Proċedura : 2018/2193(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0158/2019

Testi mressqa :

A8-0158/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.34

Testi adottati :

P8_TA(2019)0275

RAPPORT     
PDF 214kWORD 70k
4.3.2019
PE 626.803v02-00 A8-0158/2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA) (li issa saret l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2193(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Petri Sarvamaa

EMENDI
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (li issa saret l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2193(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0083/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ir-Regolament tal-Aġenzija)(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 65 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0158/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2193(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05825/2019 – C8-0083/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ir-Regolament tal-Aġenzija)(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 65 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0158/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2193(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (issa l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0158/2019),

A.  billi, skont ir-rapporti tad-dħul u n-nefqa tagħha(15), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2017 kien jammonta għal EUR 30 732 000, u dan jirrappreżenta żieda ta' 11,57 % meta mqabbel ma' dak għall-2016; billi l-baġit tal-Aġenzija huwa prinċipalment derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2017 ("ir-rapport tal-Qorti"), sostniet li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota b'apprezzament li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2017 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,99 %, li tirrappreżenta żieda ta' 0,79 % meta mqabbla mal-2016; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 87,30 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 4,27 % meta mqabbla mal-2016;

2.  Jinnota li, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament fundatur il-ġdid tal-Aġenzija li daħal fis-seħħ f'Ġunju 2016, l-Aġenzija hija awtorizzata li timponi tariffi għal xi wħud mill-kompetenzi ġodda tagħha; jinnota li ġie introdott reġim ta' tariffi għall-ħruġ ta' ċertifikati, awtorizzazzjonijiet u approvazzjonijiet, bl-għan li jkun operattiv b'mod sħiħ fl-2019 u r-rekwiżit tal-implimentazzjoni ta' sistema ġdida ta' riżorsi u ta' proċeduri interni fi ħdan l-Aġenzija biex jiġi żgurat li kompiti statutorji u bbażati fuq tariffi jiġu identifikati u traċċati; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta' din is-sistema l-ġdida;

Kanċellazzjoni tar-riporti

3.  Jinnota li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti mill-2016 għall-2017 kienu jammontaw għal EUR 69 473, ċifra li tirrappreżenta 3,40 % tal-ammont totali riportat u li turi tnaqqis ta' 1,12 % meta mqabbla mal-2016;

4.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li nkiseb biss il-limitu massimu indikattiv ta' 10 % użat mill-Qorti għall-valutazzjoni tal-eżekuzzjoni tal-baġit fil-livell ta' riporti għat-Titlu 1 (persunal), filwaqt li l-limitu għat-Titlu 2 u t-Titlu 3 (20 % (infiq amministrattiv) u 30 % (infiq operattiv) rispettivament) ma ntlaħaqx;

Prestazzjoni

5.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija tuża sett estensiv ta' 24 Indikatur għall-Ferroviji f'erba' attivitajiet operattivi bħala Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni sabiex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha u indikaturi oħrajn biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha;

6.  Jenfasizza r-rwol tal-Aġenzija fl-iżgurar tas-sikurezza u l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja Ewropea u fit-titjib tal-kompetittività tat-trasport ferrovjarju ma' mezzi oħra ta' trasport, permezz tat-tnaqqis fl-ostakoli amministrattivi u tekniċi, l-inkoraġġiment tad-dħul fis-suq u l-iżgurar tan-nondiskriminazzjoni, l-infiq tal-flejjes pubbliċi b'mod aktar effiċjenti fuq servizzi pubbliċi tat-trasport ferrovjarju u permezz ta' governanza aħjar tal-infrastruttura; jappoġġa l-viżjoni tal-Kummissjoni ta' sistema ferrovjarja Ewropea minn ta' quddiem fid-dinja f'dak li jikkonċerna r-riżultati fil-qasam tas-sikurezza;

