Proċedura : 2018/0190(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0156/2019

Testi mressqa :

A8-0156/2019

Dibattiti :

PV 28/03/2019 - 4
CRE 28/03/2019 - 4

Votazzjonijiet :

PV 28/03/2019 - 8.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0323

RAPPORT     ***I
PDF 413kWORD 147k
4.3.2019
PE 625.219v02-00 A8-0156/2019

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013

(COM(2018)0366 – C8-0237/2018 – 2018/0190(COD))

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

Rapporteur: Silvia Costa

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013

(COM(2018)0366 – C8-0237/2018 – 2018/0190(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0366),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 167(5) u 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0237/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0156/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-kultura, il-patrimonju kulturali u d-diversità kulturali huma ta' valur kbir għas-soċjetà Ewropea mil-lat kulturali, ambjentali, soċjali u ekonomiku, u jenħtieġ li jiġu promossi u appoġġati. Id-dikjarazzjoni ta' Ruma tal-25 ta' Marzu 2017 u l-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2017 iddikjaraw li l-edukazzjoni u l-kultura huma kruċjali biex jinbnew soċjetajiet li jiffavorixxu l-inklużività u l-koeżjoni ta' kulħadd, u biex tiġi appoġġata l-kompetittività Ewropea.

(1)  Il-kultura, l-arti, il-wirt kulturali u d-diversità kulturali huma ta' valur kbir għas-soċjetà Ewropea mil-lat kulturali, edukattiv, demokratiku, ambjentali, soċjali, tad-drittijiet tal-bniedem u ekonomiku, u jenħtieġ li jiġu promossi u appoġġati. Id-dikjarazzjoni ta' Ruma tal-25 ta' Marzu 2017 u l-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2017 iddikjaraw li l-edukazzjoni u l-kultura huma kruċjali biex jinbnew soċjetajiet li jiffavorixxu l-inklużività u l-koeżjoni ta' kulħadd, u biex tiġi appoġġata l-kompetittività Ewropea.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Skont l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), "l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi". Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Dawn il-valuri huma affermati mill-ġdid u huma stabbiliti b'mod ċar fid-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji mnaqqxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li għandha l-istess valur legali bħat-Trattati, kif imsemmi fl-Artikolu 6 tat-TUE.

(2)  Skont l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), "l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi". Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Dawn il-valuri huma affermati mill-ġdid u huma stabbiliti b'mod ċar fid-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji mnaqqxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), li għandha l-istess valur legali bħat-Trattati, kif imsemmi fl-Artikolu 6 tat-TUE. B'mod partikolari, il-libertà ta' espressjoni u tal-informazzjoni hija minquxa fl-Artikolu 11 tal-Karta u l-libertà tal-arti u x-xjenza hija minquxa fl-Artikolu 13 tal-Karta.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura15 tkompli tistabbilixxi l-għanijiet tal-Unjoni għas-setturi kulturali u kreattivi. Għandha l-għan li tisfrutta s-setgħa tal-kultura u tad-diversità kulturali għall-koeżjoni soċjali u l-benessri fis-soċjetà, u li trawwem id-dimensjoni transfruntiera tas-setturi kulturali u kreattivi u tappoġġa l-kapaċità tagħhom li jikbru, filwaqt li tħeġġeġ il-kreattività bbażata fuq il-kultura fl-edukazzjoni u l-innovazzjoni. Il-Komunikazzjoni tittratta wkoll l-impjiegi, it-tkabbir u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali. Il-programm Ewropa Kreattiva, flimkien ma' programmi oħra tal-Unjoni, jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni ta' din l-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura. Dan huwa wkoll b'konformità mal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, li daħlet fis-seħħ fit-18 ta' Marzu 2007, u li l-Unjoni hija parti għaliha.

(4)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura15 tkompli tistabbilixxi l-għanijiet tal-Unjoni għas-setturi kulturali u kreattivi. Għandha l-għan li tisfrutta s-setgħa tal-kultura u tad-diversità kulturali għall-koeżjoni soċjali u l-benessri fis-soċjetà, u li trawwem id-dimensjoni transfruntiera tas-setturi kulturali u kreattivi u tappoġġa l-kapaċità tagħhom li jikbru, filwaqt li tħeġġeġ il-kreattività bbażata fuq il-kultura fl-edukazzjoni u l-innovazzjoni. Il-Komunikazzjoni tittratta wkoll l-impjiegi, it-tkabbir u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali. Il-programm Ewropa Kreattiva, flimkien ma' programmi oħra tal-Unjoni, jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni ta' din l-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura, filwaqt li jqis il-fatt li jitqies li l-valur intrinsiku tal-kultura u tal-espressjoni artistika jenħtieġ li dejjem jiġi ppreservat u promoss u li l-kreazzjoni artisitika tinsab fil-qalba tal-proġetti ta' kooperazzjoni. L-appoġġ lill-implimentazzjoni ta' din l-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura ġdida huwa wkoll b'konformità mal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, li daħlet fis-seħħ fit-18 ta' Marzu 2007, u li l-Unjoni hija parti għaliha.

__________________

__________________

15 COM(2018)0267.

15 COM(2018)0267.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Il-politiki tal-Unjoni se jikkomplementaw lill-intervent mill-Istati Membri fil-qasam kulturali u kreattiv u jżidu l-valur tiegħu. Jenħtieġ li l-impatt tal-politiki tal-Unjoni jiġi vvalutat fuq bażi regolari, filwaqt li jitqiesu indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi bħall-benefiċċji għaċ-ċittadini, il-parteċipazzjoni attiva tagħhom, il-benefiċċji għall-ekonomija tal-Unjoni f'termini ta' tkabbir u impjiegi u r-riperkussjonijiet f'setturi oħra tal-ekonomija, u l-ħiliet u l-kompetenzi tal-persuni li jaħdmu fis-setturi kulturali u kreattivi.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Is-salvagwardja u t-titjib tal-wirt kulturali Ewropew huma għanijiet ta' dan il-Programm. Dawn l-objettivi ġew rikonoxxuti wkoll bħala inerenti għad-dritt għall-għarfien tal-wirt kulturali u l-parteċipazzjoni fih, stabbilit fil-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Valur tal-Wirt Kulturali għas-Soċjetà (il-Konvenzjoni ta' Faro), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2011. Dik il-Konvenzjoni tissottolinja r-rwol tal-wirt kulturali fil-kostruzzjoni ta' soċjetà paċifika u demokratika, u fil-proċessi ta' żvilupp sostenibbli u l-promozzjoni tad-diversità kulturali.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-promozzjoni tad-diversità kulturali Ewropea tiddependi mill-eżistenza ta' setturi kulturali u kreattivi ta' suċċess li jkunu reżiljenti, u li jkunu kapaċi joħolqu, jipproduċu u jqassmu x-xogħlijiet tagħhom lil udjenza Ewropea kbira u diversifikata. Dan ikabbar il-potenzjal kummerċjali tagħhom u jikkontribwixxi lejn tkabbir sostenibbli u lejn il-ħolqien tal-impjiegi. Barra minn hekk, il-promozzjoni tal-kreattività tagħti spinta lill-kompetittività u lill-innovazzjoni fil-ktajjen tal-valur industrijali. Minkejja l-progress li sar dan l-aħħar, is-suq kulturali u kreattiv Ewropew għadu frammentat fil-livell nazzjonali u lingwistiku. Dan ixekkel lis-setturi kulturali u kreattivi minħabba li ma jippermettilhomx jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq uniku Ewropew u, b'mod partikolari, mis-suq uniku diġitali.

(5)  Il-promozzjoni tad-diversità kulturali Ewropea u tal-għarfien tal-għeruq komuni hija bbażata fuq il-libertà ta' espressjoni artistika, il-kapaċità u l-kompetenzi tal-artisti u tal-operaturi kulturali, l-eżistenza ta' setturi kulturali u kreattivi ta' suċċess li jkunu reżiljenti fid-dominju pubbliku u privat u l-kapaċità tagħhom li joħolqu, jinnovaw u jipproduċu xogħlijiet tagħhom u jqassmuhom lil udjenza Ewropea kbira u diversifikata. Din b'hekk tkabbar il-potenzjal kummerċjali tagħhom, iżżid l-aċċess għall-kontenut kreattiv, ir-riċerka artisitika u l-kreattività u l-promozzjoni tagħhom u tikkontribwixxi għal tkabbir sostenibbli u ħolqien tal-impjiegi. Barra minn hekk, il-promozzjoni tal-kreattività u l-għarfien ġdid jagħtu spinta lill-kompetittività u lill-innovazzjoni fil-ktajjen tal-valur industrijali. Jenħtieġ li jiġi adottat approċċ usa' għall-edukazzjoni artistika u kulturali u r-riċerka artistika, li jiżviluppa minn approċċ STEM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija, Matematika) għal approċċ STEAM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija, Arti, Matematika). Minkejja l-progress li sar dan l-aħħar fir-rigward tal-assistenza għat-traduzzjoni u s-sottotitolar, is-suq kulturali u kreattiv Ewropew għadu frammentat fil-livell nazzjonali u lingwistiku. Filwaqt li tiġi rispettata l-ispeċifiċità ta' kull suq, jista' jsir sforz akbar sabiex is-setturi kulturali u kreattivi jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq uniku Ewropew u u mis-suq uniku diġitali, b'mod partikolari inkluż billi titqies il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  It-tranżizzjoni diġitali tirrappreżenta bidla fil-paradigma u hija waħda mill-akbar sfidi għas-setturi kulturali u kreattivi. L-innovazzjoni diġitali bidlet id-drawwiet, ir-relazzjonijiet u l-mudelli ta' produzzjoni u konsum kemm fil-livell personali kif ukoll f'dak soċjali, u jenħtieġ li tagħti spinta lill-espressjoni kulturali u kreattiva u n-narrattiva kulturali u kreattiva, filwaqt li tirrispetta l-valur speċifiku tas-setturi kulturali u kreattivi fi ħdan fl-ambjent diġitali.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-Programm jenħtieġ li jqis in-natura doppja tas-setturi kulturali u kreattivi filwaqt li jirrikonoxxi, minn naħa waħda, il-valur intrinsiku u artistiku tal-kultura u, min-naħa l-oħra, il-valur ekonomiku ta' dawk is-setturi, inkluż il-kontribut aktar wiesa' tagħhom għat-tkabbir u l-kompetittività, u għall-kreattività u l-innovazzjoni. Dan jeħtieġ setturi kulturali u kreattivi Ewropej qawwija, b'mod partikolari industrija awdjoviżiva Ewropea vivaċi, li l-kapaċità tagħha li tilħaq udjenzi kbar u l-importanza ekonomika tagħha, inkluż għal setturi kreattivi oħra u għat-turiżmu kulturali, ikunu ġew ikkunsidrati. Madankollu, il-kompetizzjoni globali tas-swieq awdjoviżivi ġiet intensifikata iktar bħala riżultat tat-tfixkil diġitali li qed ikopli jikber maż-żmien, eż. bidliet fil-produzzjoni u l-konsum tal-midja, u l-pożizzjoni ta' importanza dejjem akbar tal-pjattaformi globali fid-distribuzzjoni tal-kontenut. Għalhekk, għandu jingħata aktar appoġġ lill-industrija Ewropea.

(6)  Il-Programm jenħtieġ li jqis in-natura doppja tas-setturi kulturali u kreattivi filwaqt li jirrikonoxxi, minn naħa waħda, il-valur intrinsiku u artistiku tal-kultura u, min-naħa l-oħra, il-valur ekonomiku ta' dawk is-setturi, inkluż il-kontribut aktar wiesa' tagħhom għat-tkabbir u l-kompetittività, il-kreattività, l-innovazzjoni, id-djalogu interkulturali, il-koeżjoni soċjali u l-ġenerazzjoni tal-għarfien. Dan jeħtieġ setturi kulturali u kreattivi Ewropej b'saħħithom, kemm fl-oqsma għall-qligħ kif ukoll mingħajr qligħ, b'mod partikolari industrija awdjoviżiva Ewropea vivaċi, li l-kapaċità tagħha li tilħaq udjenzi kbar fil-livell lokali, nazzjonali u tal-Unjoni u l-importanza ekonomika tagħha, inkluż għal setturi kreattivi oħra u għat-turiżmu kulturali u għall-iżvilupp reġjonali, lokali u urban ġew ikkunsidrati. Madankollu, il-kompetizzjoni globali tas-swieq awdjoviżivi ġiet intensifikata iktar bħala riżultat tat-tfixkil diġitali li qed ikopli jikber maż-żmien, eż. bidliet fil-produzzjoni u l-konsum tal-midja, u l-pożizzjoni ta' importanza dejjem akbar tal-pjattaformi globali fid-distribuzzjoni tal-kontenut. Għalhekk, għandu jingħata aktar appoġġ lill-industrija Ewropea.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Iċ-ċittadinanza Ewropea attiva, il-valuri komuni, il-kreattività u l-innovazzjoni jeħtieġu bażi soda li fuqha jkunu jistgħu jiżviluppaw. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-edukazzjoni ċinematografika u awdjoviżiva, b'mod partikolari fost il-minorenni u ż-żgħażagħ.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Sabiex ikun effettiv, il-Programm jenħtieġ li jikkunsidra n-natura tas-setturi differenti, il-gruppi differenti fil-mira tagħhom u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom permezz ta' approċċi mfassla apposta fi ħdan fergħa ddedikata lis-settur awdjoviżiv, fergħa ddedikata lis-setturi kulturali u kreattivi l-oħra, kif ukoll fergħa transsettorjali.

(7)  Sabiex ikun effettiv, il-Programm jenħtieġ li jikkunsidra n-natura u l-isfidi speċifiċi tas-setturi differenti, il-gruppi differenti fil-mira tagħhom u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom permezz ta' approċċi mfassla apposta fi ħdan fergħa ddedikata lis-settur awdjoviżiv, fergħa ddedikata lis-setturi kulturali u kreattivi l-oħra, kif ukoll fergħa transsettorjali. Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi l-istess appoġġ lis-setturi kulturali u kreattivi permezz ta' skemi orizzontali li jkunu mmirati lejn il-ħtiġijiet komuni. Billi jibni fuq proġetti pilota, il-Programm jenħtieġ ukoll li jimplimenta l-azzjonijiet settorjali elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Il-mużika, fil-forom u fl-espressjonijiet kollha tagħha, u speċjalment il-mużika kontemporanja u l-mużika live, hija komponent essenzjali tal-wirt kulturali, artistiku u ekonomiku tal-Unjoni. Din hija element ta' koeżjoni soċjali, integrazzjoni multikulturali u soċjalizzazzjoni taż-żgħażagħ, u sservi bħala strument ewlieni biex titjieb il-kultura, inkluż it-turiżmu kulturali. Is-settur tal-mużika għalhekk jenħtieġ li jiffoka b'mod partikolari fuq l-azzjonijiet speċifiċi segwiti bħala parti mill-fergħa KULTURA skont dan ir-Regolament f'termini ta' distribuzzjoni finanzjarja u azzjonijiet immirati. Jenħtieġ li t-talbiet u l-istrumenti mfassla apposta jgħinu biex tingħata spinta lill-kompetittività tas-settur tal-mużika u jindirizzaw xi sfidi speċifiċi li dan jiffaċċja.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  Huwa meħtieġ li l-appoġġ tal-Unjoni jissaħħaħ fil-qasam tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali. Jenħtieġ li l-Programm ifittex li jikkontribwixxi għat-tielet objettiv strateġiku tal-Aġenda Ewropea l-Ġdida għall-Kultura billi juża d-djalogu kulturali u interkulturali bħala magni għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli. Fl-Unjoni u madwar id-dinja, il-bliet qed jixprunaw politiki kulturali ġodda. Għadd kbir ta' komunitajiet kreattivi inġabru f'ċentri, inkubaturi u spazji ddedikati madwar id-dinja. Jenħtieġ li l-Unjoni tkun strumentali biex tgħaqqad flimkien dawk il-komunitajiet mill-Unjoni u mill-pajjiżi terzi u trawwem kollaborazzjoni multidixxiplinarja fil-ħiliet artistiċi, kreattivi u diġitali.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-fergħa transsettorjali għandha l-għan li tisfrutta l-potenzjal ta' kollaborazzjoni fost setturi kulturali u kreattivi differenti. Approċċ trażversali konġunt iwassal għal benefiċċji f'termini ta' trasferiment tal-għarfien u ta' effiċjenza amministrattiva.

(8)  Il-fergħa transsettorjali għandha l-għan li tindirizza l-isfidi komuni li jħabbtu wiċċhom magħhom is-setturi kulturali u kreattivi differenti, u tisfrutta l-potenzjal ta' kollaborazzjoni fosthom. Approċċ trażversali konġunt iwassal għal benefiċċji f'termini ta' trasferiment tal-għarfien u ta' effiċjenza amministrattiva.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Hemm bżonn ta' intervent mill-Unjoni fis-settur awdjoviżiv, maħsub biex jakkumpanja l-politiki tal-Unjoni dwar is-Suq Uniku Diġitali. Dan jikkonċerna b'mod partikolari l-modernizzazzjoni tal-qafas tad-drittijiet tal-awtur u r-Regolament propost dwar trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir16, kif ukoll il-proposta biex tiġi emendata d-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għandhom l-għan li jsaħħu l-kapaċità tal-atturi tas-settur awdjoviżiv Ewropew biex jiffinanzjaw, jippproduċu u jiddisseminaw xogħlijiet li jistgħu jkunu viżibbli b'mod suffiċjenti fuq it-tipi differenti ta' midja ta' komunikazzjoni disponibbli (eż. it-TV, iċ-ċinema jew il-Video On Demand) u li l-udjenzi jsibuhom attraenti f'suq akbar u aktar kompetittiv kemm fl-Ewropa kif ukoll lil hinn minnha. L-appoġġ jenħtieġ li jiġi miżjud sabiex jindirizza l-iżviluppi li seħħew dan l-aħħar fis-suq u, b'mod partikolari, il-pożizzjoni iktar b'saħħitha tal-pjattaformi globali ta' distribuzzjoni meta mqabbla ma' xandara nazzjonali li tradizzjonalment jinvestu fil-produzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej.

