Proċedura : 2018/2217(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0163/2019

Testi mressqa :

A8-0163/2019

Dibattiti :

PV 26/03/2019 - 12
CRE 26/03/2019 - 12

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 13.53
CRE 26/03/2019 - 13.53

Testi adottati :

P8_TA(2019)0294

RAPPORT     
PDF 213kWORD 62k
6.3.2019
PE 626.835v02-00 A8-0163/2019

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2217(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Martina Dlabajová

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2217(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05827/2019 – C8-0106/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 642/2014 tas-16 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0163/2019),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Shift2Rail, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2217(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2017, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2017, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2017 (05827/2019 – C8-0106/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 642/2014 tas-16 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0163/2019),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2017;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Shift2Rail, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2217(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Shift2Rail għas-sena finanzjarja 2017,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0163/2019),

A.  billi l-Impriża Konġunta Shift2Rail (l-"Impriża Konġunta") ġiet stabbilita f'Ġunju 2014 għal perjodu ta' 10 snin mir-Regolament tal-Kunsill 642/2014(13);

B.  billi l-membri fundaturi huma l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u s-sħab fl-industrija ferrovjarja (il-partijiet interessati ewlenin, inklużi l-manifatturi ta' tagħmir ferrovjarju, il-kumpaniji ferrovjarji, l-amministraturi tal-infrastruttura jistgħu u ċ-ċentri tar-riċerka) bil-possibbiltà li entitajiet oħra jistgħu jipparteċipaw fl-Impriża Konġunta bħala membri assoċjati;

C.  billi l-objettivi tal-Impriża Konġunta huma li: (a) tikseb Żona Ferrovjarja Unika Ewropea; (b) ittejjeb l-attraenza u l-kompetittività tas-sistema ferrovjarja Ewropea u tmexxi 'l quddiem it-teknoloġiji u s-soluzzjonijiet innovattivi tagħha; (c) tiżgura bidla modali mit-trasport bit-triq u (d) iżżomm il-pożizzjoni ta' tmexxija li l-industrija ferrovjarja Ewropea tokkupa fis-suq globali;

D.  billi jisħaq li l-Impriża Konġunta jeħtieġ li tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani meħtieġa biex tilħaq dawn l-objettivi ewlenin b'mod effikaċi u effiċjenti;

E.  billi l-Impriża Konġunta bdiet topera b'mod awtonomu f'Mejju 2016;

Informazzjoni ġenerali

1.  Jirrikonoxxi li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet tal-Impriża Konġunta għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2017 (ir-"rapport tal-Qorti") jippreżenta b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31 ta' Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni;

2.  Jirrikonoxxi li r-rapport tal-Qorti jiddikjara li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2017 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

3.  Jinnota li l-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta hija ta' EUR 450 000 000, li għandha titħallas mill-programm Orizzont 2020; jinnota li l-membri industrijali tal-Impriża Konġunta għandhom jikkontribwixxu riżorsi ta' mill-inqas EUR 470 000 000, li jikkonsistu f'mill-inqas EUR 350 000 000 għall-kontribuzzjonijiet in natura u flus kontanti għall-attivitajiet operattivi u l-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta u mill-inqas EUR 120 000 000 għall-kontribuzzjonijiet in natura għall-attivitajiet addizzjonali tal-Impriża Konġunta;

4.  Ifakkar li r-riċerka u l-innovazzjoni mhumiex proċess iżolat li juża regola sempliċi għall-ġestjoni tal-proċessi; jisħaq għalhekk fuq il-fatt li huwa ta' importanza sinifikanti li jiġu identifikati, fost il-proġetti ta' riċerka u innovazzjoni, dawk li jistgħu jwasslu għal soluzzjonijiet innovattivi għas-suq; jenfasizza li l-bidliet fir-Regolament li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta u fl-Istatuti tiegħu se jkunu importanti ħafna għall-iżvilupp li jmiss tal-Impriża Konġunta sabiex itejbu l-effiċjenza tagħha; jisħaq, b'mod partikolari, li hemm bżonn li jiġi previst l-użu tal-prinċipju ta' finanzjament pluriennali u li jiġu adottati kalendarji flessibbli għall-pubblikazzjoni ta' proposti għal proġetti;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

