Proċedura : 2018/2186(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0155/2019

Testi mressqa :

A8-0155/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.41

Testi adottati :

P8_TA(2019)0282

RAPPORT     
PDF 204kWORD 65k
4.3.2019
PE 626.810v02-00 A8-0155/2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2186(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Petri Sarvamaa

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2186(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Unità ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Eurojust(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Eurojust fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0076/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0155/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2186(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Unità ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Eurojust(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Eurojust fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0076/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0155/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2186(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0155/2019),

A.  billi, skont ir-rapporti tad-dħul u tal-infiq tagħha(13), il-baġit finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2017 kien jammonta għal EUR 48 689 237, li jirrappreżenta żieda ta' 11,83 % meta mqabbel mal-2016; billi ż-żieda fil-baġit hija prinċipalment relatata mat-tranżizzjoni tal-Eurojust lejn il-binja l-ġdida tagħha; billi l-baġit kollu tal-Eurojust ġej mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Eurojust huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,97 %, li tirrappreżenta żieda żgħira ta' 0,08 % meta mqabbla mal-2016 u li tinkludi EUR 11 130 000 li huma delimitati għall-binja l-ġdida; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 83,95 %, li tfisser tnaqqis ta' 3,53 % meta mqabbla mal-2016;

2.  Jilqa' n-nuqqas ta' kummenti mill-Qorti rigward l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-2017 tal-Eurojust; jilqa' b'mod partikolari li l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Qorti tal-Awdituri għas-snin preċedenti ngħalqu;

Kanċellazzjoni tar-riporti

3.  Jinnota li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 kienu jammontaw għal EUR 234 228, ċifra li tirrappreżenta 2,96 % tal-ammont totali riportat, u tnaqqis ta' 2,64 % meta mqabbla mal-2016;

4.  Jenfasizza, b'mod partikolari, li mill-2017 il-Qorti ma baqgħetx tirrapporta riporti eċċessivi tal-approprjazzjonijiet ta' impenn mis-sena preċedenti (2016) għas-sena attwali (2017) għat-Titolu II (nefqa għall-attivitajiet ta' appoġġ);

Prestazzjoni

5.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Eurojust tuża ċerti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni kwantitattivi u kwalitattivi biex tkejjel il-kisbiet tagħha tal-objettivi tagħha għall-attivitajiet annwali tagħha inklużi l-impatt, ir-riżultat u l-indikaturi tekniċi u operattivi biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Eurojust biex ittejjeb il-qafas ta' evalwazzjoni tal-prestazzjoni tagħha sabiex tipprovdi informazzjoni aktar sinifikanti li tkun tista' tindika aħjar il-kisba tal-objettivi strateġiċi tagħha u tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha;

6.  Jinnota li l-Eurojust implimentat riorganizzazzjoni profonda tal-amministrazzjoni tagħha, b'aktar riżorsi ddedikati għat-tisħiħ tal-appoġġ għal ħidma operattiva, li ħolqot sinerġiji u titjib fl-effiċjenza; jinnota li dawn il-kisbiet kienu riflessi fir-rata għolja ta' eżekuzzjoni tal-baġit u tal-pagamenti;

7.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2017, il-Eurojust ikkontribwiet għal proġetti ta' kontra t-terroriżmu tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u sħab oħra fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni u, barra minn hekk, ipparteċipat f'żewġ proċeduri konġunti ta' sejħiet għall-offerti mal-Europol; jinnota b'sodisfazzjon li l-Eurojust beħsiebha tiżviluppa strateġija ta' akkwist immirata biex tkompli tikseb il-benefiċċji tal-proċeduri konġunti ta' akkwist interistituzzjonali u bejn l-aġenziji; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Eurojust tiżviluppa aktar proġetti ta' kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet, l-aġenziji, l-uffiċċji u l-korpi l-oħra tal-Unjoni, fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni;

