoni llimitaw it-tul ġenerali tal-kombinazzjonijiet tat-trakkijiet, u dan wassal għad-disinji tipiċi bil-kabina fuq il-magna fi sforzi biex jitkabbar kemm jista' jkun il-wisa' għall-merkanzija. Madankollu, il-pożizzjoni tas-sewwieq fil-għoli wasslet għal żona ikbar tal-punti moħbija, kif ukoll għal inqas viżibbiltà diretta madwar il-kabina tat-trakk. Dan huwa fattur ewlieni tal-aċċidenti tat-trakkijiet li jinvolvu lil utenti vulnerabbli tat-triq. L-għadd ta' vittmi jista' jitnaqqas ferm billi tittejjeb il-viżjoni diretta. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiddaħħlu rekwiżiti biex il-viżjoni diretta tittejjeb sabiex tiżdied il-viżibbiltà diretta tal-utenti vulnerabbli tat-triq mis-sit tas-sewwieq.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi qabel tmiem l-2019 li t-trakkijiet u x-xarabanks eżistenti jiġu mgħammra b'assistenza għad-dawrien l-aktar avvanzata teknoloġikament.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Il-vetturi awtomatizzati u konnessi kapaċi jagħtu kontribut enormi għat-tnaqqis fil-fatalitajiet fit-toroq, billi huwa stmat li madwar 90 % tal-aċċidenti tat-toroq iseħħu minħabba żball uman. Ladarba l-vetturi awtomatizzati progressivament se jkunu qegħdin jieħdu l-kontroll tal-kompiti tas-sewwieq, jenħtieġ li jiġu adottati fil-livell tal-Unjoni regoli armonizzati u rekwiżiti tekniċi għas-sistemi tal-vetturi awtomatizzati.

(17)  Il-vetturi awtomatizzati u konnessi kapaċi jagħtu kontribut enormi għat-tnaqqis fil-fatalitajiet fit-toroq, billi huwa stmat li aktar minn 90 % tal-aċċidenti tat-toroq iseħħu minħabba żball uman jew minħabba l-interazzjoni ta' żball uman mal-vettura u/jew mal-infrastruttura. Ladarba l-vetturi awtomatizzati progressivament se jkunu qegħdin jieħdu l-kontroll tal-kompiti tas-sewwieq, jenħtieġ li jiġu adottati fil-livell tal-Unjoni regoli armonizzati u rekwiżiti tekniċi li jkunu effiċjenti u adegwati għas-sistemi tal-vetturi awtomatizzati.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tippromwovi l-iżvilupp ta' rekwiżiti tekniċi għall-istorbju tat-tajers, għar-reżistenza għad-dawrien u għall-prestazzjoni tal-aderenza tat-tajers fl-imxarrab fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti. Ir-raġuni hija li r-Regolament tan-NU 117 issa jinkludi dawn id-dispożizzjonijiet dettaljati. Il-proċess ta' adattament tar-rekwiżiti tat-tajers sabiex iqisu l-progress tekniku jenħtieġ li jkompli fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikulari biex jiġi żgurat li l-prestazzjoni tat-tajers tiġi vvalutata wkoll fi tmiem il-ħajja ta' tajer meta jkun eżawrit, kif ukoll biex titrawwem l-idea li t-tajers iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti matul il-ħajja kollha tagħhom u ma jinbidlux qabel il-waqt. Jenħtieġ li r-rekwiżiti eżistenti fir-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar il-prestazzjoni tat-tajers jiġu ssostitiwi b'Regolamenti tan-NU ekwivalenti.

(19)  Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tippromwovi l-iżvilupp ta' rekwiżiti tekniċi għall-istorbju tat-tajers, għar-reżistenza għad-dawrien u għall-prestazzjoni tal-aderenza tat-tajers fl-imxarrab fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti. Ir-raġuni hija li r-Regolament tan-NU 117 issa jinkludi dawn id-dispożizzjonijiet dettaljati. Il-proċess ta' adattament tar-rekwiżiti tat-tajers sabiex iqisu l-progress tekniku jenħtieġ li jitkompla b'mod rapidu u ambizzjuż fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikulari biex jiġi żgurat li l-prestazzjoni tat-tajers tiġi vvalutata wkoll fi tmiem il-ħajja ta' tajer meta jkun eżawrit, kif ukoll biex titrawwem l-idea li t-tajers iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti matul il-ħajja kollha tagħhom u ma jinbidlux qabel il-waqt. Sabiex jiġi żgurat li l-istandards rigorużi jiġu ssodisfati, jenħtieġ li r-rekwiżiti eżistenti fir-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar il-prestazzjoni tat-tajers jiġu mmonitorjati u evalwati, u jenħtieġ li jiġu ssostitwiti meta l-prestazzjoni tat-tajers tista' tittejjeb fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 25 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)  Sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet dwar miżuri korrettivi u penali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/858 japplikaw għal dan ir-Regolament.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  l-approvazzjoni tat-tip ta' tajers maħdumin ġodda, fir-rigward tas-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