(9)  Hemm bżonn ta' intervent mill-Unjoni fis-settur awdjoviżiv, maħsub biex jakkumpanja l-politiki tal-Unjoni dwar is-Suq Uniku Diġitali. Dan jikkonċerna b'mod partikolari l-modernizzazzjoni tal-qafas tad-drittijiet tal-awtur u r-Regolament propost dwar trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir16, u d-Direttiva 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17. Għandhom l-għan li jsaħħu l-kapaċità tal-atturi tas-settur awdjoviżiv Ewropew biex joħolqu, jiffinanzjaw, jipproduċu u jiddisseminaw xogħlijiet ta' diversi formati fuq it-tipi differenti ta' midja ta' komunikazzjoni disponibbli (eż. it-TV, iċ-ċinema jew il-Video On Demand) u li l-udjenzi jsibuhom attraenti f'suq akbar u aktar kompetittiv kemm fl-Ewropa kif ukoll lil hinn minnha. L-appoġġ jenħtieġ li jiġi miżjud sabiex jindirizza l-iżviluppi li seħħew dan l-aħħar fis-suq u, b'mod partikolari, il-pożizzjoni iktar b'saħħitha tal-pjattaformi globali ta' distribuzzjoni meta mqabbla ma' xandara nazzjonali li tradizzjonalment jinvestu fil-produzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej.

__________________

__________________

16 COM(2016)0594

16 COM(2016)0594

17 COM/2016/0287

17 Id-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta' realtajiet tas-suq li qed jinbidlu, ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69)

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  L-azzjonijiet speċjali mfassla bħala parti mill-Programm Ewropa Kreattiva, bħaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, il-Jiem tal-Patrimonju Ewropew, il-premjijiet Ewropej fl-oqsma tal-mużika kontemporanja, il-pop u r-rock, il-letteratura, il-patrimonju u l-arkitettura u l-Kapitali Ewropej tal-Kultura ġibdu l-attenzjoni ta' miljuni ta' ċittadini Ewropej, urew il-benefiċċji soċjali u ekonomiċi tal-politiki kulturali Ewropea u, għaldaqstant, jenħtieġ li jibqgħu jsiru u, kull meta jkun possibbli, għandhom jitwessgħu.

(10)  L-azzjonijiet speċjali mfassla bħala parti mill-Programm Ewropa Kreattiva, bħaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, il-Jiem tal-Patrimonju Ewropew, il-premjijiet Ewropej fl-oqsma tal-mużika kontemporanja, il-pop u r-rock, il-letteratura, il-wirt u l-arkitettura u l-Kapitali Ewropej tal-Kultura ġibdu l-attenzjoni ta' miljuni ta' ċittadini Ewropej, urew il-benefiċċji soċjali u ekonomiċi tal-politiki kulturali Ewropea u, għaldaqstant, jenħtieġ li jibqgħu jsiru u, kull meta jkun possibbli, għandhom jitwessgħu. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-attivitajiet tan-netwerking tas-siti taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Il-Programm Ewropa Kreattiva taħt ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 xpruna l-ħolqien ta' proġetti innovattivi u ta' suċċess li ġġeneraw prattiki tajbin f'termini tal-kooperazzjoni transnazzjonali Ewropea fis-setturi kreattivi u kulturali. Bħala riżultat, dan żied id-diversità kulturali Ewropea għall-udjenzi, u ingrana l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi tal-politiki kulturali Ewropej. Sabiex ikunu aktar effiċjenti, jenħtieġ li dawn l-istejjer ta' suċċess jiġu enfasizzati u, kull fejn ikun possibbli, jitwessgħu.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b)  Il-livelli kollha ta' atturi fis-setturi kulturali u kreattivi jenħtieġ li jkunu involuti b'mod attiv fl-ilħuq tal-għanijiet tal-Programm u fl-iżvilupp ulterjuri tiegħu. Minħabba li l-esperjenza tal-involviment formali tal-partijiet ikkonċernati fil-mudell tal-governanza parteċipattiva tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali, stabbilita permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2017/864 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, deher li kienet effiċjenti għall-integrazzjoni sistematika kultura, huwa ssuġġerit li dan il-mudell jiġi applikat għall-Programm ukoll. Dan il-mudell ta' governanza parteċipattiva jenħtieġ li jinkludi approċċ trasversali bl-għan li jinħolqu sinerġiji bejn id-diversi programmi u inizjattivi tal-Unjoni fil-qasam tal-kultura u l-kreattività.

 

___________________

 

1a Deċiżjoni (UE) 2017/864 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta Mejju 2017 dwar Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (2018), (ĠU L 131, 20.5.2017, p. 1).

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 10c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10c)  Jenħtieġ li tiġi inkluża azzjoni transsettorjali emblematika li jkollha l-għan li tippreżenta d-diversità kreattiva u kulturali Ewropea lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi bħala parti mill-azzjonijiet speċjali li jaqgħu taħt il-Programm. L-azzjoni jenħtieġ li tenfasizza l-eċċellenza tal-kreattivià Ewropea bbażata fuq il-kultura biex tiskatta l-innovazzjoni transsettorjali fl-ekonomija usa', billi tagħti premju speċjali.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Il-kultura hija essenzjali għat-tisħiħ ta' komunitajiet inklużivi u koeżivi. Fil-kuntest tal-pressjoni migratorja, il-kultura għandha rwol importanti fl-integrazzjoni tal-migranti billi tgħinhom iħossuhom parti mis-soċjetajiet li jospitawhom, filwaqt li tgħin ukoll fl-iżvilupp ta' relazzjonijiet tajba bejn il-migranti u komunitajiet ġodda.

(11)  Il-kultura hija essenzjali għat-tisħiħ ta' komunitajiet inklużivi, koeżivi u riflettivi , biex it-territorji jingħataw ħajja ġdida u biex tiġi promossa l-inklużjoni soċjali għal persuni bi sfond żvantaġġat. Fil-kuntest tal-kwistjonijiet migratorji u l-isfidi b'rabta mal-integrazzjoni, il-kultura għandha rwol fundamentali fil-ħolqien ta' spazji inklużivi għal djalogu interkulturali u fl-integrazzjoni tal-migranti u r-rifuġjati, billi tgħinhom iħossuhom parti mis-soċjetajiet li jospitawhom, u fl-iżvilupp ta' relazzjonijiet tajba bejn il-migranti u komunitajiet ġodda.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Il-kultura tipprovdi u trawwem is-sostenibilità ekonomika, soċjali u ambjentali. Għalhekk jenħtieġ li tkun fil-qalba tal-istrateġiji ta' żvilupp politiku. Il-kontribut tal-kultura għall-benessri tas-soċjetà kollha jenħtieġ li jiġi enfasizzat. Skont id-"Dikjarazzjoni ta' Davos" tat-22 ta' Jannar 2018 bit-titlu "Lejn Baukultur ta' kwalità għolja għall-Ewropa", jenħtieġ li jittieħdu passi biex jiġi promoss approċċ integrat ġdid għat-tfassil tal-ambjent mibni ta' kwalità għolja, li jkun integrat fil-kultura, isaħħaħ il-koeżjoni soċjali, jiżgura ambjent sostenibbli u jikkontribwixxi għas-saħħa u l-benessri tal-popolazzjoni kollha. Jenħtieġ li dak l-approċċ ma jpoġġix enfasi fuq iż-żoni urbani biss, iżda jenħtieġ li jiffoka primarjament fuq l-interkonnettività ta' żoni periferiċi, remoti u rurali. Il-kunċett ta' Baukultur jinkorpora l-fatturi kollha li jħallu impatt dirett fuq il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini u tal-komunitajiet, u għalhekk irawwem l-inklużività, il-koeżjoni u s-sostenibilità b'mod konkret ħafna.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b)  Hija prijorità li l-kultura, inklużi oġġetti u servizzi kulturali u awdjoviżivi, isiru iktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilità bħala strumenti biex jitrawwem is-sodisfazzjon personali u l-parteċipazzjoni attiva sħaħ tagħhom, u b'hekk tikkontribwixxi biex ikun hemm soċjetà verament inklużiva ibbażata fuq is-solidarjetà. Jenħtieġ għalhekk li l-Programm jippromwovi u jżid il-parteċipazzjoni kulturali fl-Unjoni kollha, b'mod partikolari fir-rigward ta' persuni b'diżabilità u minn sfondi żvantaġġati, kif ukoll dawk li jgħixu f'żoni rurali u remoti.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-libertà artistika hija l-qalba ta' setturi kulturali u kreattivi vivaċi, u dan jgħodd ukoll għas-settur tal-mezzi ta' informazzjoni. Il-programm jenħtieġ li jippromwovi kollegamenti u kollaborazzjoni bejn is-settur awdjoviżiv u s-settur tal-pubblikazzjoni sabiex jiġi promoss ambjent medjatiku pluralistiku.

(12)  Il-libertà tal-espressjoni artistika u kulturali, il-libertà ta' espressjoni u l-pluraliżmu tal-midja jinsabu fil-qalba ta' setturi kulturali u kreattivi vivaċi, u tas-settur settur tal-mezzi ta' informazzjoni. Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi kollegamenti u kollaborazzjoni bejn is-settur awdjoviżiv u s-settur tal-pubblikazzjoni bl-għan li jippromwovi ambjent medjatiku pluralistiku u indipendenti bi qbil mad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ għall-professjonisti ġodda tal-midja u jtejjeb l-iżvilupp tal-ħsieb kritiku fost iċ-ċittadini permezz tal-promozzjoni tal-litteriżmu medjatiku, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ.

 

__________________

 

1a Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Il-mobilità tal-artisti u tal-ħaddiema kulturali, fir-rigward tal-iżvilupp tal-ħiliet, it-tagħlim, is-sensibilizzazzjoni interkulturali, il-kokreazzjoni, il-koproduzzjoni, iċ-ċirkolazzjoni u d-disseminazzjoni ta' xogħlijiet artistiċi, il-parteċipazzjoni f'avvenimenti internazzjonali, bħal fieri, festivals eċċ., hija prerekwiżit ewlieni għal setturi kulturali u kreattivi aktar marbuta flimkien, aktar b'saħħithom u aktar sostenibbli fl-Unjoni. Din il-mobilità sikwit tiġi mxekkla min-nuqqas ta' status legali, diffikultajiet biex jinkisbu l-viżi u t-tul ta' żmien tal-permessi, ir-riskju ta' tassazzjoni doppja u kundizzjonijiet tas-sigurtà soċjali prekarji u instabbli.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  B'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Programm, fl-attivitajiet kollha tiegħu, jenħtieġ li jappoġġa l-integrazzjoni bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-għanijiet ta' nondiskriminazzjoni u, fejn applikabbli, jenħtieġ li jiddefinixxi kriterji xierqa ta' bilanċ bejn is-sessi.

(13)  B'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Programm, fl-attivitajiet kollha tiegħu, jenħtieġ li jappoġġa l-integrazzjoni bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-għanijiet ta' nondiskriminazzjoni u, fejn applikabbli, jenħtieġ li jiddefinixxi kriterji xierqa ta' bilanċ bejn is-sessi u diversità. Il-Programm jenħtieġ li jfittex li jiżgura li l-parteċipazzjoni fil-Programm u l-proġetti mwettqa taħt il-Programm tilħaq u tirrifletti d-diversità tas-soċjetà Ewropea. L-attivitajiet imwettqa taħt il-Programm jenħtieġ li jiġu mmonitorjati u rrapportati sabiex tiġi aċċertata l-prestazzjoni tal-Programm f'dak ir-rigward u biex dawk li jfasslu l-politika jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati aħjar fir-rigward ta' programmi futuri.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  In-nisa huma preżenti ħafna fil-qasam artistiku u kulturali fl-Unjoni bħala awturi, professjonisti, għalliema, u bħala udjenza b'aċċess dejjem ikbar tal-pubbliku kulturali. Madankollu, kif evidenzjat minn riċerka u studji bħall-"European Women´s Audiovisual Network" (in-Netwerk Ewropew Awdjoviżiv tan-Nisa) għad-diretturi tal-films u mill-proġett We Must fil-qasam tal-mużika, jeżistu inugwaljanzi fil-pagi bejn is-sessi u huwa inqas probabbli li n-nisa jwettqu xogħlijiethom u jokkupaw karigi ta' teħid tad-deċiżjonijiet f'istituzzjonijiet kulturali, artistiċi u kreattivi. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu promossi t-talenti femminili u li jiġu ċċirkolati x-xogħlijiet tagħhom sabiex jiġu appoġġati l-karrieri artistiċi tan-nisa.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  F'konformità mal-konklużjonijiet li nstiltu wara s-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018, il-Programm jenħtieġ li jtejjeb il-kooperazzjoni u l-kapaċità ta' promozzjoni tas-settur permezz ta' appoġġ għal attivitajiet relatati mal-legat tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 u filwaqt li jqisu. B'rabta ma' dan, jenħtieġ li tingħata attenzjoni lid-dikjarazzjoni tal-Kunsill tal-Ministri tal-Kultura li saret f'Novembru 2018 u d-dikjarazzjonijiet magħmula fl-avveniment ta' għeluq tal-Kunsill, fis-7 ta' Diċembru 2018. Il-Programm jenħtieġ li jikkontrobwixxi għall-preservazzjoni sostenibbli fit-tul tal-wirt kulturali Ewropew permezz ta' azzjonijiet ta' appoġġ għall-artiġjani u għan-nies li jkunu mħarrġa fis-snajja' tradizzjonali relatati mar-restawr tal-wirt kulturali.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  B'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Lejn approċċ integrat għall-Ewropa lejn il-wirt kulturali" tat-22 ta' Lulju 201419, il-politiki u l-istrumenti rilevanti jenħtieġ li joħorġu l-valur fuq terminu ta' żmien twil u tas-sostenibbiltà tal-wirt kulturali tal-Ewropa, u jiżviluppaw approċċ aktar integrat lejn il-preżervazzjoni u l-valorizzazzjoni tiegħu.

(15)  B'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Lejn approċċ integrat għall-Ewropa lejn il-wirt kulturali" tat-22 ta' Lulju 2014, il-politiki u l-istrumenti rilevanti jenħtieġ li joħorġu l-valur fuq terminu ta' żmien twil u tas-sostenibbiltà tal-wirt kulturali tal-passat, tal-preżenti, tanġibbli, intanġibbli u diġitali tal-Ewropa, u jiżviluppaw approċċ aktar integrat lejn il-preżervazzjoni, il-konservazzjoni, l-użu mill-ġdid adattiv, it-tixrid, il-valorizzazzjoni u l-appoġġ billi jappoġġaw kondiviżjoni ta' kwalità u kkoordinata tal-għarfien professjonali u l-iżvilupp ta' standards ta' kwalità komuni għas-settur u mobilità għall-professjonisti tas-settur. Il-wirt kulturali jifforma parti integrali mill-koeżjoni Ewropea u jappoġġa r-rabta bejn it-tradizzjoni u l-innovazzjoni. Il-preservazzjoni tal-wirt kulturali u l-appoġġ għas-sengħa tal-artisti u tal-persuni li joħolqu xogħlijiet artistiċi jenħtieġ li jkunu prijorità tal-Programm.

__________________

__________________

19 COM/2014/0477

19 COM/2014/0477

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-impenn u l-involviment taċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-kultura u s-soċjetà, għall-promozzjoni tal-edukazzjoni kulturali u biex l-għarfien u l-wirt kulturali jsiru aċċessibbli pubblikament. Jenħtieġ ukoll li l-Programm irawwem il-kwalità u l-innovazzjoni fil-ħolqien u l-konservazzjoni inkluż permezz ta' sinerġiji fost il-kultura, l-arti, ix-xjenza, ir-riċerka u t-teknoloġija.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  F'konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2016 dwar politika koerenti tal-UE għall-industriji kulturali u kreattivi, l-appoġġ għas-setturi kulturali u kreattivi jenħtieġ li jkun kwistjoni trasversali. Il-proġetti jenħtieġ li jiġu integrati matul il-Programm kollu sabiex jiġu appoġġati mudelli ta' negozju u ħiliet ġodda, savoir-faire tradizzjonali kif ukoll il-bidla ta' soluzzjonijiet kreattivi u interdixxiplinari f'valur ekonomiku u soċjali. Barra minn hekk, is-sinerġiji potenzjali li jeżistu bejn il-politiki tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu sfruttati bis-sħiħ, sabiex jintuża b'mod effettiv il-finanzjament disponibbli bħala parti mill-programmi tal-Unjoni - bħal Orizzont Ewropa, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, Erasmus+, EaSI u InvestEU.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dak il-ftehim. Pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. F'dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika biex jingħataw id-drittijiet meħtieġa għall-aċċess, kif ukoll l-aċċess, lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv.

