Proċedura : 2019/0019(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0161/2019

Testi mressqa :

A8-0161/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2019 - 11.16

Testi adottati :

P8_TA(2019)0180

RAPPORT     ***I
PDF 212kWORD 82k
4.3.2019
PE 634.627v02-00 A8-0161/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' miżuri ta' kontinġenza fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali wara l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea

(COM(2019)0053 – C8‑0039/2019 – 2019/0019(COD))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Korapporteurs: Marian Harkin, Jean Lambert

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' miżuri ta' kontinġenza fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali wara l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea

(COM(2019)0053 – C8‑0039/2019 – 2019/0019(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2019)0053),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 48 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0039/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0161/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-konvenzjonijiet u l-ftehimiet eżistenti dwar is-sigurtà soċjali bejn ir-Renju Unit u wieħed jew aktar mill-Istati Membri li huma f'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Unjoni jew l-Istati Membri jieħdu miżuri li jindirizzaw il-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju tal-informazzjoni mal-istituzzjonijiet kompetenti tar-Renju Unit għall-iskop li jagħtu effett lill-prinċipji ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma jaffettwax il-kompetenza tal-Unjoni jew tal-Istati Membri li jikkonkludu konvenzjonijiet u ftehimiet dwar is-sigurtà soċjali ma' pajjiżi terzi, jew mar-Renju Unit, li jkopru l-perjodu wara l-jum li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Dan ir-Regolament ma jaffettwa ebda dritt li jkun inkiseb, jew li jkun fil-proċess li jinkiseb, skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru matul il-perjodu qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Hemm bżonn ta' kooperazzjoni tajba biex dawn id-drittijiet jiġu protetti u rrispettati. Huwa importanti li jiġi żgurat li informazzjoni xierqa u f'waqtha tkun disponibbli għall-persuni kkonċernati.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Biex tinkiseb applikazzjoni unilaterali uniformi tal-prinċipji tas-sigurtà soċjali tat-trattament ugwali, tal-assimilazzjoni u tal-aggregazzjoni, jeħtieġ li jiġi introdott dan ir-Regolament ta' kontinġenza.

(5)  Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tinkiseb applikazzjoni unilaterali uniformi tal-prinċipji tas-sigurtà soċjali tat-trattament ugwali, tal-assimilazzjoni u tal-aggregazzjoni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħidhom iżda, minħabba l-koordinazzjoni tar-rispons tagħhom, jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Fid-dawl tal-fatt li, fin-nuqqas ta' ftehim dwar il-ħruġ jew ta' estensjoni tal-perjodu ta' sentejn wara n-notifika mir-Renju Unit, it-Trattati mhux se jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit u fih fit-30 ta' Marzu 2019, u fid-dawl tal-ħtieġa li tingħata ċertezza legali, tqies f'loku li tkun prevista eċċezzjoni għall-perjodu ta' tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-jum ta' wara dak li fih it-Trattati jieqfu japplikaw għal u fir-Renju Unit sakemm il-ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit ma jkunx daħal fis-seħħ sa dik id-data,

(6)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b'urġenza l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u li japplika mill-jum ta' wara dak li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih, sakemm ftehim dwar il-ħruġ konkluż mar-Renju Unit ma jkunx daħal fis-seħħ sa dik id-data,

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2

Artikolu 2

Persuni koperti

Persuni koperti

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-persuni li ġejjin:

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-persuni li ġejjin:

(a)  ċittadini ta' Stat Membru, persuni mingħajr Stat u refuġjati, li huma jew li kienu soġġetti għal-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew aktar u li huma jew li kienu f'sitwazzjoni li tinvolvi r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ("ir-Renju Unit") qabel it-30 ta' Marzu 2019, kif ukoll il-membri tal-familja u s-superstiti tagħhom;

(a)  ċittadini ta' Stat Membru, persuni mingħajr Stat u refuġjati, li jkunu jew li kienu soġġetti għal-leġiżlazzjoni ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri u li jkunu jew li kienu f'sitwazzjoni li tinvolvi r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ("ir-Renju Unit") qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, kif ukoll il-membri tal-familja u s-superstiti tagħhom;

(b)  ċittadini tar-Renju Unit li huma jew li kienu soġġetti għal-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew aktar qabel it-30 ta' Marzu 2019, kif ukoll il-membri tal-familja u s-superstiti tagħhom.

(b)  ċittadini tar-Renju Unit li jkunu jew li kienu soġġetti għal-leġiżlazzjoni ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, kif ukoll il-membri tal-familja u s-superstiti tagħhom.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

Artikolu 4

Trattament ugwali

Trattament ugwali

Il-prinċipju ta' trattament ugwali kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandu japplika għall-persuni msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, fir-rigward ta' fatti jew każijiet li seħħew fir-Renju Unit qabel it-30 ta' Marzu 2019.