3.  l-approvazzjoni tat-tip ta' tajers maħdumin ġodda, fir-rigward tas-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali tagħhom f'termini tat-tnaqqis tal-istorbju u tat-tniġġis tal-arja.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "utent vulnerabbli tat-triq" tfisser utent tat-triq fuq vettura motorizzata b'żewġ roti jew utent tat-triq mhux motorizzat, bħal ċiklist jew persuna bil-mixi;

(1)  "utent vulnerabbli tat-triq" tfisser utent tat-triq fuq vettura motorizzata b'żewġ jew tliet roti, jew inġenju għat-trasport personali li jaħdem bl-elettriku, jew utent tat-triq mhux motorizzat, bħal ċiklist jew persuna bil-mixi;

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li l-muturi tradizzjonalment ġew immanifatturati b'żewġ roti, ħafna issa għandhom tliet roti, iżda xorta huma vulnerabbli fil-konfront tal-karozzi u t-trakkijiet. Bl-istess mod, għadd dejjem akbar ta' nies qed jużaw mezzi ta' trasport personali li jaħdmu bl-elettriku (scooters, roti elettriċi b'rota waħda, eċċ.) biex jivvjaġġaw f'żoni urbani. Dawn m'għandhomx jiġu esklużi mid-definizzjoni ta' utenti tat-triq vulnerabbli.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  "sinjal ta' waqfien ta' emerġenza" tfisser dwal ta' barra tal-waqfien li jpetptu b'rata mgħaġġla biex jindikaw lill-utenti l-oħra tat-triq wara l-vettura li qiegħda tiġi applikata forza qawwija ta' trażżin fuq il-vettura relattivament għall-kundizzjonijiet prevalenti tat-triq;

(7)  "sinjal ta' waqfien ta' emerġenza" tfisser dwal ta' barra tal-waqfien jew dwal li jindikaw id-direzzjoni li jpetptu b'rata mgħaġġla biex jindikaw lill-utenti l-oħra tat-triq wara l-vettura li qiegħda tiġi applikata forza qawwija ta' trażżin fuq il-vettura relattivament għall-kundizzjonijiet prevalenti tat-triq;

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  "detezzjoni tal-irriversjar" tfisser kamera jew monitor, sistema ottika jew ta' detezzjoni, biex is-sewwieq ikun konxju tan-nies u tal-oġġetti li jinsabu wara l-vettura, bl-għan ewlieni li jiġi evitat il-ħbit waqt l-irriversjar;

(8)  "detezzjoni tal-irriversjar" tfisser sistema biex is-sewwieq ikun konxju tan-nies u tal-oġġetti li jinsabu wara l-vettura, bl-għan ewlieni li jiġi evitat il-ħbit waqt l-irriversjar;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  "sistema avvanzata ta' bbrejkjar ta' emerġenza" tfisser sistema li tista' tidentifika awtomatikament ħabta potenzjali, u tattiva s-sistema tal-ibbrejkjar tal-vettura biex tnaqqas il-veloċità tal-vettura biex tevita jew ittaffi ħabta;

(10)  "sistema avvanzata ta' bbrejkjar ta' emerġenza" tfisser sistema li tista' tidentifika awtomatikament ħabta potenzjali, u tattiva b'mod awtomatiku s-sistema tal-ibbrejkjar tal-vettura fl-aħħar mument possibli biex tnaqqas il-veloċità tal-vettura biex tevita jew ittaffi ħabta;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  "sistema kontra l-ħruġ mill-karreġġata" tfisser sistema li timmonitorja l-pożizzjoni tal-vettura fir-rigward tal-konfini tal-karreġġata u tapplika torque fuq ir-rota tal-istering, jew pressjoni fuq il-brejkijiet, tal-anqas meta jsir ħruġ mill-karreġġata jew ikun appik li jsir u ħabta tkun imminenti;

