Proċedura : 2018/2200(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0154/2019

Testi mressqa :

A8-0154/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.42

Testi adottati :

P8_TA(2019)0283

RAPPORT     
PDF 208kWORD 65k
4.3.2019
PE 626.811v02-00 A8-0154/2019

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) (qabel l-1 ta' Mejju 2017: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2200(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Petri Sarvamaa

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) (qabel l-1 ta' Mejju 2017: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2200(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Europol(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Europol fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0090/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0154/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Europol għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) (qabel l-1 ta' Mejju 2017: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2200(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Europol(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Europol fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0090/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14) u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0154/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) (qabel l-1 ta' Mejju 2017: l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2200(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0154/2019),

A.  billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa tagħha(15), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2017 kien ta' EUR 119 234 720, li jfisser żieda ta' 14,35 % meta mqabbel mal-2016; billi ż-żieda kienet dovuta għal kompiti addizzjonali li jestendu l-mandat tagħha; billi l-baġit tal-Europol huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), tistqarr li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Europol huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata għolja ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,72 %, li meta mqabbla mal-2016 tirrappreżenta tnaqqis żgħir ta' 0,03 %; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 89,01 %, li tindika tnaqqis ta' 1,97 % meta mqabbla mal-2016;

2.  Jinnota li wara l-analiżi tat-tkabbir tal-Europol ser ikun meħtieġ bini permanenti addizzjonali mill-2023; jappella lill-Europol sabiex tagħti attenzjoni partikolari lill-ispejjeż addizzjonali;

Kanċellazzjoni tar-riporti

3.  Jinnota bi tħassib li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 kienu jammontaw għal EUR 834 972, u li dan jirrappreżenta 9,08 % tal-ammont totali riportat filwaqt li juri tnaqqis notevoli ta' 6,35 % meta mqabbel mal-2016;

Prestazzjoni

4.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Europol mmonitorjat il-prestazzjoni tagħha permezz ta' 36 Indikatur Ewlieni tal-Prestazzjoni, 36-il indikatur ieħor tal-prestazzjoni u l-implimentazzjoni ta' madwar 140 azzjoni speċifika ppjanati fil-Programm ta' Ħidma tagħha, bil-qafas ta' rappurtar tal-prestazzjoni mmirat, b'mod ġenerali, lejn il-valutazzjoni tal-valur miżjud tal-attivitajiet tal-Europol u lejn it-tisħiħ tal-ġestjoni baġitarja tagħha;

5.  Jinnota li l-Europol kisbet 78 % tal-miri stabbiliti għall-indikaturi tal-prestazzjoni (86 % fl-2016) u li għamlet progress fl-implimentazzjoni ta' 80 % tal-azzjonijiet li jinsabu fil-Programm ta' Ħidma tal-2017 (76 % fl-2016);

6.  Jinnota b'sodisfazzjon li, f'Mejju 2017, sar applikabbli r-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16) li jsaħħaħ il-mandat tal-Europol biex tiġġieled b'mod effikaċi t-theddid li qiegħed jevolvi kontinwament mill-kriminalità transnazzjonali u mit-terroriżmu madwar l-Unjoni u lil hinn minnha;

7.  Jitlob lill-Europol tipprovdi aktar informazzjoni dwar il-kompiti u l-implikazzjonijiet baġitarji tal-Unità ta' Indikazzjoni ta' Kontenut fuq l-Internet (UE IRU) tagħha, li mhijiex elenkata b'mod espliċitu fil-baġit, iżda li tifforma parti miċ-Ċentru Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu (ECTC) tagħha; ifakkar li l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/794 jirreferi għal riferimenti ta' kontenut tal-internet fir-rigward tat-terroriżmu lill-fornituri tas-servizzi online, filwaqt li l-Europol, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-industrija, tappoġġja l-investigazzjonijiet relatati mill-awtoritajiet kompetenti; jitlob, b'mod speċifiku, informazzjoni dwar is-segwitu sussegwenti dwar il-każijiet identifikati u riferuti ta' kontenut ta' internet terroristiku, inkluż fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri;

8.  Ifakkar fl-importanza u l-valur miżjud tal-Europol fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata madwar l-Ewropa u, b'mod partikolari, ir-rwol tagħha fil-finanzjament tal-Iskwadri ta' Investigazzjoni Konġunta ("SIK"); jilqa', f'dak ir-rigward, il-konklużjoni reċenti ta' memorandum ta' qbil ġdid bejn l-Europol u l-Eurojust(17) li jistabbilixxi kriterji u kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet ta' SIK offruti mit-tnejn li huma;