5.  Jinnota li l-baġit finali tal-2017 disponibbli għall-implimentazzjoni kien jinkludi EUR 68 600 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 44 100 000 f'approprjazzjonijiet ta' pagament; jisħaq fuq il-fatt li r-rati ta' użu tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu ta' 94 % u 79 % rispettivament, li jirrappreżentaw livell baxx speċjalment għall-approprjazzjonijiet ta' pagament; jinnota, barra minn hekk, li fl-2017, il-parti l-kbira tal-pagamenti li saru mill-Impriża Konġunta kienu pagamenti ta' prefinanzjament għall-proġetti tal-Orizzont 2020, li ntgħażlu permezz tas-sejħiet għal proposti tal-2017; jinnota li l-approprjazzjonijiet ta' pagament tal-Impriża Konġunta li ma ntużawx mis-snin preċedenti ammontaw għal EUR 7,6 miljun; jinnota li, skont ir-risposta tal-Impriża Konġunta, l-ammont sħiħ kien meqjus li jkopri l-ewwel trimestru tal-2018 minħabba ż-żmien tal-pagament tal-Kummissjoni;

6.  Josserva li mill-EUR 411 500 000 (inklużi EUR 398 000 000 bħala l-limitu massimu tal-kontribuzzjoni fi flus tal-Unjoni u l-kontribuzzjoni fi flus tal-membri industrijali għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta fl-ammont ta' EUR 13 5000 000) sa tmiem l-2017, l-Impriża Konġunta kienet ħadet impenji ta' EUR 158 800 000 u pagamenti ta' EUR 78 600 000 (19,1 % tal-fondi allokati), għall-implimentazzjoni tal-ewwel mewġa ta' proġetti; dan juri li l-Impriża Konġunta attwalment iffirmat ftehimiet ta' għotja pluriennali interdipendenti u kuntratti għall-akkwist għall-implimentazzjoni ta' 39 % tal-programm ta' riċerka u innovazzjoni tal-Impriża Konġunta, f'konformità mal-programm ta' ħidma pluriennali tal-Impriża Konġunta.

7.  Jirrikonoxxi l-fatt li mill-kontribuzzjonijiet ta' EUR 350 000 000 li għandhom isiru mill-membriindustrijali għall-attivitajiet operattivi u l-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta, sa tmiem l-2017, jiġifieri erba' xhur wara li l-Impriża Konġunta kienet nediet l-ewwel proġetti tagħha fl-ambitu tal-programm Orizzont 2020, il-membri industrijali kienu rrappurtaw kontribuzzjonijiet in natura ta' EUR 34 900 000 għall-attivitajiet operattivi, li minnhom EUR 3 000 000 kienu ġew iċċertifikati; jinnota li l-Bord ta' Tmexxija kien ivvalida kontribuzzjonijiet ta' EUR 4 900 000 fi flus kontanti għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta;

8.  Jiddispjaċih li, sal-iskadenza tal-31 ta' Jannar 2018, ħadd mill-membri l-oħra ma kien f'pożizzjoni li jkollu l-ispejjeż tiegħu relatati mal-kontribuzzjonijiet operattivi in natura (IKOP) tal-2017 u l-kontribuzzjonijiet ta' attivitajiet oħra in natura (IKAA) iċċertifikati; jinnota li l-istimi IKOP tal-2017 ammontaw għal EUR 21,3 miljun, li rrappreżenta andament pożittiv konformi mal-kurva S tas-soltu tal-Ġestjoni tal-Programm; jinsab sodisfatt li l-IKAA kumulattivi ddikjarati mill-membri l-oħra sa tmiem l-2017 ammontaw għal EUR 130 miljun, somma akbar mill-ammont minimu ta' EUR 120,0 miljun stabbilit skont ir-Regolament li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta;