7.  Jilqa' r-rwol tal-Aġenzija fis-segwitu tal-iżvilupp, l-ittestjar u l-implimentazzjoni tas-Sistema tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju Ewropew (ERTMS), kif ukoll il-valutazzjoni ta' proġetti speċifiċi tal-ERTMS; jinnota wkoll li r-Raba' Pakkett Ferrovjarju jinkludi pilastru tekniku li jsaħħaħ ir-rwol tal-Aġenzija billi jintroduċi kompiti ġodda biex jiżgura implimentazzjoni uniformi tal-qafas tal-UE; jisħaq fuq il-punt li, hekk kif l-Aġenzija tingħata responsabbiltajiet akbar, hija se jkollha bżonn tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani meħtieġa biex twettaq il-kompiti ġodda u addizzjonali tagħha b'mod effikaċi u effiċjenti;

8.  Ifakkar li l-ERTMS hi kruċjali għall-kisba ta' Żona Ferrovjarja Unika Ewropea; jenfasizza, għaldaqstant, li koordinazzjoni ottimizzata tal-iżvilupp u l-introduzzjoni tal-ERTMS li tiżgura ERTMS unika, trasparenti, stabbli, interoperabbli u affordabbliu fl-Ewropa kollha hi prijorità ewlenija;

9.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija laħqet il-mira tagħha ta' 95 % għall-ħruġ fil-ħin ta' rapporti, pariri u opinjonijiet; jindika li l-Aġenzija ma laħqitx l-objettiv ta' kisba ta' 90 % tal-outputs kollha li jużaw l-ippjanar finanzjarju u tar-riżorsi umani, filwaqt li 67 % biss ġew ikkategorizzati bħala li nkisbu kompletament u 18 % biss inkisbu b'mod parzjali;

10.  Jilqa' l-kooperazzjoni tal-Aġenzija mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, il-kondiviżjoni tas-servizzi ta' kontabbiltà u l-parteċipazzjoni f'sejħa konġunta għall-offerti;

11.  Jappoġġa l-progress tal-Aġenzija lejn kooperazzjoni akbar mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) u mal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) sabiex tiġi żviluppata kultura komuni ta' sikurezza;

12.  Jilqa' ċ-ċertifikazzjoni, taħt ISO 9001, tas-Sistema ta' Ġestjoni Integrata tal-Aġenzija, li hija rikonoxximent indipendenti tat-titjib kontinwu fil-prestazzjoni tal-Aġenzija;

Politika dwar il-persunal

13.  Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2017, 92,09 % tat-tabella tal-persunal kienet eżegwita, u li, mit-total ta' 139 aġent temporanju awtorizzat mill-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel ma' 135 post tax-xogħol awtorizzati fl-2016) kienu nħatru 128; jinnota li barra minn hekk 34 aġent kuntrattwali u 2 esperti nazzjonali sekondati kienu qed jaħdmu għall-Aġenzija fl-2017;

14.  Jinnota li r-riżultati tal-eżerċizzju ta' valutazzjoni komparattiva annwali rigward il-persunal huma simili għal dawk tal-2016, jiġifieri li 18 % tal-persunal huma assenjati għall-kompiti amministrattivi, 69,5 % huma assenjati għall-kompiti operattivi, jiġifieri kien hemm tnaqqis żgħir (ta' 0,5 %) meta mqabbel mal-2016 (minn 65 % għal 70 %), filwaqt li l-perċentwal ta' persunal assenjat għall-kompiti finanzjarji u ta' kontroll baqa' 12 %;

15.  Jinnota li l-Aġenzija adottat politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u l-prevenzjoni tal-fastidju, li tipprovdi sessjonijiet ta' sensibilizzazzjoni għall-persunal u l-maniġers tagħha u li l-konsulenti kunfidenzjali jiġu promossi; jindika l-għadd relattivament għoli ta' każijiet ta' allegat fastidju fl-Aġenzija fl-2017, bi 12 irrappurtati iżda l-ebda wieħed minnhom ma ġie investigat; iħeġġeġ lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex tiġi inidirizzata din il-kwistjoni;