9.  Jinnota b'apprezzament li l-Europol twettaq kompiti ta' sigurtà flimkien mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, mal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil u mal-awtoritajiet nazzjonali; jinnota, barra minn hekk, li l-Europol ikkondiviet il-pariri legali ma' aġenziji oħra tal-Unjoni li jinsabu fin-Netherlands u pparteċipat f'diversi proċeduri ta' akkwist interistituzzjonali; jinkoraġġixxi lill-Europol tiżviluppa aktar il-kooperazzjoni tagħha mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji l-oħra tal-Unjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni;

10.  Jenfasizza li l-Europol hija waħda mid-disa' aġenziji dwar il-ġustizzja u l-affarijiet interni; jesprimi d-diżappunt tiegħu rigward l-eżitu miksub f'dan ir-rigward mill-IIWG dwar l-aġenziji deċentralizzati, peress li l-ebda proposta speċifika ma ġiet żviluppata biex l-aġenziji li jikkonċentraw fuq oqsma ta' politika relatati jingħaqdu jew jiġu kolokati; jitlob lill-Europol tikkoopera mat-tmien aġenziji l-oħra dwar il-ġustizzja u l-affarijiet interni sabiex jiġu investigati mergers possibbli;

Politika dwar il-persunal

11.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal kienet 97,27 % eżegwita, bil-ħatra ta' 535 aġent temporanju mill-550 aġent temporanju awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (mqabbla mal-505 postijiet awtorizzati fl-2016); jinnota li, barra minn hekk, 159 aġent kuntrattwali u 71 espert nazzjonali sekondat kienu qegħdin jaħdmu għall-Europol fl-2017; iħeġġeġ lill-Europol biex ma tiddependix wisq fuq aġenti kuntrattwali u biex ma tibdilx il-persunal permanenti b'aġenti kuntrattwali li jkunu aktar għaljin;

12.  Jiddispjaċih dwar l-iżbilanċ bejn il-ġeneri fi ħdan il-membri tal-maniġment superjuri tal-Europol, fejn 133 minn 151 membru huma rġiel u 18 huma nisa, u fi ħdan il-bord maniġerjali fejn 11 minn 53 huma nisa; jitlob f'dan ir-rigward lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu l-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri meta jippreżentaw in-nomini tagħhom għall-membri tal-bord maniġerjali; jitlob ukoll lill-Europol biex tieħu miżuri li jiżguraw bilanċ aħjar bejn il-ġeneri fil-maniġment superjuri tagħha;

13.  Jinnota li l-Europol adottat politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju; jirrikonoxxi li l-Europol organizzat sessjonijiet ta' taħriġ u offriet servizz ta' assistenza psikoloġika kunfidenzjali;

14.  Jinnota bi tħassib li nfetħu erba' proċeduri formali fil-forma ta' inkjesti amministrattivi fir-rigward ta' fastidju sesswali u imġiba mhux xierqa matul l-2017; jinnota li l-Europol temmet, b'mod rapidu, l-inkjesti amministrattivi flimkien ma' azzjoni dixxiplinari fejn applikabbli u nediet azzjonijiet korrispondenti biex tindirizza l-kwistjoni filwaqt li ma tressaq ebda każ quddiem il-qorti; jieħu nota tal-fatt li fl-2018 ma tressqet ebda inkjesta amministrattiva dwar l-allegazzjonijiet ta' fastidju sesswali fl-Europol; jappella lill-Europol tagħmel l-almu kollu tagħha biex tevita nuqqasijiet strutturali fir-rigward ta' mġiba mhux xierqa sabiex l-ewwel u qabel kollox jiġi evitat li jseħħu każijiet bħal dawn;

15.  Jilqa' s-suġġeriment tal-Qorti li l-avviżi ta' postijiet battala jiġu ppubblikati wkoll fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal sabiex tiżdied il-pubbliċità; jifhem it-tħassib tal-Europol fir-rigward tal-ispejjeż tat-traduzzjoni;