(18)  Pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dak il-ftehim. Pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. F'dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika biex jingħataw id-drittijiet meħtieġa għall-aċċess, kif ukoll l-aċċess, lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. Il-kontribuzzjonijiet ta' pajjiżi terzi għall-Programm jenħtieġ li jiġu rapportati fuq bażi annwali lill-awtorità baġitarja.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Sa mill-ħolqien tagħha, l-Akkademja Ewropea tal-Films żviluppat kompetenza unika u tinsab f'pożizzjoni unika biex toħloq komunità pan-Ewropea ta' persuni li joħolqu l-films u professjonisti tal-films, bl-għan li l-films Ewropej jiġu promossi u disseminati lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tagħhom biex tiżi żviluppata udjenza verament Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li tkun eliġibbli għal appoġġ dirett mill-Unjoni.

(22)  Sa mill-ħolqien tagħha, l-Akkademja Ewropea tal-Films, permezz tal-għarfien speċjali u l-pożizzjoni unika tagħha, ikkontribwiet għall-iżvilupp ta' komunità pan-Ewropea ta' persuni li joħolqu l-films u professjonisti tal-films, billi ippromwoviet il-films Ewropej lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tagħhom u rawmet l-emerġenza ta' udjenza internazzjonali ta' kull età. Għalhekk, jenħtieġ li b'mod eċċezzjonali tkun eliġibbli għal appoġġ dirett mill-Unjoni, fil-kuntest tal-kooperazzjoni tagħha mal-Parlament Ewropew fl-organizzazzjoni tal-Premju Ċinematografiku LUX. Madankollu, l-appoġġ dirett jenħtieġ li jkun marbut mal-negozjar ta' ftehim dwar il-kooperazzjoni, b'missjonijiet u objettivi speċifiċi, bejn iż-żewġ partijiet, u jenħtieġ li jkun biss possibbli li jingħata appoġġ dirett ladarba dak il-ftehim ikun ġie konkluż. Dan ma jipprekludix lill-Akkademja Ewropea tal-Films milli tapplika għal finanzjament għal inizjattivi u proġetti oħra taħt il-fergħat differenti tal-Programm.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Sa mill-ħolqien tagħha, l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea żviluppat kompetenza unika fil-promozzjoni tad-djalogu interkulturali, tar-rispett reċiproku u tal-fehim permezz tal-kultura. L-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea hija partikolari minħabba li hija orkestra Ewropea li tmur lil hinn mill-konfini kulturali, u hija magħmula minn mużiċisti żgħażagħ li jintgħażlu skont kriterji eżiġenti ta' kwalità permezz ta' proċess annwali rigoruż ta' udjenza bi prova li jsir fl-Istati Membri kollha. Għalhekk, jenħtieġ li tkun eliġibbli għal appoġġ dirett mill-Unjoni.

(23)  Sa mill-ħolqien tagħha, l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea żviluppat għarfien uniku fil-promozzjoni ta' wirt mużikali Ewropew għani, aċċess għall-mużika u djalogu interkulturali, u rispett u fehim reċiproċi permezz tal-kultura, kif ukoll fit-tisħiħ tal-professjonaliżmu tal-mużiċisti żgħażagħ, billi pprovdiethom bil-ħiliet meħtieġa għal karriera fis-settur kulturali u kreattiv. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inklużi l-Presidenti suċċessivi tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew, irrikonoxxew il-kontribut tal-Orkestra tal-Unjoni Ewropea. L-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea hija partikolari minħabba li hija orkestra Ewropea li tmur lil hinn mill-konfini kulturali, u hija magħmula minn mużiċisti żgħażagħ li jintgħażlu skont kriterji eżiġenti ta' kwalità permezz ta' proċess annwali rigoruż u trasparenti ta' udjenza bi prova li jsir fl-Istati Membri kollha. Għalhekk, jenħtieġ li b'mod eċċezzjonali tkun eliġibbli għal appoġġ dirett mill-Unjoni abbażi ta' missjonijiet u objettivi speċifiċi li jenħtieġ li jiġu stabbiliti u evalwati regolarment mill-Kummissjoni. Sabiex tiżgura dak l-appoġġ, l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li żżid il-viżibilità tagħha, tagħmel kull sforz sabiex tikseb rappreżentazzjoni aktar ibbilanċjata tal-mużiċisti mill-Istati Membri kollha fi ħdan l-orkestra u tiddiversifika d-dħul tagħha billi tfittex b'mod attiv appoġġ finanzjarju minn sorsi oħra mill-finanzjament tal-Unjoni.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jintuża sabiex nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment mhux ottimali jiġu indirizzati b'mod proporzjonat, filwaqt li l-azzjonijiet jenħtieġ li ma jiddupplikawx jew ma jeskludux il-finanzjament privat, jew ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar.

(26)  L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jintuża sabiex nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment mhux ottimali jiġu indirizzati b'mod proporzjonat, filwaqt li l-azzjonijiet jenħtieġ li ma jiddupplikawx jew ma jeskludux il-finanzjament privat, jew ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar u li jkunu xierqa għall-proġetti speċifiċi li jkunu qed jappoġġaw. Il-Programm jenħtieġ li ma jikkunsidrax biss il-valur ekonomiku tal-proġetti, iżda wkoll id-dimensjoni kulturali u kreattiva tagħhom u l-ispeċifiċità tas-setturi kkonċernati.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)  Il-finanzjament mill-programmi stabbiliti bir-Regolament …/…[Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali1a u r-Regolament …/… [IPA III]1b jenħtieġ li jintuża wkoll biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet taħt id-dimensjoni internazzjonali tal-Programm. Dawk l-azzjonijiet jenħtieġ li jiġu implimentati bi qbil ma' dan ir-Regolament.

 

__________________

 

1a 2018/0243 (COD).

 

1b 2018/0247 (COD).

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Waħda mill-akbar sfidi għas-setturi kulturali u kreattivi hija l-aċċess għal finanzjament li jippermetti li l-attivitajiet li jwettqu jkabbru, iżommu jew iżidu l-kompetittività, jew jinternazzjonalizzaw l-attivitajiet tagħhom. L-għanijiet ta' politika ta' dan il-Programm jenħtieġ ukoll li jiġu indirizzati permezz ta' strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja bħala parti mit-tieqa ta' politika/twieqi ta' politika tal-Fond InvestEU.

(27)  Is-setturi kulturali u kreattivi huma setturi innovattivi, reżiljenti u li qed jikbru fl-ekonomija Ewropea, li jiġġeneraw valur ekonomiku u kulturali mill-proprjetà intellettwali u mill-kreattività individwali. Madankollu, in-natura frammentata u intanġibbli tal-assi tagħhom tillimita l-aċċess tagħhom għall-finanzjament privat. Waħda mill-akbar sfidi għas-setturi kulturali u kreattivi hija li jiżdied l-aċċess tagħhom għall-finanzi, li huwa essenzjali biex jikbru, iżommu jew iżidu l-kompetittività tagħhom fil-livell internazzjonali. L-għanijiet ta' politika ta' dan il-Programm jenħtieġ ukoll li jiġu indirizzati permezz ta' strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja, speċjalment għall-SMEs, bħala parti mit-tieqa ta' politika/twieqi ta' politika tal-Fond InvestEU b'konformità mal-prattiki żviluppati fil-qafas tal-Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1295/2013.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Filwaqt li jitqies l-għarfien espert tekniku meħtieġ biex issir valutazzjoni tal-proposti li huma parti minn azzjonijiet speċifiċi tal-Programm, jenħtieġ li jkun previst li, fejn rilevanti, il-kumitati ta' evalwazzjoni jistgħu jkunu magħmula minn esperti esterni.

(28)  L-impatt, il-kwalità u l-effiċjenza fl-implimentazzjoni tal-Proġett jenħtieġ li jikkostitwixxu l-kriterji ewlenin ta' evalwazzjoni għall-għażla tal-proġett ikkonċernat. Filwaqt li jitqies l-għarfien espert tekniku meħtieġ biex issir valutazzjoni tal-proposti li huma parti minn azzjonijiet speċifiċi tal-Programm, jenħtieġ li jkun previst li, fejn rilevanti, il-kumitati ta' valutazzjoni jistgħu jkunu magħmula minn esperti esterni li jenħtieġ li jkollhom sfond professjonali u ta' ġestjoni b'rabta mal-qasam ta' applikazzjoni li jkun qed jiġi vvalutat. Fejn rilevanti, jenħtieġ li titqies il-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza ġenerali mal-objettivi ta' inklużjoni tal-udjenzi u d-diversità.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Il-Programm jenħtieġ li jinkludi sistema realistika u maniġġabbli ta' indikaturi tal-prestazzjoni li takkumpanja l-azzjonijiet tiegħu u timmonitorja l-prestazzjoni tiegħu fuq bażi kontinwa. Dan il-monitoraġġ, kif ukoll l-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm u mal-azzjonijiet tiegħu jenħtieġ li jibnu fuq it-tliet fergħat tal-programm.

(29)  Il-Programm jenħtieġ li jinkludi sistema realistika u maniġġabbli ta' indikaturi tal-prestazzjoni kwantitattivi u kwalitattivi li takkumpanja l-azzjonijiet tiegħu u timmonitorja l-prestazzjoni tiegħu fuq bażi kontinwa, filwaqt li jitqies il-valur intrinsiku tal-arti u s-setturi kulturali u kreattivi. Tali indikaturi tal-prestazzjoni jenħtieġ li jiġu żviluppati mal-partijiet interessati. Dan il-monitoraġġ, kif ukoll l-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm u mal-azzjonijiet tiegħu jenħtieġ li jibnu fuq it-tliet fergħat tal-programm. Il-fergħat jenħtieġ li jqisu indikatur kwantitattiv u kwalitattiv wieħed jew aktar. Dawk l-indikaturi jenħtieġ li jkunu vvalutati skont dan ir-Regolament.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a)  Meta titqies il-kumplessità u d-diffikultà biex tinġabar, tiġi analizzata u adattata d-data u biex jitkejjel l-impatt tal-politiki kulturali u jiġu ddefiniti l-indikaturi, jenħtieġ li l-Kummissjoni ssaħħaħ il-kooperazzjoni fi ħdan is-servizzi tagħha, bħaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u l-EUROSTAT, bl-għan li tiġbor u tanalizza data statistika xierqa. Il-Kummissjoni jenħtieġ li taġixxi f'kooperazzjoni ma' ċentri ta' eċċellenza fl-Unjoni, istituti nazzjonali tal-istatistika u organizzazzjonijiet rilevanti għas-setturi kulturali u kreattivi fl-Ewropa u f'kollaborazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u l-Unesco.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' ammonti f'daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(32)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tal-operatur tal-proġett li jikseb l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħti r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu d-daqs tal-operatur u tal-proġett, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' ammonti f'daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 33a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a)  Sabiex jiġu ottimizzati s-sinerġiji bejn il-fondi tal-Unjoni u l-istrumenti ġestiti direttament, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat l-għoti ta' appoġġ għal operazzjonijiet li diġà rċevew ċertifikazzjoni ta' Siġill ta' Eċċellenza.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Skont l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE28, persuni u entitatijiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.

(34)  Skont l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE28, persuni u entitatijiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut. Ir-restrizzjonijiet imposti mir-remotezza ta' dawk il-pajjiżi jew territorji jenħtieġ li titqies meta jiġi implimentat il-Programm, u l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom fil-Programm jenħtieġ li tiġi mmonitorjata u evalwata regolarment.

__________________

__________________

28 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea ) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

28 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea ) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

Emenda    42

Proposta għal regolament

Premessa 34a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a)  Skont l-Artikolu 349 tat-TFUE, jenħtieġ li jittieħdu miżuri sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-azzjonijiet kollha. Jenħtieġ li jitrawmu l-iskambji tal-mobilità għall-artisti u x-xogħlijiet tagħhom, u l-kooperazzjoni bejn il-persuni u l-organizzazzjonijiet minn dawn ir-reġjuni u l-ġirien tagħhom u pajjiżi terzi. Għalhekk, se jkun possibbli li l-persuni jibbenefikaw bl-istess mod mill-vantaġġi kompetittivi li l-industriji kulturali u kreattivi jistgħu joffru, b'mod partikolari t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. Tali miżuri jenħtieġ li jiġu mmonitorjati u evalwati regolarment.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni mingħajr xkiel tal-Programm, il-kostijiet imġarrba mill-benefiċjarju qabel tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-għotja, b'mod partikolari l-kostijiet relatati mad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli, sakemm dawn ikunu marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li jkunu qed jingħataw appoġġ.

(36)  Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-appoġġ finanzjarju previst skont il-Programm u jiġu koperti d-diskrepanzi tal-likwidità dejjem jiżdiedu li qed jiġu esperjenzati mill-benefiċjarji, il-kostijiet imġarrba mill-benefiċjarju qabel tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-għotja, b'mod partikolari l-kostijiet relatati mad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli, sakemm dawn ikunu marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li jkunu qed jingħataw appoġġ.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta l-programmi ta' ħidma. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Hemm bżonn li jiġi żgurat l-għeluq b'mod korrett tal-Programm predeċessur, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-arranġamenti pluriennali għall-ġestjoni tiegħu, bħall-finanzjament ta' assistenza teknika u amministrattiva. Mill-[1 ta' Jannar 2021], l-assistenza teknika u amministrattiva jenħtieġ li tiżgura, jekk ikun meħtieġ, il-ġestjoni tal-azzjonijiet li għadhom ma ġewx iffinalizzati bħala parti mill-programm predeċessur sal-[31 ta' Diċembru 2020].

(38)   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-adozzjoni ta' programmi ta' ħidma. Hemm bżonn li jiġi żgurat l-għeluq b'mod korrett tal-Programm predeċessur, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-arranġamenti pluriennali għall-ġestjoni tiegħu, bħall-finanzjament ta' assistenza teknika u amministrattiva. Mill-[1 ta' Jannar 2021], l-assistenza teknika u amministrattiva jenħtieġ li tiżgura, jekk ikun meħtieġ, il-ġestjoni tal-azzjonijiet li għadhom ma ġewx iffinalizzati bħala parti mill-programm predeċessur sal-[31 ta' Diċembru 2020].

___________________________

 

  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

 

Emenda    45

Proposta għal regolament

Premessa 38a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38a)  Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-Programm, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li ma jkun hemm l-ebda piż burokratiku mhux meħtieġ għall-applikanti la matul l-istadju ta' applikazzjoni u lanqas matul l-istadju tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Premessa 38b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38b)Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lil proġetti fuq skala żgħira u l-valur miżjud tagħhom, meta jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-setturi kulturali u kreattivi.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "setturi kulturali u kreattivi" tfisser is-setturi kollha li l-attivitajiet tagħhom huma bbażati fuq valuri kulturali u/jew espressjonijiet artistiċi u espressjonijiet kreattivi oħra individwali jew kollettivi. L-attivitajiet jistgħu jinkludu l-iżvilupp, il-ħolqien, il-produzzjoni, id-disseminazzjoni u l-preżervazzjoni ta' prodotti u servizzi li jinkorporaw espressjonijiet kulturali, artistiċi jew espressjonijiet kreattivi oħra, kif ukoll il-funzjonijiet relatati bħall-edukazzjoni jew il-ġestjoni. Se jkollhom potenzjal li jiġġeneraw l-innovazzjoni u l-impjiegi, b'mod partikolari mill-proprjetà intellettwali. Is-setturi jinkludu l-arkitettura, l-arkivji, il-libreriji u l-mużewijiet, is-snajja' artistiċi, l-awdjoviżiv (inkluż il-film, it-televiżjoni, il-logħob tal-vidjo u l-multimedia), il-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli, id-disinn (inkluż id-disinn tal-moda), il-festivals, il-mużika, il-letteratura, l-arti tal-ispettaklu, il-kotba u l-pubblikazzjoni, ir-radju u l-arti viżiva;

(2)  "setturi kulturali u kreattivi" tfisser is-setturi kollha li l-attivitajiet tagħhom huma bbażati fuq valuri kulturali u/jew espressjonijiet artistiċi u espressjonijiet, u prattiki kreattivi oħra individwali jew kollettivi, indipendentement min jekk l-attivitajiet humiex orjentati lejn is-suq jew le. L-attivitajiet jistgħu jinkludu l-iżvilupp, il-ħolqien, il-produzzjoni, id-disseminazzjoni u l-preżervazzjoni ta' prattiki, prodotti u servizzi li jinkorporaw espressjonijiet kulturali, artistiċi jew espressjonijiet kreattivi oħra, kif ukoll il-funzjonijiet relatati bħall-edukazzjoni jew il-ġestjoni. Ħafna minn dawn għandhom potenzjal li jiġġeneraw l-innovazzjoni u l-impjiegi, b'mod partikolari mill-proprjetà intellettwali. Is-setturi jinkludu l-arkitettura, l-arkivji, il-libreriji u l-mużewijiet, is-snajja' artistiċi, l-awdjoviżiv (inkluż il-film, it-televiżjoni, il-logħob tal-vidjo u l-multimedia), il-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli, il-mużika, il-letteratura, l-arti tal-ispettaklu, il-kotba u l-pubblikazzjoni, ir-radju, l-arti viżiva, il-festivals, u d-disinn, inkluż id-disinn tal-moda;

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  il-kontribut għar-rikonoxximent u l-promozzjoni tal-valur intrinsiku tal-kultura, u s-salvagwardja u l-promozzjoni tal-kwalità tal-kultura u l-kreattività Ewropej bħala dimensjoni distintiva tal-iżvilupp personali, l-edukazzjoni, il-koeżjoni soċjali, il-libertà ta' espressjoni u tal-opinjoni, u tal-arti, it-tisħiħ u ż-żieda tad-demokrazija, il-ħsieb kritiku, is-sens ta' appartenenza u ċittadinanza u bħala sorsijiet għal midja pluralistika u ambjent kulturali;

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-promozzjoni tal-kooperazzjoni Ewropea b'rabta mad-diversità kulturali u lingwistika u mal-wirt kulturali u lingwistiku;

(a)  il-promozzjoni tal-kooperazzjoni Ewropea b'rabta mad-diversità kulturali, artistika u lingwistika, inkluż permezz tat-tisħiħ tar-rwol tal-artisti u tal-operaturi kulturali, tal-kwalità tal-produzzjoni kulturali u artistika Ewropea, u tal-wirt kulturali komuni tanġibbli u intanġibbli Ewropew;

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  żieda fil-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi, b'mod partikolari f'dik tas-settur awdjoviżiv.