8.  Ifakkar fl-importanza u l-valur miżjud tal-Eurojust fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata madwar l-Ewropa u, b'mod partikolari, ir-rwol tagħha fil-finanzjament tal-Iskwadri Investigattivi Konġunti (SIK); jilqa', f'dak ir-rigward, il-konklużjoni reċenti ta' memorandum ta' qbil ġdid bejn l-Eurojust u l-Europol(14) li jistabbilixxi kriterji u kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet ta' SIK offruti mit-tnejn li huma;

Politika dwar il-persunal

9.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, it-tabella tal-persunal ġiet eżegwita fil-livell ta' 97,2 %, bil-ħatra ta' 202 aġenti temporanji minn 208 aġenti temporanji awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (imqabbla ma' 203 postijiet awtorizzati fl-2016); jinnota li, barra minn hekk, 21 aġent kuntrattwali u 17-il espert nazzjonali sekondati kienu qed jaħdmu għall-Eurojust fl-2017;

10.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Eurojust adottat politika dwar il-prevenzjoni ta' fastidju, organizzat taħriġ u ppermettiet konsulenza kunfidenzjali;

11.  Jilqa' s-suġġeriment tal-Qorti li l-avviżi ta' postijiet battala tal-Eurojust jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal bil-għan li tiżdied il-pubbliċità; jifhem it-tħassib tal-Eurojust rigward l-ispejjeż tat-traduzzjoni;

12.  Iħeġġeġ lill-Eurojust tikkunsidra li tadotta strateġija għad-drittijiet fundamentali, inkluża referenza għad-drittijiet fundamentali f'kodiċi ta' kondotta li jista' jiddefinixxi d-dmirijiet tal-persunal tagħha u t-taħriġ għall-persunal; tistabbilixxi mekkaniżmi li jiżguraw li kwalunkwe ksur tad-drittijiet fundamentali jiġi identifikat u rrapportat filwaqt li r-riskji ta' dan il-ksur jinġiebu malajr għall-attenzjoni tal-korpi ewlenin tal-Eurojust; tistabbilixxi, fejn rilevanti, il-pożizzjoni ta' uffiċjal għad-drittijiet fundamentali li jirrapporta direttament lill-bord maniġerjali biex jiġi żgurat grad stabbilit ta' indipendenza fil-konfront tal-persunal l-ieħor, biex jiġi żgurat li t-theddid għad-drittijiet fundamentali jiġi indirizzat immedjatament u biex jiġi żgurat aġġornament kontinwu tal-politika dwar id-drittijiet fundamentali fi ħdan l-organizzazzjoni; tiżviluppa djalogu regolari mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti dwar kwistjonijiet ta' drittijiet fundamentali; tqiegħed il-konformità mad-drittijiet fundamentali bħala parti ċentrali tat-termini ta' referenza tal-kollaborazzjoni tal-Eurojust li jikkonċernaw l-atturi esterni, inkluż b'mod partikolari membri ta' amministrazzjonijiet nazzjonali li magħhom tinteraġixxi fil-livell operattiv;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

13.  Jagħraf il-miżuri eżistenti tal-Eurojust u l-isforzi kontinwi biex jiġu żgurati t-trasparenza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; jiddispjaċih li l-politika tal-Aġenzija hija li tippubblika dikjarazzjonijiet ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess aktar milli dikjarazzjonijiet ta' interess għad-Direttur Amministrattiv u l-membri tal-bord ta' ġestjoni; jitlob li jiġu ppubblikati d-dikjarazzjonijiet ta' interess;

14.  Jinnota li l-Eurojust adottat ir-regoli interni tagħha dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta abbażi tar-regoli mudell tal-Kummissjoni f'Ġunju 2018; jitlob lill-Aġenzija tagħti dettalji dwar każijiet ta' żvelar ta' informazzjoni protetta fl-2017, jekk kien hemm, u dwar kif ġew ipproċessati; jissottolinja l-importanza tas-sensibilizzazzjoni u t-taħriġ tal-persunal, biex jiġi promoss ambjent pożittiv u ta' fiduċja, li fih, l-iżvelar ta' informazzjoni protetta jkun parti aċċettata tal-kultura korporattiva;