Il-prinċipju ta' trattament ugwali kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandu japplika għall-persuni msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, fir-rigward ta' kwalunkwe sitwazzjoni li seħħet qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

Assimilazzjoni u aggregazzjoni

Assimilazzjoni u aggregazzjoni

1.  Il-prinċipju ta' assimilazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandu japplika fir-rigward tal-benefiċċji jew id-dħul akkwistati u l-fatti jew il-każijiet li seħħew fir-Renju Unit qabel it-30 ta' Marzu 2019.

1.  Il-prinċipju ta' assimilazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandu japplika fir-rigward tal-benefiċċji jew id-dħul akkwistati u l-fatti jew il-każijiet li seħħew fir-Renju Unit qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  Il-prinċipju ta' aggregazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandu japplika fir-rigward ta' perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg, impjieg indipendenti jew residenza fir-Renju Unit qabel it-30 ta' Marzu 2019.

2.  Il-prinċipju ta' aggregazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandu japplika fir-rigward ta' perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg, impjieg indipendenti jew residenza fir-Renju Unit qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

3.  Għandha tapplika kwalunkwe dispożizzjoni oħra tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 li tkun meħtieġa biex tagħti effett lill-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

3.  Għandha tapplika kwalunkwe dispożizzjoni oħra tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 li tkun meħtieġa biex tagħti effett lill-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Relazzjonijiet bejn dan ir-Regolament u strumenti oħra ta' koordinazzjoni

 

1.  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-konvenzjonijiet u l-ftehimiet eżistenti dwar is-sigurtà soċjali bejn ir-Renju Unit u wieħed jew aktar mill-Istati Membri li huma f'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

 

2.  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal konvenzjonijiet u ftehimiet dwar is-sigurtà soċjali bejn ir-Renju Unit u wieħed jew aktar mill-Istati Membri li jkunu konklużi wara l-jum li fih it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE u li jkopru l-perjodu qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, sakemm jagħtu effett lill-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u (2), japplikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(3) ta' dan ir-Regolament, jibbażaw fuq il-prinċipji tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u jkunu fi qbil mal-ispirtu tiegħu.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5b

 

Rapport

 

Sena wara d-data ta' applikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jindirizza, b'mod partikolari, il-problemi prattiċi li jinqalgħu għall-persuni kkonċernati, inklużi dawk ikkawżati min-nuqqas ta' kontinwità tal-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


NOTA SPJEGATTIVA

Qabel xejn, ta' min wieħed jinnota li l-kontenut tar-rapport huwa allinjat eżattament mat-test fl-anness tal-ittra li rċieva l-Coreper (li jinstab fis-sit tal-Kumitat EMPL fid-dokument tal-laqgħa tas-26 ta' Frar 2019)(1). F'dik l-ittra, il-Coreper jistqarr li huwa "fil-qagħda li jikkonferma li, jekk il-Parlament jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, f'konformità mal-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fl-istess forma kif tidher fil-pakkett ta' kompromess li jinsab fl-Anness għal din l-ittra, soġġetta għar-reviżjoni mill-ġuristi lingwisti taż-żewġ istituzzjonijiet, il-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 294(4) tat-TFUE, japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u l-att għandu jiġi adottat bil-formulazzjoni li tikkorrispondi għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew."

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Konsegwentement, il-liġi primarja u sekondarja tal-Unjoni mhux se tibqa' tapplika għar-Renju Unit mit-30 ta' Marzu 2019, sakemm ma jiġix ratifikat il-Ftehim dwar il-Ħruġ. Minħabba f'hekk, ir-regolamenti eżistenti dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali mhux se japplikaw minn dik id-data fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u r-Renju Unit.

L-għan tar-Regolament dwar l-istabbiliment ta' miżuri ta' kontinġenza fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali wara l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea propost mill-Kummissjoni huwa li jtaffi ftit mill-effetti negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fin-nuqqas ta' kwalunkwe soluzzjoni miftiehma mar-Renju Unit.

Ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura d-drittijiet tas-sigurtà soċjali għaċ-ċittadini tal-Unjoni rigward fatti jew avvenimenti li seħħew u perjodi kkompletati qabel id-data tal-ħruġ u li jinvolvu lir-Renju Unit. Anki għal persuni rilevanti oħra li, għajr hekk, ikunu koperti bir-Regolamenti (KE) Nri 883/2004 u 987/2009 (persuni mingħajr stat, refuġjati, kif ukoll membri tal-familja u superstiti tal-kategoriji preċedenti kollha), dawk l-intitolamenti jinżammu f'tali sitwazzjonijiet.