9.  Josserva li sa tmiem l-2017, il-kontribuzzjonijiet totali mill-membri industrijali ammontaw għal EUR 169 800 000, meta mqabbla mal-kontribuzzjoni fi flus kontanti mill-Unjoni li ammontat għal EUR 83 200 000;

10.  Jinnota li, fl-2017, l-Impriża Konġunta ffirmat 17-il ftehim ta' għotja li rriżultaw mis-sejħiet għal proposti tal-2017, u li l-valur tal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni ta' dawk is-sejħiet għal proposti ammontaw għal EUR 110 900 000, li għandhom jiġu kofinanzjati mill-Impriża Konġunta sa massimu ta' EUR 60 100 000;

11.  Jinnota wkoll li l-Membri Fundaturi, minbarra l-Unjoni u l-membri assoċjati, qablu li jillimitaw it-talba għall-kofinanzjament tagħhom għal 44,44 % tal-ispejjeż totali tal-proġett, li, kumplessivament, hija l-aktar waħda baxxa għall-Programm Orizzont 2020; jilqa' l-fatt li 120 SME ħadu sehem fis-sejħa għal proposti tal-2017 u 50 SME ntgħażlu biex jingħataw finanzjament (25 %);

Prestazzjoni

12.  Jilqa' l-fatt li fl-ambitu ta' Orizzont 2020, in-nuqqas ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) stabbiliti ma għadux problema; jiddispjaċih li l-informazzjoni dwar it-tielet ġabra ta' KPIs għadha mhijiex disponibbli minħabba n-natura tal-proġetti; jinnota li l-esperti talbu aktar attività ta' monitoraġġ u analiżi, biex issir distinzjoni ċara bejn il-KPIs li effettivament ikunu nkisbu fi tmiem kull sena u l-KPIs previsti;

13.  Josserva li l-proporzjon tal-ispejjeż tal-ġestjoni (il-baġit amministrattiv u operattiv) baqa' taħt il-5 %, u b'hekk jindika struttura organizzattiva semplifikata u effiċjenti tal-Impriża Konġunta;

14.  Jinnota bi tħassib il-valur interim tal-effett ta' ingranaġġ ta' 0,9 fi tmiem l-2016; jitlob lill-Impriża Konġunta tieħu miżuri biex tikseb l-effett ta' ingranaġġ fil-mira fuq il-perjodu kollu 2014-2020 ta' 1,18;

15.  Jinnota li l-esperti jsemmu li l-Impriża Konġunta diġà għenet biex tinħoloq kontinwità u viżjoni kondiviża komuni għar-riċerka ferrovjarja fi ħdan il-komunità ferrovjarja; jilqa' bi pjaċir li, barra minn hekk, l-Impriża Konġunta għenet biex tinbena l-fiduċja bejn l-atturi li kieku ma jkollhomx l-opportunità li jaqsmu l-ideat u l-interessi komuni 'l barra minn sitwazzjoni kummerċjali; josserva li l-preżenza tal-operaturi ferrovjarji fl-Impriża Konġunta għandha maż-żmien tissaħħaħ;

16.  Jinnota l-opinjoni tal-esperti skont liema hemm ċertu periklu li l-Impriża Konġunta titqies bħala "ħanut magħluq", parzjalment għal raġunijiet storiċi li jibqgħu f'moħħ in-nies; jitlob lill-Impriża Konġunta tindirizza dan u li jinbnew il-progress u l-fiduċja, speċjalment permezz tal-proċessi miftuħa għall-għażla ta' suġġetti futuri ta' innovazzjoni u sħab ġodda.

