RAPPORT dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għas-sena finanzjarja 2017

4.3.2019 - (2018/2195(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Petri Sarvamaa


Proċedura : 2018/2195(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0153/2019
Testi mressqa :
A8-0153/2019
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2195(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (l-Aġenzija) għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija[1],

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0085/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,u

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0153/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2195(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (l-Aġenzija) għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija[7],

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[8] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0085/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[9], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,u

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE[11], u b'mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0153/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2195(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0153/2019),

A.  billi, skont ir-rapport tad-dħul u n-nefqa[13], il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2017 kien ta' EUR 280 560 000, li jirrappreżenta żieda ta' 20,54 % meta mqabbel ma' dak tal-2016; billi ż-żieda kienet relatata mal-estensjoni konsiderevoli tal-mandat tal-Aġenzija fl-2017, b'reazzjoni għall-kriżi tal-migrazzjoni li laqtet l-Unjoni; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), iddikjarat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li t-tranżazzjonijiet ta' bażi tal-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 97,63 %, li tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta' 0,27 % meta mqabbla ma' dik tal-2016; jinnota bi tħassib li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 66,42 %, li tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta' 0,35 % meta mqabbla ma' dik tal-2016;

2.  Jinnota, mir-rapport tal-Qorti li l-baġit inizjali tal-Aġenzija kien jinkludi riserva operattiva finanzjarja statutorja ta' EUR 8 800 000 għall-finanzjament tal-varar ta' interventi rapidi fil-fruntiera u interventi ta' ritorn; jinnota li l-Aġenzija globalment ittrasferiet EUR 3 800 000 mir-riżerva għall-baġit operattiv tagħha biex tiffinanzja attivitajiet oħra; jinnota bi tħassib li t-trasferimenti mhumiex konformi mar-regolament finanzjarju tal-Aġenzija; jieħu nota mir-risposta tal-Aġenzija li tqis li l-leġiżlatur għandu jipprovdi kjarifika dwar l-implimentazzjoni tat-trasferimenti mir-riżerva; jistieden lill-Aġenzija biex fil-futur tevita tali azzjonijiet mhux konformi u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar liema kjarifiki l-Aġenzija tqis li jkunu meħtieġa;

Kanċellazzjoni tar-riporti

3.  Jiddispjaċih dwar il-livell għoli ta' kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017, li jammontaw għal EUR 11 125 174 u li jirrappreżentaw 14,96 % tal-ammont totali riportat, rata simili għal dik tal-2016; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri li jridu jittieħdu biex jiġi żgurat l-użu sħiħ tal-approprjazzjonijiet riportati sabiex jiġi evitat li jiġu diżimpenjati riżorsi sostanzjali bħal ma ġara fis-snin preċedenti;

Prestazzjoni

4.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tuża diversi Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) biex tkejjel il-valur miżjud ipprovdut permezz tal-attivitajiet tagħha; jieħu nota li l-Aġenzija qed tippjana li tirrevedi l-indikaturi tagħha fl-2019; jistieden lill-Aġenzija tkompli tiżviluppa l-KPIs għat-tisħiħ tal-ġestjoni baġitarja tagħha, b'mod partikolari b'kont meħud tal-estensjoni tal-mandat tagħha u l-baġit li qiegħed jiżdied kontinwament, u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi mwettqa f'dan ir-rigward; jesprimi t-tħassib tiegħu fir-rigward tal-parti tal-baġit li ma setgħetx tiġi assorbita mill-Aġenzija;

5.  Ifakkar li b'reazzjoni għas-sitwazzjoni tal-migranti u tal-asil li l-Unjoni affaċċjat fl-2015, il-mandat tal-Aġenzija ġie estiż b'mod konsiderevoli fl-2016 biex l-Aġenzija tkun tista' tindirizza aħjar il-ħtiġijiet u l-isfidi li qegħdin jiġu affaċċjati fil-fruntieri esterni tal-Unjoni; jenfasizza li fl-2017 is-sistemi u l-proċeduri kienu għadhom fil-proċess li jiġu adattati biex jissodisfaw il-mandat il-ġdid tal-Aġenzija li ġie aġġornat fl-2016 permezz tar-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14];