15.  Jiddispjaċih li r-rakkomandazzjoni maħruġa mill-Qorti fl-2010 biex terġa' tiġi kkunsidrata d-definizzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi bejn id-Direttur Amministrattiv u l-Kulleġġ tal-Eurojust biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-responsabbiltajiet li tirriżulta mir-Regolament tat-Twaqqif(15) kienet għadha pendenti fi tmiem l-2017; jirrikonoxxi li l-indirizzar ta' din il-kwistjoni mhuwiex taħt il-kontroll tal-Eurojust iżda kien qed jiġi kkunsidrat mill-koleġiżlaturi fil-kuntest tar-rieżami tal-mandat tal-Eurojust; jilqa' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16) u jistenna li dawn il-kwistjonijiet jiġu solvuti bl-istruttura l-ġdida u l-kjarifika tar-rwoli u r-responsabbiltajiet fiha, inkluż il-Bord Eżekuttiv il-ġdid;

Kontrolli interni

16.  Josserva li fl-2017, wara r-rakkomandazzjoni tas-Servizz tal-Awditjar Intern, il-Eurojust neħħiet lill-persunal tal-kontabbiltà tagħha mill-Unità għall-Baġit, il-Finanzi u l-Akkwist biex issaħħaħ l-indipendenza tagħhom; jinnota, barra minn hekk, li l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà, bħala Kap tal-Uffiċċju tal-Kontabbiltà, jinħatar mill-Kulleġġ tal-Eurojust;

Kummenti oħra

17.  Jagħraf li, f'Ġunju 2017, il-Eurojust temmet b'suċċess it-trasferiment lejn il-bini l-ġdid tagħha b'ebda telf ta' kapaċità operattiva u li l-arranġamenti finanzjarji, ta' sigurtà, legali u arranġamenti prattiċi oħra saru fil-ħin; jinnota li fir-rigward tal-investimenti fil-bini l-ġdid ippjanat għall-2017, ġew impenjati EUR 11 130 000 u EUR 8 790 000 (79 %) tħallsu sal-31 ta' Diċembru 2017; jistieden lill-Eurojust tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar kwalunkwe progress f'dak ir-rigward;

o

o o

18.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ...2019(17) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

17.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2186(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Romeo Franz

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali tal-Eurojust jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2017, u li t-tranżazzjonijiet tagħha huma legali u regolari;

2.  Jilqa' b'sodisfazzjon in-nuqqas ta' kummenti mill-Qorti tal-Awdituri rigward l-eżekuzzjoni tal-baġit tal-2017 tal-Eurojust; jilqa' b'mod partikolari li l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Qorti tal-Awdituri għas-snin preċedenti ngħalqu; jenfasizza, b'mod partikolari, li mill-2017 il-Qorti tal-Awdituri m'għadhiex tirrapporta riporti eċċessivi tal-approprjazzjonijiet ta' impenn mis-sena preċedenti (2016) sas-sena kurrenti (2017) għat-Titolu II (nefqa għall-attivitajiet ta' appoġġ);

3.  Jiddispjaċih li l-Eurojust ma tippubblikax l-avviżi kollha tagħha ta' postijiet battala fuq is-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) iżda biss fuq is-sit web tagħha stess u fil-midja soċjali; jagħraf it-tħassib tal-Eurojust rigward l-ispejjeż addizzjonali għat-traduzzjoni minħabba l-fatt li l-EPSO tirrikjedi l-pubblikazzjoni ta' avviżi ta' postijiet battala fil-lingwi uffiċjali kollha iżda jirrimarka li hemm biss għadd limitat ta' postijiet battala kkonċernati fil-każ tal-Eurojust; jaqbel mal-Qorti tal-Awdituri li dan ikun rilevanti u utli peress li l-pubblikazzjonijiet tal-EPSO iżidu t-trasparenza u l-pubbliċità u jippermettu liċ-ċittadini tal-Unjoni jidentifikaw il-postijiet battala ppubblikati mid-diversi istituzzjonijiet u aġenziji tal-Unjoni b'mod kollettiv; jitlob għalhekk li l-Eurojust tippubblika wkoll l-avviżi ta' postijiet battala tagħha fuq is-sit web tal-EPSO; jistieden lill-Kummissjoni tqis miżuri maħsuba biex inaqqsu l-piż finanzjarju għat-traduzzjoni tal-avviżi ta' postijiet battala fuq l-aġenziji, inkluż billi jiġi stabbilit ftehim qafas ad hoc maċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT);