Selezzjoni u reklutaġġ tal-persunal

17.  Jinnota li, fl-2017, l-Impriża Konġunta rreklutat seba' membri tal-persunal skont it-tabella tal-persunal tagħha: uffiċjal legali, assistent amministrattiv u finanzjarju, uffiċjal operattiv u ta' appoġġ għall-għotjiet u erba' maniġers tal-Programm;

18.  Jinnota li fl-aħħar tas-sena 2017, il-persunal tal-Impriża Konġunta kien magħmul minn 20 membru mit-23 previsti fit-tabella tal-persunal;

Kontroll intern

19.  Jinnota li l-Impriża Konġunta stabbiliet proċeduri ta' kontroll ex ante affidabbli, ibbażati fuq ir-rieżamijiet dokumentarji finanzjarji u operattivi, u li s-Servizz tal-Awditjar Komuni tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (is-"Servizz tal-Awditjar Komuni") huwa responsabbli għall-awditjar ex post tad-dikjarazzjonijiet ta' spiża ta' proġetti tal-Programm Orizzont 2020; jinnota, barra minn hekk, li s-sitwazzjoni fi tmiem l-2017 uriet li l-aktar standards ta' kontroll intern importanti, fil-parti l-kbira kienu ġew implimentati, iżda għad fadal xi azzjonijiet oħra; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar dawn l-implimentazzjonijiet;

20.  Jilqa' r-rieda tal-Impriża Konġunta li tesperimenta fl-2018 semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi permezz tal-implimentazzjoni tal-Għotja pilota ta' Somma f'Daqqa f'qafas ta' kontroll tal-Programm limitat;

21.  Jieħu nota li r-rata tal-iżball residwu għall-Programm Orizzont 2020 kienet taħt il-materjalità skont il-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), u kienet tammonta għal 1,44 %, għalkemm hija mistennija li tiżdied għal madwar 2,24 % meta jitqiesu l-abbozzi tar-rapporti tal-awditjar;

22.  Jinnota li għall-kontrolli ex post fl-2017, il-kampjun rappreżentattiv tal-Impriża Konġunta ġie identifikat bħala 15-il parteċipazzjoni li jirrappreżentaw EUR 1,3 miljun f'termini ta' kofinanzjament ivvalidat tal-Impriża Konġunta; jiddispjaċih li ma ngħatat ebda rata ta' żball speċifika fir-rigward tal-awditi mwettqa għall-kampjun rappreżentattiv tal-Impriża Konġunta;

23.  Jirrikonoxxi l-fatt li s-Servizz tal-Awditjar Intern jiżvolġi r-rwol ta' Awditur Intern tal-Impriża Konġunta u, f'dan ir-rigward, jirrapporta indirettament lill-Bord ta' Tmexxija u lid-Direttur Eżekuttiv; jinnota li l-ewwel missjoni ta' awditjar kienet tikkonsisti fit-twaqqif ta' profil tar-riskju tal-Impriża Konġunta bil-għan li jiġi stabbilit pjan ta' ħidma triennali ta' awditjar intern; josserva li l-Pjan Strateġiku tas-Servizz tal-Awditjar Intern 2017-2019 ġie ppreżentat f'Ġunju 2017 u dan se jiġi rieżaminat kull sena;

24.  Jieħu nota tal-fatt li fl-2017, l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, flimkien mas-Servizz tal-Awditjar Komuni, varaw l-ewwel awditu ex post ta' kampjun aleatorju ta' dikjarazzjonijiet ta' spiża interim tal-Programm Orizzont 2020; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati ta' dan l-awditu;

25.  Jinnota b'dispjaċir li fi tmiem l-2017, l-għodod komuni tal-Kummissjoni għall-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-għotjiet fl-ambitu tal-Programm Orizzont 2020, kienu għadhom ma temmewx l-iżviluppi speċifiċi meħtieġa biex jiġu pproċessati l-kontribuzzjonijiet in natura tal-Impriża Konġunta. jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar dawn l-iżviluppi;