(b)  trawwim tal-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi kollha u żieda tal-piż ekonomiku tagħhom, b'mod partikolari s-settur awdjoviżiv, permezz tal-ħolqien ta' impjiegi u ż-żieda fl-innovazzjoni u l-kreattività ta' dawk is-setturi.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  it-tisħiħ tad-dimensjoni ekonomika, soċjali u esterna tal-kooperazzjoni fil-livell Ewropew biex jiġu żviluppati u promossi d-diversità kulturali Ewropea u l-wirt kulturali tal-Ewropa, filwaqt li tissaħħaħ il-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej u jittejbu r-relazzjonijiet kulturali internazzjonali;

(a)  it-tisħiħ tad-dimensjoni artistika, kulturali, soċjali u esterna tal-kooperazzjoni fil-livell Ewropew biex jiġu żviluppati u promossi d-diversità kulturali Ewropea u l-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli tal-Ewropa, filwaqt li tissaħħaħ il-kompetittività u l-innovazzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej u jittejbu r-relazzjonijiet kulturali internazzjonali;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  il-promozzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi, inkluż is-settur awdjoviżiv, l-appoġġ lill-artisti, l-operaturi, lin-nies tas-sengħa u l-involviment tal-udjenza b'enfasi partikolari fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-gruppi sottorappreżentati;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-promozzjoni tal-kompetittività u tal-iskalabbiltà tal-industrija awdjoviżiva Ewropea;

(b)  il-promozzjoni tal-kompetittività, l-innovazzjoni, u l-iskalabbiltà tas-settur awdjoviżiv Ewropew, b'mod partikolari tal-SMEs, il-kumpaniji indipendenti tal-produzzjoni u l-organizzazzjonijiet fis-setturi kulturali u kreattivi u l-promozzjoni tal-kwalità tal-attivitajiet tas-settur awdjoviżiv Ewropew b'mod sostenibbli bil-mira ta' approċċ settorjali u ġeografiku bbilanċjat;

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-promozzjoni ta' kooperazzjoni politika u ta' azzjonijiet innovattivi li jappoġġaw il-fergħat kollha tal-programm, inkluż il-promozzjoni kemm ta' ambjent medjatiku diversifikat u pluralistiku, kif ukoll tal-litteriżmu medjatiku u tal-inklużjoni soċjali.

(c)  il-promozzjoni ta' kooperazzjoni politika u ta' azzjonijiet innovattivi, inklużi mudelli ġodda ta' negozju u ġestjoni u soluzzjonijiet kreattivi, li jappoġġaw il-fergħat kollha tal-Programm u s-setturi kulturali u kreattivi kollha, inkluża s-salvagwardja tal-libertà ta' espressjoni artistika u l-promozzjoni ta' ambjenti kulturali u tal-midja diversi, indipendenti u pluralistiċi, litteriżmu medjatiku, ħiliet diġitali, edukazzjoni kulturali u artistika, ugwaljanza bejn is-sessi, ċittadinanza attiva, djalogu interkulturali, reżiljenza u inklużjoni soċjali, b'mod partikolari ta' persuni b'diżabilità, inkluż permezz ta' aċċessibilità akbar għall-beni u s-servizzi kulturali;

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  il-promozzjoni tal-mobilità tal-artisti u tal-operaturi tas-setturi kulturali u kreattivi u ċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet tagħhom;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 2 - punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  il-provvista lis-setturi kulturali u kreattivi b'data, analiżi u b'sett adegwat ta' indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi u l-iżvilupp ta' sistema koerenti ta' evalwazzjonijiet u ta' valutazzjonijiet tal-impatt, inklużi dawk b'dimensjoni transsettorjali.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-fergħa "TRANSSETTORJALI" tkopri l-attivitajiet kollha fis-setturi kulturali u kreattivi.

(c)  il-fergħa "TRANSSETTORJALI" tkopri l-attivitajiet kollha fis-setturi kulturali u kreattivi, inkluż is-settur tal-mezzi ta' informazzjoni.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Valur miżjud Ewropew

 

Ir-rikonoxximent tal-valur intrinsiku u ekonomiku tal-kultura u l-kreattività u r-rispett tal-kwalità u l-pluralità tal-valuri u l-politiki tal-Unjoni.

 

Il-Programm għandu jappoġġa biss dawk l-azzjonijiet u l-attivitajiet li joħolqu valur miżjud Ewropew potenzjali u li jikkontribwixxu għall-ksib tal-għanijiet ġenerali kif imsemmi fl-Artikolu 3.

 

Il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet u l-attivitajiet tal-Programm għandu jiġi żgurat partikolarment permezz ta':

 

(a) il-karattru transnazzjonali tal-azzjonijiet u l-attivitajiet li jikkomplementaw programmi u politiki reġjonali, nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni oħra, u l-impatt ta' tali azzjonijiet u attivitajiet fuq l-aċċess taċ-ċittadini għall-kultura u l-involviment attiv taċ-ċittadini, l-edukazzjoni, l-inklużjoni soċjali u d-djalogu interkulturali;

 

(b) l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni transnazzjonali u internazzjonali bejn l-atturi kulturali u kreattivi, inklużi l-artisti, il-professjonisti awdjoviżivi, l-organizzazzjonijiet kulturali u kreattivi u l-SMEs u l-operaturi awdjoviżivi, li jkunu ffokati biex jistimolaw tweġibiet aktar komprensivi, rapidi, effettivi u fit-tul għall-isfidi globali, b'mod partikolari għall-bidla diġitali;

 

(c) l-ekonomiji ta' skala u t-tkabbir u l-impjiegi li jrawwem l-appoġġ mill-Unjoni, li joħloq effett ta' ingranaġġ għal fondi addizzjonali;

 

(d) l-iżgurar ta' kundizzjonijiet aktar ekwi fis-setturi kulturali u kreattivi billi jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' pajjiżi differenti, inklużi pajjiżi jew reġjuni b'sitwazzjoni ġeografika jew lingwistika partikolari, bħar-reġjuni ultraperiferiċi rikonoxxuti fl-Artikolu 349 tat-TFUE u l-pajjiżi jew it-territorji extra-Ewropej li jaqgħu taħt l-awtorità ta' Stat Membru elenkati fl-Anness II tat-TFUE;

 

(e) il-promozzjoni ta' narrattiva dwar l-għeruq komuni u d-diversità Ewropea.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  il-promozzjoni tal-espressjoni u l-ħolqien artistiku;

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt -aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-aa)  it-trawwim tat-talenti, il-kompetenza u l-ħiliet u l-istimolar tal-kollaborazzjoni u l-innovazzjoni permezz tal-katina sħiħa tas-setturi kulturali u kreattivi, inkluż il-wirt;

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  it-tisħiħ tad-dimensjoni transfruntiera u taċ-ċirkolazzjoni ta' operaturi u xogħlijiet kulturali u kreattivi Ewropej;

(a)  it-tisħiħ tad-dimensjoni transfruntiera, iċ-ċirkolazzjoni u l-viżibilità ta' operaturi kulturali u kreattivi Ewropej u u tax-xogħlijiet tagħhom, inkluż permezz ta' programmi ta' residenza, tours, avvenimenti, sessjonijiet ta' ħidma, wirjiet u festivals, kif ukoll iffaċilitar tal-iskambju tal-aħjar prattiki u tisħiħ tal-kapaċitajiet professjonali;

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  iż-żieda tal-parteċipazzjoni kulturali fl-Ewropa kollha;

(b)  iż-żieda fl-aċċess kulturali, il-parteċipazzjoni u s-sensibilizzazzjoni, u l-involviment tal-udjenza madwar l-Ewropa, speċjalment fir-rigward ta' persuni b'diżabilità jew persuni minn sfondi żvantaġġati;

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-promozzjoni tar-reżiljenza u l-inklużjoni soċjali permezz tal-kultura u tal-wirt kulturali;

(c)  il-promozzjoni tar-reżiljenza soċjetali u t-tisħiħ tal-inklużjoni soċjali, id-djalogu interkulturali u demokratiku u l-iskambju kulturali permezz tal-arti, il-kultura u l-wirt kulturali;

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  it-tisħiħ tal-kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej bl-għan li dawn jirnexxu, u biex jinħolqu l-impjiegi u t-tkabbir;

(d)  it-tisħiħ tal-kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej bl-għan li dawn jirnexxu u jinnovaw, li joħolqu xogħlijiet artistiċi, li jiġġeneraw u jiżviluppaw kompetenzi ewlenin, għarfien, ħiliet, prattiki artistiċi ġodda u impjiegi sostenibbli u tkabbir u li jikkontribwixxu għall-iżvilupp lokali u reġjonali;

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  li titrawwem il-kapaċità professjonali ta' persuni fis-setturi kulturali u kreattivi, billi tingħatalhom is-setgħa permezz ta' miżuri xierqa;

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  it-tisħiħ tal-identità u tal-valuri Ewropej permezz tal-kuxjenza kulturali, l-edukazzjoni artistika u l-kreattività bbażata fuq il-kultura fl-edukazzjoni;

(e)  it-tisħiħ tal-identità Ewropea, iċ-ċittadinanza attiva u s-sens ta' komunità u l-valuri demokratiċi permezz tal-kuxjenza kulturali, il-wirt kulturali, l-espressjoni, il-ħsieb kritiku, l-espressjoni artistika, il-viżibilità u r-rikonoxximent tal-persuni li joħolqu xogħlijiet artistiċi, l-arti, l-edukazzjoni u l-kreattività bbażata fuq il-kultura fl-edukazzjoni formali, mhux formali u informali tul il-ħajja;

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  il-promozzjoni tal-bini ta' kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi internazzjonali sabiex ikunu attivi fil-livell internazzjonali;

(f)  il-promozzjoni tal-bini ta' kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi internazzjonali, inklużi l-organizzazzjonijiet ta' bażi u mikro, sabiex ikunu attivi fil-livell internazzjonali;

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  l-għoti ta' kontribut lejn l-istrateġija globali tal-Unjoni għar-relazzjonijiet internazzjonali permezz tad-diplomazija kulturali.

(g)  l-għoti ta' kontribut lejn l-istrateġija globali tal-Unjoni għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali billi jimmira li jiżgura l-impatt fit-tul tal-istrateġija permezz ta' approċċ bejn il-persuni li tinvolvi lin-netwerks kulturali, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet lokali.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Bħala parti mill-azzjonijiet speċifiċi segwiti bħala parti mill-fergħa KULTURA, is-settur tal-mużika se jkun fokus partikolari f'termini tad-distribuzzjoni finanzjarja u tal-azzjonijiet immirati. It-talbiet u l-istrumenti mfassla apposta se jgħinu jagħtu spinta lill-kompetittività tas-settur tal-mużika u jindirizzaw xi sfidi speċifiċi li dan jiffaċċja.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  it-trawwim tat-talenti u tal-ħiliet u l-istimolar tal-kollaborazzjoni u tal-innovazzjoni fil-ħolqien u l-produzzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej;

(a)  it-trawwim tat-talenti, tal-kompetenzi, tal-ħiliet u tal-użu ta' teknoloġiji diġitali u l-istimolar tal-kollaborazzjoni, tal-mobbiltà u tal-innovazzjoni fil-ħolqien u l-produzzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej, inkluż bejn il-fruntieri;

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-tisħiħ tad-distribuzzjoni fiċ-ċinemas u online u l-provvista ta' aċċess usa' bejn il-fruntieri għal xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej, inkluż permezz ta' mudelli ta' negozju innovattivi u permezz tal-użu ta' teknoloġiji ġodda;

(b)  it-titjib taċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali u internazzjonali u tad-distribuzzjoni online u offline, b'mod partikolari d-distribuzzjoni fiċ-ċinemas, ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej fl-ambjent diġitali l-ġdid;

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  l-għoti ta' aċċess usa' għax-xogħlijiet awdjoviżivi tal-Unjoni għall-udjenzi internazzjonali, b'mod partikolari permezz tal-promozzjoni, l-avvenimenti, l-attivitajiet u l-festivals tal-litteriżmu fil-qasam tal-films;

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  it-tisħiħ tal-wirt awdjoviżiv u l-faċilitazzjoni tal-aċċess għal, u l-appoġġ u l-promozzjoni ta', arkivji u libreriji awdjoviżivi bħala sorsi ta' memorja, edukazzjoni, użu mill-ġdid u negozju ġdid, anke permezz tal-aħħar teknoloġiji diġitali;

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-promozzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej u l-għoti ta' appoġġ lill-iżvilupp tal-udjenzi kemm fl-Ewropa kif ukoll lil hinn minnha.

(c)  il-promozzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej u l-appoġġ tal-involviment tal-udjenzi ta' kull età, b'mod partikolari l-udjenzi żgħażagħ u l-persuni b'diżabilità, għall-użu proattiv u legali ta' xogħlijiet awdjoviżivi fl-Ewropa u lil hinn minnha u għall-kondiviżjoni tal-kontenut iġġenerat mill-utent, anke bil-promozzjoni tal-edukazzjoni dwar il-films u l-edukazzjoni awdjoviżiva.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn il-prijoritajiet għandhom jiġu indirizzati permezz ta' appoġġ għall-ħolqien, il-promozzjoni, l-aċċess, u d-disseminazzjoni ta' xogħlijiet Ewropej b'potenzjal li jilħqu udjenzi kbar kemm fl-Ewropa kif ukoll lil hinn minnha, u b'hekk għandhom iwasslu għal adattament għal żviluppi ġodda tas-suq u jakkumpanjaw id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva.

Dawn il-prijoritajiet għandhom jiġu indirizzati permezz ta' appoġġ għall-ħolqien, il-promozzjoni, l-aċċess, u d-disseminazzjoni ta' xogħlijiet Ewropej, it-tixrid tal-valuri u tal-identità komuni Ewropej, bil-potenzjal li jilħqu udjenzi ta' kull età kemm fl-Ewropa kif ukoll lil hinn minnha, u b'hekk għandhom iwasslu għal adattament għal żviluppi ġodda tas-suq u jakkumpanjaw id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-għoti ta' appoġġ għall-kooperazzjoni politika transnazzjonali u transsettorjali, inkluż fir-rigward tar-rwol tal-kultura fl-inklużjoni soċjali, u l-promozzjoni tal-għarfien tal-programm, kif ukoll l-għoti ta' appoġġ għat-trasferibbiltà tar-riżultati;

(a)  l-għoti ta' appoġġ għall-kooperazzjoni politika transnazzjonali u transsettorjali, inkluż fir-rigward tal-promozzjoni tar-rwol tal-kultura fl-inklużjoni soċjali, b'mod partikolari fir-rigward tal-persuni b'diżabilità u tat-tisħiħ tad-demokrazija u l-promozzjoni tal-għarfien tal-programm, kif ukoll l-għoti ta' appoġġ għat-trasferibbiltà tar-riżultati sabiex tiżdied il-viżibbiltà tal-Programm;

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-promozzjoni ta' approċċi innovattivi għall-ħolqien, l-aċċess, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni tal-kontenut fost setturi kulturali u kreattivi differenti;

(b)  il-promozzjoni ta' approċċi innovattivi għall-ħolqien tal-kontenut artistiku u għar-riċerka, l-aċċess, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni artistiċi filwaqt li titqies il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur, fis-setturi kulturali u kreattivi, li jkopru kemm id-dimensjoni tas-suq kif ukoll dik mhux tas-suq;

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-promozzjoni ta' attivitajiet trażversali li jkopru bosta setturi bl-għan li jsir aġġustament għall-bidliet strutturali li jiffaċċja s-settur tal-media, inkluż it-tisħiħ ta' ambjent medjatiku ħieles, diversifikat u pluralistiku, tal-ġurnaliżmu ta' kwalità u tal-litteriżmu medjatiku;

(c)  il-promozzjoni ta' attivitajiet trażversali li jkopru bosta setturi bl-għan li jsir aġġustament għall-bidliet strutturali u teknoloġiċi li jiffaċċja s-settur tal-media, inkluż it-tisħiħ ta' ambjent medjatiku, artistiku u kulturali ħieles, diversifikat u pluralistiku, l-etika professjonali fil-ġurnaliżmu, il-ħsieb kritiku u l-litteriżmu medjatiku, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ bl-għajnuna għall-adattament għal għodod u formats medjatiċi ġodda u għall-ġlieda kontra t-tixrid tad-diżinformazzjoni;

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  it-twaqqif u l-għoti ta' appoġġ lil Desks tal-Programm għal għanijiet ta' promozzjoni tal-Programm fil-pajjiż tagħhom, u biex iħeġġu l-kooperazzjoni transfruntiera fis-setturi kulturali u kreattivi.