6.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-maġġoranza tal-programmi operattivi tal-Aġenzija għandhom nuqqas ta' objettivi kwantitattivi u valuri fil-mira speċifiċi għall-operazzjonijiet konġunti; jinnota bi tħassib li dan, flimkien ma' dokumentazzjoni insuffiċjenti mill-pajjiżi li jikkooperaw, jistgħu jfixklu l-evalwazzjoni ex post tal-effikaċja tal-operazzjonijiet konġunti fit-tul; jistieden lill-Aġenzija tistabbilixxi objettivi strateġiċi rilevanti għall-attivitajiet tagħha u sistema effikaċi ta' monitoraġġ u rappurtar li tkun orjentata lejn ir-riżultati b'KPIs rilevanti u li jistgħu jitkejlu;

7.  Jinnota l-approvazzjoni mill-bord amministrattiv tar-riorganizzazzjoni tal-istrutturi tal-Aġenzija f'Ġunju 2017, li taffettwa l-allokazzjoni tar-riżorsi; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' din l-istruttura organizzazzjonali ġdida;

8.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati ma' Schengen kollha pparteċipaw mill-inqas f'operazzjoni konġunta waħda u li 26 Stat Membru ħadu sehem bħala organizzaturi jew parteċipanti f'operazzjonijiet ta' ritorn koordinati u kofinanzjati mill-Aġenzija, li jammontaw għal żewġ Stati Membri iktar milli fl-2016;

9.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija tippromwovi l-kooperazzjoni interaġenzjali, speċjalment fil-qasam tal-funzjoni tal-gwardja tal-kosta, iżda wkoll fil-qasam tal-kooperazzjoni doganali u fl-infurzar tal-liġi, sabiex jiġu sfruttati bis-sħiħ il-vantaġġi tal-operazzjonijiet b'diversi skopijiet bħala element importanti tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri;

10.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tikkoopera ma' aġenziji oħra, inter alia billi tappoġġjahom fir-reklutaġġi, fil-proġetti immobiljari u fil-konsulenzi marbuta mas-sigurtà, u tikkondividi uffiċċji mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi, mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali u mal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil fil-qafas tat-Task Force Reġjonali tal-Unjoni Ewropea fl-Italja u l-Greċja;

11.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tiżviluppa pjan komprensiv għall-kontinwità operattiva;

Politika dwar il-persunal

12.  Jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet mimlija 74,43 % biss, u nħatru 262 aġent temporanju mit-352 awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (apparagun tal-275 post awtorizzati fl-2016); jinnota li, barra minn hekk, fl-2017 kien hemm 113-il aġent kuntrattwali u espert nazzjonali sekondat jaħdmu għall-Aġenzija;

13.  Jinnota bi tħassib, għal darb'oħra, l-iżbilanċ bejn is-sessi fil-bord amministrattiv tal-Aġenzija; ifakkar li l-Istati Membri huma dawk responsabbli biex jinnominaw il-membri tal-bord amminsitrattiv; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li n-nomini tal-membri tagħhom għall-bord amministrattiv tal-Aġenzija juru bilanċ bejn is-sessi; jistieden lill-Aġenzija tfakkar b'mod proattiv lill-Istati Membri dwar l-importanza tal-bilanċ bejn is-sessi; jirrimarka li huma mixtieqa miżuri mmirati lejn il-kisba ta' bilanċ ġeografiku aħjar fil-kompożizzjoni tal-persunal tal-Aġenzija;

14.  Jinnota li l-2017 kienet it-tieni sena tal-pjan ta' tkabbir ta' ħames snin wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 2016/1624 li żied b'mod sinifikanti r-riżorsi fil-qasam tal-baġit u tal-persunal tal-Aġenzija; jinnota mir-rapport tal-Qorti li, wara l-estensjoni tal-mandat tagħha, il-persunal tal-Aġenzija se jiżdied b'aktar mid-doppju, minn 365 fl-2016 għal 1 000 fl-2020; jinnota, barra minn hekk, li ż-żieda ppjanata fil-persunal se tirrikjedi spazju addizzjonali għall-uffiċċji; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda sabiex jiġu indirizzati l-isfidi fir-rigward taż-żieda tal-persunal u żżommha infurmata mill-qrib dwar il-passi li jmiss, inklużi l-kalkoli finanzjarji, rigward il-bini tal-kwartieri ġenerali l-ġodda;