26.  Josserva li twettqet l-Evalwazzjoni Interim Finali tal-Kummissjoni dwar l-attivitajiet operattivi tal-Impriża Konġunta skont Orizzont 2020 li tkopri l-perjodu bejn l-2014 u l-2016; jinnota li tħejja Pjan ta' Azzjoni li ġie adottat mill-Bord ta' Tmexxija f'Ġunju 2018; jinnota li diġà bdew xi azzjonijiet u jqis li mhux ir-rakkomandazzjonijiet kollha se jiġu indirizzati fl-ambitu tal-Programm tal-Qafas Finanzjarju attwali;

Akkwist u għotjiet operattivi

27.  Jinnota li ġew osservati xi nuqqasijiet kwalitattivi fil-proċedura miftuħa tal-Impriża Konġunta għall-akkwist ta' servizzi relatati mas-servizzi tal-komunikazzjoni u l-avvenimenti b'baġit stmat ta' EUR 1 200 000 fuq perjodu ta' erba' snin. jinnota li skont ir-risposta tal-Impriża Konġunta, din tal-aħħar iddeċidiet li ma tintroduċix kapaċità finanzjarja minima sabiex ma tiskoraġġix il-parteċipazzjoni tal-SMEs għas-sejħa għal offerti;

Kwistjonijiet oħra

28.  Jilqa' l-fatt li l-Impriża Konġunta stabbiliet l-istrateġija tagħha u l-pjan ta' azzjoni tagħha kontra l-frodi, bħala azzjoni korrettiva għall-kummenti ewlenin tal-Qorti fil-qafas tal-kwittanza tal-2016;

29.   Jinnota li l-Impriża Konġunta adottat regoli li jirregolaw il-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri, tal-korpi, tal-persunal u l-persunal issekondat tagħha, kif ukoll tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija, u stabbiliet strateġija mfassla apposta kontra l-frodi li tikkomplementa l-istrateġija Orizzont 2020 u tinkludi valutazzjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet tagħha;

30.  Jinsisti fuq l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-Impriża Konġunta u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA); jilqa' bi pjaċir l-involviment tal-ERA fil-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta u fil-gruppi li abbozzaw il-Pjan ta' Azzjoni Pluriennali; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta vvalutat it-talba għar-riċerka u l-innovazzjoni tal-ERA biex tevita attivitajiet li jikkoinċidu.

31.  Jilqa' s-sinerġiji tal-Impriża Konġunta ma' programmi u fondi oħra tal-Unjoni, pereżempju l-Proġett Pilota tal-Parlament Ewropew "Skala tal-Eċċellenza", u jilqa' l-kooperazzjoni ma' proġetti rilevanti oħra, bħall-Proġett SESAR jew Rail Baltica;

32.  Jilqa' l-attivitajiet li saru biex tiżdied il-viżibbiltà online tal-Impriża Konġunta; jinnota r-ristrutturar tas-sit web, l-introduzzjoni tal-bullettin ta' kull xahrejn, iż-żieda fl-għadd ta' viżitaturi, il-followers tal-midja soċjali u l-kopertura tal-istampa;

33.  Jilqa' l-fatt li l-Impriża Konġunta implimentat strateġija mfassla apposta kontra l-frodi li tikkomplementa l-istrateġija Orizzont 2020 u tinkludi valutazzjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet tagħha.

22.1.2019

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Shift2Rail (S2R JU) għas-sena finanzjarja 2017

(2018/2217(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Innocenzo Leontini

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-Impriża Konġunta Shift2Rail ("S2R JU") għas-sena finanzjarja 2017 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.  Jinnota li l-baġit annwali tal-S2R JU għall-2017 kien ta' EUR 68,6 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 44,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament;