(d)  it-twaqqif u l-appoġġ tal-involviment attiv ta' Desks tal-Programm fil-pajjiżi parteċipanti, il-promozzjoni tal-Programm fil-pajjiżi tagħhom, b'mod ġust u bilanċjat, anke permezz ta' attivitajiet ta' netwerks fil-post, u l-appoġġ tal-applikanti b'rabta tal-Programm u l-għoti ta' informazzjoni bażika dwar opportunitajiet ta' appoġġ rilevanti oħra disponibbli taħt programmi ffinanzjati mill-Unjoni u t-tħeġġiġ tal-kooperazzjoni transfruntiera u tal-iskambju tal-aħjar prattiki fis-setturi kulturali u kreattivi.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 1 850 000 000, f'termini ta' prezzijiet attwali.

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 2 806 000 000, f'termini ta' prezzijiet kostanti.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  sa EUR 609 000 000 għall-għan imsemmi fl-Artikolu 3(2)(a) (il-fergħa KULTURA);

–  mhux inqas minn 33 % għall-għan imsemmi fl-Artikolu 3(2)(a) (il-fergħa KULTURA);

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  sa EUR 1 081 000 000 għall-għan imsemmi fl-Artikolu 3(2)(b) (il-fergħa MEDIA);

–  mhux inqas minn 58 % għall-għan imsemmi fl-Artikolu 3(2)(b) (il-fergħa MEDIA);

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  sa EUR 160 000 000 għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(2)(c) (il-fergħa TRANSSETTORJALI).

–  sa 9 % għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(2)(c) (il-fergħa TRANSSETTORJALI) li jiżguraw allokazzjoni finanzjarja lil kull Desk nazzjonali "Ewropea Kreattiva" mill-inqas fl-istess livell bħall-allokazzjoni finanzjarja prevista fir-Regolament (KE) Nru 1295/2013.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Apparti l-pakkett finanzjarju kif indikat fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-Programm, jistgħu jiġu magħmula disponibbli kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali mill-istrumenti ta' finanzjament esterni [l-Istrument tal-Viċinat, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Internazzjonali, l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III)], bħala appoġġ għal azzjonijiet implimentati u ġestiti skont dan ir-Regolament. Din il-kontribuzzjoni għandha tiġi ffinanzjata skont ir-Regolamenti li jistabbilixxu dawk l-istrumenti.

3.  Apparti l-pakkett finanzjarju kif indikat fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-Programm, jistgħu jiġu magħmula disponibbli kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali mill-istrumenti ta' finanzjament esterni [l-Istrument tal-Viċinat, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Internazzjonali, l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III)], bħala appoġġ għal azzjonijiet implimentati u ġestiti skont dan ir-Regolament. Din il-kontribuzzjoni għandha tiġi ffinanzjata skont ir-Regolamenti li jistabbilixxu dawk l-istrumenti u għandha tiġi rapportata kull sena lill-awtorità baġitarja, flimkien mal-kontribuzzjonijiet ta' pajjiżi terzi għall-programm.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw fl-istrutturi ta' governanza tal-Programmi u fil-forums tal-partijiet ikkonċernati bil-għan tal-faċilitazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-ftehimiet mal-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu ffaċilitati permezz ta' proċeduri li jkunu aktar rapidi minn dawk taħt ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013. Il-ftehimiet ma' pajjiżi ġodda għandhom jiġu promossi b'mod proattiv.

Ġustifikazzjoni

Huwa kruċjali li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi mill-bidu nett tal-programm sabiex tkun garantita d-dimensjoni internazzjonali tiegħu.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-aċċess għall-Programm għandu jkun miftuħ għal organizzazzjonijiet internazzjonali li huma attivi fl-oqsma koperti mill-Programm b'konformità mar-Regolament Finanzjarju.

1.  L-aċċess għall-Programm għandu jkun miftuħ għal organizzazzjonijiet internazzjonali li huma attivi fl-oqsma koperti mill-Programm, bħall-UNESCO, il-Kunsill tal-Ewropa, permezz ta' kollaborazzjoni aktar strutturata mar-Rotot Kulturali u mal-Euroimages, l-Osservatorju tal-EUIPO, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali u l-OECD, abbażi ta' kontributi konġunti, għall-ilħuq tal-għanijiet tal-Programm u b'konformità mar-Regolament Finanzjarju.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

Ġbir tad-data dwar is-setturi kulturali u kreattivi

 

Il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ il-kooperazzjoni fis-servizzi tagħha, bħaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u l-Eurostat, bil-għan li tiġbor data statistika xierqa u tanalizza l-impatt tal-politiki kulturali. Għal dak il-kompitu, il-Kummissjoni għandha taġixxi f'kooperazzjoni maċ-ċentri ta' eċċellenza fl-Ewropa u mal-istituti nazzjonali tal-istatistika u għandha taġixxi f'kollaborazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa, mal-OECD u mal-UNESCO. B'hekk għandha tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-għanijiet tal-fergħa KULTURA u ssegwi mill-qrib l-iżviluppi tal-politika kulturali, anke billi tinkludi lill-partijiet ikkonċernati fi stadju aktar bikri fir-riflessjoni u fl-adattament tal-indikaturi komuni għal setturi differenti jew indikaturi speċifiċi għal kull dominju ta' attivitajiet. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment dwar dawk l-attivitajiet lill-Parlament Ewropew.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-operazzjonijiet ta' taħlit skont dan il-Programm għandhom jiġu implimentati b'konformità mar-[regolament InvestUE] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.

3.  L-operazzjonijiet ta' taħlit skont il-Programm għandhom jiġu implimentati b'konformità mat-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju u l-proċeduri stabbiliti fir-[Regolament InvestEU]. Il-faċilità ta' garanzija dedikata maħluqa taħt Ewropa Kreattiva għandha titkompla taħt ir-[Regolament InvestUE] u għandha tqis il-prattiki ta' implimentazzjoni żviluppati fil-qafas tal-Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1295/2013.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta' assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta' fondi dovuti minn riċevituri, u skont ir-Regolament Finanzjarju għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fl-[Artikolu X tar-]Regolament XXX [is-suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta' Garanzija].

4.  Kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta' assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta' fondi dovuti minn riċevituri, u skont ir-Regolament Finanzjarju għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fl-[Artikolu X tar-]Regolament XXX [is-suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta' Garanzija], mibnija fuq, u li jqisu, il-prattiki ta' implimentazzjoni diġà żviluppati.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-Programm, il-programmi stabbiliti bir-Regolament …/…[Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali] u r-Regolament …/… [IPAIII] għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-azzjonijiet stabbiliti taħt dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-użu ta' dawk il-programmi, filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mar-Regolamenti li jirregolawhom rispettivament.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit.

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. L-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma għandha tkun preċeduta b'konsultazzjonijiet mad-diversi partijiet ikkonċernati sabiex ikun żgurat li l-azzjonijiet ippjanati jappoġġaw lis-setturi differenti involuti bl-aħjar mod possibbli. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit, li m'għandhomx jieħdu preċedenza fuq il-finanzjament dirett fil-forma ta' sussidji.

 

L-objettivi ġenerali u speċifiċi u l-prijoritajiet u l-azzjonijiet ta' politika korrispondenti tal-Programm, kif ukoll il-baġit allokat għal kull azzjoni, għandhom jiġu speċifikati fid-dettall fil-programmi ta' ħidma annwali. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun fih ukoll skeda ta' żmien indikattiva ta' implimentazzjoni.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 19 sabiex tissupplementa dan ir-Regolament billi tistabbilixxi programmi ta' ħidma annwali.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun ċar li l-programm ta' ħidma annwali huwa importanti għall-istabbiliment tal-prijoritajiet baġitarji attwali.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Is-sejħiet għal proposti jistgħu jqisu l-ħtieġa li jiġi żgurat appoġġ xieraq għal proġetti fuq skala żgħira taħt il-fergħa KULTURA permezz ta' miżuri li jistgħu jinkludu rati ogħla ta' kofinanzjament.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  L-għotjiet għandhom jingħataw b'kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi li ġejjin ta' kull proġett:

 

(a)  il-kwalità tal-proġett;

 

(b)  l-effett;

 

(c)  il-kwalità u l-effiċjenza fl-implimentazzjoni tiegħu.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kumitat ta' evalwazzjoni jista' jkun magħmul minn esperti esterni.

2.  Il-kumitat ta' evalwazzjoni jista' jkun magħmul minn esperti esterni. Għandu jiltaqa' fil-preżenza fiżika tal-membri tiegħu jew b'mod remot.

 

L-esperti għandu jkollhom sfond professjonali relatat mal-qasam ivvalutat. Il-kumitat ta' evalwazzjoni jista' jitlob l-opinjoni ta' esperti mill-pajjiż tal-applikazzjoni.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  B'deroga mill-Artikolu [130(2)] tar-Regolament Finanzjarju, u f'każijiet debitament ġustifikati, il-kostijiet imġarrba mill-benefiċjarju qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-għotja jistgħu jitqiesu eliġibbli, sakemm ikunu marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u l-attivitajiet appoġġati.

3.  B'deroga mill-Artikolu [130(2)] tar-Regolament Finanzjarju, u f'każijiet debitament ġustifikati, il-kostijiet imġarrba mill-benefiċjarju qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-għotja għandhom jitqiesu eliġibbli, sakemm ikunu marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u l-attivitajiet appoġġati.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-entitajiet li ġejjin jistgħu jingħataw għotjiet mingħajr sejħa għal proposti:

5.  L-entitajiet li ġejjin jistgħu eċċezzjonalment jingħataw għotjiet mingħajr sejħa għal proposti, abbażi ta' missjonijiet u objettivi speċifiċi li għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni u vvalutati regolarment bi qbil mal-objettivi tal-Programm:

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  L-Akkademja Ewropea tal-Films;

(a)  L-Akkademja Ewropea tal-Films fil-qafas ta' kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew dwar il-Premju Ċinematografiku LUX, wara ftehim ta' kooperazzjoni nnegozjat u ffirmat mill-partijiet u b'kollaborazzjoni maċ-Ċinemas Ewropej; sakemm jiġi konkluż ftehim ta' kooperazzjoni, il-fondi previsti għandhom jitqiegħdu f'riżerva;

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  L-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea.

(b)  L-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea għall-attivitajiet tagħha, inkluża l-għażla regolari ta', u t-taħriġ għal, mużiċisti żgħażagħ mill-Istati Membri kollha permezz ta' programmi ta' residenza li joffru mobbiltà u l-opportunità li jdoqqu f'festivals u f'tours fl-Unjoni u fil-livell internazzjonali u li jikkontribwixxu għaċ-ċirkolazzjoni tal-kultura Ewropea bejn il-fruntieri u għall-internazzjonalizzazzjoni tal-karrieri ta' mużiċisti żgħażagħ, bil-għan ta' bilanċ ġeografiku tal-parteċipanti; l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea għandha tiddiversifika kontinwament id-dħul tagħha billi tfittex b'mod attiv appoġġ finanzjarju minn sorsi ġodda, filwaqt li tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq fondi tal-Unjoni; l-attivitajiet tal-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu konformi mal-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Programm u tal-fergħa KULTURA, b'mod partikolari l-involviment tal-udjenzi.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura l-konsistenza u l-kumplimentarjetà globali tal-Programm mal-politiki u l-programmi rilevanti, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-bilanċ bejn is-sessi, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u s-solidarjetà, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-industrija u l-intrapriżi, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-koeżjoni, il-politika reġjonali u urbana, l-għajnuna mill-Istat u l-kooperazzjoni u l-iżvilupp internazzjonali.

Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura l-konsistenza u l-komplementarjetà globali tal-Programm mal-politiki u l-programmi rilevanti, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-bilanċ bejn is-sessi, l-edukazzjoni, b'mod partikolari l-edukazzjoni diġitali u l-litteriżmu medjatiku, iż-żgħażagħ u s-solidarjetà, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, b'mod partikolari għall-gruppi emarġinati u għall-minoranzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni, inkluża l-innovazzjoni soċjali, l-industrija u l-intrapriżi, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-koeżjoni, il-politika reġjonali u urbana, it-turiżmu sostenibbli, l-għajnuna mill-Istat, il-mobbiltà u l-kooperazzjoni u l-iżvilupp internazzjonali, anke biex tippromwovi l-użu effikaċi tal-fondi pubbliċi.

 

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta l-proċeduri stabbiliti fil-[Programm InvestEU] jiġu applikati għall-finijiet tal-Programm, iqisu l-prattiki żviluppati fil-qafas tal-Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1295/2013.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tikkonforma mar-rekwiżiti minimi dwar il-kwalità ta' dik is-sejħa għal proposti;

(b)  tikkonforma mar-rekwiżiti dwar il-kwalità għolja ta' dik is-sejħa għal proposti;

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Proposti li ngħataw Siġill ta' Eċċellenza jistgħu jirċievu fondi direttament minn programmi oħra u minn fondi taħt ir-Regolament [ir-Regolament CPR COM(2018)0375] b'konformità mal-Artikolu 67(5) tiegħu, dment li tali proposti jkunu konsistenti mal-objettivi tal-Programm. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kriterji tal-għażla u tal-għoti għall-proġetti li għandhom jingħataw is-Siġill ta' Eċċellenza jkunu koerenti, ċari u trasparenti għall-benefiċjarji potenzjali.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16a

 

Il-Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi taħt InvestEU

 

1.  L-appoġġ finanzjarju permezz tal-Programm InvestEU l-ġdid għandu jibni fuq l-objettivi u l-kriterji tal-Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi filwaqt li jqis l-ispeċifiċità tas-settur.

 

2.  Il-Programm InvestEU għandu jipprovdi:

 

(a)  lill-SMEs u lill-organizzazzjonijiet mikro, żgħar u ta' daqs medju fis-setturi kulturali u kreattivi b'aċċess għall-fondi;

 

(b)  garanziji lill-intermedjarji finanzjarji parteċipanti minn kwalunkwe pajjiż li jipparteċipa fil-Faċilità ta' Garanzija;

 

(c)  lill-intermedjarji finanzjarji parteċipanti b'għarfien espert addizzjonali għall-valutazzjoni tar-riskji assoċjati mal-SMEs u l-organizzazzjonijiet mikro, żgħar u ta' daqs medju u ma' proġetti kulturali u kreattivi;

 

(d)  il-volum tal-finanzjament b'dejn li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-SMEs u tal-organizzazzjonijiet mikro, żgħar u ta' daqs medju;

 

(e)  l-SMEs u l-organizzazzjonijiet mikro, żgħar u medji madwar ir-reġjuni u s-setturi bil-kapaċità li jibnu portafoll diversifikat ta' self u li jipproponu pjan ta' kummerċjalizzazzjoni u promozzjoni;

 

(f)  il-forom ta' self li ġejjin: investiment f'assi tanġibbli u intanġibbli bl-esklużjoni ta' kollateral personali; trasferiment tan-negozju; kapital operatorju, bħal self interim, gap financing, fluss ta' flus u linji ta' kreditu.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li tiġi introdotta referenza għall-Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi sabiex jiġu salvagwardjati l-prinċipji u l-kisbiet tagħha.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-fergħat għandu jkollhom sett komuni ta' indikaturi kwalitattivi. Kull fergħa għandu jkollha sett iddedikat ta' indikaturi.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Biex tiġi żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tal-programm lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 19 sabiex tiżviluppa d-dispożizzjonijiet għal qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni, inklużi emendi għall-Anness II bl-għan li l-indikaturi jiġi rieżaminati jew supplimentati fejn meħtieġ għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

2.  Biex tiġi żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tal-programm lejn l-ilħuq tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 19 sabiex tiżviluppa d-dispożizzjonijiet għal qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni, inklużi emendi għall-Anness II bl-għan li l-indikaturi jiġi rieżaminati jew supplementati. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat dwar l-indikaturi sal-31 ta' Diċembru 2022.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Iċ-ċifri disponibbli dwar l-ammont ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament li kienu jkunu meħtieġa għall-finanzjament tal-proġetti mogħtija s-Siġill ta' Eċċellenza għandhom jiġu kkomunikati kull sena liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, tal-inqas tliet xhur qabel id-data tal-pubblikazzjoni tal-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom dwar il-baġit tal-Unjoni għas-sena ta' wara, skont il-kalendarju stabbilit bi ftehim komuni għall-proċedura baġitarja annwali.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.

2.  Ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Programm għandu jsir sat-30 ta' Ġunju 2024.

 

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2024.