(11)  "sistema kontra l-ħruġ mill-karreġġata" tfisser sistema li timmonitorja l-pożizzjoni tal-vettura fir-rigward tal-konfini tal-karreġġata u tapplika torque fuq ir-rota tal-istering u tagħti twissija, jew pressjoni fuq il-brejkijiet, tal-anqas meta jsir ħruġ mill-karreġġata jew ikun appik li jsir u ħabta tkun imminenti;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  "assistenza għad-dawrien" tfisser sistema teknoloġikament l-aktar avvanzata li tidentifika utenti vulnerabbli tat-triq li jkunu jinsabu b'mod partikolari f'postijiet mhux viżibbli qrib in-naħa tal-passiġġier tal-vettura, u tipprovdi twissija sabiex jiġi evitat li jkun hemm ħabta ma' tali utenti vulnerabbli tat-triq.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  "reġistratur tad-dejta f'każ ta' aċċident" tfisser sistema li tirreġistra u taħżen parametri u informazzjoni kritika marbutin mal-ħbit qabel, matul u wara ħabta;

(13)  "reġistratur tad-data f'każ ta' aċċident" tfisser sistema li tirreġistra u taħżen parametri u informazzjoni kritika dwar il-perjodu ta' ħin meħtieġ u ta' mhux aktar minn ħames sekondi meta sseħħ ħabta;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  "sistema ta' protezzjoni frontali" tfisser struttura jew strutturi separata/i, bħal bullbar jew bumper supplimentari, li b'żieda mal-bumper oriġinali tal-vettura tkun maħsuba biex tipproteġi l-wiċċ estern tal-vettura mill-ħsara f'każ ta' ħabta ma' oġġett, bl-eċċezzjoni ta' strutturi li jkollhom massa ta' inqas minn 0,5 kg, maħsubin biex jipproteġu biss il-fanali tal-vettura;

(14)  "sistema ta' protezzjoni frontali" tfisser struttura jew strutturi separata/i, bħal bullbar jew bumper supplimentari, li b'żieda mal-bumper oriġinali tal-vettura tkun maħsuba biex tipproteġi l-wiċċ estern tal-vettura mill-ħsara jew korriment f'każ ta' ħabta ma' oġġett jew annimal, bl-eċċezzjoni ta' strutturi li jkollhom massa ta' inqas minn 0,5 kg, maħsubin biex jipproteġu biss il-fanali tal-vettura;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  "vettura awtomatizzata" tfisser vettura motorizzata ddisinjata u mibnija biex timxi b'mod awtonomu għal perjodi ta' żmien twal mingħajr superviżjoni umana kontinwa;

(21)  "vettura awtomatizzata" tfisser vettura motorizzata ddisinjata u mibnija biex timxi b'mod awtonomu skont ir-regolamenti tat-traffiku għal perjodi ta' żmien twal mingħajr superviżjoni umana kontinwa;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi jiġu disinjati, mibnija u armati b'mod li jiġi minimizzat ir-riskju ta' korriment għall-okkupanti tal-vettura u għall-utenti vulnerabbli tat-triq.

4.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-vetturi jiġu disinjati, mibnija u mmuntati b'mod li, meta jintużaw kif maħsub, ir-riskju ta' fatalità jew korriment għall-okkupanti tal-vettura u għall-utenti vulnerabbli tat-triq jiġi evitat jew, f'każ ta' aċċident, jiġi minimizzat.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-persuni bil-mixi, iċ-ċiklisti, il-viżjoni u l-viżibbiltà;

(b)  il-persuni bil-mixi, iċ-ċiklisti, il-ġerrejja u l-iskejters, il-viżjoni u l-viżibbiltà;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip li jikkonċernaw is-sikurezza stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu teknoloġikament newtrali u għandhom jiġu ttestjati u żgurati fid-dawl tal-istandards tal-prestazzjoni speċifiċi li l-vetturi kollha għandhom ikunu konformi magħhom, irrispettivament mis-segment tal-vetturi.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b.  il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni ċara u favur il-konsumatur fil-manwal tas-sid biex tgħin lis-sewwieqa jifhmu s-sistemi ta' assistenza fis-sewqan u l-funzjonalitajiet tagħhom;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  għall-approvazzjoni tat-tip ta' tajers, inkluż rekwiżiti tekniċi dwar l-installazzjoni tagħhom.

(b)  għall-approvazzjoni tat-tip ta' tajers, inkluż l-ittestjar tagħhom f'kundizzjonijiet degradati u taħt kundizzjonijiet differenti tat-toroq affettwati mit-temp, inkluż il-qabda fuq it-toroq imxarrba, u r-rekwiżiti tekniċi dwar l-installazzjoni tagħhom.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 4 - punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  l-introduzzjoni fil-livell tal-UE ta' approvazzjoni tat-tip ta' tajers installati fuq vetturi fil-kategoriji M1 u N1 fir-rigward tal-qabda fuq it-toroq imxarrba meta jkunu deterjorati bl-użu.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  Sistema eCall

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb)  reġistratur tad-data f'każ ta' aċċident