3.  Jinnota li, għall-baġit operattiv, l-S2R JU kisbet rata ta' implimentazzjoni ta' 94 % għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u rata ta' implimentazzjoni ta' 79 % għall-approprjazzjonijiet ta' pagament; jinnota li l-biċċa l-kbira tal-pagamenti li saru mill-Impriża Konġunta fl-2017 kienu pagamenti ta' prefinanzjament għall-proġetti tal-Orizzont 2020 magħżula taħt is-sejħiet għal proposti tal-2017; jinnota r-rata ta' implimentazzjoni baxxa (55,2 %) tal-approprjazzjonijiet ta' pagament fit-Titolu 2 (nefqa amministrattiva) minħabba l-użu ta' kuntratti ta' qafas pluriennali; jiddispjaċih li kien hemm dgħufijiet fil-proċess tal-ippjanar tal-baġit u li l-S2R JU kellha madwar EUR 7,6 miljun li ma ntużawx mis-sena ta' qabel;

4.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li, sal-iskadenza tal-31 ta' Jannar 2018, ħadd mill-Membri l-Oħra ma kien fil-pożizzjoni li jkollu l-ispejjeż tiegħu relatati mal-kontribuzzjonijiet operazzjonali mhux finanzjarji (IKOP) u l-kontribuzzjonijiet ta' attivitajiet oħra mhux finanzjarji (IKAA) ċċertifikati; jinnota li l-estimi tal-IKOP tal-2017 ammontaw għal EUR 21,3 miljun, li jirrappreżenta xejra pożittiva f'allinjament mal-kurva S tas-soltu tal-Ġestjoni tal-Programm; jinsab sodisfatt li l-IKAA kumulattivi ddikjarati mill-Membri l-Oħra sa tmiem l-2017 ammontaw għal EUR 130 miljun, somma akbar mill-ammont minimu ta' EUR 120 miljun stabbilit skont ir-Regolament tal-S2R JU;

5.  Jissottolinja l-fatt li r-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur ferrovjarju huma deċiżivi għall-iżvilupp ta' settur ferrovjarju sigur u globalment kompetittiv u jwettqu rwol importanti biex jiksbu tnaqqis sinifikanti fl-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja tas-sistema ta' trasport ferrovjarju u li jiksbu żidiet sinifikanti fil-kapaċitajiet tas-sistema ta' transport ferrovjarju, f'termini ta' affidabbiltà u puntwalità, kif ukoll biex ineħħu l-bqija tal-ostakoli tekniċi għall-interoperabbiltà u jnaqqsu l-esternalitajiet negattivi relatati mat-trasport; jenfasizza wkoll li l-objettivi tal-S2R JU huma li tikseb żona ferrovjarja unika Ewropea u li ssaħħaħ l-attraenza u l-kompetittività tas-settur ferrovjarju Ewropew; jenfasizza li l-S2R JU jeħtieġ li tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani meħtieġa biex tilħaq dawn l-objettivi ewlenin b'mod effettiv u effiċjenti;

6.  Ifakkar li r-riċerka u l-innovazzjoni mhumiex proċess iżolat bl-użu ta' regola sempliċi għall-ġestjoni tal-proċessi; jisħaq għalhekk li huwa ta' importanza sinifikanti li jiġu identifikati, fost il-proġetti ta' riċerka u innovazzjoni, dawk li jistgħu jwasslu għal soluzzjonijiet innovattivi għas-suq; jenfasizza li l-bidliet fir-Regolament li jistabbilixxi l-S2R JU u fl-Istatuti tagħha ser ikunu ta' importanza kbira għall-iżvilupp tal-S2R JU li jmiss biex itejbu l-effiċjenza tagħha; jisħaq, b'mod partikolari, li hemm bżonn li jiġi previst l-użu tal-prinċipju ta' finanzjament pluriennali u li jiġu adottati skedi ta' żmien flessibbli għall-ippubblikar ta' proposti ta' proġetti;

7.  Jinsisti dwar l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-S2R JU u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA); jilqa' l-parteċipazzjoni tal-ERA fil-laqgħat tal-bord governattiv tal-impriża konġunta; jitlob lill-S2R JU sabiex fir-rapport ta' attività annwali tagħha tipprovdi informazzjoni aktar konkreta dwar il-kisbiet ewlenin ta' din il-kooperazzjoni;