 

Il-Kummissjoni, fejn meħtieġ u abbażi tar-rieżami ta' nofs it-terminu, għandha tressaq proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun previst rieżami ta' nofs it-terminu xieraq u f'waqtu.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titressaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-media u lill-pubbliku, b'mod partikolari l-isem tal-Programm u, fil-każ ta' azzjonijiet iffinanzjati permezz tal-fergħa MEDIA, il-logo MEDIA. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa logo KULTURA li għandu jintuża għal azzjonijiet iffinanzjati taħt il-fergħa KULTURA.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Proġetti ta' kooperazzjoni;

(a)  Proġetti ta' kooperazzjoni transnazzjonali b'distinzjoni ċara bejn proġetti fuq skala żgħira, medja u kbira u b'attenzjoni speċjali għal organizzazzjonijiet kulturali mikro u żgħar;

Emenda    112

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  Mobbiltà tal-artisti u tal-operaturi tas-setturi kulturali u kreattivi;

(d)  Mobbiltà tal-artisti , tal-artiġjani u tal-operaturi tas-setturi kulturali u kreattivi fl-attività transnazzjonali tagħhom, inkluż li jkopru kostijiet relatati mal-attività artistika, iċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet artistiċi u kulturali;

Emenda    113

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  Appoġġ għal organizzazzjonijiet kulturali u kreattivi biex joperaw fil-livell internazzjonali;

(e)  Appoġġ għal organizzazzjonijiet kulturali u kreattivi biex joperaw fil-livell internazzjonali u biex jiżviluppaw it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tagħhom;

Emenda    114

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Appoġġ għas-settur tal-mużika: promozzjoni tad-diversità, tal-kreattività u tal-innovazzjoni fis-settur tal-mużika, b'mod partikolari d-distribuzzjoni tar-repertorju mużikali fl-Ewropa u lil hinn minnha, azzjonijiet ta' taħriġ u l-iżvilupp tal-udjenzi għar-repertorju Ewropew, kif ukoll appoġġ għall-ġbir u l-analiżi tad-data;

(a)  Appoġġ għas-settur tal-mużika: promozzjoni tad-diversità, tal-kreattività u tal-innovazzjoni fis-settur tal-mużika, b'mod partikolari s-settur tal-mużika live, anke permezz tan-netwerking, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni ta' xogħlijiet u ta' repertorju mużikali Ewropej diversifikati fl-Ewropa u lil hinn minnha, it-taħriġ, il-parteċipazzjoni fil-mużika u l-aċċess għall-mużika, l-iżvilupp tal-udjenzi, il-viżibbiltà u r-rikonoxximent ta' dawk li joħolqu xogħlijiet artistiċi, tal-promoturi u tal-artisti, b'mod partikolari dawk żgħażagħ u emerġenti, kif ukoll appoġġ għall-ġbir u l-analiżi tad-data;

Emenda    115

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Appoġġ għas-settur tal-kotba u tal-pubblikazzjoni: azzjonijiet immirati għall-promozzjoni tad-diversità, tal-kreattività u tal-innovazzjoni, b'mod partikolari t-traduzzjoni u l-promozzjoni tal-letteratura Ewropea fost il-fruntieri fl-Ewropa u lil hinn minnha, taħriġ u skambji għall-professjonisti fis-settur, l-awturi u t-tradutturi kif ukoll proġetti transnazzjonali għall-kollaborazzjoni, l-innovazzjoni u l-iżvilupp fis-settur;

(b)  Appoġġ għas-settur tal-kotba u tal-pubblikazzjoni: azzjonijiet immirati għall-promozzjoni tad-diversità, tal-kreattività, tal-innovazzjoni, b'mod partikolari t-traduzzjoni, l-adattament f'formats aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità, il-promozzjoni tal-letteratura Ewropea bejn il-fruntieri fl-Ewropa u lil hinn minnha, anke permezz tal-libreriji, it-taħriġ u l-iskambji għall-professjonisti fis-settur, l-awturi u t-tradutturi kif ukoll proġetti transnazzjonali għall-kollaborazzjoni, l-innovazzjoni u l-iżvilupp fis-settur;

Emenda    116

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Appoġġ għas-setturi tal-arkitettura u tal-wirt kulturali: azzjonijiet immirati għall-mobbiltà tal-operaturi, il-bini tal-kapaċità, l-iżvilupp tal-udjenzi u l-internazzjonalizzazzjoni tas-setturi tal-wirt kulturali u tal-arkitettura, il-promozzjoni ta' Baukultur, l-appoġġ għas-salvagwardja, għall-konservazzjoni u għat-titjib tal-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli u tal-valuri tiegħu permezz ta' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, ta' netwerking u ta' tagħlim bejn il-pari;

(c)  Appoġġ għas-setturi tal-wirt kulturali u għall-arkitettura: azzjonijiet immirati għall-mobbiltà tal-operaturi, ir-riċerka, l-istabbiliment ta' standards ta' kwalità għolja, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, il-kondiviżjoni tal-għarfien u l-ħiliet professjonali għall-artiġjani, l-involviment tal-udjenzi, l-appoġġ għas-salvagwardja, il-konservazzjoni, ir-riġenerazzjoni tal-ispazji tal-ħajja, l-użu mill-ġdid adattiv, il-promozzjoni tal-Baukultur, is-sostenibbiltà, id-disseminazzjoni, it-titjib u l-internazzjonalizzazzjoni tal-wirt kulturali u tal-valuri tiegħu permezz ta' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, ta' netwerking, ta' tagħlim bejn il-pari;

Emenda    117

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  Appoġġ għal setturi oħra: azzjonijiet immirati favur l-iżvilupp tal-aspetti kreattivi tas-setturi tad-disinn u tal-moda u tat-turiżmu kulturali, kif ukoll il-promozzjoni u r-rappreżentanza tagħhom barra l-Unjoni Ewropea.

(d)  Appoġġ għal setturi oħra: azzjonijiet ta' promozzjoni mmirati favur l-iżvilupp tal-aspetti kreattivi ta' setturi oħra, inklużi s-setturi tad-disinn u tal-moda u turiżmu kulturali sostenibbli, kif ukoll il-promozzjoni u r-rappreżentanza tagħhom barra l-Unjoni Ewropea.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Appoġġ għas-setturi kulturali u kreattivi kollha fl-oqsma ta' ħtieġa komuni, billi azzjoni settorjali tista' tiġi żviluppata kif ikun xieraq fil-każijiet fejn l-ispeċifiċitajiet ta' subsettur jiġġustifikaw approċċ immirat. Għandu jittieħed approċċ orizzontali għall-proġetti transnazzjonali għall-kollaborazzjoni, għall-mobbiltà u għall-internazzjonalizzazzjoni, inkluż permezz ta' programmi ta' residenza, tours, avvenimenti, live performances, wirjiet u festivals, kif ukoll għall-promozzjoni tad-diversità, il-kreattività u l-innovazzjoni, it-taħriġ u l-iskambji għal professjonisti tas-settur, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, in-netwerking, il-ħiliet, l-iżvilupp tal-udjenzi u l-ġbir u l-analiżi tad-data. L-azzjonijiet settorjali għandhom jibbenefikaw minn baġits li jkunu proporzjonati għas-setturi identifikati bħala prijoritajiet. L-azzjonijiet settorjali għandhom jgħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw is-setturi ta' prijorità differenti identifikati f'dan l-Anness, billi jibnu fuq il-proġetti pilota eżistenti u fuq azzjonijiet preparatorji.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Azzjonijiet speċjali bl-għan li d-diversità u l-wirt kulturali Ewropej isiru viżibbli u tanġibbli, u biex jitrawwem id-djalogu interkulturali:

Azzjonijiet speċjali bl-għan li l-identità Ewropea u d-diversità u l-wirt kulturali tagħha jsiru viżibbli u tanġibbli, u biex jitrawwem id-djalogu interkulturali:

Emenda    120

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew jiżgura appoġġ finanzjarju għad-Deċiżjoni Nru 1194/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34;

(b)  Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew jiżgura appoġġ finanzjarju għad-Deċiżjoni Nru 1194/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34 u n-netwerk tas-siti taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew;

__________________

__________________

34 Id-Deċiżjoni Nru 1194/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Novembru 2011 li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew (ĠU L 303, 22.11.2011, p. 1).

34 Id-Deċiżjoni Nru 1194/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Novembru 2011 li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew (ĠU L 303, 22.11.2011, p. 1).

Emenda    121

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Il-premjijiet kulturali tal-UE;

(c)  Il-premjijiet kulturali tal-UE, inkluż il-Premju Teatrali Ewropew;

Emenda    122

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  azzjonijiet favur produzzjonijiet interdixxiplinari relatati mal-Ewropa u mal-valuri tagħha;

Emenda    123

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-prijoritajiet tal-fergħa MEDIA tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 5 għandhom iqisu d-differenzi bejn il-pajjiżi rigward il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-aċċess għall-kontenut awdjoviżiv, kif ukoll id-daqs u l-ispeċifiċitajiet tas-swieq rispettivi u għandhom jiġu segwiti, fost l-oħrajn, permezz ta' dawn li ġejjin:

Il-prijoritajiet tal-fergħa MEDIA tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 5 għandhom iqisu r-rekwiżiti tad-Direttiva 2010/13/UE u d-differenzi bejn il-pajjiżi rigward il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-aċċess għall-kontenut awdjoviżiv, kif ukoll id-daqs u l-ispeċifiċitajiet tas-swieq rispettivi u għandhom jiġu segwiti, fost l-oħrajn, permezz ta' dawn li ġejjin:

Emenda    124

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  L-iżvilupp ta' xogħlijiet awdjoviżivi;

(a)  L-iżvilupp ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej, b'mod partikolari films u xogħlijiet tat-televiżjoni bħal films ta' finzjoni, films qosra, dokumentarji, films tat-tfal u films animati, u xogħlijiet interattivi bħal video games u multimedia ta' kwalità u narrattivi, li jkollhom potenzjal akbar ta' ċirkolazzjoni transfruntiera u magħmula minn kumpaniji Ewropej ta' produzzjoni indipendenti;

Emenda    125

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Il-produzzjoni ta' kontenut televiżiv u xenarji ta' sensiliet innovattivi;

(b)  Il-produzzjoni ta' kontenut televiżiv u xenarji ta' sensiliet innovattivi u ta' kwalità għall-etajiet kollha, bl-appoġġ tal-kumpaniji Ewropej ta' produzzjoni indipendenti;

Emenda    126

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  Appoġġ għal inizjattivi dedikati għall-ħolqien u għall-promozzjoni ta' xogħlijiet relatati mal-istorja tal-integrazzjoni Ewropea u mal-istejjer Ewropej.

Emenda    127

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Għodod ta' reklamar u ta' kummerċjalizzazzjoni, inkluż dawk online u bl-użu tal-analiżi tad-data biex ix-xogħlijiet Ewropej tiżdidilhom il-prominenza, il-viżibbiltà, l-aċċess transfruntiera, u jilħqu udjenzi akbar;

(c)  Għodod ta' promozzjoni, ta' reklamar u ta' kummerċjalizzazzjoni, inkluż dawk online u bl-użu tal-analiżi tad-data biex ix-xogħlijiet Ewropej tiżdidilhom il-prominenza, il-viżibbiltà, l-aċċess transfruntier, u jilħqu udjenzi akbar;

Emenda    128

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  Appoġġ għall-bejgħ u ċ-ċirkolazzjoni internazzjonali ta' xogħlijiet Ewropej mhux nazzjonali fuq il-pjattaformi kollha, inkluż permezz ta' strateġiji ta' distribuzzjoni koordinati li jkopru diversi pajjiżi;

(d)  Appoġġ għall-bejgħ u ċ-ċirkolazzjoni internazzjonali ta' xogħlijiet Ewropej mhux nazzjonali fuq il-pjattaformi kollha, kemm għall-produzzjonijiet żgħar kif ukoll għal dawk kbar, inkluż permezz ta' strateġiji ta' distribuzzjoni koordinati li jkopru diversi pajjiżi u s-sottotitolar, id-doppjaġġ u d-deskrizzjoni awdjo;

Emenda    129

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  Azzjonijiet li jkollhom l-għan li jappoġġaw lill-pajjiżi ta' kapaċità baxxa biex itejbu n-nuqqasijiet rispettivi identifikati tagħhom;

Emenda    130

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  Appoġġ għall-iskambji minn negozju għal negozju u attivitajiet ta' netwerking biex il-koproduzzjonijiet Ewropej u internazzjonali jiġu faċilitati;

(e)  Appoġġ għall-iskambji minn negozju għal negozju u attivitajiet ta' netwerking biex il-koproduzzjonijiet Ewropej u internazzjonali u ċ-ċirkolazzjoni ta' xogħlijiet Ewropej jiġu faċilitati;

Emenda    131

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  Appoġġ għan-netwerks Ewropej tal-persuni li joħolqu xogħlijiet artistiċi awdjoviżivi minn pajjiżi differenti li jkollhom l-għan li jrawmu t-talenti kreattivi fis-settur awdjoviżiv;

Emenda    132

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)  Miżuri speċifiċi biex jikkontribwixxu għat-trattament ġust tat-talent kreattiv fis-settur awdjoviżiv;

Emenda    133

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  Inizjattivi li jippromwovu l-iżvilupp tal-udjenzi u l-edukazzjoni dwar il-films, li jindirizzaw b'mod partikolari lill-udjenzi żgħażagħ;

(g)  Inizjattivi li jippromwovu l-iżvilupp u l-involviment tal-udjenzi, b'mod partikolari fiċ-ċinema, u l-edukazzjoni ċinematografika u awdjoviżiva, li jindirizzaw b'mod partikolari lill-udjenzi żgħażagħ;

Emenda    134

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  Attivitajiet ta' taħriġ u ta' mentoraġġ biex tittejjeb il-kapaċità tal-operaturi awdjoviżivi li jadattaw għal żviluppi ġodda tas-suq u għat-teknoloġiji diġitali;

(h)  Attivitajiet ta' taħriġ u ta' mentoraġġ biex tittejjeb il-kapaċità tal-operaturi awdjoviżivi, inklużi l-artiġjani u n-nies tas-sengħa, biex jadattaw għal żviluppi ġodda tas-suq u għat-teknoloġiji diġitali;

Emenda    135

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  Netwerk ta' operaturi ta' servizzi Video on Demand (VOD), li juru proporzjon sinifikanti ta' films Ewropej mhux nazzjonali;

(i)  Netwerk wieħed jew aktar ta' operaturi ta' servizzi Video on Demand (VOD), li juru proporzjon sinifikanti ta' films Ewropej mhux nazzjonali;

Emenda    136

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  Netwerk(s) ta' festivals Ewropej li juru proporzjon sinifikanti ta' films Ewropej mhux nazzjonali;

(j)  Festivals Ewropej u netwerks ta' festivals Ewropej li juru u li jippromwovu varjetà ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej, bi proporzjon sinifikanti ta' films Ewropej mhux nazzjonali;

Emenda    137

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  Netwerk ta' operaturi taċ-ċinema Ewropej li juru proporzjon sinifikanti ta' films Ewropej mhux nazzjonali;

(k)  Netwerk ta' operaturi taċ-ċinema Ewropej li juru proporzjon sinifikanti ta' films Ewropej mhux nazzjonali, li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tar-rwol tas-swali taċ-ċinema fil-katina tal-valur u li jenfasizza l-wiri pubbliku tal-films bħala esperjenza soċjali;

Emenda    138

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2 – paragrafu 1 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)  Miżuri speċifiċi li jikkontribwixxu għal parteċipazzjoni aktar bilanċjata bejn is-sessi fis-settur awdjoviżiv;

(l)  Miżuri speċifiċi, inklużi attivitajiet ta' mentoraġġ u ta' netwerking, li jikkontribwixxu għal parteċipazzjoni aktar bilanċjata bejn is-sessi fis-settur awdjoviżiv;

Emenda    139

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2 – paragrafu 1 – punt na (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(na)  Appoġġ għaċ-ċirkolazzjoni ta' kontenut kulturali televiżiv online u offline u aċċess għalih b'diversi lingwi, inkluż permezz ta' sottotitoli, għall-promozzjoni tar-rikkezza u d-diversità tal-wirt kulturali Ewropew, il-kreazzjonijiet kontemporanji u l-lingwi.

