Proċedura : 2014/0327(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0168/2019

Testi mressqa :

A8-0168/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/03/2019 - 9.10

Testi adottati :

P8_TA(2019)0144

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 182kWORD 54k
7.3.2019
PE 560.897v04-00 A8-0168/2019

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

(05083/2015 – C8-0022/2019 – 2014/0327(NLE))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Francisco Assis

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

(05083/2015 – C8-0022/2019 – 2014/0327(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05083/2015),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra (05880/2015),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0022/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0168/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.


NOTA SPJEGATTIVA

Skont l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja(1), il-Kroazja se taderixxi mal-ftehimiet konklużi jew iffirmati qabel l-adeżjoni tal-Kroazja mill-Istati Membri tal-UE u l-Unjoni ma' pajjiż terz wieħed jew aktar permezz ta' protokoll għal dawk il-ftehimiet.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2012 awtorizzat lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati, sabiex jiġu konklużi l-protokolli rilevanti.

Il-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ġie ffirmat fi Brussell fis-6 ta' Diċembru 2002, konkluż permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2008 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2008.

Skont il-Proċedura ta' Konsultazzjoni, applikabbli f'dak iż-żmien, abbozz ta' Riżoluzzjoni Leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ġie adottat mill-Kumitat għall-Politika Reġjonali, it-Trasport u t-Turiżmu fit-8 ta' Lulju 2003 b'26 vot favur, 12-il vot kontra u astensjoni (A5-0254/2003). Hija kienet kompletament adottata mill-Parlament Ewropew fit-2 ta' Settembru 2003 (P5_TA(2003)0357).

L-għanijiet ewlenin tal-Ftehim huma:

•  It-tisħiħ u l-konsolidazzjoni tar-relazzjonijiet, fuq il-bażi ta' ugwaljanza u vantaġġi reċiproċi, fil-qasam tat-trasport marittimu internazzjonali;

•  Ir-rikonoxximent tal-importanza ta' servizzi tat-trasport marittimu u x-xewqa għall-promozzjoni ta' aktar trasport multimodali li jinvolvi parti bil-baħar sabiex tiżdied l-effiċjenza fil-katina tat-trasport;

•  Ir-rikonoxximent tal-importanza ta' żvilupp ulterjuri ta' approċċ flessibbli u orjentat lejn is-suq u l-benefiċċji għall-operaturi ekonomiċi taż-żewġ partijiet li jikkontrollaw u joperaw servizzi tat-trasport tal-merkanzija internazzjonali tagħhom stess fil-kuntest ta' sistema effiċjenti tat-trasport marittimu internazzjonali.

Fl-1 ta' Lulju 2013, ir-Repubblika tal-Kroazja aderixxiet mal-UE u saret it-28 Stat Membru tagħha.

Il-Protokoll ġie ffirmat fi Brussell fil-21 ta' Diċembru 2018 u l-Kunsill talab l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll fis-7 ta' Jannar 2019.

Il-Protokoll se jagħmel lir-Repubblika tal-Kroazja parti għall-Ftehim u jipprevedi l-adattamenti lingwistiċi meħtieġa li jirriżultaw.

Il-Protokoll ma jintroduċi l-ebda tibdil fis-sustanza tal-Ftehim bejn l-UE u ċ-Ċina.

F'konformità mal-Artikolu 99(1) tar-Regoli ta' Proċedura, l-emendi fil-kumitat għandhom ikunu ammissibbli biss jekk ikollhom l-għan li jreġġgħu lura r-rakkomandazzjoni proposta mir-rapporteur.

L-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew għad-Deċiżjoni tal-Kunsill hija komponent obbligatorju fl-ikkompletar tal-proċess ta' ratifikazzjoni tal-Protokoll, u dan jikkontribwixxi wkoll għall-ħarsien kontinwu u l-iżvilupp ta' relazzjonijiet kummerċjali tal-Unjoni mar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

Abbażi ta' dan kollu li ssemma hawn fuq, ir-Rapporteur jissuġġerrixxi li l-Kumitat TRAN għandu jagħti opinjoni favorevoli dwar il-konklużjoni ta' dan il-Protokoll.

(1)

ĠU L 112, 24.04.2012, p. 21.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Protokoll li jemenda l-Ftehim KE-Ċina dwar it-Trasport Marittimu biex jittieħed kont tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE

Referenzi

05083/2015 – C8-0022/2019 – COM(2014)06922014/0327(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

4.1.2019

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

14.1.2019

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Francisco Assis

9.12.2014

 

 

 

Eżami fil-kumitat

29.1.2019

 

 

 

Data tal-adozzjoni

4.3.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marie-Christine Arnautu, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Dieter-Lebrecht Koch, Innocenzo Leontini, Peter Lundgren, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Gabriele Preuß, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Keith Taylor, István Ujhelyi, Marita Ulvskog, Peter van Dalen, Wim van de Camp

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Francisco Assis, Matt Carthy, Jakop Dalunde, Karoline Graswander-Hainz, Pavel Svoboda, Matthijs van Miltenburg, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Evi, Michael Gahler, Ricardo Serrão Santos

Data tat-tressiq

7.3.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

33

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Matthijs van Miltenburg, Dominique Riquet

ECR

Peter van Dalen, Innocenzo Leontini, Peter Lundgren

EFDD

Eleonora Evi

ENF

Marie-Christine Arnautu

GUE/NGL

Matt Carthy

PPE

Georges Bach, Wim van de Camp, Deirdre Clune, Andor Deli, Michael Gahler, Dieter-Lebrecht Koch, Cláudia Monteiro de Aguiar, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Pavel Svoboda, Henna Virkkunen

S&D

Francisco Assis, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Karoline Graswander-Hainz, Gabriele Preuß, Ricardo Serrão Santos, István Ujhelyi, Marita Ulvskog

VERTS/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Marzu 2019Avviż legali