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-vetturi motorizzati għandhom ikunu mgħammra b'sistemi avvanzati ta' bbrejkjar ta' emerġenza ddiżinjati u installati f'żewġ fażijiet, u li jipprevedu:

 

(a) fl-ewwel fażi, id-detezzjoni tal-vetturi mixjin u tal-ostakli stazzjonarji li jinsabu quddiem il-vettura motorizzata;

 

(b) fit-tieni fażi, il-kapaċità tad-detezzjoni titwessa', speċjalment għall-postijiet mhux viżibbli, biex tinkludi wkoll lill-utenti vulnerabbli tat-triq li jinsabu quddiem il-vettura motorizzata;

 

B'mod partikulari, is-sistemi avvanzati ta' bbrejkjar ta' emerġenza għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

 

(a) ma għandux ikun possibbli li s-sistemi jintfew;

 

(b) għandu jkun possibbli li l-interventi awtomatiċi attivi mis-sistemi jiġu annullati permezz ta' azzjoni deliberata tas-sewwieq, bħal pereżempju l-aċċelerazzjoni;

 

(c) ma' kull attivazzjoni tal-iswiċċ ta' kontroll prinċipali tal-vettura, is-sistemi għandhom ikunu fil-modalità tat-tħaddim normali;

 

(d) għandu jkun possibbli li t-twissijiet akustiċi jitwaqqfu faċilment, iżda din l-azzjoni ma għandhiex twaqqaf fl-istess ħin funzjonijiet oħrajn tas-sistema minbarra t-twissijiet akustiċi.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  Il-karatteristiċi tas-sikurezza u t-twissijiet użati biex jassistu s-sewqan għandhom jiġu pperċepiti faċilment minn kull sewwieq, inklużi l-persuni anzjani u b'diżabilità.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c.  Ir-reġistraturi tad-data f'każ ta' aċċident għandhom jissodisfaw, b'mod partikulari, ir-rekwiżiti li ġejjin:

 

(a) id-data li huma kapaċi jirreġistraw u jaħżnu rigward il-perjodu ta' ħin meħtieġ u mhux aktar minn ħames sekondi metab sseħħ ħabta, għandha tinkludi l-veloċità tal-vettura, l-istat u r-rata ta' attivazzjoni tas-sistemi ta' sikurezza tagħha, u kull parametru ta' input ieħor rilevanti tas-sistemi abbord attivi ta' sikurezza u għall-evitar tal-aċċidenti;

 

(b) ma għandux ikun possibbli li t-tagħmir jiġi diżattivat.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Regoli dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data

 

1. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Kwalunkwe pproċessar ta' data personali permezz tar-reġistratur tad-data f'każ ta' aċċident imsemmi fl-Artikolu 6(4a) għandu jkun konformi mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali previsti f'dak ir-Regolament.

 

2. Id-data personali pproċessata skont ir-reġistratur tad-data f'każ ta' aċċident għandha tintuża biss għall-fini ta' analiżi tad-data dwar l-aċċidenti. Id-data f'każ ta' aċċident għandha tkun disponibbli biss għall-awtoritajiet nazzjonali, f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew ma' dik nazzjonali f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, fuq interfaċċja standardizzata. Id-data anonimizzata li reġistratur tad-data f'każ ta' aċċident għandu jkun kapaċi jirreġistra u jaħżen għandha tinkludi t-tip, il-verżjoni u l-varjant tal-vettura, u b'mod partikolari s-sistemi attivi ta' sikurezza u ta' evitar ta' aċċidenti li l-vettura tkun mgħammra bihom. Madankollu, din ma għandhiex tinkludi l-aħħar erba' ċifri tas-sezzjoni tal-indikatur tal-vettura tan-numru ta' informazzjoni tal-vettura, jew kull informazzjoni oħra li tista' tippermetti li l-vettura individwali nnifisha, is-sid jew id-detentur tal-vettura, jiġu identifikati.

 

3. Id-data personali pproċessata skont dan ir-Regolament m'għandhiex tinżamm aktar milli jkun meħtieġ għall-fini tal-analiżi tad-data tal-aċċident imsemmija fit-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu. Dik id-data għandha titħassar b'mod sħiħ hekk kif ma tibqax meħtieġa għal dak il-għan.

 

4. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li r-reġistratur tad-data f'każ ta' aċċident ma jkunx jista' jiġi traċċat u ma jkun soġġett għal ebda segwiment kostanti.

 

5. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li, fil-memorja interna tar-reġistratur tad-data f'każ ta' aċċident, id-data titneħħa awtomatikament u kontinwament.