8.  Jinnota li, fl-2017, l-S2R JU tat 17-il għotja bħala riżultat tas-sejħa tal-2017 varata f'Novembru 2016 għal kofinanzjament mill-S2R JU sa EUR 60,1 miljun; jinnota wkoll li l-Membri Fundaturi minbarra l-Unjoni u l-Membri Assoċjati qablu li jillimitaw it-talba tagħhom għall-kofinanzjament għal 44,44 % tal-ispejjeż totali tal-proġett, li hu l-aktar wieħed baxx kumplessivament għall-Programm H2020; jilqa' l-fatt li 120 SME ħadu sehem fis-sejħa tal-2017 u 50 SME intgħażlu biex jingħataw finanzjament (25 %);

9.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rieda tal-S2R JU li tesperimenta, fl-2018, b'simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi permezz tal-implimentazzjoni tal-Għotja ta' Somma f'Daqqa pilota f'qafas ta' kontroll tal-Programm limitat;

10.  Jinnota li għall-kontrolli ex post fl-2017, il-kampjun rappreżentattiv tal-S2R JU ġie identifikat bħala 15-il parteċipazzjoni li jirrappreżentaw EUR 1,3 miljun f'termini ta' kofinanzjament tal-S2R vvalidat; jiddispjaċih dwar il-fatt li ma ġietx ipprovduta rata ta' żball speċifika fir-rigward tal-awditi mwettqa għall-kampjun rappreżentattiv tal-S2R JU;

11.  Jilqa' l-fatt li l-S2R JU stabbiliet l-istrateġija u l-pjan ta' azzjoni tagħha kontra l-frodi, bħala azzjoni ta' rimedju għall-kummenti ewlenin tal-Qorti tal-Awdituri fil-qafas tal-kwittanza tal-2016;

12.   Jinnota li l-S2R JU adottat regoli li jirregolaw il-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri, il-korpi, il-persunal u l-persunal issekondat tagħha, kif ukoll il-membri tal-Bord Governattiv tal-S2R u stabbiliet strateġija kontra l-frodi mfassla apposta li tikkomplementa l-istrateġija H2020, inkluża valutazzjoni tar-riskji u l-opportunitajiet tagħha;

13.  Jipproponi li l-Parlament jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-S2R JU għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-S2R JU għas-sena finanzjarja 2017.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

22.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Innocenzo Leontini, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Francisco José Millán Mon, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Markus Ferber, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Peter Kouroumbashev, João Pimenta Lopes

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Christelle Lechevalier, Julie Ward

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

37

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Jacqueline Foster, Innocenzo Leontini, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

EFDD

Daniela Aiuto

GUE/NGL

Marie-Pierre Vieu

PPE

Georges Bach, Wim van de Camp, Deirdre Clune, Andor Deli, Markus Ferber, Luis de Grandes Pascual, Dieter-Lebrecht Koch, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Francisco José Millán Mon, Massimiliano Salini

S&D

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Peter Kouroumbashev, Bogusław Liberadzki, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Claudia Țapardel, Marita Ulvskog, Julie Ward, Janusz Zemke

VERTS/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

4

-

ECR

Peter Lundgren

ENF

Christelle Lechevalier, Georg Mayer

GUE/NGL

João Pimenta Lopes

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Wolf Klinz, Monica Macovei, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

18

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes

1

-

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 452, 14.12.2018, p. 10.

(2)

ĠU C 452, 14.12.2018, p. 12.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 193, 30.07.2018, p. 1.

(5)

ĠU L 177, 17.6.2014, p. 9.

(6)

ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(7)

ĠU C 452, 14.12.2018, p. 10.

(8)

ĠU C 452, 14.12.2018, p. 12.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 193, 30.07.2018, p. 1.

(11)

ĠU L 177, 17.6.2014, p. 9.

(12)

ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(13)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 642/2014 tas-16 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail (ĠU L 177, 17.6.2014, p. 9).

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Marzu 2019Avviż legali