16.  Jistieden lill-Aġenzija tqis u twettaq l-azzjonijiet kollha meħtieġa relatati mar-rakkomandazzjonijiet tas-Servizz tal-Awditjar Intern għall-2017 fir-rigward tal-ġestjoni tar-Riżorsi Umani u tal-kompetenzi; jilqa' l-adozzjoni tal-kodiċi ta' mġiba amministrattiva tajba tal-Aġenzija f'Jannar 2018, li tinkludi b'mod partikolari l-miżuri kollha li jipprevjenu l-kunflitti ta' interess;

Akkwist

17.  Jinnota bi tħassib li fl-2017 ġew irreġistrati 29 eċċezzjoni u 7 avvenimenti ta' nuqqas ta' konformità, li jirrappreżentaw żieda meta mqabbla mal-2016; jirrikonoxxi li l-Aġenzija identifikat l-oqsma ewlenin ta' tħassib f'dan ir-rigward; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-miżuri meħuda biex tnaqqas il-frekwenza tagħhom fil-futur;

18.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, għal pagament wieħed ivverifikat, l-Aġenzija xtrat servizzi tal-IT, permezz tal-kuntrattur, mingħajr ebda proċedura kompetittiva jew riċerka preċedenti tas-suq; jieħu nota tat-tweġiba tal-Aġenzija li l-kuntratt intuża skont id-dispożizzjonijiet kuntrattwali;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

19.  Jinnota li l-Aġenzija ppubblikat id-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta' interess u s-CVs tal-membri tal-bord amministrattiv tagħha fuq is-sit web tagħhom; jiddispjaċih li l-Aġenzija tistenna li l-persunal tal-maniġment superjuri tagħha jimla u jiffirma dikjarazzjoni ta' kunflitti ta' interess biss meta jkunu involuti f'kumitat ta' evalwazzjoni; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp li jsir biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni;

20.  Jinnota li, skont l-Aġenzija, hija kompliet timplimenta l-pjan ta' azzjoni definit fl-Istrateġija Kontra l-Frodi tal-Aġenzija; jinnota li ġie trażmess każ wieħed ta' suspett ta' frodi mill-Aġenzija lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi għall-investigazzjoni u li formalment iddeċieda li jiftaħ investigazzjoni; iħeġġeġ lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu ta' din l-investigazzjoni;

21.  Jiddispjaċih li l-Aġenzija kienet għadha ma stabbilixxietx regoli dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta, iżda li dawn kellhom jiġu adottati sa tmiem l-2018; jitlob lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza meta r-regoli interni tagħha dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta jiġu stabbiliti u implimentati;

Kontrolli interni

22.  Jinnota li fid-dawl tar-riżultati preliminari tal-valutazzjoni tal-konformità u l-effikaċja tal-kontroll intern abbażi tal-istandards tal-ġestjoni tal-ERA, jista' jitqies li s-sistema ta' kontroll tal-Aġenzija bħala entità sħiħa tiffunzjona kif intenzjonat, u ttaffi b'mod adegwat ir-riskji ewlenin għall-ksib tal-objettivi tal-Aġenzija;

23.  Jappoġġa l-fehma tal-Qorti li l-prinċipju tas-segregazzjoni tad-dmirijiet bejn l-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni u l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà jimplika li ż-żewġ funzjonijiet huma reċiprokament esklużivi; jafda lill-Aġenzija biex dan it-tħassib jiġi ttrattat permezz tar-riorganizzazzjoni tagħha; jitlob lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda biex jirrispondi għal din l-osservazzjoni;