Emenda    140

Proposta għal regolament

Anness I – punt 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  L-iżvilupp tal-politika, l-iskambju transnazzjonali tal-esperjenzi u tal-għarfien, l-attivitajiet ta' tagħlim bejn il-pari u n-netwerking fost l-organizzazzjonijiet kulturali u kreattivi u dawk li jfasslu l-politika, ta' natura transsettorjali;

(a)  L-iżvilupp tal-politika, l-iskambju transnazzjonali tal-esperjenzi u tal-għarfien, l-attivitajiet ta' tagħlim bejn il-pari, inkluż il-mentoraġġ tal-pari għal parteċipanti ġodda fil-Programm, is-sensibilizzazzjoni u n-netwerking fost l-organizzazzjonijiet kulturali u kreattivi u dawk li jfasslu l-politika ta' natura transsettorjali, anke permezz ta' djalogu strutturali permanenti mal-partijiet ikkonċernati, u ma' Forum ta' Setturi Kulturali u Kreattivi għat-tisħiħ tad-djalogu u l-orjentazzjoni tal-politiki settorjali;

Emenda    141

Proposta għal regolament

Anness I – punt 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Inkoraġġiment biex jinħolqu forom ġodda fit-tlaqqigħ bejn setturi kulturali u kreattivi differenti, pereżempju bl-użu ta' teknoloġiji innovattivi;

(a)  Inkoraġġiment biex jinħolqu forom ġodda fit-tlaqqigħ bejn setturi kulturali u kreattivi differenti, u ma' operaturi ta' setturi oħra, pereżempju bl-użu ta', u l-mentoraġġ fl-użu ta', teknoloġiji innovattivi f'organizzazzjonijiet kulturali u kollaborazzjoni permezz ta' hubs diġitali;

Emenda    142

Proposta għal regolament

Anness I – punt 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  Azzjonijiet favur produzzjonijiet interdixxiplinari relatati mal-Ewropa u mal-valuri tagħha;

Emenda    143

Proposta għal regolament

Anness I – punt 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Il-promozzjoni tal-programm f'livell nazzjonali u l-forniment ta' informazzjoni dwar id-diversi tipi ta' appoġġ finanzjarju disponibbli skont il-politika tal-Unjoni;

(a)  Il-promozzjoni tal-programm f'livell nazzjonali u l-forniment ta' informazzjoni rilevanti dwar id-diversi tipi ta' appoġġ finanzjarju disponibbli skont il-politika tal-Unjoni u dwar il-kriterji, il-proċedura u r-riżultati tal-evalwazzjoni;

Emenda    144

Proposta għal regolament

Anness I – punt 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  It-tħeġġiġ tal-kooperazzjoni transfruntiera bejn il-professjonisti, l-istituzzjonijiet, il-pjattaformi u n-netwerks fl-oqsma ta' politika u fis-setturi koperti mill-programm u bejniethom;

(b)  L-appoġġ għal benefiċjarji potenzjali fil-proċess ta' applikazzjoni, it-tħeġġiġ tal-kooperazzjoni transfruntiera u tal-iskambju tal-aħjar prattiki bejn il-professjonisti, l-istituzzjonijiet, il-pjattaformi u n-netwerks fl-oqsma ta' politika u fis-setturi koperti mill-programm u bejniethom;

Emenda    145

Proposta għal regolament

Anness I – punt 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  L-appoġġ għall-Kummissjoni biex tiżgura komunikazzjoni u disseminazzjoni xierqa tar-riżultati tal-programm liċ-ċittadini.

(c)  L-appoġġ għall-Kummissjoni biex tiżgura komunikazzjoni u disseminazzjoni xierqa tar-riżultati tal-programm liċ-ċittadini u lill-operaturi kemm minn isfel għal fuq u minn fuq għal isfel.

Emenda    146

Proposta għal regolament

Anness I – punt 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  L-indirizzar tal-bidliet strutturali li qed jiffaċċja s-settur tal-media, permezz tal-promozzjoni u l-monitoraġġ ta' ambjent medjatiku diversifikat u pluralistiku;

(a)  L-indirizzar tal-bidliet strutturali u teknoloġiċi li qed jiffaċċja s-settur tal-media tal-aħbarijiet, permezz tal-promozzjoni ta' ambjent medjatiku indipendenti u pluralistiku u bl-appoġġ ta' monitoraġġ indipendenti għall-valutazzjoni tar-riskji u tal-isfidi għall-pluraliżmu u għal-libertà tal-media;

Emenda    147

Proposta għal regolament

Anness I – punt 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  L-appoġġ għal standards għoljin tal-produzzjoni tal-media billi jitrawmu l-kooperazzjoni, il-ġurnaliżmu ta' kollaborazzjoni transfruntiera, u l-kontenut ta' kwalità;

(b)  L-appoġġ għal standards għoljin tal-produzzjoni tal-media billi jitrawmu l-kooperazzjoni, il-ħiliet diġitali, il-ġurnaliżmu ta' kollaborazzjoni transfruntiera, u l-kontenut ta' kwalità u mudelli ekonomiċi tal-media sostenibbli biex tiġi żgurata l-etika professjonali fil-ġurnaliżmu;

Emenda    148

Proposta għal regolament

Anness I – punt 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Il-promozzjoni tal-litteriżmu medjatiku sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jiżviluppaw fehim kritiku tal-media.

(c)  Il-promozzjoni tal-litteriżmu medjatiku sabiex iċ-ċittadini, b'mod partikolari ż-żgħażagħ, ikunu jistgħu jiżviluppaw fehim kritiku tal-media u l-appoġġ tal-ħolqien ta' pjattaforma tal-Unjoni għall-kondiviżjoni ta' prattiki u politiki tal-litteriżmu medjatiku fost l-Istati Membri kollha, anke permezz ta' netwerks universitarji ta' radju u media li jittrattaw l-Ewropa u jipprovdu lill-professjonisti tal-media tal-aħbarijiet bi programmi ta' taħriġ sabiex jagħrfu u jindirizzaw id-diżinformazzjoni.

Emenda    149

Proposta għal regolament

Anness I – punt 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  It-tħeġġiġ u s-salvagwardja tad-djalogu politiku u tas-soċjetà ċivili dwar theddid għal-libertà tal-media u l-pluraliżmu tal-media fl-Ewropa;

Emenda    150

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  INDIKATURI KOMUNI KWALITATTIVI U KWANTITATTIVI TAL-IMPATT TAL-PROGRAMM

 

(1)  Il-benefiċċju għaċ-ċittadini u għall-komunitajiet;

 

(2)  Il-benefiċċju għat-tisħiħ tad-diversità kulturali u tal-wirt kulturali Ewropej;

 

(3)  Il-benefiċċju għall-ekonomija u l-impjiegi tal-Unjoni, b'mod partikolari s-setturi kulturali u kreattivi u l-SMEs;

 

(4)  L-integrazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, inklużi r-relazzjonijiet kulturali internazzjonali;

 

(5)  Il-valur miżjud Ewropew tal-proġetti;

 

(6)  Il-kwalità tas-sħubijiet u tal-proġetti kulturali;

 

(7)  L-għadd ta' persuni li jaċċessaw xogħlijiet kulturali u kreattivi Ewropej appoġġati mill-Programm;

 

(8)  L-għadd ta' postijiet tax-xogħol marbuta mal-proġetti ffinanzjati;

 

(9)  Il-bilanċ bejn is-sessi, meta meħtieġ, il-mobbiltà u l-awtonomizzazzjoni tal-operaturi fis-setturi kulturali u kreattivi.


NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni – Valutazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni mir-Rapporteur

Ewropa Kreattiva hija l-uniku programm dirett tal-UE għas-setturi kreattivi, kulturali u awdjoviżivi u kkonsolidat ir-rwol tagħha f'dan ir-rigward, b'kontinwità ma' programmi preċedenti, u b'mod partikolari bil-prattika ta' skambji u djalogu bejn professjonisti fl-istituzzjonijiet tal-artisti u l-istituzzjonijiet kulturali tal-Istati Membri. Ewropa Kreattiva 2021-2027 żammet l-isem u l-awtonomija tal-programm, l-istruttura, l-objettivi u l-filosofija ewlenin tagħha. Ir-Rapporteur tirrikonoxxi l-maturità u l-kontinwità tagħha mal-programm preċedenti iżda tilqa' wkoll xi novitajiet, bħal azzjonijiet dedikati għall-mobbiltà tal-artisti, il-patrimonju u l-arkitettura, is-settur tal-mużika u l-media pluralistika. Madankollu, tissottolinja li l-integrazzjoni ta' prijoritajiet ġodda tinvolvi żieda fil-pakkett finanzjarju.

Ir-Rapporteur tilqa' l-integrazzjoni ta' diversi suġġerimenti mir-Rapport ta' Implimentazzjoni tal-Parlament dwar il-Programm Ewropa Kreattiva, adottat fl-2017, iżda jiddispjaċiha li l-proposta ma tiddefinix l-azzjonijiet b'mod aktar preċiż. B'mod ġenerali, ir-Rapporteur tqis li l-proposta mhijiex dettaljata jew preċiża biżżejjed. Dan iħalli spazju kbir wisq għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni f'idejn il-KE, b'tali mod li r-Rapporteur ma tqisx li huwa aċċettabbli għall-Parlament bħala koleġiżlatur, iżda dan joħloq ukoll inċertezza għall-benefiċjarji. Għalhekk, diversi emendi ġew proposti biex jiddefinixxu aħjar il-prijoritajiet u l-azzjonijiet fil-fergħat. In-nota ta' spjegazzjoni attwali tagħti ħarsa ġenerali lejn il-kwistjonijiet ewlenin indirizzati fl-emendi.

Baġit

Il-Programm Ewropa Kreattiva huwa nieqes mill-fondi u b'rati ta' suċċess estremament baxxi, li jaġixxu bħala fattur dissważiv, jiġġeneraw frustrazzjoni lejn il-programm u jżommu lil ħafna atturi milli japplikaw. Għalhekk, ir-Rapporteur tħeġġeġ li l-baġit jiżdied b'mod sostanzjali mill-EUR 1,85 biljun proposti għal EUR 2,806 biljun, jiġifieri d-doppju tal-baġit kurrenti ta' EUR 1,46 biljun, kif mitlub matul it-tnedija tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali f'Milan f'Diċembru 2017. Barra minn hekk, il-qsim tal-baġit f'fergħat għandu jiġi eżegwit f'perċentwali aktar milli f'ċifri, b'allokazzjoni speċjali garantita għall-proġetti ta' Kooperazzjoni fil-fergħa KULTURA, fejn ir-rata ta' suċċess baqgħet l-aktar baxxa.

Definizzjonijiet u objettivi

Il-Kummissjoni introduċiet possibbiltà ġdida għal proġetti kreattivi u kulturali, li kisbu punteġġ għoli ta' evalwazzjoni, biex jibbenefikaw miċ-ċertifikazzjoni tas-Siġill ta' Eċċellenza. Madankollu, mingħajr kontroreferenza fi programmi oħra, ir-Rapporteur tqis li din id-dispożizzjoni hija fraġli. Barra minn hekk, l-aċċess għal dan it-tip ta' finanzjament għandu jiġi ffaċilitat b'mod ċar. Ir-Rapporteur tixtieq tiżgura wkoll li l-programm jiġi indirizzat kemm lill-operaturi kulturali bi skop ta' qligħ kif ukoll lil dawk mingħajr skop ta' qligħ.

Ġie introdott objettiv ġenerali ġdid li jirrikonoxxi l-valur intrinsiku tal-kultura, u li jippromwovi l-artisti u l-operaturi kulturali, u l-kontribut tal-kultura għall-iżvilupp personali u soċjali taċ-ċittadini.

Introduzzjoni mill-ġdid tal-valur miżjud tal-UE

Ir-Rapporteur terġa' tintroduċi l-artikolu dwar il-valur miżjud tal-UE, li mhuwiex preżenti fil-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni, bħala l-prekundizzjoni biex wieħed jirċievi appoġġ mill-programm, filwaqt li jenfasizza b'mod partikolari s-sens ta' appartenenza li l-kultura ġġib liċ-ċittadini u tinkoraġġixxi n-narrattiva tal-għeruq komuni u l-unità fid-diversità.

Prijoritajiet u azzjonijiet tal-fergħa KULTURA

Ir-Rapporteur tilqa' l-istruttura l-ġdida tal-fergħa KULTURA, billi tintroduċi azzjonijiet orizzontali, settorjali u speċifiċi u, b'mod partikolari, l-azzjonijiet orizzontali l-ġodda dwar il-mużika u l-mobbiltà tal-artisti u l-professjonisti kulturali. Għandu jiġi enfasizzat li huma meħtieġa aktar sforzi fil-livell tal-Istati Membri sabiex jingħelbu l-ostakli għall-mobbiltà tal-artisti, bħan-nuqqas ta' status legali, il-ħruġ tal-viżi, it-tul ta' permessi u r-riskju ta' tassazzjoni doppja, biex l-iskema jkun jista' jkollha impatt reali fis-snin li ġejjin. Ir-Rapporteur tixtieq tiċċara li bil-Programm il-ġdid "Music Moves Europe", il-proġetti ta' kooperazzjoni dwar il-mużika ma jiġux esklużi mill-proġetti ta' kooperazzjoni transnazzjonali.

Rigward l-għotjiet, ir-Rapporteur tintroduċi tliet kriterji li permezz tagħhom jistgħu jingħataw: kwalità kulturali għolja, impatt u kwalità u effiċjenza fl-implimentazzjoni.

Fir-rigward tal-proġetti ta' kooperazzjoni, li huma l-azzjoni ċentrali tal-programm u li bnew is-suċċess tiegħu matul is-snin, dawn għandhom jissaħħu. Il-baġit irid jiżdied u għandha tingħata attenzjoni speċjali għal proġetti ta' daqs żgħir billi r-rata ta' kofinanzjament tiġi adattata u tiġi introdotta kategorija ta' proġetti ta' daqs mikro.

Il-pjattaformi u n-netwerks qed jiffunzjonaw tajjeb u għandhom ikomplu, billi jkopru kemm jista' jkun setturi. Ir-Rapporteur ittenni x-xewqa tagħha, diġà espressa fir-Rapport ta' Implimentazzjoni, li jiġu introdotti mill-ġdid fost il-Premjijiet Ewropej, Premju Teatrali Ewropew, billi titqies l-esperjenza tal-Premju Teatrali Europa, maħluq fl-1986 mill-Kummissjoni Ewropea u ffinanzjat minn programmi preċedenti sal-2014.

Fl-azzjonijiet speċjali, ir-Rapporteur tintroduċi kategorija ġdida: azzjonijiet immirati lejn produzzjonijiet interdixxiplinari relatati mal-Ewropa u l-valuri tagħha.

Prijoritajiet u azzjonijiet tal-fergħa MEDIA

B'mod ġenerali, ir-Rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-fergħa MEDIA u l-attivitajiet tagħha iżda tindika li ċerti aspetti għandhom jiġu ċċarati. Fl-azzjoni għall-iżvilupp ta' xogħlijiet awdjoviżivi, ir-Rapporteur tenfasizza l-ġeneri li għandhom jiġu appoġġati permezz ta' referenza espliċita ta' films ta' finzjoni, dokumentarji, films għat-tfal u films animati, xogħlijiet interattivi bħall-video games u l-multimedia b'potenzjal imtejjeb għaċ-ċirkolazzjoni transfruntiera. Il-programm MEDIA dejjem appoġġa kumpaniji Ewropej ta' produzzjoni indipendenti u din il-kundizzjoni għandha tkompli, speċjalment fid-dawl tal-kompetizzjoni diffiċli ma' kumpaniji ta' produzzjoni u xandara kbar ħafna. Ir-Rapporteur mhijiex konvinta dwar il-proposta li jiġu appoġġati l-festivals tal-films permezz ta' netwerk wieħed jew aktar biss, filwaqt li tiġi apprezzata ħafna l-inklużjoni ta' enfasi fuq il-ġeneri.

Prijoritajiet u azzjonijiet fil-fergħa TRANSSETTORJALI

Il-fergħa TRANSSETTORJALI finalment tidher li qed tissaħħaħ bl-għan oriġinali tagħha minn nieqa ta' interazzjoni bejn is-setturi, b'laboratorji kreattivi, it-tfassil tal-politika u l-ġbir tad-data.

Ir-Rapporteur tilqa' l-inizjattiva dwar il-promozzjoni ta' ambjent medjatiku diversifikat u pluralistiku u titlob li jkun hemm viżjoni b'saħħitha u governanza kondiviża mis-servizzi tal-Kummissjoni. L-għanijiet ewlenin ta' din l-azzjoni jkunu li tiżgura l-etika professjonali fil-ġurnaliżmu billi tappoġġja l-ħiliet diġitali iżda wkoll ittejjeb l-iżvilupp tal-ħsieb kritiku u l-litteriżmu medjatiku fost iċ-ċittadini.

Waħda mill-akbar sfidi ta' din il-proposta hija li tinżamm il-Faċilità ta' Garanzija għas-Setturi Kulturali u Kreattivi, stabbilita mir-Regolament 1295/2013. Il-Garanzija kienet waħda mill-istrumenti finanzjarji bl-aħjar prestazzjoni.

Fi ħdan il-proposti attwali tal-QFP, il-Garanzija tmexxiet għar-Regolament InvestEU. Huwa imperattiv li jiġi żgurat li l-ispeċifiċità u l-għarfien espert (it-tisħiħ tal-kapaċitajiet) ma jintilfux u li s-setturi kreattivi u kulturali ma jkunux obbligati jikkompetu għall-finanzjament ma' setturi oħra. Għalhekk, qed jiżdiedu kontroreferenzi għar-Regolament InvestEU.

Osservatorju Ewropew għas-Setturi Kulturali u Kreattivi

Meta wieħed iqis il-kumplessità fil-kejl tal-impatt tal-politiki kulturali u d-definizzjoni tal-indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi rilevanti, il-Kummissjoni għandha tafda din il-missjoni lil osservatorju indipendenti, stabbilit bl-istrutturi eżistenti tagħha stess, bħaċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta, li jaġixxi f'netwerk ma' ċentri Ewropej ta' eċċellenza, u f'kollaborazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa, l-OECD u l-UNESCO, sabiex jibbenefika mill-għarfien espert eżistenti.