15.  Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija tesperjenza diffikultajiet biex issib persunal bil-profili meħtieġa, ħafna drabi minħabba l-koeffiċjent baxx tal-korrezzjoni tas-salarju (66,7%); jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu tad-diskussjonijiet mal-Kummissjoni dwar miżuri ta' mitigazzjoni possibbli, u l-pjanijiet tal-Aġenzija għal miżuri oħra possibbli biex tattira persunal ġdid, b'mod partikolari b'kont meħud tal-mandat li qed jiġi estiż tal-Aġenzija u ż-żieda fl-ammont ta' reklutaġġi; jistieden lill-Aġenzija taħtar uffiċjal għad-drittijiet fundamentali ġdid mingħajr aktar dewmien sabiex jiġi żgurat li t-theddid għall-kwistjonijiet relatati mad-drittijiet fundamentali jiġi indirizzat immedjatament, u li l-politika dwar id-drittijiet fundamentali fi ħdan l-organizzazzjoni tiġi aġġornata kontinwament;

16.  Jiddeplora bil-qawwa l-fatt li minkejja l-appelli ripetuti tal-Parlament u ż-żieda ġenerali sinifikanti fil-persunal tal-Aġenzija, l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għad m'għandhiex ir-riżorsi umani adegwati u għalhekk jidher ċar li għadha qed tiġi mxekkla fit-twettiq xieraq tal-kompiti fdati lilha permezz tar-Regolament (UE) Nru 2016/1624; iħeġġeġ lill-Aġenzija tipprovdi lill-uffiċjal tagħha għad-drittijiet fundamentali r-riżorsi u l-persunal adegwati, b'mod partikolari għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-ilmenti u għall-implimentazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-istrateġija tal-Aġenzija għall-monitoraġġ u l-iżgurar tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali;

17.  Jilqa' s-suġġeriment tal-Qorti li l-avviżi ta' postijiet battala jiġu ppubblikati wkoll fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal sabiex tiżdied il-pubbliċità; jifhem it-tħassib tal-Aġenzija rigward l-ispejjeż għolja tat-traduzzjoni li jirriżultaw minn tali pubblikazzjoni;

18.  Jinnota li l-Aġenzija tuża l-"Kodiċi ta' Kondotta għall-persuni kollha li jipparteċipaw fl-attivitajiet operattivi tal-Frontex" u r-rapportar kunfidenzjali bħala miżuri biex tindirizza l-kwistjonijiet ta' fastidju;

19.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li fl-2017 l-Aġenzija kompliet twettaq reklutaġġ irregolari permezz ta' proċeduri ta' għażla esterni, u ħatret kandidati fi gradi ta' AST ogħla mill-grad massimu previst skont ir-Regolamenti tal-Persunal; jirrimarka li f'dan ir-rigward fl-2017 kien hemm żewġ reklutaġġi meqjusa irregolari (meta mqabbla ma' 14 fl-2016); jieħu nota tal-ġustifikazzjoni tal-Aġenzija għar-reklutaġġi u jirrikonoxxi li minn Marzu 2017 l-Aġenzija ma ħatret l-ebda kandidat estern għal gradi ogħla minn AST4;

Akkwist

20.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li fl-2017 hija kinet qiegħda tirrevedi l-iskema finanzjarja sħiħa tagħha bl-għan li tissimplifika, taqleb minn għotjiet għal kuntratti ta' servizz u tintroduċi rati fissi; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-iskema l-ġdida;

21.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li sa tmiem l-2017 l-Aġenzija kienet għadha ma introduċietx l-għodod kollha mnedija mill-Kummissjoni mmirati lejn l-introduzzjoni ta' soluzzjoni unika għall-għall-ħżin u l-iskambju elettroniku ta' informazzjoni ma' partijiet terzi li jipparteċipaw fil-proċeduri ta' akkwist pubbliku (akkwist elettroniku); jinnota li l-Aġenzija kienet introduċiet fatturazzjoni elettronika u proċeduri għas-sejħiet għall-offerti elettroniċi għal ċerti prodotti, iżda mhux is-sottomissjoni elettronika tal-offerti. jistieden lill-Aġenzija tintroduċi l-għodod neċessarji kollha biex tiġġestixxi l-proċeduri ta' akkwist u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

22.  Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi li għaddejjin bħalissa biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, u l-protezzjoni tal-informaturi; jieħu nota mill-Aġenzija li fasslet abbozz ta' regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta, iżda fuq parir tal-Kummissjoni, se timplimenta d-deċiżjoni mudell tal-Kummissjoni ladarba tiġi notifikata lill-aġenziji; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' din id-deċiżjoni u tadotta l-politika tagħha dwar l-żvelar ta' informazzjoni protetta mingħajr dewmien ulterjuri;