Kummenti oħra

24.  Jinnota li sa tmiem il-perjodu tranżitorju (is-16 ta' Ġunju 2019), l-Aġenzija se tinbidel minn waħda b'sempliċi rwol fit-tħejjija u d-disseminazzjoni tal-politika, f'awtorità li taħdem direttament għall-industrija fir-rigward ta' awtorizzazzjonijiet għal ċertifikati ta' sikurezza u vetturi ferrovjarji; iħeġġeġ lill-maniġment tal-Aġenzija jkompli bl-enfasi tiegħu fuq it-tħejjija tal-kompiti l-ġodda fl-ambitu tal-pilastru tekniku tar-Raba' Pakkett Ferrovjarju, u jirrakkomanda li tingħata prijorità għolja lill-ġestjoni tar-riżorsi umani; jinnota l-progress fir-rigward ta' deċiżjonijiet preparatorji għall-adozzjoni ta' qafas għall-Korpi Notifikati tal-awditjar u l-One-Stop-Shop u l-politika dwar il-monitoraġġ tal-prestazzjoni u t-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Awtoritajiet Nazzjonali għas-Sikurezza; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-passi li jittieħdu biex din il-bidla tirnexxi u biex tirriżulta f'benefiċċji f'termini ta' spejjeż imnaqqsa;

25.  Jiddeplora l-fatt li l-bosta kuntatti mal-awtoritajiet Franċiżi ma rriżultawx fl-iffirmar tal-ftehim dwar is-sede tal-Aġenzija skont l-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Aġenzija; jiddispjaċih ukoll li l-Bord ta' Tmexxija fl-2017 ma rnexxilux jadotta b'mod unanimu regoli ta' implimentazzjoni għall-arranġamenti tal-lingwa għall-Aġenzija, u dan wassal għal infiq żejjed u dewmien, pereżempju waqt ir-reklutaġġ; jiddeplora l-fatt li l-Aġenzija qed tkompli topera f’żewġ postijiet; jitlob lill-Aġenzija tirriloka l-attivitajiet kollha lejn is-sede tagħha u topera biss minn dak il-post;

26.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li, fir-rigward tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea u l-effett potenzjali tagħha fuq il-persunal tal-Aġenzija, skambju intensiv mas-settur ferrovjarju tar-Renju Unit ikkonferma l-interess tagħhom li jibqgħu fis-"Sistema Ewropea";

o

o o

27.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ...2019(16) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

22.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2193(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Innocenzo Leontini

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2017 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.  Jenfasizza r-rwol tal-Aġenzija fl-iżgurar tas-sikurezza u l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja Ewropea u fit-titjib tal-kompetittività tat-trasport ferrovjarju ma' modi oħra ta' trasport, permezz tat-tnaqqis fl-ostakoli amministrattivi u tekniċi, l-inkoraġġiment tad-dħul fis-suq u l-iżgurar tan-nondiskriminazzjoni, l-infiq tal-flejjes pubbliċi b'mod aktar effiċjenti fuq servizzi pubbliċi tat-trasport ferrovjarju u permezz ta' governanza aħjar tal-infrastruttura; jappoġġa l-viżjoni tal-Kummissjoni ta' sistema ferrovjarja Ewropea minn ta' quddiem fid-dinja f'dak li jikkonċerna r-riżultati fil-qasam tas-sikurezza;

3.  Jilqa' r-rwol tal-Aġenzija fis-segwitu tal-iżvilupp, l-ittestjar u l-implimentazzjoni tas-Sistema tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju Ewropew (ERTMS), kif ukoll il-valutazzjoni ta' proġetti speċifiċi tal-ERTMS; jinnota wkoll li r-Raba' Pakkett Ferrovjarju jinkludi pilastru tekniku li jsaħħaħ ir-rwol tal-Aġenzija billi jintroduċi kompiti ġodda biex jiżgura implimentazzjoni uniformi tal-qafas tal-UE; jisħaq fuq il-punt li, hekk kif l-Aġenzija tingħata responsabbiltajiet akbar, hija se jkollha bżonn tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani meħtieġa biex twettaq il-kompiti ġodda u addizzjonali tagħha b'mod effikaċi u effiċjenti;

4.  Ifakkar li l-ERTMS hi kruċjali għall-kisba ta' Żona Ferrovjarja Unika Ewropea; jenfasizza, għaldaqstant, li koordinazzjoni ottimizzata tal-iżvilupp u l-introduzzjoni tal-ERTMS li tiżgura ERTMS unika, trasparenti, stabbli, interoperabbli u bi prezz li jintlaħaq fl-Ewropa kollha hi prijorità ewlenija;