Ir-Rapporteur tixtieq issaħħaħ id-djalogu bejn l-organizzazzjonijiet kulturali u kreattivi u dawk li jfasslu l-politika permezz ta' djalogu strutturali permanenti mal-partijiet ikkonċernati u l-Forum annwali tas-Setturi Kulturali u Kreattivi għal djalogu u orjentazzjoni tal-politiki tas-setturi, li jippermetti skambji transsettorjali ġenwini bejn is-setturi kollha, inkluż dak awdjoviżiv. Dan għandu jkun ibbażat fuq l-esperjenza pożittiva tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati u tas-soċjetà ċivili fis-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali.

Dimensjoni internazzjonali u pajjiżi terzi assoċjati

Ir-Rapporteur hija tal-fehma li l-ftehimiet mal-pajjiżi terzi diġà assoċjati ma' Ewropa Kreattiva, taħt ir-Regolament 1295/2013 għandhom jiġu ffaċilitati u aċċelerati sabiex jinkludu dawk il-pajjiżi mill-bidu nett tal-implimentazzjoni tal-programm il-ġdid. Għandu jsir aktar sforz biex il-pajjiżi l-ġodda jitħeġġu jissieħbu fil-programm. Il-Kummissjoni għandha tadotta approċċ proattiv għall-ammissjoni ta' pajjiżi ġodda permezz ta' ftehimiet bilaterali.

Ir-Rapporteur hija tal-fehma li l-attivitajiet b'dimensjoni internazzjonali għandhom jitwettqu taħt l-isem Ewropa Kreattiva Mundus.

Skrutinju tal-Parlament u programmi ta' ħidma

Ir-Rapporteur taqbel mal-Kummissjoni dwar il-fatt li l-Programm jirrikjedi flessibbiltà fil-perjodu ta' implimentazzjoni tiegħu ta' seba' snin. Ir-Regolament propost isawwar struttura konċiża li hija milqugħa tajjeb fl-isforz ta' simplifikazzjoni tagħha. Madankollu, il-flessibbiltà tal-programm mhijiex dwar l-għażliet fundamentali tal-politika. Taħt il-proposta għal regolament, prijoritajiet politiċi ġodda, inkluża l-bidla tal-Faċilità ta' Garanzija għall-istrument il-ġdid InvestEU, u l-allokazzjonijiet baġitarji korrispondenti jitħallew għall-programmi ta' ħidma. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, huwa meħtieġ li dawn il-programmi ta' ħidma jiġu adottati permezz ta' atti delegati, pjuttost milli permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Approċċ ta' dan it-tip huwa mfassal biex iżomm il-flessibbiltà tal-programm u jiżgura li l-Parlament jeżerċita bis-sħiħ id-dritt tiegħu ta' skrutinju u jżomm lill-eżekuttiv responsabbli. L-unika alternattiva għal dan l-approċċ tkun li jiġi rregolat fid-dettall, li jmur kontra l-ispirtu ta' flessibbiltà li jispira t-test.

Monitoraġġ, evalwazzjoni u indikaturi

Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta' nofs it-terminu mill-aktar fis possibbli, sabiex tissottometti r-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu lill-Parlament u lill-Kunsill fi żmien xieraq (il-31 ta' Diċembru 2024) sabiex tippermetti tħejjija sinifikanti tal-programm sussegwenti.

Il-Kummissjoni għandha wkoll tevalwa regolarment l-effiċjenza tal-indikaturi tal-impatt stabbiliti fl-Anness II u għandha s-setgħa li tadotta att delegat sabiex teżamina mill-ġdid jew tissupplementa dawn l-indikaturi. Ir-Rapporteur tinsisti li l-programm għandu jinkludi indikaturi tal-impatt kemm kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi u li l-fergħat għandu jkollhom sett komuni ta' indikaturi kwalitattivi u settijiet dedikati ta' indikaturi kwantitattivi. Ir-Rapporteur tipproponi l-linji gwida għall-istabbilimenti ta' dawk l-indikaturi kwalitattivi. L-indikaturi kollha se jiġu vvalutati u, jekk meħtieġ, emendati permezz ta' att delegat sal-31 ta' Diċembru 2022.

Ir-Rapporteur taqbel mal-inklużjoni tal-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea u tal-Akkademja Ewropea tal-Films bħala benefiċjarji, li jistgħu jingħataw għotja mingħajr sejħa għal proposta iżda tippreferi l-introduzzjoni ta' informazzjoni addizzjonali dwar il-missjoni u l-evalwazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni. L-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea tirċievi għotja għall-attivitajiet li jikkontribwixxu għall-mobbiltà tal-mużiċisti żgħażagħ u l-internazzjonalizzazzjoni tal-karrieri tagħhom u ċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet Ewropej bejn il-fruntieri. L-Akkademja Ewropea tal-Films tirċievi għotja għal attivitajiet li jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-produzzjoni ċinematografika Ewropea u b'mod partikolari l-Premju Ċinematografiku LUX. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta regolarment kemm li l-missjonijiet jiġu ssodisfati kif ukoll li l-objettivi jintlaħqu miż-żewġ organizzazzjonijiet.

21.11.2018


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013

(COM(2018)0366 – C8-0237/2018 – 2018/0190(COD))

Rapporteur għal opinjoni: John Howarth

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-Industrija Kreattiva fl-Unjoni Ewropea hija settur tat-tkabbir iżda qiegħda tiffaċċja wkoll sfidi sostanzjali. Il-programm Ewropa Kreattiva huwa maħsub biex jippermetti lis-setturi kreattivi, kulturali u tal-midja jindirizzaw aħjar dawn l-isfidi u jappoġġjaw u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' kultura Ewropea li tirrifletti l-valuri tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni pproponiet li Ewropa Kreattiva jiġi ffinanzjat b'€1.642 miljun fi prezzijiet (kostanti) tal-2018 (€1.850 miljun bil-prezzijiet attwali) fi ħdan il-QFP 2021-27, imqassma fi programmi kif ġej: €541m (€609m) Kultura, €959m (€1.081m) Midja u €142m (€142m) għal proġetti Transsettorjali. L-ammonti kollha għandhom jitqiesu indikattivi sal-konklużjoni tal-proċess tal-QFP u hawnhekk huma espressi fi prezzijiet kostanti biex ikun jista' jsir tqabbil dirett mal-perjodu preċedenti tal-QFP.

Fil-QFP attwali, il-programmi ta' Ewropa Kreattiva kienu sovraskritti b'mod sostanzjali billi kien hemm ħafna aktar applikazzjonijiet għall-proġetti milli setgħu jiġu ffinanzjati fi ħdan il-baġits allokati. Huwa probabbli ħafna li, irrispettivament mis-saldu finali tal-QFP, dan ser ikompli jkun il-każ u l-proġetti li jissodisfaw il-kriterji kollha għall-finanzjament ma jiġux iffinanzjati għal raġunijiet strettament baġitarji. Merħba wkoll bil-kunċett ta' "Siġill ta' Eċċellenza", introdott mill-Kummissjoni sabiex tgħin lil dawn il-proġetti jfittxu finanzjament alternattiv. L-analiżi tal-proġetti mogħtija "Siġill ta' Eċċellenza" tal-UE ser tippermetti lill-evalwazzjonijiet futuri ta' Ewropa Kreattiva jivvalutaw aħjar il-livell kwalitattiv ta' sovraskrizzjoni tal-programmi u għaldaqstant għandha tiġi inkluża fir-rapportar baġitarju futur tal-programm.

Ewropa Kreattiva jirċievi wkoll finanzjament minn strumenti oħra ta' finanzjament tal-UE (il-Viċinat, il-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Internazzjonali, l-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni). Il-programm attwali għandu wkoll Desks tal-Ewropa Kreattiva f'12-il pajjiż terz u jirċievi kontribuzzjonijiet. Ir-rapportar tal-kontribuzzjonijiet lil Ewropa Kreattiva minn strumenti oħra ta' finanzjament tal-UE u minn pajjiżi terzi għandu jiġi rrapportat lill-awtorità baġitarja.

Kemm l-Akkademja Ewropea tal-Films kif ukoll l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea żviluppaw rwoli uniċi fil-kultura Ewropea, u b'hekk merħba bil-proposta għall-finanzjament dirett ta' dawn l-istituzzjonijiet.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal Regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Jenħtieġ li l-aġenda Ewropea ġdida għall-kultura jkollha l-għan li tippreserva, tespandi u xxerred xena kulturali vibranti u diversa li tħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta' kulħadd.

Emenda    2

Proposta għal Regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-libertà artistika hija l-qalba ta' setturi kulturali u kreattivi vivaċi, u dan jgħodd ukoll għas-settur tal-mezzi ta' informazzjoni. Il-programm jenħtieġ li jippromwovi kollegamenti u kollaborazzjoni bejn is-settur awdjoviżiv u s-settur tal-pubblikazzjoni sabiex jiġi promoss ambjent medjatiku pluralistiku.

(12)  Il-libertà artistika hija l-qalba ta' setturi kulturali u kreattivi vivaċi, u dan jgħodd ukoll għas-settur tal-mezzi ta' informazzjoni. Il-programm jenħtieġ li jippromwovi kollegamenti u kollaborazzjoni bejn is-settur awdjoviżiv u s-settur tal-pubblikazzjoni għall-promozzjoni, l-appoġġ u l-għajnuna għaż-żamma ta' ambjent medjatiku aktar pluralistiku.

Emenda    3

Proposta għal Regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  B'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Programm, fl-attivitajiet kollha tiegħu, jenħtieġ li jappoġġa l-integrazzjoni bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-għanijiet ta' nondiskriminazzjoni u, fejn applikabbli, jenħtieġ li jiddefinixxi kriterji xierqa ta' bilanċ bejn is-sessi.

(13)  B'konformità mal-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Programm, fl-attivitajiet kollha tiegħu, jenħtieġ li jappoġġja l-integrazzjoni bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-għanijiet ta' nondiskriminazzjoni u, fejn applikabbli, jenħtieġ li jiddefinixxi kriterji xierqa ta' bilanċ bejn is-sessi. Il-parteċipazzjoni fil-Programm u l-proġetti tal-Programm jenħtieġ li jfittxu li jkopru u jirriflettu d-diversità tas-Soċjetà Ewropea, u l-attivitajiet tal-Programm jenħtieġ li jkunu mmonitorjati u jsir rapport dwarhom, sabiex tiġi aċċertata l-prestazzjoni tal-Programm f'dan ir-rigward u dawk li jfasslu l-politiki jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet aktar informati dwar il-programmi futuri.

Emenda    4

Proposta għal Regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dak il-ftehim. Pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. F'dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika biex jingħataw id-drittijiet meħtieġa għall-aċċess, kif ukoll l-aċċess, lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv.

(18)  Pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dak il-ftehim. Pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. F'dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika biex jingħataw id-drittijiet meħtieġa għall-aċċess, kif ukoll l-aċċess, lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. Il-kontribuzzjonijiet ta' pajjiżi terzi għall-programm Ewropa Kreattiva għandhom jiġu rapportati fuq bażi annwali lill-awtorità baġitarja.

Emenda    5

Proposta għal Regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima b'konformità mal-impenji tal-Unjoni rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi lejn l-integrazzjoni ta' azzjonijiet klimatiċi u lejn il-kisba ta' mira ġenerali fejn 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE jappoġġa għanijiet relatati mal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti.

(20)  Filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima b'konformità mal-impenji tal-Unjoni rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, bħala wieħed minn tal-ewwel li jagħmel dan, dan il-Programm ser jikkontribwixxi lejn l-integrazzjoni ta' azzjonijiet klimatiċi u lejn il-kisba ta' mira ġenerali fejn 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE jappoġġja għanijiet relatati mal-klima matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027, kif ukoll l-integrazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli fil-politiki kollha tal-Unjoni. L-azzjonijiet rilevanti ser jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u ser jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta' rieżami rilevanti.

 

Emenda    6

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 1 850 000 000, f'termini ta' prezzijiet attwali.

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 2 806 000 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 3 566 000 000 f'termini ta' prezzijiet attwali).

Ġustifikazzjoni

Emendi għall-pakkett jirriflettu l-QFP.

Emenda    7

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  sa EUR 609 000 000 għall-għan imsemmi fl-Artikolu 3(2)(a) (il-fergħa KULTURA);

–  sa 32,92 % tal-ammont imsemmi fis-subparagrafu 1 tal-paragrafu 1 għall-għan imsemmi fl-Artikolu 3(2)(a) (il-fergħa KULTURA);

Ġustifikazzjoni

Emendi għall-pakkett jirriflettu l-QFP.

Emenda    8

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  sa EUR 1 081 000 000 għall-għan imsemmi fl-Artikolu 3(2)(b) (il-fergħa MEDIA);

–  sa 58,43 % tal-ammont imsemmi fis-subparagrafu 1 tal-paragrafu 1 għall-għan imsemmi fl-Artikolu 3(2)(b) (il-fergħa MEDIA);

Ġustifikazzjoni

Emendi għall-pakkett jirriflettu l-QFP.

Emenda    9

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  sa EUR 160 000 000 għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(2)(c) (il-fergħa TRANSSETTORJALI).

–  sa 8,65 % tal-ammont imsemmi fis-subparagrafu 1 tal-paragrafu 1 għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(2)(c) (il-fergħa TRANSSETTORJALI).

Ġustifikazzjoni

Emendi għall-pakkett jirriflettu l-QFP.

Emenda    10

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Apparti l-pakkett finanzjarju kif indikat fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-Programm, jistgħu jiġu magħmula disponibbli kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali mill-istrumenti ta' finanzjament esterni [l-Istrument tal-Viċinat, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Internazzjonali, l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III)], bħala appoġġ għal azzjonijiet implimentati u ġestiti skont dan ir-Regolament. Din il-kontribuzzjoni għandha tiġi ffinanzjata skont ir-Regolamenti li jistabbilixxu dawk l-istrumenti.

3.  Apparti l-pakkett finanzjarju kif indikat fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-Programm, jistgħu jiġu magħmula disponibbli kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali mill-istrumenti ta' finanzjament esterni [l-Istrument tal-Viċinat, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Internazzjonali, l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III)], bħala appoġġ għal azzjonijiet implimentati u ġestiti skont dan ir-Regolament. Din il-kontribuzzjoni għandha tiġi ffinanzjata skont ir-Regolamenti li jistabbilixxu dawk l-istrumenti u tiġi rapportata kull sena lill-awtorità baġitarja, flimkien mal-kontribuzzjonijiet ta' pajjiżi terzi għall-programm.

Emenda    11

Proposta għal Regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1 a.  Iċ-ċifri disponibbli dwar l-ammont ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament meħtieġa għall-finanzjament tal-proġetti mogħtija t-tikketta "Siġill ta' Eċċellenza" għandhom jiġu kkomunikati kull sena liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, tal-inqas tliet xhur qabel id-data tal-pubblikazzjoni tal-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom dwar il-baġit tal-Unjoni għas-sena ta' wara, skont il-kalendarju komuni maqbul għall-proċedura baġitarja annwali.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027)

Referenzi

COM(2018)0366 – C8-0237/2018 – 2018/0190(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

14.6.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

John Howarth

28.6.2018

Eżami fil-kumitat

26.9.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Urmas Paet, Răzvan Popa, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Inese Vaidere, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karine Gloanec Maurin, Tomáš Zdechovský

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

24

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez, Urmas Paet

ECR

Zbigniew Kuźmiuk

PPE

Richard Ashworth, José Manuel Fernandes, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Inese Vaidere, Tomáš Zdechovský

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Vladimír Maňka, Răzvan Popa, Manuel dos Santos, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Jordi Solé

4

-

ECR

Bernd Kölmel

ENF

André Elissen, Stanisław Żółtek

NI

Eleftherios Synadinos

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment tal-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027)

Referenzi

COM(2018)0366 – C8-0237/2018 – 2018/0190(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.5.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

14.6.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.6.2018

EMPL

14.6.2018

ITRE

14.6.2018

JURI

14.6.2018

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

EMPL

14.6.2018

ITRE

19.6.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Silvia Costa

29.5.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Silvia Costa, Mircea Diaconu, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Svetoslav Hristov Malinov, Rupert Matthews, Stefano Maullu, Morten Messerschmidt, Luigi Morgano, John Procter, Michaela Šojdrová, Bogusław Sonik, Yana Toom, Sabine Verheyen, Julie Ward, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Romeo Franz, Liadh Ní Riada, Remo Sernagiotto, Monika Smolková, Francis Zammit Dimech

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Heubuch, Răzvan Popa, Flavio Zanonato

Data tat-tressiq

4.3.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

28

+

ALDE

Mircea Diaconu, María Teresa Giménez Barbat, Yana Toom

ECR

Rupert Matthews, Stefano Maullu, Morten Messerschmidt, John Procter, Remo Sernagiotto

EFDD

Isabella Adinolfi

GUE/NGL

Liadh Ní Riada

PPE

Andrea Bocskor, Svetoslav Hristov Malinov, Michaela Šojdrová, Bogusław Sonik, Sabine Verheyen, Francis Zammit Dimech, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

S&D

Silvia Costa, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Luigi Morgano, Răzvan Popa, Monika Smolková, Julie Ward, Flavio Zanonato

VERTS/ALE

Romeo Franz, Maria Heubuch

0

-

 

 

1

0

ENF

Dominique Bilde

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Marzu 2019Avviż legali