23.  Ifakkar li d-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni bħala parti mir-responsabbiltà tal-Aġenzija lejn il-pubbliku ġew modifikati b'mod konsiderevoli bir-Regolament (UE) Nru 2016/1624, u dan jirrikjedi li l-Aġenzija tkun aktar trasparenti dwar l-attivitajiet tagħha; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Aġenzija għadha ma wettqitx bis-sħiħ dawn ir-regoli l-ġodda u jitlobha timplimentahom mingħajr dewmien;

Kontrolli interni

24.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-infiq fuq l-għotjiet tal-Aġenzija żdied b'mod konsiderevoli minn EUR 123 000 000 fl-2016 għal EUR 167 000 000 fl-2017; jinnota bi tħassib li fl-2017 l-Aġenzija ma wettqitx verifiki ex post fuq ir-rimborżi tal-infiq fuq l-għotjiet. jieħu nota li l-Aġenzija tqis li l-verifiki ex ante mwettqa qabel ir-rimborż tjiebu u jistgħu jipprovdu l-aċċertament meħtieġ ladarba l-kopertura ex ante tilħaq ċertu livell; jirrimarka, madankollu, li l-Qorti ilha tirrapporta b'mod konsistenti mill-2014, li l-prova tan-nefqa ddikjarata mill-pajjiżi li jikkooperaw, spiss ma tkunx suffiċjenti u dan ġie kkonfermat ukoll fl-2017; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex dawn ir-riskji jiġu mitigati;

25.  Jieħu nota li l-Aġenzija rrevediet il-qafas ta' kontroll intern tagħha u biddlet l-approċċ preċedenti bbażat fuq konformità għal wieħed ibbażat fuq ir-riskju; jirrikonoxxi li l-qafas ta' kontroll intern rivedut ġie adottat f'Novembru 2017 u matul dan il-proċess, ġie stabbilit Reġistru ta' Titjib ikkonsolidat tal-Frontex;

26.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija ffinanzjat appoġġ għall-Gwardji tal-Kosta tal-Iżlanda għall-istazzjonament ta' ajruplan fil-Greċja u li qabel ir-rimborż tan-nefqa ddikjarata mill-Iżlanda, l-Aġenzija talbet fatturi bħala evidenza għal kategorija waħda ta' nefqa ddikjarata; jiddispjaċih li għalkemm il-fatturi qatt ma ngħataw, l-Aġenzija rrimborżat madwar EUR 440 000, u dan juri li l-verifika ex ante ma kinetx effettiva; jieħu nota tal-kunsiderazzjoni tal-Aġenzija li l-istima tal-ispiża tal-manutenzjoni fis-siegħa toffri raġunijiet suffiċjenti għall-approvazzjoni tan-nefqa;

27.  Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija għad m'għandhiex pjan komprensiv għall-kontinwità operattiva approvat mill-bord amministrattiv; jistieden lill-Aġenzija tieħu l-passi meħtieġa sabiex tadotta tali pjan u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-adozzjoni tiegħu;

28.  jitlob lill-bord amministrattiv tal-Aġenzija jadotta ftehimiet ċari dwar il-livell ta' servizz għall-kontinwità tal-attivitajiet tagħha f'każ ta' diżastru fuq il-post, kif ukoll objettivi korrispondenti ta' rkupru tal-IT u telf massimu permissibbli ta' data għas-sistemi u l-applikazzjonijiet l-aktar kritiċi tagħha; jitlob lill-Aġenzija tiżviluppa l-pjanijiet ta' appoġġ, teżerċitahom b'mod adegwat u tara li r-riżultati tat-testijiet jiġu approvati b'mod responsabbli mill-bord amministrattiv tagħha;

Kummenti oħra

29.  Josserva li l-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali bejn l-Aġenzija u l-gvern Pollakk daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2017; jinnota li dan għandu effett fuq diversi proċessi tal-Aġenzija b'konsegwenzi kbar fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-faċilitajiet ta' ġestjoni; jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-proġetti li jirriżultaw, b'mod partikolari l-kostruzzjoni tal-bini tal-kwartieri ġenerali l-ġodda u l-istabbiliment ta' skola Ewropea f'Varsavja;

o

o o

30.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2019[15] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

23.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2195(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Romeo Franz