5.  Jappoġġa l-progress tal-Aġenzija lejn kooperazzjoni akbar mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) u mal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) sabiex tiġi żviluppata kultura komuni ta' sikurezza;

6.  Jinnota li l-baġit annwali tal-Aġenzija għall-2017 kien ta' EUR 30,7 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 26,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament, u li l-medja tar-rati ta' implimentazzjoni kienet ta' 100 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn (inklużi riporti) u 87,3 % f'approprjazzjonijiet ta' pagament; jiddispjaċih li l-mira ta' 90 % għall-pagament ma ntlaħqitx; jinnota li r-raġuni għalfejn il-mira ta' pagament ma ntlaħqitx kienet relatata ma' xi impenji magħmula fl-aħħar nett fis-sena sabiex tintlaħaq il-mira ta' 95 % stabbilita għall-impenji;

7.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li nkiseb biss il-limitu massimu indikattiv ta' 10 % użat mill-Qorti tal-Awdituri għall-valutazzjoni tal-eżekuzzjoni tal-baġit fil-livell ta' riporti għat-Titlu 1 (persunal), filwaqt li l-limitu għat-Titlu 2 u t-Titlu 3 (20 % (infiq amministrattiv) u 30 % (infiq operattiv) rispettivament) ma ntlaħaqx;

8.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tiżgura l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabilità billi tagħmlu responsabbli b'mod dirett lid-Direttur tal-Aġenzija (amministrattivament) u lill-Bord (funzjonalment), kif issottolinjat mill-Qorti tal-Awdituri; jistieden lill-Aġenzija tqis u twettaq l-azzjonijiet kollha meħtieġa relatati mar-rakkomandazzjonijiet tas-Servizz tal-Awditjar Intern għall-2017 fir-rigward tal-ġestjoni tar-Riżorsi Umani u tal-kompetenzi; jilqa' l-adozzjoni tal-kodiċi ta' mġiba amministrattiva tajba tal-Aġenzija f'Jannar 2018, li tinkludi b'mod partikolari l-miżuri kollha li jipprevjenu l-kunflitti ta' interess;

9.  Jiddeplora l-fatt li l-bosta kuntatti mal-awtoritajiet Franċiżi ma rriżultawx fl-iffirmar tal-ftehim dwar is-sede tal-Aġenzija skont l-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Aġenzija; jiddispjaċih ukoll li l-Bord ta' Tmexxija fl-2017 ma rnexxilux jadotta b'mod unanimu regoli ta' implimentazzjoni għall-arranġamenti tal-lingwa għall-Aġenzija, u dan wassal għal infiq żejjed u dewmien, pereżempju waqt ir-reklutaġġ; jiddeplora l-fatt li l-Aġenzija qed tkompli topera f’żewġ postijiet; jitlob lill-Aġenzija tirriloka l-attivitajiet kollha lejn is-sede tagħha u topera biss minn dak il-post;

10.  Jinnota li r-riżultati tal-eżerċizzju ta' valutazzjoni komparattiva annwali rigward il-persunal huma simili għal dawk tal-2016, jiġifieri li 18 % tal-persunal huma assenjati għall-kompiti amministrattivi, 69,5 % huma assenjati għall-kompiti operattivi, jiġifieri kien hemm tnaqqis żgħir (ta' 0,5 %) meta mqabbel mal-2016 (minn 65 % għal 70 %), filwaqt li l-perċentwal ta' persunal assenjat għall-kompiti finanzjarji u ta' kontroll baqa' 12 %; jinnota li r-referendum dwar il-BREXIT f'Ġunju 2016 ikkawża taqlib konsiderevoli fost il-persunal tal-Aġenzija, minħabba li xi membri ewlenin tal-persunal huma mir-Renju Unit; jinnota wkoll li l-iskambju intensiv mas-settur ferrovjarju tar-Renju Unit ikkonferma l-interess tagħhom li jibqgħu fis-"Sistema Ewropea";