Ir-Regolament ma jipprevedi ebda intitolament wara d-29 ta' Marzu 2019, peress li għad m'hemm ebda ftehim formali bejn l-UE u r-Renju Unit dwar dik is-sitwazzjoni. Dan qed joħloq preokkupazzjonijiet enormi għal dawk li d-drittijiet u l-intitolamenti tagħhom se jinbidlu fit-30 ta' Marzu 2019 jekk ma jintlaħaqx ftehim bejn l-UE u r-Renju Unit.

Peress li l-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini relatati mat-tluq propost mir-Renju Unit mill-UE hija prijorità ċara għall-Parlament Ewropew, ir-Rapporteurs iqisu li din il-proposta hija tal-akbar importanza u urġenza, peress li hemm ħtieġa ċara li jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet transfruntiera tas-sigurtà soċjali miksuba minn dawk li huma affettwati mid-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE. L-għoti ta' ċertezza fi żminijiet ta' inċertezza huwa l-ewwel prijorità tar-Rapporteurs, għalhekk l-għan huwa li, mill-aktar fis, jinstab l-aħjar ftehim possibbli (fi ħdan u bejn l-istituzzjonijiet). Sabiex jiġi assistit ftehim malajr mal-Kunsill, qed jitressqu biss għadd żgħir ta' emendi għall-proposta. L-emenda waħda dwar il-parti operattiva tar-Regolament hija ta' natura teknika, li tkopri l-proċedura fir-rigward tal-Istati Membri u d-data tad-dħul fis-seħħ, li idealment għandha tikkoinċidi mad-data li r-Renju Unit joħroġ mill-UE biex jipprovdi kopertura "bla xkiel".

L-emendi proposti tar-Rapporteurs għall-Premessi għandhom l-intenzjoni li jiżguraw li jkun hemm rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill sabiex kwalunkwe problema li tirriżulta mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tiġi identifikata u solvuta. Irridu wkoll niżguraw li kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra meħtieġa tkun tista' titressaq 'il quddiem b'mod faċli, pereżempju, fir-rigward ta' gruppi oħra li jaf ikollhom bżonn jiġu inklużi. Huwa wkoll ċar li l-persuni kkonċernati se jkun jeħtiġilhom jingħataw informazzjoni f'waqtha u preċiża biex tgħinhom jipproteġu d-drittijiet u l-intitolamenti tagħhom u jaċċedu għalihom, hekk li d-domanda fuq is-servizzi responsabbli tista' tikber.

(1)

http://www.europarl.europa.eu/meetdocs/2014_2019/plmrep/COMMITTEES/EMPL/LT/2019/02-26/EMPL20190226_Brexit_contingency_measure_Corepe_letterannex_EN.pdf


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment ta' miżuri ta' kontinġenza fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali wara l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2019)0053 – C8-0039/2019 – 2019/0019(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.1.2019

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

30.1.2019

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Marian Harkin

7.2.2019

Jean Lambert

7.2.2019

 

 

Eżami fil-kumitat

7.2.2019

19.2.2019

 

 

Data tal-adozzjoni

26.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Brando Benifei, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Michael Detjen, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Marian Harkin, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Thomas Mann, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Claude Rolin, Siôn Simon, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Renate Weber

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Lynn Boylan, Krzysztof Hetman, Alex Mayer, Ivari Padar, Neoklis Sylikiotis, Monika Vana

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jens Gieseke, Paul Tang

Data tat-tressiq

4.3.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

36

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Marian Harkin, Robert Rochefort, Yana Toom, Renate Weber

ECR

Ulrike Trebesius

GUE/NGL

Lynn Boylan, Rina Ronja Kari, João Pimenta Lopes, Neoklis Sylikiotis

EPP

Georges Bach, David Casa, Jens Gieseke, Krzysztof Hetman, Agnieszka Kozłowska‑Rajewicz, Ádám Kósa, Jeroen Lenaers, Thomas Mann, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Romana Tomc

S&D

Brando Benifei, Ole Christensen, Michael Detjen, Elena Gentile, Agnes Jongerius, Jan Keller, Alex Mayer, Ivari Padar, Georgi Pirinski, Siôn Simon, Paul Tang, Marita Ulvskog

VERTS/ALE

Jean Lambert, Terry Reintke, Monika Vana

1

-

NI

Lampros Fountoulis

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Marzu 2019Avviż legali