16.  Jinkoraġġixxi lill-Europol: tqis l-adozzjoni ta' strateġija dwar id-drittijiet fundamentali; tinkludi referenza għad-drittijiet fundamentali fil-kodiċi ta' kondotta li tista' tiddefinixxi d-dmirijiet tal-persunal tagħha u t-taħriġ għall-persunal; tistabbilixxi mekkaniżmi li jiżguraw li kwalunkwe ksur tad-drittijiet fundamentali jiġi identifikat u rrapportat filwaqt li r-riskji ta' dan il-ksur jinġiebu malajr għall-attenzjoni tal-korpi ewlenin tal-Europol; tistabbilixxi, fejn rilevanti, il-pożizzjoni ta' uffiċjal għad-drittijiet fundamentali li jirrapporta direttament lill-bord maniġerjali biex jiġi żgurat grad stabbilit ta' indipendenza fil-konfront tal-persunal l-ieħor, biex jiġi żgurat li t-theddid għad-drittijiet fundamentali jiġi indirizzat immedjatament u biex jiġi żgurat aġġornament kontinwu tal-politika dwar id-drittijiet fundamentali fi ħdan l-organizzazzjoni; tiżviluppa djalogu regolari mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti dwar kwistjonijiet ta' drittijiet fundamentali; tqiegħed il-konformità mad-drittijiet fundamentali bħala parti ċentrali tat-termini ta' referenza tal-kollaborazzjoni tal-Europol li jikkonċernaw l-atturi esterni, inkluż b'mod partikolari membri ta' amministrazzjonijiet nazzjonali li magħhom tinteraġixxi fil-livell operattiv;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

17.  Jinnota l-miżuri eżistenti tal-Europol u l-isforzi kontinwi biex tiżgura t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u l-protezzjoni tal-informaturi; jieħu nota tal-miżuri proattivi meħuda kontra l-erba' każijiet potenzjali ta' kunflitt ta' interess li ġew identifikati fl-2017; jinnota li l-Europol ippubblikat dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess u mhux dikjarazzjonijiet ta' interess; jirrikonoxxi madankollu l-adozzjoni, abbażi ta' proposta tal-Europol, li saret f'Ottubru 2018 mill-bord maniġerjali rigward mudell ta' dikjarazzjoni ġdid għad-dikjarazzjoni tal-interessi; jinnota b'sodisfazzjon li dan il-mudell ta' dikjarazzjoni ġdid qiegħed jiġi applikat għall-membri kollha tal-bord maniġerjali kif ukoll għad-Direttur Eżekuttiv u l-viċi diretturi eżekuttivi; jinnota madankollu li, sa dan il-mument, mhux id-dikjarazzjonijiet kollha ġew aġġornati għall-mudell il-ġdid; jappella lill-Europol tipproċedi malajr f'dan ir-rigward u tippubblika d-dikjarazzjonijiet il-ġodda;

Kontrolli interni

18.  Jinnota li, fl-2016, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar l-akkwist, u li fl-2017 ħareġ ir-rapport finali tal-awditjar tal-IAS dwar l-akkwist, li kien fih tliet rakkomandazzjonijiet ikklassifikati bħala "importanti"; jinnota li l-Europol fl-2017 żviluppat pjan ta' azzjoni u f'Awwissu 2018 infurmat lill-IAS dwar l-implimentazzjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jinnota, barra minn hekk, li l-IAS wettaq valutazzjoni tar-riskju fuq l-istruttura kollha tal-organizzazzjoni u l-ebda qasam tal-proċess ma ġie kklassifikat bħala "titjib fil-mitigazzjoni tar-riskju";

o

o o

19.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ...2019(18) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

17.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2200(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Romeo Franz

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali tal-Europol jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2017 u li t-tranżazzjonijiet tagħha huma legali u regolari;

2.  Jenfasizza li b'reazzjoni għall-isfidi imposti mill-migrazzjoni, il-baġit tal-Europol żdied u l-persunal tiegħu ssaħħaħ; jinnota li fl-2017 il-baġit tal-Europol żdied minn 104 miljun euro għal 118-il miljun u l-persunal tagħha żdied minn 737 għal 834 ekwivalenti full-time; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan il-kuntest ta' attivitajiet li dejjem qed jiżdiedu, in-nuqqas ta' kummenti mill-Qorti tal-Awdituri rigward l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-2017 tal-Europol; jilqa' wkoll il-fatt li r-rakkomandazzjonijiet kollha maħruġa mill-Qorti tal-Awdituri għas-snin preċedenti ngħalqu; jenfasizza, b'mod partikolari, li mill-2017 il-Qorti tal-Awdituri m'għadhiex tirrapporta riporti eċċessivi tal-approprjazzjonijiet ta' impenn mis-sena preċedenti (2016) sas-sena kurrenti (2017) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva);

3.  Jitlob lill-Europol tipprovdi aktar informazzjoni dwar il-kompiti u l-implikazzjonijiet baġitarji tal-Unità ta' Indikazzjoni ta' Kontenut fuq l-Internet (UE IRU) tagħha, li mhijiex elenkata b'mod espliċitu fil-baġit, iżda li tifforma parti miċ-Ċentru Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu (ECTC) tagħha; ifakkar li l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19) jirreferi għal riferimenti ta' kontenut tal-internet fir-rigward tat-terroriżmu lill-fornituri tas-servizzi online, filwaqt li l-Europol, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-industrija, tappoġġa l-investigazzjonijiet relatati mill-awtoritajiet kompetenti; jitlob speċifikament informazzjoni dwar is-segwitu sussegwenti dwar il-każijiet identifikati u riferuti ta' kontenut ta' internet terroristiku, inkluż fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri;