4.  Ifakkar fl-importanza u l-valur miżjud tal-Eurojust fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata madwar l-Ewropa u, b'mod partikolari, ir-rwol tagħha fil-finanzjament tal-Iskwadri Investigattivi Konġunti (SIK); jilqa', f'dak ir-rigward, il-konklużjoni reċenti ta' Memorandum ta' Qbil ġdid bejn l-Eurojust u l-Europol(18) li jistabbilixxi kriterji u kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet ta' SIK offruti mit-tnejn li huma.

5.  Jiddispjaċih li r-rakkomandazzjoni maħruġa mill-Qorti tal-Awdituri fl-2010 biex terġa' tiġi kkunsidrata d-definizzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi bejn id-Direttur Amministrattiv u l-Kulleġġ tal-Eurojust biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-responsabbiltajiet li tirriżulta mir-Regolament tat-Twaqqif(19) kienet għadha pendenti fi tmiem l-2017; jirrikonoxxi li l-indirizzar ta' din il-kwistjoni mhuwiex taħt il-kontroll tal-Eurojust iżda kien qed jiġi kkunsidrat mill-koleġiżlaturi fil-kuntest tar-rieżami tal-mandat tal-Eurojust; jilqa' l-adozzjoni tar-Regolament il-ġdid tal-Eurojust(20) u jistenna li dawn il-kwistjonijiet jiġu solvuti bl-istruttura l-ġdida u l-kjarifika tar-rwoli u r-responsabbiltajiet fiha, inkluż il-Bord Eżekuttiv il-ġdid.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

10.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Martina Anderson, Heinz K. Becker, Monika Beňová, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Frank Engel, Laura Ferrara, Romeo Franz, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Cécile Kashetu Kyenge, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Ivari Padar, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Dennis de Jong, Anna Hedh, Lívia Járóka, Marek Jurek, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Fernando Ruas, Adam Szejnfeld

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

43

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

ECR

Marek Jurek, Monica Macovei, Helga Stevens

EFDD

Laura Ferrara

GUE/NGL

Martina Anderson, Dennis de Jong, Marie-Christine Vergiat

PPE

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Michał Boni, Rachida Dati, Frank Engel, Norbert Erdős, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Lívia Járóka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Fernando Ruas, Csaba Sógor, Adam Szejnfeld, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský

S&D

Monika Beňová, Caterina Chinnici, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Ivari Padar, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Romeo Franz, Jean Lambert, Judith Sargentini, Bodil Valero

2

-

ENF

Auke Zijlstra

NI

Udo Voigt

1

0

ECR

Kristina Winberg

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT

RESPONSABBLI

19

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

0

-

 

 

1

0

ENF

Jean-François Jalkh

It-tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 161.

(2)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 161.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(5)

ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 161.

(8)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 161.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(11)

ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

ĠU C 279, 8.8.2018, p. 9.

(14)

Memorandum ta' Qbil dwar l-istabbiliment konġunt tar-regoli u l-kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju lil attivitajiet ta' skwadri ta' investigazzjoni konġunta bejn l-Europol u l-Eurojust, iffirmat fl-1 ta' Ġunju 2018.

(15)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1).

(16)

Ir-Regolament (UE) Nru 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta'  Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138).

(17)

Testi adottati, P8_TA_PROV(2019)0000.

(18)

Memorandum ta' Qbil dwar l-istabbiliment konġunt tar-regoli u l-kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju lil attivitajiet ta' skwadri ta' investigazzjoni konġunta bejn l-Europol u l-Eurojust, iffirmat fl-1 ta' Ġunju 2018.

(19)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1).

(20)

Ir-Regolament (UE) Nru 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta'  Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138).

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Marzu 2019Avviż legali