11.  Jilqa' l-approċċ proattiv tal-Aġenzija biex tittrasforma l-istruttura tagħha għall-kompiti ġodda tagħha kif definiti mir-Raba' Pakkett Ferrovjarju, b'mod partikolari permezz tat-twaqqif ta' Gruppi ta' Tmexxija; iħeġġeġ lill-maniġment tal-Aġenzija jkompli bl-enfasi tiegħu fuq it-tħejjija tal-kompiti l-ġodda fl-ambitu tal-pilastru tekniku tar-Raba' Pakkett Ferrovjarju biex ikun lest għalkollox sal-15 ta' Ġunju 2019, u jirrakkomanda li tingħata prijorità għolja lill-ġestjoni tar-riżorsi umani; jinnota l-progress, fost oħrajn, fir-rigward ta' deċiżjonijiet preparatorji għall-adozzjoni ta' qafas għall-Korpi Notifikati tal-awditjar, kif ukoll għall-qafas għall-One-Stop-Shop u l-politika dwar il-monitoraġġ tal-prestazzjoni u t-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Awtoritajiet Nazzjonali għas-Sikurezza;

12.  Jinnota li fl-2017, l-Aġenzija kompliet l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni definit fl-Istrateġija ta' Kontra l-Frodi tal-Aġenzija; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija inkludiet il-valutazzjoni tar-riskju ta' frodi fil-valutazzjoni tar-riskju regolari tal-Aġenzija u li d-deskrizzjoni tar-riskji ġiet simplifikata u ċċarata; jinnota wkoll li waqt is-sena ta' rappurtar, każ wieħed ta' suspett ta' frodi ġie trażmess lill-OLAF;

13.  Jiddeplora l-fatt li hemm dgħufijiet fl-akkwist pubbliku, fil-parti l-kbira relatati ma' servizzi, u dawn id-dgħufijiet ipoġġu f'sogru l-valur għan-nefqa;

14.  Jilqa' ċ-ċertifikazzjoni, taħt ISO 9001, tas-Sistema ta' Ġestjoni Integrata tal-Aġenzija, li hija rikonoxximent indipendenti tat-titjib kontinwu fil-prestazzjoni tal-Aġenzija; jinnota li fid-dawl tar-riżultati preliminari tal-valutazzjoni tal-konformità u l-effikaċja tal-kontroll intern abbażi tal-istandards tal-ġestjoni tal-ERA, jista' jitqies li s-sistema ta' kontroll tal-Aġenzija bħala entità sħiħa tiffunzjona kif intenzjonat, u ttaffi b'mod adegwat ir-riskji ewlenin għall-ksib tal-objettivi tal-Aġenzija;

15.  Jipproponi li l-Parlament jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2017.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Innocenzo Leontini, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Markus Ferber, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Peter Kouroumbashev, João Pimenta Lopes

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Christelle Lechevalier, Francisco José Millán Mon, Julie Ward

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

35

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Innocenzo Leontini, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

GUE/NGL

Marie-Pierre Vieu

PPE

Georges Bach, Wim van de Camp, Deirdre Clune, Andor Deli, Markus Ferber, Luis de Grandes Pascual, Dieter-Lebrecht Koch, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Francisco José Millán Mon, Massimiliano Salini

S&D

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Peter Kouroumbashev, Bogusław Liberadzki, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Claudia Țapardel, Marita Ulvskog, Julie Ward, Janusz Zemke

VERTS/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

4

-

ECR

Jacqueline Foster, Peter Lundgren

EFDD

Daniela Aiuto

ENF

Christelle Lechevalier

2

0

ENF

Georg Mayer

GUE/NGL

João Pimenta Lopes

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petra Kammerevert

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

19

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Petra Kammerevert, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

2

-

EFDD

Marco Valli

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 83

(2)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 83

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(5)

ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.

(6)

ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1.

(7)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(8)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 83

(9)

ĠU C 434, 30.11.2018, p. 83

(10)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(11)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(12)

ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.

(13)

ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1.

(14)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(15)

ĠU C 84/20, 17.03.2017, p. 96.

(16)

Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0000.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Marzu 2019Avviż legali