4.  Ifakkar fl-importanza u l-valur miżjud tal-Europol fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata madwar l-Ewropa u, b'mod partikolari, ir-rwol tagħha fil-finanzjament tal-Iskwadri ta' Investigazzjoni Konġunta (SIK); jilqa', f'dak ir-rigward, il-konklużjoni reċenti ta' Memorandum ta' Qbil ġdid bejn l-Europol u l-Eurojust(20) li jistabbilixxi kriterji u kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet ta' SIK offruti mit-tnejn li huma.

5.  Jinnota li l-Europol irnexxielha timla l-postijiet battala kollha tagħha; jiddispjaċih li l-Europol ma tippubblikax avviżi ta' postijiet battala fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) iżda biss fuq is-sit web tagħha stess u fil-midja soċjali; jirrikonoxxi li l-lingwa ta' ħidma tal-Europol hija prinċipalment l-Ingliż; jirrikonoxxi t-tħassib tal-Europol fir-rigward tal-ispejjeż addizzjonali għat-traduzzjoni; jirrimarka li l-pubblikazzjoni tal-avviżi ta' postijiet battala fuq is-sit web tal-EPSO tkun utli u rilevanti peress li żżid it-trasparenza u l-pubbliċità u tippermetti liċ-ċittadini tal-Unjoni jidentifikaw il-postijiet battala ppubblikati mid-diversi istituzzjonijiet u aġenziji tal-Unjoni; jitlob lill-Europol tippubblika wkoll l-avviżi ta' postijiet battala tagħha fuq is-sit web tal-EPSO; jistieden lill-Kummissjoni tqis miżuri maħsuba biex inaqqsu l-piż finanzjarju għat-traduzzjoni tal-avviżi ta' postijiet battala fuq l-aġenziji, inkluż billi jiġi stabbilit ftehim qafas ad hoc maċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT);

6.  Jilqa' l-impenn tal-Europol li tindirizza t-tliet rakkomandazzjonijiet identifikati mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni fir-rapport tal-awditjar tiegħu tal-2017 dwar l-"Akkwist pubbliku fl-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija".

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

10.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Martina Anderson, Heinz K. Becker, Monika Beňová, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Frank Engel, Laura Ferrara, Romeo Franz, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Cécile Kashetu Kyenge, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Ivari Padar, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Dennis de Jong, Anna Hedh, Lívia Járóka, Marek Jurek, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Fernando Ruas, Adam Szejnfeld

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

43

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

ECR

Marek Jurek, Monica Macovei, Helga Stevens, Kristina Winberg

EFDD

Laura Ferrara

GUE/NGL

Dennis de Jong, Marie-Christine Vergiat

PPE

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Michał Boni, Rachida Dati, Frank Engel, Norbert Erdős, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Lívia Járóka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Fernando Ruas, Csaba Sógor, Adam Szejnfeld, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský

S&D

Monika Beňová, Caterina Chinnici, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Ivari Padar, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Romeo Franz, Jean Lambert, Judith Sargentini, Bodil Valero

2

-

ENF

Auke Zijlstra

NI

Udo Voigt

1

0

GUE/NGL

Martina Anderson

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT

RESPONSABBLI

19

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

0

-

 

 

1

0

ENF

Jean-François Jalkh

It-tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 165.

(2)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 165.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(5)

ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(6)

ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53.

(7)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(8)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 165.

(9)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 165.

(10)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(11)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(12)

ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(13)

ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53.

(14)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(15)

ĠU C 108, 22.3.2018, p. 245.

(16)

Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

(17)

Memorandum ta' Qbil dwar l-istabbiliment konġunt tar-regoli u l-kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju lil attivitajiet ta' skwadri ta' investigazzjoni konġunta bejn l-Europol u l-Eurojust, iffirmat fl-1 ta' Ġunju 2018.

(18)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2019)0000.

(19)

Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53)

(20)

Memorandum ta' Qbil dwar l-istabbiliment konġunt tar-regoli u l-kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju lil attivitajiet ta' skwadri ta' investigazzjoni konġunta bejn l-Europol u l-Eurojust, iffirmat fl-1 ta' Ġunju 2018.

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Marzu 2019Avviż legali