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Ifakkar li b'reazzjoni għall-influss tal-migranti u ta' persuni li jfittxu asil li l-Unjoni affaċjat fl-2015, il-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera (Frontex) ("l-Aġenzija") ġie estiż b'mod konsiderevoli fl-2016, sabiex l-Aġenzija tkun tista' tindirizza b'mod aħjar il-ħtiġijiet u l-isfidi li qegħdin jiġu affaċċjati fil-fruntieri esterni tal-UE; jirrimarka li l-baġit tal-Aġenzija żdied b'21 % fl-2017, bil-persunal relatat jiżdied b'43 % fl-2017; jenfasizza li fl-2017 is-sistemi u l-proċeduri kienu għadhom fil-proċess li jiġu adattati għall-mandat il-ġdid tal-Aġenzija, li ġie aġġornat fl-2016 permezz tar-Regolament (UE) 2016/1624[16]; jilqa' l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2017 u li t-tranżazzjonijiet tagħha huma legali u regolari; ifakkar li l-mandat tal-Aġenzija bħalissa qiegħed jiġi rivedut;

2.  Jinnota li għat-tieni sena konsekuttiva, kanċellazzjonijiet sinifikanti (17 %) tal-approprjazzjonijiet baġitarji ġew riportati mis-sena preċedenti; jenfasizza li dan jindika sopravalutazzjoni sinifikanti tal-ħtiġijiet baġitarji tal-Aġenzija, b'mod partikolari min-naħa tal-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri u pajjiżi oħra li jikkooperaw magħhom; jitlob għalhekk lill-Aġenzija taħdem mas-sħab tagħha biex ittejjeb il-previżjonijiet baġitarji tagħha; iħeġġeġ lill-Aġenzija tagħmel użu mill-opzjonijiet relatati mal-kostijiet simplifikati u mekkaniżmi ta' finanzjament oħra minbarra l-għotjiet biex, fejn xieraq, tiżdied il-kosteffikaċja;

3.  Jinnota li mill-2014, il-Qorti tal-Awdituri ilha tirrapporta li l-prova tal-infiq iddikjarata mill-pajjiżi li jikkooperaw, spiss mhijiex suffiċjenti; jiddispjaċih li, għal darb'oħra, dan kien il-każ għall-2017, bil-finanzjament tal-iskjerament ta' Ajruplan fil-Greċja bħala appoġġ lill-Gwardja Kostali tal-Iżlanda u bil-kofinanzjament ta' ajruplan ieħor li ntuża mill-Guardia Civil Spanjola; jilqa' d-deċiżjoni tal-Aġenzija li tesplora l-użu ta' mudell ta' rimborż tal-ispejjeż simplifikat biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet rikorrenti;

4.  Jiddispjaċih dwar ir-reklutaġġ irregolari ta' persunal temporanju AST fi gradi ogħla minn dawk permessi mir-Regolamenti tal-Persunal (AST 4); jifhem id-diffikultajiet li l-Aġenzija qiegħda taffaċċa fir-reklutaġġ ta' persunal kwalifikat, li wassal lill-Aġenzija tirritorna EUR 4 miljuni; ifakkar lill-Aġenzija dwar l-importanza li taderixxi mar-Regolamenti tal-Persunal f'kull ħin;

5.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-avviżi ta' postijiet battala huma ppubblikati biss fuq is-sit web tal-Aġenzija u f'għadd limitat ta' lingwi biss; jistieden lill-Aġenzija tkun aktar proattiva fir-rigward tal-viżibbiltà u sensibilizzazzjoni ġenerali tal-postijiet battala tagħha; jirrikonoxxi t-tħassib dwar spejjeż addizzjonali relatati mat-traduzzjoni tal-avviżi ta' postijiet battala fil-lingwi tal-Unjoni kollha, madankollu, jitlob lill-Aġenzija tippubblika b'mod sistematiku l-postijiet battala tagħha fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) bil-lingwi tal-Unjoni kollha sabiex tiżdied it-trasparenza fil-konfront taċ-ċittadini tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tqis miżuri maħsuba biex inaqqsu l-piż finanzjarju għat-traduzzjoni tal-avviżi ta' postijiet battala fuq l-aġenziji, inkluż billi jiġi stabbilit ftehim qafas ad hoc maċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jinnota li l-Aġenzija għad m'għandhiex Pjan komprensiv tal-Kontinwità tan-Negozju approvat mill-Bord Amministrattiv minn mindu ċċaqalqet fl-2014; jitlob lill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija jadotta ftehim ċar dwar il-livell ta' servizz għall-kontinwità tal-attivitajiet tagħha f'każ ta' diżastru fuq il-post, kif ukoll objettivi korrispondenti ta' rkupru tal-IT u telf massimu permissibbli ta' data għas-sistemi u l-applikazzjonijiet l-aktar kritiċi tagħha; jitlob lill-Aġenzija tiżviluppa pjanijiet ta' appoġġ, sabiex teżerċitahom b'mod adegwat u jkollha riżultati tat-testijiet approvati b'mod responsabbli mill-Bord Amministrattiv;