 

6. Dik id-data ma għandhiex tkun disponibbli barra mir-reġistratur tad-data f'każ ta' aċċident lil ebda entità qabel ma jiskatta aċċident eventwali.

 

7. It-teknoloġiji li jtejbu l-privatezza għandhom ikunu inkorporati fir-reġistratur tad-data f'każ ta' aċċident sabiex is-sewwieqa jingħataw il-livell xieraq ta' protezzjoni tal-privatezza u livell għoli ta' sigurtà tal-IT, kif ukoll is-salvagwardji meħtieġa għall-prevenzjoni tas-sorveljanza, tal-manipulazzjoni mill-bogħod u tal-użu ħażin, inklużi l-attakki ċibernetiċi.

 

8. Fil-manwal tas-sid il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni ċara u komprensiva dwar l-ipproċessar tad-data li jsir permezz tar-reġistratur tad-data f'każ ta' aċċident. Dik l-informazzjoni għandha tikkonsisti:

 

(a) mir-referenza għall-bażi legali tal-ipproċessar tad-data;

 

(b) mill-fatt li r-reġistratur tad-data f'każ ta' aċċident jiġi attivat b'mod awtomatiku;

 

(c) mill-arranġamenti għall-ipproċessar tad-data li r-reġistratur tad-data f'każ ta' aċċident iwettaq;

 

(d) mill-għan speċifiku tal-ipproċessar tar-reġistratur tad-data f'każ ta' aċċident, li għandu jkun limitat għar-riċerka tad-data tal-aċċidenti msemmija fl-Artikolu 6a(2);

 

(e) mit-tipi ta' data miġbura u pproċessata u d-destinatarji ta' dik id-data;

 

(f) mil-limitu ta' żmien għaż-żamma tad-data fir-reġistratur tad-data f'każ ta' aċċident;

 

(g) mill-fatt li ma jkun hemm l-ebda segwiment kostanti tal-vettura;

 

(h) mill-arranġamenti għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data kif ukoll is-servizz ta' kuntatt responsabbli biex jittratta t-talbiet;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 għandhom ikunu mgħammra b'sistemi avvanzati ta' bbrejkjar ta' emerġenza, li jiġu installati f'żewġ fażijiet, u jipprevedu:

imħassar

(a)  fl-ewwel fażi, id-detezzjoni tal-vetturi mixjin u tal-ostakli stazzjonarji li jinsabu quddiem il-vettura motorizzata;

 

(b)  fit-tieni fażi, il-kapaċità tad-detezzjoni titwessa' biex tinkludi wkoll lill-utenti vulnerabbli tat-triq li jinsabu quddiem il-vettura motorizzata.

 

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 għandhom ikunu mgħammra b'sistema kontra l-ħruġ mill-karreġġata.

3.  Il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 għandhom ikunu mgħammra b'sistema kontra l-ħruġ mill-karreġġata u sistema ta' twissija ta' ħruġ mill-karreġġata. .

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  B'mod partikulari, is-sistemi avvanzati ta' bbrejkjar ta' emerġenza u s-sistemi kontra l-ħruġ mill-karreġġata għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

4.  B'mod partikulari, is-sistemi kontra l-ħruġ mill-karreġġata u s-sistemi ta' twissija ta' ħruġ mill-karreġġata għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  għandu jkun possibbli li l-interventi awtomatiċi attivi mis-sistemi jiġu annullati permezz ta' azzjoni deliberata tas-sewwieq, bħal pereżempju it-tidwir tal-istering;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 għandhom ikunu mgħammra b'reġistratur tad-dejta f'każ ta' aċċident. Ir-reġistraturi tad-dejta f'każ ta' aċċident għandhom jissodisfaw, b'mod partikulari, ir-rekwiżiti li ġejjin:

imħassar

(a)  id-dejta li huma kapaċi jirreġistraw u jaħżnu dwar il-perjodu qabel, matul u wara ħabta għandha tinkludi, bħala minimu, il-veloċità tal-vettura, l-istat u r-rata ta' attivazzjoni tas-sistemi ta' sikurezza tagħha, u kull parametru ta' input ieħor rilevanti tas-sistemi abbord attivi ta' sikurezza u għall-evitar tal-aċċidenti;

 

(b)  ma għandux ikun possibbli li t-tagħmir jiġi diżattivat;

 

(c)  il-mod kif huma kapaċi jirreġistraw u jaħżnu d-dejta għandu jkun tali li d-dejta tkun protetta kontra l-manipulazzjoni, u tkun tista' ssir disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali, abbażi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 2016/679, permezz ta' interfaċċa standardizzata għall-finijiet tal-analiżi tad-dejta tal-aċċidenti, u b'tali mod li jistgħu jiġu identifikati t-tip, il-verżjoni u l-varjant preċiżi tal-vettura, u b'mod partikulari s-sistemi attivi ta' sikurezza u għall-evitar tal-aċċidenti installati fil-vettura.

 

Madankollu, id-dejta li reġistratur tad-dejta f'każ ta' aċċident huwa kapaċi jirreġistra u jaħżen ma għandhiex tinkludi l-aħħar erba' ċifri tas-sezzjoni tal-indikatur tal-vettura tan-numru ta' informazzjoni tal-vettura, jew ebda informazzjoni oħra li tista' tippermetti li l-vettura individwali nfisha tiġi identifikata.

 

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 għandhom ikunu mgħammra b'sistema kontra l-ħruġ mill-karreġġata u sistema avvanzata ta' bbrejkjar ta' emerġenza, li jkunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 7.

2.  Il-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 għandhom ikunu mgħammra b'sistema kontra l-ħruġ mill-karreġġata u ta' twissija ta' ħruġ mill-karreġġata u sistema avvanzata ta' bbrejkjar ta' emerġenza, li jkunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 7.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 għandhom ikunu mgħammra b'sistemi avvanzati għad-detezzjoni ta' utenti vulnerabbli tat-triq li jinsabu qrib ħafna tal-parti ta' quddiem jew tal-ġenb tal-vetturi, u dawn is-sistemi għandhom jagħtu twissija jew jevitaw il-ħbit ma' tali utenti vulnerabbli tat-triq.

3.  Il-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 għandhom ikunu mgħammra b'assistenza għad-dawrien li tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 7.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fir-rigward tas-sistemi msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, għandhom jissodisfaw b'mod partikulari r-rekwiżiti li ġejjin:

4.  Fir-rigward tas-sistemi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, dawn għandhom jissodisfaw b'mod partikulari r-rekwiżiti li ġejjin:

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  għandu jkun possibbli li l-interventi awtomatiċi attivi mis-sistemi jiġu annullati permezz ta' azzjoni deliberata tas-sewwieq, bħal pereżempju it-tidwir tal-istering;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Is-sistema msemmija fil-paragrafu 3 ma tistax tintefa'.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 għandhom ikunu ddisinjati u kostrutti sabiex itejbu l-viżibbiltà diretta tal-utenti vulnerabbli tat-triq mis-sit tas-sewwieq.

5.  Il-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 għandhom ikunu ddisinjati u mibnija sabiex itejbu l-viżibbiltà diretta tal-utenti vulnerabbli tat-triq mis-sit tas-sewwieq. Il-Kummissjoni għandha tressaq Att Delegat dwar ir-Rekwiżiti ta' Viżjoni Diretta li jelimina l-punti mhux viżibbli fuq quddiem u fuq in-naħa tas-sewwieq tat-trakkijiet u li jnaqqas b'mod sinifikanti l-punti mhux viżibbli tan-naħa tal-passiġġier tat-trakk. Dan ir-rekwiżit se jkun differenzjat skont it-tip ta' trakk.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-vetturi tal-kategoriji M2 u M3 b'kapaċità ta' iktar minn 22 passiġġier minbarra x-xufier, u li huma kostrutti b'żoni għal passiġġieri bilwieqfa biex jippermettu l-moviment frekwenti tal-passiġġieri, għandhom ikunu ddisinjati u kostrutti b'mod li jkunu aċċessibbli għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, inkluż l-utenti tas-siġġijiet tar-roti.

6.  Il-vetturi tal-kategoriji M2 u M3 b'kapaċità ta' iktar minn 22 passiġġier minbarra x-xufier, u li huma mibnija b'żoni għal passiġġieri bilwieqfa biex jippermettu l-moviment frekwenti tal-passiġġieri, għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'mod li jkunu aċċessibbli għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, inkluż l-utenti tas-siġġijiet tar-roti u persuni b'diżabbiltà.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  sistemi li jieħdu l-kontroll tal-vettura flok is-sewwieq, inkluż l-istering, l-aċċellerazzjoni u l-ibbrejkjar;

(a)  sistemi li jieħdu l-kontroll tal-vettura flok is-sewwieq, inkluż l-istering, l-aċċellerazzjoni u l-ibbrejkjar, u li jissostitwixxu r-rekwiżit ta' azzjoni fir-rigward tas-sinjalar.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16a

 

Rieżami

 

Sa tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li tinkludi, fejn ikun xieraq, proposti għall-emendi ta' dan ir-Regolament jew ta' leġiżlazzjoni rilevanti oħra rigward l-inklużjoni ta' miżuri ta' sikurezza ġodda oħrajn.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu japplika minn [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Għandu japplika minn [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. L-atti delegati msemmija fl-Artikolu 12 għandhom jiġu ppubblikati mill-inqas 12-il xahar qabel l-applikazzjoni tagħhom.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Anness 2 – tabella − ringiela 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Suġġett

Regolamenti tan-NU

Rekwiżiti tekniċi speċifiċi addizzjonali

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

STU

Komponent

Protezzjoni ta' wara kontra l-underrun

Regolament tan-NU Nru 58

 

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

Emenda

Suġġett

Regolamenti tan-NU

Rekwiżiti tekniċi speċifiċi addizzjonali

1.

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

STU

Komponent

Protezzjoni ta' wara kontra l-underrun

Regolament tan-NU Nru 58

Il-vetturi tal-kategoriji N2 u N3 jrid ikollhom protezzjoni kontra underrun minn vetturi li jsuqu fihom b'veloċitajiet sa 56 km/h.

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

Emenda    52

Proposta għal regolament

Anness 2 – tabella − ringiela 36

 

Test propost mill-Kummissjoni

Suġġett

Regolamenti tan-NU

Rekwiżiti tekniċi speċifiċi addizzjonali

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

STU

Komponent

Ibbrejkjar ta' emerġenza avvanzat għal persuni bil-mixi u ċiklisti

 

 

C

 

 

C

 

 

 

 

 

 

 

 

Emenda

Suġġett

Regolamenti tan-NU

Rekwiżiti tekniċi speċifiċi addizzjonali

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

STU

Komponent

Ibbrejkjar ta' emerġenza avvanzat għal persuni bil-mixi u ċiklisti

 

 

C

C

C

C

C

C

 

 

 

 

 

 

Emenda    53

Proposta għal regolament

Anness 2 – tabella − ringiela 38

 

Test propost mill-Kummissjoni

Suġġett

Regolamenti tan-NU

Rekwiżiti tekniċi speċifiċi addizzjonali

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

STU

Komponent

Sistema ta' informazzjoni tal-punt moħbi

 

 

 

B

B

 

B

B

 

 

 

 

B

 

Emenda

Suġġett

Regolamenti tan-NU

Rekwiżiti tekniċi speċifiċi addizzjonali

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

STU

Komponent

Assistent għad-dawrien

 

 

 

B

B

 

B

B

 

 

 

 

B

 

Emenda    54

Proposta għal regolament

Anness 2 – tabella − ringiela 49

 

Test propost mill-Kummissjoni

Suġġett

Regolamenti tan-NU

Rekwiżiti tekniċi speċifiċi addizzjonali

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

STU

Komponent

Sistema ta' emerġenza kontra l-ħruġ mill-karreġġata

 

 

B

 

 

B

 

 

 

 

 

 

 

 

Emenda

Suġġett

Regolamenti tan-NU

Rekwiżiti tekniċi speċifiċi addizzjonali

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

STU

Komponent

Sistema ta' emerġenza kontra l-ħruġ mill-karreġġata u ta' twissija ta' ħruġ mill-karreġġata

 

 

B

B

B

B

B

B

 

 

 

 

 

 

Emenda    55

Proposta għal regolament

Anness 2 – tabella − ringiela 61

 

Test propost mill-Kummissjoni

Suġġett

Regolamenti tan-NU

Rekwiżiti tekniċi speċifiċi addizzjonali

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

STU

Komponent

Monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers għal vetturi heavy-duty

 

 

 

B

B

 

B

B

 

 

B

B

 

 

Emenda

Suġġett

Regolamenti tan-NU

Rekwiżiti tekniċi speċifiċi addizzjonali

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

STU

Komponent

Monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers għal vetturi heavy-duty

 

 

 

B

B

 

B

B

 

B

B

B

 

 

Emenda    56

Proposta għal regolament

Anness 2 – tabella − ringiela 72

 

Test propost mill-Kummissjoni

Suġġett

Regolamenti tan-NU

Rekwiżiti tekniċi speċifiċi addizzjonali

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

STU

Komponent

assistenza intelliġenti tal-veloċità;

 

 

B

B

B

B

B

B

 

 

 

 

B

 

Emenda

Suġġett

Regolamenti tan-NU

Rekwiżiti tekniċi speċifiċi addizzjonali

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

STU

Komponent

assistenza intelliġenti tal-veloċità;

 

 

C

C

C

C

C

C

 

 

 

 

C

 

Emenda    57

Proposta għal regolament

Anness 2 – tabella − ringiela 90

 

Test propost mill-Kummissjoni

Suġġett

Regolamenti tan-NU

Rekwiżiti tekniċi speċifiċi addizzjonali

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

STU

Komponent

Reġistratur tad-dejta f'każ ta' aċċident

 

 

B

B5

B5

B

B5

B5

 

 

 

 

B

 

Emenda

Suġġett

Regolamenti tan-NU

Rekwiżiti tekniċi speċifiċi addizzjonali

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

STU

Komponent

Reġistratur tad-data f'każ ta' aċċident

 

 

B

B

B

B

B

B

 

 

 

 

 

B

Emenda    58

Proposta għal regolament

Anness 2 – Noti mat-tabella – punt D

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

D: Data għaċ-ċaħda tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE:

D: Data għaċ-ċaħda tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE:

[PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 48 xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]

[PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 36 xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]

Data għall-projbizzjoni tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, kif ukoll għat-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati:

Data għall-projbizzjoni tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, kif ukoll għat-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati:

[PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 84 xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]

[PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 72 xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq

Referenzi

COM(2018)0286 – C8-0194/2018 – 2018/0145(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

28.5.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

28.5.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Matthijs van Miltenburg

9.7.2018

Eżami fil-kumitat

21.11.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Innocenzo Leontini, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa D’Amato, Michael Gahler, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Peter Kouroumbashev, Evžen Tošenovský, Matthijs van Miltenburg

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Durand, Jude Kirton-Darling, Andrey Novakov, Csaba Sógor, Mylène Troszczynski

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

44

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Matthijs van Miltenburg, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Tomasz Piotr Poręba, Evžen Tošenovský, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

EFDD

Daniela Aiuto, Rosa D'Amato

ENF

Georg Mayer, Mylène Troszczynski

GUE/NGL

Merja Kyllönen, Marie-Pierre Vieu

PPE

Georges Bach, Wim van de Camp, Deirdre Clune, Andor Deli, Michael Gahler, Luis de Grandes Pascual, Dieter-Lebrecht Koch, Innocenzo Leontini, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Andrey Novakov, Markus Pieper, Csaba Sógor, Massimiliano Salini

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Peter Kouroumbashev, Gabriele Preuß, David-Maria Sassoli, Claudia Țapardel, Marita Ulvskog, Jude Kirton-Darling

VERTS/ALE

Michael Cramer, Pascal Durand, Keith Taylor

2

-

 

Jacqueline Foster, Peter Lundgren

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

39

+

ALDE

Nils Torvalds

ECR

Mark Demesmaeker, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, John Procter

EFDD

Eleonora Evi

GUE/NGL

Jaromír Kohlíček, Kateřina Konečná

PPE

Birgit Collin-Langen, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, György Hölvényi, Giovanni La Via, Norbert Lins, Miroslav Mikolášik, Sirpa Pietikäinen, Adina-Ioana Vălean

S&D

Paul Brannen, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Tonino Picula, Christel Schaldemose, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE

Marco Affronte, Bas Eickhout, Linnéa Engström, Benedek Jávor, Keith Taylor

1

-

EFDD

Julia Reid

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq

Referenzi

COM(2018)0286 – C8-0194/2018 – 2018/0145(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

17.5.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

28.5.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

28.5.2018

ITRE

28.5.2018

TRAN

28.5.2018

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

19.6.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Róża Gräfin von Thun und Hohenstein

19.6.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

11.10.2018

6.12.2018

21.1.2019

 

Data tal-adozzjoni

21.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Pascal Arimont, Carlos Coelho, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Pascal Durand, Evelyne Gebhardt, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Marlene Mizzi, Nosheena Mobarik, Jiří Pospíšil, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Igor Šoltes, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Birgit Collin-Langen, Edward Czesak, Nadja Hirsch, Othmar Karas, Arndt Kohn, Adam Szejnfeld, Marc Tarabella, Matthijs van Miltenburg

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Georg Mayer

Data tat-tressiq

4.3.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

33

+

ALDE

Nadja Hirsch, Matthijs van Miltenburg, Jasenko Selimovic

ECR

Edward Czesak, Daniel Dalton, Nosheena Mobarik, Anneleen Van Bossuyt

EFDD

Marco Zullo

ENF

Georg Mayer, Mylène Troszczynski

PPE

Pascal Arimont, Carlos Coelho, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Philippe Juvin, Othmar Karas, Jiří Pospíšil, Andreas Schwab, Adam Szejnfeld, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein

S&D

Lucy Anderson, Nicola Danti, Evelyne Gebhardt, Liisa Jaakonsaari, Arndt Kohn, Marlene Mizzi, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Marc Tarabella

VERTS/ALE

Pascal Durand, Igor Šoltes

2

-

EFDD

Robert Jarosław Iwaszkiewicz

ENF

John Stuart Agnew

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Marzu 2019Avviż legali