7.  Ifakkar li d-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni bħala parti mir-responsabbiltà tal-Aġenzija lejn il-pubbliku kienu modifikati b'mod konsiderevoli fir-Regolament rivedut, li jirrikjedi li l-Aġenzija tkun aktar trasparenti dwar l-attivitajiet tagħha; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Aġenzija għadha ma wettqitx bis-sħiħ dawn ir-regoli l-ġodda u jitlobha timplimentahom mingħajr dewmien;

8.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-biċċa l-kbira tal-programmi operattivi tal-Aġenzija għandhom nuqqas ta' objettivi kwantitattivi u valuri mmirati speċifiċi għall-operazzjonijiet konġunti; jinnota bi tħassib li dan, flimkien ma' dokumentazzjoni insuffiċjenti mill-pajjiżi li jikkooperaw, jistgħu jfixklu l-evalwazzjoni ex post tal-effikaċja tal-operazzjonijiet konġunti fit-tul; jistieden lill-Aġenzija tistabbilixxi objettivi strateġiċi rilevanti għall-attivitajiet tagħha u sistema effikaċi ta' monitoraġġ u rappurtar li tkun orjentata lejn ir-riżultati b'indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni rilevanti u li jistgħu jitkejlu;

9.  Jinnota bi tħassib, għal darb'oħra, l-iżbilanċ bejn il-ġeneri fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija; ifakkar li l-Istati Membri huma responsabbli biex jinnominaw il-Membri għall-Bord; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li n-nomini tal-membri tagħhom għall-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija juru bilanċ bejn il-ġeneri; jistieden lill-Aġenzija tfakkar b'mod proattiv lill-Istati Membri dwar l-importanza ta' bilanċ bejn il-ġeneri; jirrimarka li huma mixtieqa miżuri mmirati lejn il-kisba ta' bilanċ ġeografiku aħjar fil-kompożizzjoni tal-persunal tal-Aġenzija;

10.  Jiddispjaċih bil-qawwa li minkejja l-appelli ripetuti tal-Parlament u ż-żieda ġenerali sinifikanti tal-persunal għall-Aġenzija, l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għad m'għandux riżorsi umani adegwati, u għalhekk huwa ostakolat b'mod ċar fit-twettiq tal-kompiti fdati lilu mir-Regolament rivedut; iħeġġeġ lill-Aġenzija tipprovdi lill-Uffiċjal tagħha għad-Drittijiet Fundamentali r-riżorsi u l-persunal adegwati, b'mod partikolari għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu għall-ilmenti u għall-iżvilupp ulterjuri u għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Aġenzija biex tissorvelja u tiżgura l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

10.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

2

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Martina Anderson, Heinz K. Becker, Monika Beňová, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Frank Engel, Laura Ferrara, Romeo Franz, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Cécile Kashetu Kyenge, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Ivari Padar, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Dennis de Jong, Anna Hedh, Lívia Járóka, Marek Jurek, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Fernando Ruas, Adam Szejnfeld

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

42

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Cecilia Wikström

ECR

Marek Jurek, Monica Macovei, Helga Stevens

EFDD

Laura Ferrara

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Michał Boni, Rachida Dati, Frank Engel, Norbert Erdős, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Lívia Járóka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Fernando Ruas, Csaba Sógor, Adam Szejnfeld, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský

S&D

Monika Beňová, Caterina Chinnici, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Ivari Padar, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Romeo Franz, Jean Lambert, Judith Sargentini, Bodil Valero

2

-

ENF

Auke Zijlstra

NI

Udo Voigt

3

0

ECR

Kristina Winberg

GUE/NGL

Martina Anderson, Marie-Christine Vergiat

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

EFDD

Marco Valli

ENF

Jean-François Jalkh

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

  • [1]  ĠU C 434, 30.11.2018, p. 173.
  • [2]  ĠU C 434, 30.11.2018, p. 173.
  • [3]  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [4]  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
  • [5]  ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1.
  • [6]  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
  • [7]  ĠU C 434, 30.11.2018, p. 173.
  • [8]  ĠU C 434, 30.11.2018, p. 173.
  • [9]  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [10]  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
  • [11]  ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1.
  • [12]  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
  • [13]  ĠU C 108, 22.03.2018, p. 112.
  • [14]  Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).
  • [15]  Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0000.
  • [16]    Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).
Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Marzu 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza