Proċedura : 2018/0332(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0169/2019

Testi mressqa :

A8-0169/2019

Dibattiti :

PV 25/03/2019 - 15
CRE 25/03/2019 - 15

Votazzjonijiet :

PV 26/03/2019 - 7.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0225

RAPPORT     ***I
PDF 467kWORD 180k
7.3.2019
PE 631.995v03-00 A8-0169/2019

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twaqqaf il-bidliet staġonali fil-ħin u tħassar id-Direttiva 2000/84/KE

(COM(2018)0639 – C8-0408/2018 – 2018/0332(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Marita Ulvskog

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twaqqaf il-bidliet staġonali fil-ħin u tħassar id-Direttiva 2000/84/KE

(COM(2018)0639 – C8-0408/2018 – 2018/0332(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0639),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0408/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta'…(1),

–  wara li kkunsidra r-riżultati tal-konsultazzjoni online li saret mill-Kummissjoni Ewropea bejn l-4 ta' Lulju 2018 u s-16 ta' Awwissu 2018,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ta' ...(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0169/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Fl-imgħoddi, l-Istati Membri għażlu li jdaħħlu arranġamenti għall-ħin tas-sajf fil-livell nazzjonali. Għal dik ir-raġuni, kien importanti għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern li jiġu ffissati dati u ħinijiet komuni għall-bidu u t-tmiem tal-perjodu tal-ħin tas-sajf madwar l-Unjoni. Skont id-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21, illum il-ġurnata l-Istati Membri kollha japplikaw arranġamenti għall-ħin tas-sajf mill-aħħar Ħadd f'Marzu sal-aħħar Ħadd ta' Ottubru tal-istess sena.

(1)  Fl-imgħoddi, l-Istati Membri għażlu li jdaħħlu arranġamenti għall-ħin tas-sajf fil-livell nazzjonali. Għal dik ir-raġuni, kien importanti għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern li jiġu ffissati dati u ħinijiet komuni għall-bidu u t-tmiem tal-perjodu tal-ħin tas-sajf madwar l-Unjoni biex jiġi kkoordinat it-tibdil tas-siegħa fl-Istati Membri. Skont id-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21, illum il-ġurnata l-Istati Membri kollha japplikaw il-bidliet staġonali fil-ħin darbtejn fis-sena. Il-ħin standard jinbidel għall-ħin tas-sajf fl-aħħar Ħadd f'Marzu u jibqa' fis-seħħ sal-aħħar Ħadd ta' Ottubru tal-istess sena.

__________________

__________________

21 Id-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar arranġamenti għal ħin tas-sajf (ĠU L 31, 2.2.2001, p. 21).

21 Id-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar arranġamenti għall-ħin tas-sajf (ĠU L 31, 2.2.2001, p. 21).

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Fir-riżoluzzjoni tagħha tat-8 ta' Frar 2018, il-Parlament Ewropew appella lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf skont id-Direttiva 2000/84/KE, u jekk meħtieġ, toħroġ bi proposta għar-rieżami tagħha. Dik ir-riżoluzzjoni kkonfermat ukoll li huwa essenzjali li jibqa' jkun hemm approċċ armonizzat għall-arranġamenti tal-ħin fl-Unjoni kollha.

(2)  Fil-kuntest tad-diversi petizzjonijiet, inizjattivi taċ-ċittadini u mistoqsijiet parlamentari, il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Frar 2018, appella lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni eżawrjenti tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf skont id-Direttiva 2000/84/KE, u jekk meħtieġ, toħroġ bi proposta għar-rieżami tagħha. Dik ir-riżoluzzjoni enfasizzat ukoll l-importanza li jinżamm approċċ armonizzat u koordinat għall-arranġamenti tal-ħin fl-Unjoni kollha, u għal reġim tal-ħin unifikat tal-UE.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza disponibbli, li tixħet dawl fuq l-importanza li jkun hemm regoli tal-Unjoni armonizzati f'dawn il-qasam sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern kif ukoll sabiex jiġu evitati, fost l-oħrajn, it-tfikxil għall-iskedar tal-operati tat-trasport u għall-funzjonament tas-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni, kostijiet ogħla għall-kummerċ transfruntiera, jew inqas produttività għall-oġġetti u s-servizzi. L-evidenza mhijiex konklużjoni rigward jekk il-benefiċċji tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf humiex ikbar mill-inkonvenjenzi marbutin mal-bidla fil-ħin ta' darbtejn fis-sena.

(3)  Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza disponibbli, li tixħet dawl fuq l-importanza li jkun hemm regoli tal-Unjoni armonizzati f'dan il-qasam li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, il-ħolqien tal-prevedibbiltà u ċ-ċertezza fit-tul, kif ukoll sabiex jiġu evitati, fost l-oħrajn, it-tfixkil għall-iskedar tal-operazzjonijiet tat-trasport u għall-funzjonament tas-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni, kostijiet ogħla għall-kummerċ transfruntiera, jew inqas produttività għall-oġġetti u s-servizzi.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  Id-dibattitu pubbliku dwar l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf mhuwiex ġdid, u wara l-introduzzjoni tal-ħin tas-sajf kien hemm bosta inizjattivi li kellhom l-għan li jtemmu din il-prattika. Xi Stati Membri organizzaw konsultazzjonijiet nazzjonali u l-parti l-kbira tan-negozji u tal-partijiet interessati appoġġjaw it-tmiem tal-prattika. Il-konsultazzjoni varata mill-Kummissjoni Ewropea waslet għall-istess konklużjoni.

Ġustifikazzjoni

L-introduzzjoni tal-bidla fil-ħin kellha l-avversarji tagħha sa mill-bidu, imma l-proposta kurrenti ġiet wara sensiela ta' studji u konsultazzjonijiet li introduċew argumenti fid-dibattitu ideoloġiku. Għal dak il-għan, huwa xieraq li jissemmew id-dibattiti preċedenti kif ukoll il-proċess li wassal għall-proposta kurrenti.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3b)  F'dan il-kuntest, is-sitwazzjoni tal-bdiewa li jrabbu l-bhejjem tista' sservi ta' eżempju ta' kif l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf fil-bidu kienu meqjusa inkompatibbli mal-prattiki tax-xogħol agrikolu, b'mod partikolari rigward il-bidu diġà kmieni ħafna tal-ġurnata tax-xogħol bil-ħin standard. Barra minn hekk, kien jitqies li t-tranżizzjoni għall-ħin tas-sajf darbtejn fis-sena kienet tagħmilha aktar diffiċli li l-prodotti jew l-annimali jitwasslu lejn is-swieq. U fl-aħħar nett kien preżunt li l-produzzjoni tal-ħalib kienet sejra tonqos, minħabba li l-baqar isegwu r-ritmu tal-ħlib naturali tagħhom. Madankollu, it-tagħmir u l-prattiki agrikoli moderni rrevoluzzjonaw il-biedja b'tali mod li l-parti l-kbira ta' dawn il-preokkupazzjonijiet m'għadhomx aktar rilevanti, filwaqt li jibqa' rilevanti t-tħassib relatat mal-bijoritmu tal-annimali kif ukoll mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-bdiewa.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Għaddej dibattitu pubbliku mqanqal dwar l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf, u ċerti Stati Membri diġà esperimew il-preferenza tagħhom li tali arranġamenti ma jibqgħux japplikaw. Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, hemm bżonn li jibqa' jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u li jiġi evitat kull tfixkil sinifikanti li jista' jinqala' minħabba diverġenzi bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam. Għaldaqstant, jixraq li l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf jinqatgħu b'mod koordinat.

(4)  Għaddej dibattitu pubbliku mqanqal dwar l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf. Madwar 4,6 miljun ċittadin ipparteċipaw fil-konsultazzjoni pubblika organizzata mill-Kummissjoni, total li jirrappreżenta l-ogħla għadd ta' risponsi li qatt ntlaqgħu matul kwalunkwe konsultazzjoni organizzata mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, numru ta' inizjattivi taċ-ċittadini enfasizzaw it-tħassib pubbliku rigward it-tibdil tas-siegħa darbtejn fis-sena, u ċerti Stati Membri diġà esprimew il-preferenza tagħhom li jtemmu tali arranġamenti għall-ħin tas-sajf. Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, hemm bżonn li jibqa' jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u li jiġi evitat kull tfixkil sinifikanti li jista' jinqala' minħabba diverġenzi bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam. Għaldaqstant, jixraq li l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf jinqatgħu b'mod koordinat u armonizzat.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  Il-kronobijoloġija turi li l-bijoritmu tal-ġisem tal-bniedem huwa affettwat minn kwalunkwe tibdil fil-ħin, li jista' jkollu impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem. L-evidenza xjentifika riċenti tissuġġerixxi b'mod ċar li hemm rabta bejn il-bidliet fil-ħin u l-mard kardjovaskulari, il-mard infjammatorju tas-sistema immunitarja jew l-ipertensjoni, b'rabta mad-disturb taċ-ċiklu ċirkadjan. Ċerti gruppi, bħat-tfal u l-anzjani, huma partikolarment vulnerabbli. Għaldaqstant, għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika, ikun tajjeb li l-bidliet staġonali fil-ħin jintemmu.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4b)  It-territorji, apparti t-territorji extra-Ewropej tal-Istati Membri, huma raggruppati fi tliet żoni ta' ħin jew ta' ħinijiet standard differenti, jiġifieri GMT, GMT +1 u GMT +2. L-estensjoni vasta mit-Tramuntana għan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea tfisser li l-effetti tad-dawl ta' binhar ivarjaw madwar l-Unjoni. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jikkunsidraw l-aspetti ġeografiċi tal-ħin, jiġifieri ż-żoni tal-ħin naturali u l-pożizzjoni ġeografika, qabel ma jibdlu ż-żoni tal-ħin tagħhom. L-Istati Membri jenħtieġ li jikkonsultaw liċ-ċittadini u lill-partijiet interessati rilevanti qabel ma jiddeċiedu li jibdlu ż-żoni tal-ħin tagħhom.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4c)  Għadd ta' inizjattivi taċ-ċittadini enfasizzaw it-tħassib taċ-ċittadini dwar il-qlib fis-siegħa darbtejn fis-sena u l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw iż-żmien u l-opportunità li jwettqu l-konsultazzjonijiet pubbliċi u l-valutazzjonijiet tal-impatt tagħhom stess sabiex jifhmu aħjar l-implikazzjonijiet tat-tmiem tal-bidliet staġonali fil-ħin fir-reġjuni kollha.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 4d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4d)  Il-ħin tas-sajf ippermetta li l-inżul tax-xemx jidher li jsir aktar tard matul ix-xhur tas-sajf. Għall-maġġoranza taċ-ċittadini tal-UE, i s-sajf huwa sinonimu mal-fatt li d-dawl tax-xemx jibqa' preżenti sa tard filgħaxija. Li nerġgħu lura għall-ħin "standard" iwassal biex fis-sajf ix-xemx tinżel siegħa aktar kmieni, b'perjodu tas-sena ferm aqsar li matulu d-dawl ta' binhar jibqa' preżenti sa tard filgħaxija.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 4e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4e)  Bosta studji eżaminaw ir-rabta bejn il-bidla għall-ħin tas-sajf u r-riskju ta' attakki tal-qalb, it-tħarbit tar-ritmu tal-ġisem, in-nuqqas ta' rqad, in-nuqqas ta' konċentrazzjoni u attenzjoni, ir-riskju akbar ta' inċidenti, il-livell aktar baxx ta' sodisfazzjon fil-ħajja u anke r-rati ta' suwiċidju. Madankollu, huwa ċar li s-sigħat itwal ta' dawl matul il-jum, l-attivitajiet fil-beraħ wara x-xogħol jew l-iskola u l-espożizzjoni għad-dawl tax-xemx għandhom xi effetti pożittivi fit-tul fuq il-benesseri ġenerali.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 4f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4f)  Il-bidliet staġonali fil-ħin għandhom ukoll impatt negattiv fuq it-trattament xieraq tal-annimali, li huwa evidenti fil-biedja, pereżempju, fejn il-produzzjoni tal-ħalib tal-baqar tbati.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 4g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4g)  Hemm preżunzjoni komuni li l-bidliet staġonali fil-ħin iwasslu għal iffrankar tal-enerġija. Tabilħaqq, din kienet ir-raġuni ewlenija għalfejn dawn ġew introdotti għall-ewwel darba matul is-seklu li għadda. Ir-riċerka turi, madankollu, li filwaqt li t-tibdil staġonali jista' jkollu benefiċċji marġinali fit-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija fl-Unjoni kollha, dan mhux il-każ f'kull Stat Membru. L-enerġija għad-dawl li tiġi ffrankata bil-bidla għall-ħin tas-sajf tista' tingħeleb ukoll minn żieda fil-konsum tal-enerġija għat-tisħin. Barra minn hekk, l-interpretazzjoni tar-riżultati hija diffiċli, peress li dawn huma influwenzati ħafna minn fatturi esterni, bħall-meteoroloġija, l-imġiba tal-utenti tal-enerġija jew it-tranżizzjoni enerġetika li għadha għaddejja.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr ħsara għad-dritt li kull Stat Membru jiddeċiedi dwar il-ħin jew ħinijiet standard għat-territorji taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattati, kif ukoll dwar bidliet fil-ħin ulterjuri. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjoni tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf minn ċerti Stati Membri biss ma tfixkilx il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu lura milli jibdlu l-ħin standard tagħhom f'territorju partikolari taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom għal raġunijiet marbutin ma' bidliet staġonali, anki jekk tali bidla tiġi ppreżentata bħala bidla taż-żona tal-ħin. Barra minn hekk, sabiex jiġi minimizzat it-tfixkil, fost l-oħrajn, għat-trasport, għall-komunikazzjonijiet jew għal setturi oħra kkonċernati, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien xieraq bl-intenzjoni tagħhom li jibdlu l-ħin standard tagħhom, u sussegwentement japplikaw il-bidliet notifikati. Abbażi ta' dik in-notifika, jenħtieġ li l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istati Membri kollha l-oħra sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa. Jenħtieġ li tgħarraf ukoll lill-pubbliku ġenerali u lill-partijiet ikkonċernati billi tippubblika dik l-informazzjoni.

(5)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr ħsara għad-dritt li kull Stat Membru jiddeċiedi dwar il-ħin jew ħinijiet standard għat-territorji taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattati, kif ukoll dwar bidliet fil-ħin ulterjuri. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjoni tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf minn ċerti Stati Membri biss ma tfixkilx il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu lura milli jibdlu l-ħin standard tagħhom f'territorju partikolari taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom għal raġunijiet marbutin ma' bidliet staġonali, anki jekk tali bidla tiġi ppreżentata bħala bidla taż-żona tal-ħin. Barra minn hekk, sabiex jiġi minimizzat it-tfixkil, fost l-oħrajn, għat-trasport, għall-komunikazzjonijiet jew għal setturi oħra kkonċernati, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' April 2020 fl-eventwalità li jiddeċiedu li jibdlu l-ħin standard tagħhom, fl-aħħar Ħadd ta' Ottubru 2021.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Għaldaqstant, hemm bżonn li tintemm l-armonizzazzjoni tal-perjodu kopert mill-arranġamenti għall-ħin tas-sajf kif stabbiliti fid-Direttiva 2000/84/KE, u li jiddaħħlu regoli komuni li jipprevjenu li l-Istati Membri japplikaw arranġamenti differenti tal-ħin skont l-istaġun billi jibdlu l-ħin standard tagħhom aktar minn darba matul is-sena, u li jistabbilixxu l-obbligu ta' notifika tal-bidliet previsti fil-ħin standard. Din id-Direttiva timmira li jikkontribwixxi, b'mod determinanti, għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, u għaldaqstant jenħtieġ li tissejjes fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif interpretat skont il-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(6)  Għaldaqstant, hemm bżonn li tintemm l-armonizzazzjoni tal-perjodu kopert mill-arranġamenti għall-ħin tas-sajf kif stabbiliti fid-Direttiva 2000/84/KE, u li jiddaħħlu regoli komuni li jipprevjenu li l-Istati Membri japplikaw arranġamenti differenti tal-ħin skont l-istaġun billi jibdlu l-ħin standard tagħhom aktar minn darba matul is-sena. Din id-Direttiva timmira li jikkontribwixxi, b'mod determinanti, għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, u għaldaqstant jenħtieġ li tissejjes fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif interpretat skont il-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a)  Id-deċiżjoni dwar liema ħin standard għandu jiġi applikat f'kull Stat Membru tirrikjedi li, minn qabel, ikunu saru konsultazzjonijiet u studji li jikkunsidraw il-preferenzi taċ-ċittadini, il-varjazzjonijiet ġeografiċi, id-differenzi reġjonali, l-arranġamenti standard tax-xogħol u fatturi oħra rilevanti għall-Istat Membru partikolari. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien biex janalizzaw l-impatt tal-proposta u jagħżlu s-soluzzjoni li l-aktar taqdi lill-popolazzjonijiet tagħhom, filwaqt li jqisu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6b)  Bidla fil-ħin mhux relatata mal-bidliet staġonali twassal għal spejjeż ta' tranżizzjoni, speċjalment rigward is-sistemi tal-IT fis-settur tat-trasport u f'setturi oħrajn. Jeħtieġ perjodu ta' tħejjija raġonevoli għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva bil-għan li jkun hemm tnaqqis sinifikanti tal-ispejjeż ta' tranżizzjoni.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika mill-1 ta' April 2019, sabiex l-aħħar perjodu tal-ħin tas-sajf soġġett għar-regoli tad-Direttiva 2000/84/KE ikun jibda, f'kull Stat Membru, fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat (UTC), fil-31 ta' Marzu 2019. L-Istati Membri li, wara dak il-perjodu tal-ħin tas-sajf, ikunu beħsiebhom jadottaw ħin standard li jikkorrispondi għall-ħin applikat matul ix-xitwa skont id-Direttiva 2000/84/KE, jenħtieġ li jibdlu l-ħin standard tagħhom fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fis-27 ta' Ottubru 2019, sabiex bidliet simili u fit-tul li jsiru fi Stati Membri differenti jseħħu b'mod simultanju. Huwa mixtieq li l-Istati Membri jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-ħin standard li kull wieħed minnhom ikun se japplika mill-2019 'il quddiem b'mod ikkoordinat.

(7)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika mill-1 ta' April 2021, sabiex l-aħħar perjodu tal-ħin tas-sajf soġġett għar-regoli tad-Direttiva 2000/84/KE jenħtieġ li jibda, f'kull Stat Membru, fis-1.00 a.m., Ħin Universali Koordinat (UTC), fl-aħħar Ħadd ta' Marzu 2021. L-Istati Membri li, wara dak il-perjodu tal-ħin tas-sajf, ikunu beħsiebhom jadottaw ħin standard li jikkorrispondi għall-ħin applikat matul ix-xitwa skont id-Direttiva 2000/84/KE, jenħtieġ li jibdlu l-ħin standard tagħhom fis-1.00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fl-aħħar Ħadd ta' Ottubru 2020, sabiex bidliet simili u fit-tul li jsiru fi Stati Membri differenti jseħħu b'mod simultanju. Huwa mixtieq li l-Istati Membri jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-ħin standard li kull wieħed minnhom ikun se japplika mill-2021 'il quddiem b'mod ikkoordinat.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a)  Bil-għan li tiġi żgurata l-implimentazzjoni armonizzata ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkoordinaw flimkien u jieħdu deċiżjonijiet dwar il-previżjonijiet tal-arranġamenti tal-ħin tagħhom b'mod kondiviż u koordinat. Għalhekk , jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' koordinazzjoni li jkun jikkonsisti minn rappreżentant maħtur minn kull Stat Membru u minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni jenħtieġ li jiddiskuti u jivvaluta l-impatt potenzjali fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-bidla prevista fil-ħinijiet standard ta' Stat Membru, bil-għan li jiġi evitat tfixkil sinifikanti.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7b)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta jekk l-arranġamenti tal-ħin previsti fl-Istati Membri differenti jkollhomx il-potenzjal li jfixklu b'mod sinifikanti u permanenti l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Fejn dik il-valutazzjoni ma twassalx biex l-Istati Membri jikkunsidraw mill-ġdid l-arranġamenti tal-ħin previsti tagħhom, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tipposponi d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva b'mhux aktar minn 12-il xahar u tissottometti proposta leġiżlattiva, jekk dan ikun xieraq. Minħabba f'hekk, u sabiex tiġi garantita l-applikazzjoni adegwata ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-atti bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bil-għan li tipposponi d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva b'mhux aktar minn 12-il xahar.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri xorta jistgħu japplikaw bidla staġonali fil-ħin jew ħinijiet standard tagħhom fl-2019, dejjem jekk jagħmlu dan fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fis-27 ta' Ottubru 2019. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 2.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri xorta jistgħu japplikaw bidla staġonali fil-ħin jew ħinijiet standard tagħhom fl-2021, dejjem jekk jagħmlu dan fis-1.00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fl-aħħar Ħadd ta' Ottubru ta' dik is-sena. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw din id-deċiżjoni lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' April 2020.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 1, jekk Stat Membru jiddeċiedi li jibdel il-ħin jew il-ħinijiet standard tiegħu fi kwalunkwe territorju taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni tal-anqas sitt (6) xhur qabel ma l-bidla tidħol fis-seħħ. Fejn Stat Membru jkun bagħat tali notifika u ma jkunx irtiraha tal-anqas sitt (6) xhur qabel id-data tal-bidla prevista, l-Istat Membru għandu japplika din il-bidla.

1.  Il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni b'dan huwa stabbilit bil-għan li jiżgura approċċ armonizzat u kkoordinat għal arranġamenti tal-ħin madwar l-Unjoni.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fi żmien xahar min-notifika, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra b'dan u tippubblika dik l-informazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni għandu jikkonsisti minn rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru u minn rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2 a.  Meta Stat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu skont l-Artikolu 1(2), il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni għandu jitlaqqa' biex jiddiskuti u jivvaluta l-impatt potenzjali tal-bidla prevista fuq il-funzjonament tas-suq intern, bil-ħsieb li jiġi evitat tfixkil sinifikanti.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2 b.  Meta, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2a, il-Kummissjoini tqis li l-bidla prevista se taffettwa b'mod sinifikanti l-funzjonament tajjeb tas-suq intern, għandha tinforma lill-Istat Membru notifikanti b'dan.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2 c.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2020, l-Istat Membru notifikanti għandu jiddeċiedi jekk hux se jipproċedi bl-intenzjoni tiegħu jew le. Meta l-Istat Membru notifikanti jiddeċiedi li jipproċedi bl-intenzjoni tiegħu, għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif se jindirizza l-impatt negattiv tal-bidla fuq il-funzjonament tas-suq intern.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta'Diċembru 2024.

1.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, akkumpanjat, fejn meħtieġ, bi proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni tagħha abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt dettaljata, bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessanti kollha.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta' April 2024.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta' April 2025.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-1 ta' April 2019, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-1 ta' April 2021, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' April 2019.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' April 2021.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4a

1. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 2, għandha timmonitorja mill-qrib l-arranġamenti tal-ħin previsti madwar l-Unjoni.

2. Fejn il-Kummissjoni tiddetermina li l-arranġamenti tal-ħin previsti, notifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 1(2), għandhom il-potenzjal li jfixklu b'mod sinifikanti u permanenti l-funzjonament tajjeb tas-suq intern, hija għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex tipposponi d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva b'mhux aktar minn 12-il xahar u tippreżenta proposta leġiżlattiva, jekk dan ikun xieraq.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4b

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 4 għandha tingħata lill-Kummissjoni minn [data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] sa [data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva].

3.  Id-delega ta' setgħat msemmija fl-Artikolu 4a tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħat speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tibda tapplika l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5.  Fil-mument li tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 4a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

Id-Direttiva 2000/84/KE titħassar b'effett mill-1 ta' April 2019.

Id-Direttiva 2000/84/KE titħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2021.

(1)

ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0. / Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)

ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0. / Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

SFOND

Matul is-seklu li għadda, minn żmien għal żmien ġie pprattikat it-tibdil staġonali tas-siegħa fl-Ewropa. Ir-raġunijiet kienu diversi, iżda waħda mir-raġunijiet rikorrenti kienet l-iffrankar tal-enerġija. Din hija waħda mir-raġunijiet għalfejn l-Istati Membri tal-UE jaqilbu s-siegħa staġonalment għal perjodi ta' żmien relattivament twal. Il-leġiżlazzjoni attwali tal-UE ġiet implimentata fl-2001.

L-istudji juru li l-bidliet staġonali tal-ħin jaffettwaw it-trasport, is-suq intern, l-agrikoltura, is-settur tal-enerġija u s-saħħa pubblika, biex insemmu ftit setturi biss. Jidher ċar li jeħtieġ li jkun hemm sistema ta' ħin armonizzata għall-funzjonament tat-trasport u tas-suq intern fi ħdan l-UE.

Iżda f'xi aspetti l-bidliet ta' ħin għandhom impatt negattiv. Fl-agrikoltura, it-tibdil fil-ħin għandu impatt negattiv fuq ir-rendimenti tal-għelejjel u fuq it-trattament xieraq tal-annimali, filwaqt li jinterrompi l-bijoritmi tal-bhejjem, hekk li, pereżempju, jaffettwa l-ħlib tal-baqar. It-tibdil fil-ħin għandu wkoll impatt negattiv fuq is-saħħa pubblika, u jaffettwa l-aktar lit-tfal u lill-anzjani. L-istudji jindikaw ukoll li n-nies ġeneralment iħossuhom anqas tajjeb minħabba t-tibdil ta' ħin, u jbatu minn tħarbit taċ-ċiklu ċirkadjan, żieda fil-problemi ta' rqad u għeja. Fis-settur tal-enerġija, ma għadux possibbli li wieħed jipperċepixxi xi benefiċċji ċari mit-tibdil ta' ħin.

Il-bidliet staġonali tal-ħin ġew diskussi dejjem aktar f'dawn l-aħħar snin, kif kien evidenzjat mill-inizjattiva taċ-ċittadini li ġiet ikkomunikata lill-parlamenti nazzjonali u lill-Parlament Ewropew.

Fi Frar 2018, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni li titlob lill-Kummissjoni tirrevedi d-Direttiva dwar it-tibdil staġonali tal-ħin u, jekk ikun meħtieġ, li tirrevedi d-Direttiva.

Fis-sajf tal-2018, il-Kummissjoni organizzat konsultazzjoni miftuħa li ġġenerat madwar 4,6 miljun rispons, li 84 % minnhom kienu favur l-abolizzjoni tat-tibdil staġonali tal-ħin.

Il-Kummissjoni ressqet il-proposta tagħha għal reviżjoni tad-Direttiva dwar il-bidliet staġonali tal-ħin f'Settembru 2018. Fil-proposta, il-Kummissjoni tipproponi li l-bidliet fil-ħin jitneħħew mill-1 ta' April 2019, filwaqt li tħalli lill-Istati Membri jagħżlu l-ħin standard tagħhom stess.

IL-POŻIZZJONI TAR-RAPPORTEUR

Ir-rapporteur tilqa' bi pjaċir id-dibattitu dwar it-tibdil staġonali tal-ħin. Ir-rapporteur tinsab kuntenta li l-proċedura ta' konsultazzjoni miftuħa tal-Kummissjoni dwar il-bidla tas-siegħa interessat lill-membri tal-pubbliku tant li waslu 4,6 miljun rispons. Peress li il-bidla staġonali tas-siegħa jaffettwa lil ħafna ċittadini, ir-rapporteur tqis li huwa pożittiv li d-dibattitu wassal ukoll għal reviżjoni tad-Direttiva.

Ir-rapporteur tappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li tabolixxi il-bidla staġonali tas-siegħa. Madankollu, ir-rapporteur tqis li l-proposta tal-Kummissjoni hija kemxejn prematura, peress li ma kienx hemm valutazzjoni tal-impatt xierqa qabel ma tfasslet il-proposta għal reviżjoni tad-Direttiva. Il-konsultazzjoni miftuħa tal-Kummissjoni saret ukoll fuq perjodu relattivament qasir ta' tmien ġimgħat, minflok fuq il-perjodu normali ta' 12-il ġimgħa. Dan huwa diżappuntanti, peress li l-valutazzjonijiet tal-impatt ta' proposti leġiżlattivi huma mezz importanti kif dawk li jfasslu l-politika jingħataw biżżejjed informazzjoni fuqiex jibbażaw id-deċiżjoni aħħarija tagħhom.

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tat-trasport u tas-suq intern, ir-rapporteur temmen li sistema ta' ħin armonizzata fl-UE hija essenzjali. Madankollu, ir-rapporteur tqis li huwa importanti li l-Istati Membri jżommu s-setgħa li jistabbilixxu l-istandard tal-ħin tagħhom stess fuq il-livell nazzjonali. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tat-trasport u tas-suq intern, ir-rapporteur tħeġġeġ lill-Istati Membri jikkoordinaw bejniethom il-ħidma tagħhom dwar l-għażla taż-żona tal-ħin u dwar il-ħin standard. Id-deċiżjonijiet dwar dan jistgħu jiġu kkoordinati permezz tal-iskambju ta' informazzjoni bejn il-punti ta' kuntatt responsabbli fl-Istati Membri fil-forma ta' netwerk.

Ir-rapporteur tappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel ma jwettqu kwalunkwe tibdil fil-ħin standard. Madankollu, l-istess informazzjoni għandha tingħata lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fl-istess ħin. L-iskambju koordinat ta' informazzjoni jista' jiġi ffaċilitat min-netwerk bejn il-punti ta' kuntatt responsabbli fl-Istati Membri proposti mir-rapporteur.

Minħabba li jeħtieġ li jkun hemm prevedibbiltà u viżjoni fit-tul għall-funzjonament tajjeb tat-trasport u tas-suq intern, ir-rapporteur tissuġġerixxi li, meta jkun se jinbidel il-ħin standard, il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jingħataw perjodu ta' avviż adatt ta' 18-il xahar qabel ma sseħħ il-bidla.

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tat-trasport u tas-suq intern, ir-rapporteur tqis li jkun xieraq li jiġi speċifikat perjodu ta' traspożizzjoni ta' sentejn wara l-adozzjoni tad-Direttiva, aktar milli tiġi stabbilita data speċifika għad-dħul fis-seħħ tiegħu. Madankollu, ir-rapporteur temmen li din id-Direttiva għandha tiġi adottata malajr kemm jista' jkun.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (25.2.2019)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twaqqaf il-bidliet staġonali fil-ħin u tħassar id-Direttiva 2000/84/KE

(COM(2018)0639 – C8‑0408/2018 – 2018/0332(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Bolesław G. Piecha

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

F'dawn l-aħħar snin, l-arranġament tal-ħin tas-sajf (STA – Summer time arrangement) kien is-suġġett ta' kwistjonijiet li ġew diskussi ħafna. Għadd ta' talbiet minn ċittadini, mill-Parlament Ewropew, u minn ċerti Stati Membri tal-UE wasslu sabiex il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħmel investigazzjoni dwar il-funzjonament tal-arranġamenti attwali tal-UE tal-ħin tas-sajf u biex tivvaluta jekk dawn għandhomx jinbidlu jew le.

L-arranġamenti tal-ħin tas-sajf tal-UE jimplikaw li l-ħin fuq l-arloġġi jitbiddel darbtejn fis-sena fl-Istati Membri kollha, sabiex jipprovdi għax-xejriet li jinbidlu tad-dawl tax-xemx matul l-istaġuni. L-arloġġi jiddawru siegħa 'l quddiem kmieni ħafna filgħodu tal-aħħar Ħadd ta' Marzu, u siegħa lura kmieni ħafna filgħodu tal-aħħar Ħadd ta' Ottubru sabiex jirritornaw għall-ħin standard.

Il-medda ta' kwistjonijiet marbutin mas-saħħa li huma relatati mal-Ħin tas-Sajf (DST) hija wiesgħa, u tinkludi effetti fuq terminu qasir (jiġifieri matul il-jiem ta' wara l-qalba) u effetti fit-tul, kif ukoll effetti pożittivi u negattivi. Madankollu, l-impatt rilevanti tad-disturbi fir-ritmu bijoloġiku minħabba l-bidla fil-ħin fuq is-saħħa tal-bniedem għadu mhux ċar u jeħtieġ aktar riċerka fil-fond dwar il-proċess ta' adattament għall-bidla fil-ħin.

Matul il-konsultazzjoni pubblika dwar l-arranġamenti tal-ħin tas-sajf, il-maġġoranza ta' dawk kollha li wieġbu (76 %) iddikjaraw li għandhom esperjenza negattiva fil-bidla mill-ħin tax-xitwa għall-ħin tas-sajf. 43 % ta' dawn it-tweġibiet kienu relatati ma' kwistjonijiet ta' saħħa u tħassib dwar is-saħħa, filwaqt li 20 % kienu ġġustifikati minn nuqqas ta' ffrankar ta' enerġija.

Fil-kuntest ta' dawn l-esperjenzi negattivi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkunsidra l-effetti potenzjalment negattivi tal-ħin tas-sajf fuq is-saħħa, li kienu s-suġġett ta' għadd numeruż ta' studji u dibattiti. Xi studji jeżaminaw ir-rabta bejn il-bidla għall-ħin tas-sajf u r-riskju ta' attakki tal-qalb, ta' ritmu mfixkel tal-ġisem, ta' nuqqas ta' rqad, ta' nuqqas ta' konċentrazzjoni u attenzjoni, ta' riskju akbar ta' inċidenti, livell aktar baxx ta' sodisfazzjon fil-ħajja u anki rati ta' suwiċidju.

Għalkemm il-lista ta' effetti negattivi potenzjali hija twila, xi studji jistabbilixxu b'mod ċar effetti pożittivi fit-tul għall-benesseri ġenerali minn dawl tax-xemx li jdum aktar, attivitajiet fil-beraħ wara x-xogħol jew l-iskola, u espożizzjoni għad-dawl tax-xemx.

Iżda anki jekk nilqa' pożittivament l-inizjattiva l-ġdida tal-Kummissjoni, u naċċetta xi effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-arranġamenti tal-UE tal-ħin tas-sajf, il-parti l-kbira tal-għażla rigward it-termini tal-qlib tal-ħin għandha titħalla għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri skont l-interessi tagħhom.

Huwa għalhekk li beħsiebni niġbed l-attenzjoni għal xi aspetti potenzjali relatati mas-saħħa tal-proposta, u nistipula xi elementi pożittivi u negattivi li jistgħu jiġu kkunsidrati, iżda fl-istess ħin ma rrid nimponi l-ebda deċiżjoni fuq l-Istati Membri. Naturalment, nixtieq nikkunsidra attitudni pożittiva lejn il-proposta tal-KE, iżda sabiex ikun hemm konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà fil-qafas tal-politika tas-saħħa, għandna nħallu lill-Istati Membri jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom b'mod armonizzat.

Bħala konklużjoni, nixtieq nenfasizza li, anke jekk se jirnexxilna nieħdu deċiżjoni finali ċara, speċjalment minħabba l-fatt li din il-leġiżlazzjoni miexja lejn tmiemha, jeħtiġilna nikkunsidraw l-evidenza empirika relatata mal-kwistjonijiet ta' saħħa. Madankollu, kunsiderazzjoni ġenwina u sinċiera u l-ġbir tad-data aċċessibbli kollha ta' dak id-dossier partikolari ma jiffaċilitawx il-kompitu tagħna f'termini tat-teħid ta' deċiżjoni li tkun appoġġjata b'mod ċar minn argumenti ppruvati xjentifikament. Jiena nemmen bil-qawwa li għandna nesprimu l-intenzjoni li nikkonkludu l-ħidma li fadal li ssir fid-dawl tar-rieda espressa b'mod ċar miċ-ċittadini Ewropej; madankollu, irridu nammettu li għandna limitazzjonijiet ovvji – id-data empirika hija skarsa u ma hemm l-ebda pożizzjoni komuni fost l-Istati Membri. Għal dawn ir-raġunijiet, jidher xieraq li nqisu li n-negozjati li għaddejjin bħalissa għandhom jiġu kemmxejn posposti peress li nistgħu naħdmu fuq data aktar konkreta u fuq messaġġ aktar ċar mill-Istati Membri, li jipprovdulna stampa tal-aspettattivi tagħhom li għadhom ma ġewx issodisfati u jiggwidawna f'dan is-sens.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza disponibbli, li tixħet dawl fuq l-importanza li jkun hemm regoli tal-Unjoni armonizzati f'dawn il-qasam sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern kif ukoll sabiex jiġu evitati, fost l-oħrajn, it-tfikxil għall-iskedar tal-operati tat-trasport u għall-funzjonament tas-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni, kostijiet ogħla għall-kummerċ transfruntiera, jew inqas produttività għall-oġġetti u s-servizzi. L-evidenza mhijiex konklużjoni rigward jekk il-benefiċċji tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf humiex ikbar mill-inkonvenjenzi marbutin mal-bidla fil-ħin ta' darbtejn fis-sena.

(3)  Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza disponibbli, li tixħet dawl fuq l-importanza li jkun hemm regoli tal-Unjoni armonizzati f'dan il-qasam sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, il-perspettiva fit-tul u l-prevedibbiltà, sabiex jiġu evitati, fost l-oħrajn, it-tfikxil għall-iskedar tal-operati tat-trasport u għall-funzjonament tas-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni, kostijiet ogħla għall-kummerċ transfruntier, jew inqas produttività għall-oġġetti u s-servizzi. L-evidenza mhijiex kompletament konklużiva rigward jekk il-benefiċċji tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf humiex ikbar mill-inkonvenjenzi marbutin mal-bidla fil-ħin ta' darbtejn fis-sena u r-riżultati jvarjaw bejn qasam u ieħor.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test fis-seħħ

Emenda

(4)  Għaddej dibattitu pubbliku mqanqal dwar l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf, u ċerti Stati Membri diġà esperimew il-preferenza tagħhom li tali arranġamenti ma jibqgħux japplikaw. Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, hemm bżonn li jibqa' jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u li jiġi evitat kull tfikxil sinifikanti li jista' jinqala' minħabba diverġenzi bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam. Għaldaqstant, jixraq li l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf jinqatgħu b'mod koordinat.

(4)  Għaddej dibattitu pubbliku mqanqal dwar l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf, kif kien evidenti wkoll mill-4,6 miljun risposta miċ-ċittadini fil-proċedura ta' konsultazzjoni miftuħa tal-Kummissjoni, li fiha maġġoranza ċara opponiet il-bidliet staġonali attwali. Ir-raġuni ewlenija għall-waqfien huwa l-impatt tal-bidliet fil-ħin fuq is-saħħa tal-bniedem (43 %), segwit minn nuqqas ta' ffrankar ta' enerġija (20 %). Minkejja li sebgħin fil-mija tal-parteċipanti fil-konsultazzjoni pubblika kienu minn Stat Membru wieħed, ċerti Stati Membri diġà esperimew il-preferenza tagħhom li tali arranġamenti ma jibqgħux japplikaw. Xi parlamenti qegħdin ukoll jitolbu lill-gvernijiet tagħhom biex jieħdu azzjoni dwar il-bidliet staġonali fil-ħin fl-UE. Tnedew inizjattivi leġiżlattivi nazzjonali biex jiġu aboliti bidliet staġonali taż-żmien. Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, hemm bżonn li jibqa' jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u li jiġi evitat kull tfikxil sinifikanti li jista' jinqala' minħabba diverġenzi bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam. Għaldaqstant, jixraq li l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf jinqatgħu b'mod koordinat.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  It-territorji minbarra t-territorji extra-Ewropej tal-Istati Membri huma miġbura fi tliet żoni ta' ħin jew ta' ħinijiet standard differenti, jiġifieri GMT, GMT+ 1 u GMT+ 2. L-estensjoni kbira mit-Tramuntana għan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea tfisser li l-effetti tad-dawl ta' binhar ivarjaw madwar l-Unjoni. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jqisu l-aspetti ġeografiċi tal-ħin, jiġifieri ż-żoni tal-ħin naturali u l-pożizzjoni ġeografika, qabel ma jibdlu ż-żoni tal-ħin tagħhom. L-Istati Membri jenħtieġ li jikkonsultaw liċ-ċittadini u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti qabel ma jiddeċiedu li jibdlu ż-żoni tal-ħin tagħhom.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4b)  Il-ħin tas-sajf, jew l-iffrankar tad-dawl ta' binhar, ippermetta biex matul ix-xhur tas-sajf l-inżul tax-xemx isir aktar tard. Fil-fehma ta' ħafna ċittadini tal-UE, is-sajf huwa sinonimu mal-fatt li d-dawl tax-xemx jibqa' disponibbli sa tard billejl. Riverżjoni għall-ħin "standard" twassal biex fis-sajf ix-xemx tinżel siegħa aktar kmieni, b'perjodu tas-sena ferm iqsar li matulu d-dawl ta' binhar ikun disponibbli sa tard billejl.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4c)  Għadd ta' studji eżamina r-rabta bejn il-bidla għall-ħin tas-sajf u r-riskju ta' attakki tal-qalb, ritmu mfixkel tal-ġisem, nuqqas ta' rqad, nuqqas ta' konċentrazzjoni u attenzjoni, riskju akbar ta' inċidenti, livell aktar baxx ta' sodisfazzjon fil-ħajja u anki rati ta' suwiċidju. Madankollu, is-sigħat itwal ta' dawl matul il-jum, l-attivitajiet fil-beraħ wara x-xogħol jew l-iskola u l-espożizzjoni għad-dawl tax-xemx, b'mod ċar għandhom xi effetti pożittivi fit-tul fuq il-benesseri ġenerali.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 4d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4d)  Il-kronobijoloġija turi li l-bijoritmu tal-ġisem tal-bniedem huwa affettwat minn kwalunkwe bidla fil-ħin, li jista' jkollha impatt negattiv fuq is-saħħa. Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-persuni jieħdu ftit jiem biex jadattaw għall-bidliet ġodda, ċerti kronotipi jeħtieġu diversi ġimgħat jew saħansitra aktar. Ċerti gruppi, bħat-tfal u l-anzjani, huma partikolarment vulnerabbli. Il-bidla tar-rebbiegħa hija partikolarment akuta, peress li xi studji jissuġġerixxu, pereżempju, li hemm rata ogħla ta' puplesiji skemiċi fl-ewwel jumejn wara l-bidla. Hemm ukoll rabta bejn il-bidliet fiż-żmien u l-mard kardjovaskulari marbutin mad-disturb taċ-ċiklu ċirkadjan permezz tal-bidliet fil-ħin.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 4e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4e)  Il-bidliet staġonali fil-ħin għandhom ukoll impatt negattiv fuq il-benesseri tal-annimali, li huwa evidenti fil-biedja, pereżempju, fejn tbati l-produzzjoni tal-ħalib tal-baqar.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 4f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4f)  Huwa meqjus b'mod wiesa' li l-bidliet staġonali fil-ħin iwasslu għall-iffrankar tal-enerġija. Tabilħaqq, din kienet ir-raġuni ewlenija għall-introduzzjoni inizjali tagħhom fis-seklu li għadda. Ir-riċerka turi, madankollu, li filwaqt li t-tibdil staġonali jista' jkun ta' benefiċċju marġinali għat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija fl-Unjoni kollha kemm hi, dan mhux il-każ f'kull Stat Membru. L-enerġija għat-tidwil iffrankata bil-bidla għall-ħin tas-sajf tista' tingħeleb ukoll minn żieda fil-konsum tal-enerġija għat-tisħin. Barra minn hekk, huwa diffiċli li r-riżultati jiġu interpretati peress li huma influwenzati ħafna minn fatturi esterni, bħall-meteoroloġija, l-imġiba tal-utenti tal-enerġija jew it-tranżizzjoni li għaddejja tal-enerġija.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr ħsara għad-dritt li kull Stat Membru jiddeċiedi dwar il-ħin jew ħinijiet standard għat-territorji taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattati, kif ukoll dwar bidliet fil-ħin ulterjuri. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjoni tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf minn ċerti Stati Membri biss ma tfixkilx il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu lura milli jibdlu l-ħin standard tagħhom f'territorju partikolari taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom għal raġunijiet marbutin ma' bidliet staġonali, anki jekk tali bidla tiġi ppreżentata bħala bidla taż-żona tal-ħin. Barra minn hekk, sabiex jiġi minimizzat it-tfixkil, fost l-oħrajn, għat-trasport, għall-komunikazzjonijiet jew għal setturi oħra kkonċernati, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien xieraq bl-intenzjoni tagħhom li jibdlu l-ħin standard tagħhom, u sussegwentement japplikaw il-bidliet notifikati. Abbażi ta' dik in-notifika, jenħtieġ li l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istati Membri kollha l-oħra sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa. Jenħtieġ li tgħarraf ukoll lill-pubbliku ġenerali u lill-partijiet ikkonċernati billi tippubblika dik l-informazzjoni.

(5)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr ħsara għad-dritt li kull Stat Membru jiddeċiedi dwar il-ħin jew ħinijiet standard għat-territorji taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattati, kif ukoll dwar bidliet fil-ħin ulterjuri. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-funzjonament tas-suq intern ma jiġix għaldaqstant imfixkel, jenħtieġ li l-Istati Membri jaqblu dwar bidla possibbli fil-ħin standard f'konsultazzjoni mal-Istati Membri l-oħra u, fejn possibbli, jadottaw approċċ armonizzat. Sabiex jipprevjenu l-applikazzjoni tal-arranġament tal-ħin tas-sajf minn uħud mill-Istati Membri biss, jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu lura milli jibdlu l-ħin standard tagħhom f'territorju partikolari taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom għal raġunijiet marbutin ma' bidliet staġonali, anki jekk tali bidla tiġi ppreżentata bħala bidla taż-żona tal-ħin. Barra minn hekk, sabiex jiġi minimizzat it-tfixkil, fost l-oħrajn, għat-trasport, għall-komunikazzjonijiet jew għal setturi oħra kkonċernati, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien xieraq bl-intenzjoni tagħhom li jibdlu l-ħin standard tagħhom, u sussegwentement japplikaw il-bidliet notifikati. Abbażi ta' dik in-notifika, jenħtieġ li l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istati Membri kollha l-oħra sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa. Jenħtieġ li tgħarraf ukoll lill-pubbliku ġenerali u lill-partijiet ikkonċernati billi tippubblika dik l-informazzjoni mingħajr dewmien wara li tirċievi n-notifiki kollha mill-Istati Membri.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jikkoordinaw bejniethom il-ħinijiet standard li jagħżlu huma, li jenħtieġ li jkunu armonizzati kemm jista' jkun bejn l-Istati Membri sabiex ikunu evitati żoni tal-ħin differenti wisq fl-Unjoni, biex b'hekk jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern u jkun prevedibbli għaċ-ċittadini, il-konsumaturi u s-setturi kkonċernati. Filwaqt li legalment mhuwiex possibbli li l-Istati Membri jkunu obbligati jiddeċiedu dwar żona tal-ħin iddedikata, jenħtieġ li jsiru l-isforzi kollha biex jiġu evitati kumplikazzjonijiet bla bżonn. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkonsultaw bejniethom u mal-Kummissjoni d-deċiżjonijiet tagħhom dwar il-waqfien tal-bidliet staġonali. Għal dan il-għan, jenħtieġ li kull Stat Membru jaħtar rappreżentant wieħed biex jikkonsulta mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri l-oħra.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika mill-1 ta' April 2019, sabiex l-aħħar perjodu tal-ħin tas-sajf soġġett għar-regoli tad-Direttiva 2000/84/KE ikun jibda, f'kull Stat Membru, fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fil-31 ta' Marzu 2019. L-Istati Membri li, wara dak il-perjodu tal-ħin tas-sajf, ikunu beħsiebhom jadottaw ħin standard li jikkorrispondi għall-ħin applikat matul ix-xitwa skont id-Direttiva 2000/84/KE, jenħtieġ li jibdlu l-ħin standard tagħhom fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fis-27 ta' Ottubru 2019, sabiex bidliet simili u fit-tul li jsiru fi Stati Membri differenti jseħħu b'mod simultanju. Huwa mixtieq li l-Istati Membri jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-ħin standard li kull wieħed minnhom ikun se japplika mill-2019 'il quddiem b'mod ikkoordinat.

(7)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika mit-30 ta' Marzu 2020, sabiex l-aħħar perjodu tal-ħin tas-sajf soġġett għar-regoli tad-Direttiva 2000/84/KE ikun jibda, f'kull Stat Membru, fis-1.00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fit-30 ta' Marzu 2020. L-Istati Membri li, wara dak il-perjodu tal-ħin tas-sajf, ikunu beħsiebhom jadottaw ħin standard li jikkorrispondi għall-ħin applikat matul ix-xitwa skont id-Direttiva 2000/84/KE, jenħtieġ li jibdlu l-ħin standard tagħhom fis-1.00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fil-25 ta' Ottubru 2020, sabiex bidliet simili u fit-tul li jsiru fi Stati Membri differenti jseħħu b'mod simultanju. Huwa mixtieq li l-Istati Membri jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-ħin standard li kull wieħed minnhom ikun se japplika mill-2020 'il quddiem b'mod ikkoordinat.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw bidliet staġonali għall-ħin jew ħinijiet standard tagħhom.

1.  L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw bidliet staġonali għall-ħin jew ħinijiet standard tagħhom.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri xorta jistgħu japplikaw bidla staġonali fil-ħin jew ħinijiet standard tagħhom fl-2019, dejjem jekk jagħmlu dan fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fis-27 ta' Ottubru 2019. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 2.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri xorta jistgħu japplikaw bidla staġonali fil-ħin jew ħinijiet standard tagħhom fl-2020, dejjem jekk jagħmlu dan fis-1.00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fil-25 ta' Ottubru 2020. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 2.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafi 1 u 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 1, jekk Stat Membru jiddeċiedi li jibdel il-ħin jew il-ħinijiet standard tiegħu fi kwalunkwe territorju taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni tal-anqas sitt (6) xhur qabel ma l-bidla tidħol fis-seħħ. Fejn Stat Membru jkun bagħat tali notifika u ma jkunx irtiraha tal-anqas sitt (6) xhur qabel id-data tal-bidla prevista, l-Istat Membru għandu japplika din il-bidla.

1.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 1, jekk Stat Membru jiddeċiedi li jibdel il-ħin jew ħinijiet standard tiegħu fi kwalunkwe territorju taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni tal-anqas sitt (6) xhur qabel ma l-bidla tidħol fis-seħħ. Fejn Stat Membru jkun bagħat tali notifika u ma jkunx irtiraha tal-anqas sitt (6) xhur qabel id-data tal-bidla prevista, l-Istat Membru għandu japplika din il-bidla.

1a.  L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-Istati Membri l-oħra kollha qabel ma jieħdu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-konsultazzjoni. Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant wieħed li jkun responsabbli biex jikkonsulta ma' Stati Membri oħra u mal-Kummissjoni.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fi żmien xahar min-notifika, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra b'dan u tippubblika dik l-informazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Fi żmien xahar min-notifika, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra b'dan u tippubblika dik l-informazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-pubbliku ġenerali mingħajr dewmien wara li tirċievi n-notifiki kollha mill-Istati Membri.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024.

1.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru ta' seba' snin wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta' April 2024.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta' April ta' seba' snin wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-1 ta' April 2019, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-30 ta' Marzu 2020, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' April 2019.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mit-30 ta' Marzu 2020.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-Direttiva 2000/84/KE titħassar b'effett mill-1 ta' April 2019.

Id-Direttiva 2000/84/KE titħassar b'effett mit-30 ta' Marzu 2020.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Twaqqif tal-bidliet staġonali fil-ħin

Referenzi

COM(2018)0639 – C8-0408/2018 – 2018/0332(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

13.9.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

13.9.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Bolesław G. Piecha

22.10.2018

Eżami fil-kumitat

21.1.2019

Data tal-adozzjoni

20.2.2019

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

9

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Ivo Belet, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Gerben-Jan Gerbrandy, Arne Gericke, Jens Gieseke, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Jo Leinen, Peter Liese, Lukas Mandl, Valentinas Mazuronis, Joëlle Mélin, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Julia Reid, Frédérique Ries, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Ivica Tolić, Nils Torvalds, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Christofer Fjellner, Martin Häusling, Jan Huitema, Christel Schaldemose, Mihai Ţurcanu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Czesław Hoc, Olle Ludvigsson, Anthea McIntyre, Tonino Picula

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

49

+

ALDE :

Anneli Jäätteenmäki, Frédérique Ries, Nils Torvalds

ECR :

Arne Gericke, Czesław Hoc, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, Jadwiga Wiśniewska

EFDD :

Sylvie Goddyn

ENF :

Jean‑François Jalkh, Joëlle Mélin

GUE/NGL :

Stefan Eck, Kateřina Konečná

NI :

Zoltán Balczó

PPE:

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin‑Langen, Angélique Delahaye, José Inácio Faria, Christofer Fjellner, Francesc Gambús, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, György Hölvényi, Peter Liese, Lukas Mandl, Miroslav Mikolášik, Annie Schreijer‑Pierik, Renate Sommer, Ivica Tolić, Mihai Ţurcanu

S&D:

Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jo Leinen, Olle Ludvigsson, Susanne Melior, Rory Palmer, Tonino Picula, Pavel Poc, Christel Schaldemose

VERTS/ALE:

Marco Affronte, Martin Häusling, Davor Škrlec

9

-

ALDE :

Gerben‑Jan Gerbrandy, Jan Huitema, Valentinas Mazuronis

ECR :

Anthea McIntyre

EFDD:

Julia Reid

S&D:

Massimo Paolucci, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE:

Margrete Auken, Benedek Jávor

1

0

VERTS/ALE:

Bas Eickhout

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni  

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (19.2.2019)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twaqqaf il-bidliet staġonali fil-ħin u tħassar id-Direttiva 2000/84/KE

(COM(2018)0639 – C8-0408/2018 – 2018/0332(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Sven Schulze

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-għan tal-ħin tas-sajf huwa li jisfrutta d-dawl tax-xemx naturali. Billi l-arloġġ jinġieb siegħa 'l quddiem hekk kif il-ġranet jitwalu fir-rebbiegħa, inżul ix-xemx isir siegħa aktar tard, sa ma l-ħin jerġa' jinqaleb fil-ħarifa. Din il-prattika titħaddem f'aktar minn 60 pajjiż madwar id-dinja. Fl-UE, l-Istati Membri għandhom tradizzjoni twila ħafna tal-ħin tas-sajf (Daylight Saving Time, DST), u ħafna żviluppaw l-iskemi proprji tagħhom tal-ħin tas-sajf. It-tentattivi ta' armonizzazzjoni fl-UE bdew fis-sebgħinijiet biex jiffaċilitaw l-operat effikaċi tas-suq intern.

Illum, id-Direttiva 2000/84/KE, li t-tneħħija tagħha hija prevista, tirregola l-applikazzjoni uniformi tal-ħin tas-sajf madwar l-UE kollha. Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi terzi Ewropej allinjaw l-iskemi tagħhom tal-ħin tas-sajf ma' dik tal-UE.

Saret ħafna riċerka akkademika dwar l-analiżi tal-benefiċċji u l-inkonvenjenzi tal-ħin tas-sajf. Jidher li l-ħin tas-sajf huwa ta' benefiċċju għas-suq intern (b'mod partikolari għas-settur tat-trasport) u għal attivitajiet ta' divertiment fil-beraħ, u jiġġenera wkoll ekonomiji marġinali fil-konsum tal-enerġija. Għad mhuwiex ċar x'inhu l-impatt fuq setturi ekonomiċi oħra.

Ikollna nammettu li l-bażi ta' evidenza xjentifika disponibbli u l-istat ta' għarfien rigward il-possibbiltà ta' implikazzjonijiet pożittivi jew negattivi tal-ħin tas-sajf għadhom limitati ħafna u pjuttost frammentarji.

Ir-riċerka dwar is-saħħa, madankollu, torbot il-ħin tas-sajf ma' tħarbit tal-bijoritmu tal-bniedem ("ir-ritmu ċirkadjan"). Ċerti sejbiet xjentifiċi jissuġġerixxu li l-effett fuq il-bijoritmu tal-bniedem jista' jkun aktar gravi milli konna naħsbu. Ftit hemm fatti xjentifiċi disponibbli.

Is-sistema tal-bidla fil-ħin darbtejn fis-sena qiegħda dejjem aktar tiġi kkontestata miċ-ċittadini u mill-Parlament Ewropew. Madankollu, l-ebda gvern tal-UE ma talab bidla fid-dispożizzjonijiet tal-ħin tas-sajf tal-preżent. Pajjiżi terzi bħar-Russja, jew aktar reċentement it-Turkija, neħħew il-ħin tas-sajf, b'perjodi ta' tranżizzjoni ta' ħames snin u aktar.

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Frar 2018(1), il-Parlament Ewropew talab li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf skont id-Direttiva 2000/84/KE, u jekk dan ikun f'loku, toħroġ bi proposta għal rieżami.

Il-Kummissjoni għamlet mhux valutazzjoni tal-impatt, iżda konsultazzjoni pubblika, li ġġenerat madwar 4,6 miljun tweġiba. li huwa l-akbar għadd ta' tweġibiet li qatt ġie riċevut f'konsultazzjoni tal-Kummissjoni, li minnhom 84 % kienu favur li l-bidla tal-ħin darbtejn fis-sena tinqata', filwaqt li 16 % xtaqu li tinżamm.

Fuq dan l-isfond, din l-opinjoni tfittex li tappoġġja l-idea li l-arranġamenti għal bidla tal-ħin darbtejn fis-sena għandhom jintemmu taħt ċerti kundizzjonijiet.

L-isfida ewlenija tat-tneħħija tal-bidla fil-ħin darbtejn fis-sena hija li jiġi evitat kwalunkwe tfixkil kbir fis-suq intern ikkawżat mid-diverġenzi bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam, u n-nuqqas ta' kompetenzi għal koordinazzjoni ta' ħinijiet standard fil-livell Ewropew.

Ir-rapporteur għal opinjoni huwa konxju mill-fatt li l-UE tista' ttemm il-bidla staġonali fil-ħin ta' darbtejn fis-sena, iżda ma għandha l-ebda kompetenza biex timponi ħin standard madwar l-UE kollha.

Lil hinn mill-kunsiderazzjonijiet dwar l-effetti, ir-revoka tad-Direttiva dwar il-Ħin tas-Sajf ma tneħħix awtomatikament il-ħin tas-sajf madwar l-UE. Kulma tagħmel ikun li ttemm l-armonizzazzjoni madwar l-UE kollha, u treġġa' l-kwistjoni tal-ħin tas-sajf fil-kompetenza tal-Istati Membri. L-Istati Membri jkunu ħielsa li jiddeċiedu dwar ir-reġimi tal-ħin individwali tagħhom: jistgħu jagħżlu li jżommu l-ħin tas-sajf (bl-iskeda kurrenti tal-ħin tas-sajf jew b'waħda modifikata), jew li jneħħuh. It-tneħħija tal-ħin tas-sajf l-ewwel nett tirriżulta f'ħin standard matul is-sena kollha ("il-ħin tax-xitwa"), li minnu nnifsu jfisser filgħaxijiet anqas imdawla fir-rebbiegħa u fis-sajf.

Biex jiksbu ħin tas-sajf matul is-sena kollha, teknikament l-Istati Membri jkollhom bżonn jibdlu ż-żona tal-ħin tagħhom. Madankollu, aktarx li arranġamenti nazzjonali mhux koordinati jkollhom riperkussjonijiet negattivi fuq is-suq intern.

Fi kwalunkwe każ, irid jiġi evitat li l-preferenza differenti tal-Istati Membri li jżommu jew il-ħin tax-xitwa jew dak tas-sajf bħala l-ħin standard tagħhom twassal għal taħlita sħiħa ta' żoni tal-ħin, peress li dan ikabbar id-diverġenza fis-suq intern.

Sitwazzjoni ta' dak it-tip tikkomplika aktar il-kummerċ transfruntier, it-trasport, il-komunikazzjoni u l-ivvjaġġar fis-suq intern u ma' pajjiżi terzi, u jkollha impatt kbir fuq is-sistema ta' slots li l-industrija tal-avjazzjoni tuża biex tikkoordina t-titjiriet fl-ajruporti l-aktar traffikużi madwar id-dinja. Il-bidla fil-ħin tista' tintuża biex linji tal-ajru ta' pajjiżi terzi li qed jikkompetu ma' dawk Ewropej jaqilgħu lil dawn tal-aħħar mis-suq biex jiksbu sehem akbar fis-suq barra mill-UE.

Fl-ispazju tal-fattibbiltà legali, ir-rapporteur għal opinjoni għalhekk jipproponi li jorbot id-dħul fis-seħħ ma' qbil kunsenswali, minn qabel, bejn l-Istati Membri kollha tal-UE dwar mekkaniżmu ta' koordinazzjoni għal ħin standard ġdid. L-aħjar ikun li t-tliet żoni tal-ħin jinżammu bla mittiefsa. Ir-rapporteur għal opinjoni jqis li l-proċedura ta' kodeċiżjoni għal din il-biċċa leġiżlazzjoni hija l-istrument biex jintlaħaq dak il-qbil fost l-Istati Membri. L-Istat Membru responsabbli mill-Presidenza tal-Kunsill għandu jikkoordina dan il-proċess.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Fir-riżoluzzjoni tagħha tat-8 ta' Frar 2018, il-Parlament Ewropew appella lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf skont id-Direttiva 2000/84/KE, u jekk meħtieġ, toħroġ bi proposta għar-rieżami tagħha. Dik ir-riżoluzzjoni kkonfermat ukoll li huwa essenzjali li jibqa' jkun hemm approċċ armonizzat għall-arranġamenti tal-ħin fl-Unjoni kollha.

(2)  Fuq l-isfond ta' diversi petizzjonijiet miċ-ċittadini, mistoqsijiet parlamentari u smigħ pubbliku dwar is-suġġett, il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Frar 2018, talab li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni eżawrjenti tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf skont id-Direttiva 2000/84/KE, u jekk meħtieġ, toħroġ bi proposta għar-reviżjoni tagħha. Dik ir-riżoluzzjoni enfasizzat ukoll l-importanza li jinżamm approċċ armonizzat għall-arranġamenti tal-ħin fl-Unjoni kollha, kif ukoll reġim tal-ħin unifikat tal-UE.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza disponibbli, li tixħet dawl fuq l-importanza li jkun hemm regoli tal-Unjoni armonizzati f'dawn il-qasam sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern kif ukoll sabiex jiġu evitati, fost l-oħrajn, it-tfikxil għall-iskedar tal-operati tat-trasport u għall-funzjonament tas-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni, kostijiet ogħla għall-kummerċ transfruntiera, jew inqas produttività għall-oġġetti u s-servizzi. L-evidenza mhijiex konklużjoni rigward jekk il-benefiċċji tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf humiex ikbar mill-inkonvenjenzi marbutin mal-bidla fil-ħin ta' darbtejn fis-sena.

(3)  Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza disponibbli, li tixħet dawl fuq l-importanza li jkun hemm regoli tal-Unjoni armonizzati f'dan il-qasam sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, il-ħolqien ta' prevedibbiltà u ċertezza fit-tul, kif ukoll sabiex jiġu evitati, fost l-oħrajn, it-tfixkil għall-iskedar tal-operati tat-trasport, għas-settur tal-enerġija u għall-funzjonament tas-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni, kostijiet ogħla għall-kummerċ transfruntiera, jew inqas produttività għall-oġġetti u s-servizzi. It-tranżizzjoni lejn sistema ġdida tal-ħin jenħtieġ li tiġi ffaċilitata permezz ta' ttestjar bl-ICT għal implimentazzjoni effikaċi, bla spejjeż addizzjonali għan-negozji u għaċ-ċittadini. Barra minn hekk, filwaqt li l-evidenza xjentifika għadha mhijiex konklużiva għalkollox, studji xjentifiċi riċenti irrilevaw l-effetti negattivi possibbli fuq is-saħħa tal-bniedem marbutin mal-bidla fil-ħin ta' darbtejn fis-sena. Skont l-istudji reċenti dwar is-saħħa tal-bniedem, ġie rrimarkat ukoll li l-bidla ta' darbtejn fis-sena għandha diversi effetti negattivi u mhijiex faċli daqs kemm kien jinħaseb.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  Id-dibattitu pubbliku dwar l-arranġamenti tal-ħin mhuwiex ġdid, u wara li ddaħħal il-ħin tas-sajf kien hemm bosta inizjattivi maħsuba biex jaqtgħu din il-prattika. Xi Stati Membri għalmu konsultazjzonijiet nazzjonali u l-parti l-kbira tan-negozji u tal-partijiet interessati kienet favur li l-prattika tieqaf. Il-konsultazzjoni mibdija mill-Kummisjsoni Ewropea wasslet għall-istess konklużjoni.

Ġustifikazzjoni

L-introduzzjoni tal-bidla fil-ħin kellha l-avversarji tagħha fil-bidu, imma l-proposta preżenti ġiet wara sensiela ta' studji u konsultazzjonijiet li jdaħħlu argumenti fid-dibattitu ideoloġiku. Għal dak il-għan, huwa f'loku li jissemmew id-dibattiti preċedenti u l-proċess li wassal għall-proposta preżenti.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Għaddej dibattitu pubbliku mqanqal dwar l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf, u ċerti Stati Membri diġà esperimew il-preferenza tagħhom li tali arranġamenti ma jibqgħux japplikaw. Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, hemm bżonn li jibqa' jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u li jiġi evitat kull tfikxil sinifikanti li jista' jinqala' minħabba diverġenzi bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam. Għaldaqstant, jixraq li l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf jinqatgħu b'mod koordinat.

(4)  Għaddej dibattitu pubbliku mqanqal dwar l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf, kif juru l-4,6 miljun tweġiba miċ-ċittadini fil-konsultazjzoni pubblika li għamlet il-Kummisjsoni, fejn kien hemm maġġoranza kontra s-sistema tal-lum b'bidla staġonali fil-ħin. Dan għadu ma ġiex akkumpanjat minn valutazzjoni tal-impatt sostanzjata xjentifikament u li mhijiex limitata għall-analiżi ta' materjal eżistenti dwar il-kwistjoni. Ċerti Stati Membri wkoll diġà esperimew il-preferenza tagħhom li tali arranġamenti ma jibqgħux japplikaw. Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, hemm bżonn li jibqa' jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern kif ukoll l-attivitajiet transfruniteri taċ-ċittadini, u li jiġi evitat kull tfikxil sinifikanti li jista' jinqala' minħabba diverġenzi bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam. Għaldaqstant, fil-kuntest tal-proċeduri ta' kodeċiżjoni dwar dan ir-regolament, huwa essenzjali li l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf jintemmu biss jekk l-Istati Membri qabel ikunu waslu għal qbil dwar mekkaniżmu ta' kooordinazzjoni. Il-Presidenza tal-Kunsill rispettiva jkollha rwol ewlieni fl-istabbiliment ta' dan il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni. Dan il-mekkaniżmu jenħtieġ li jieħu kont tat-tliet żoni tal-ħin eżistenti tal-UE fid-determinazzjoni tal-ħin standard. Meta Stat Membru jagħmel tali bidla, u mingħajr preġudizzju għad-dritt tiegħu li jiddeċiedi dwar il-ħin standard tiegħu, jenħtieġ li jagħmel kulma jista' biex jiżgura li d-differenza fil-ħin bejnu u l-Istati Membri ġirien ma tkunx aktar minn siegħa. Valutazzjoni tal-impatt tista' ssir mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-impatt tal-bidla ppjanata fil-ħin standard u l-impatt tagħha fuq l-Istati Membri ġirien u fuq is-suq intern.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  Biex jiġu evitati konsegwenzi negattivi għall-funzjonament tas-suq intern, kif ukoll diffikultajiet għaċ-ċittadini Ewropej f'attivitajiet transfruntieri, huwa essenzjali li tkun żgurata kontinwazzjoni tal-loġika ġeografika fit-tqassim taż-żoni tal-ħin fl-Unjoni. Għaldaqstant, qabel ma jitwaqqfu l-arranġamenti tal-ħin tas-sajf jenħtieġ li jsir proċess koordinat konkluż bejn l-Istati Membri. Il-proċess, wat li jirrispetta d-drtt sovran ta' kull Stat Membru li jiddeċiedi dwar il-ħin standard tiegħu u fil-qies tal-ħtiġijiet differenti tal-popolazzjonijiet fl-Istati Membri, li bħalissa jinfirxu fuq tliet żoni tal-ħin, se jgħin lill-Istati Membri, b'mod partikolari lill-pajjiżi ġirien, jilħqu b'kunsens pożizzjoni komuni dwar il-ħin standard li kull Stat Membru jagħżel li japplika fil-ġejjieni.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4b)  Evidenza xjentifika reċenti tissuġġerixxi li hemm rabta bejn il-bidla tal-ħin darbtejn fis-sena u problemi tas-saħħa, bħal mard kardjovaskulari, marbut mal-kronobijoloġija permezz ta' tħarbit kronoloġiku intern.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr ħsara għad-dritt li kull Stat Membru jiddeċiedi dwar il-ħin jew ħinijiet standard għat-territorji taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattati, kif ukoll dwar bidliet fil-ħin ulterjuri. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjoni tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf minn ċerti Stati Membri biss ma tfixkilx il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu lura milli jibdlu l-ħin standard tagħhom f'territorju partikolari taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom għal raġunijiet marbutin ma' bidliet staġonali, anki jekk tali bidla tiġi ppreżentata bħala bidla taż-żona tal-ħin. Barra minn hekk, sabiex jiġi minimizzat it-tfixkil, fost l-oħrajn, għat-trasport, għall-komunikazzjonijiet jew għal setturi oħra kkonċernati, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien xieraq bl-intenzjoni tagħhom li jibdlu l-ħin standard tagħhom, u sussegwentement japplikaw il-bidliet notifikati. Abbażi ta' dik in-notifika, jenħtieġ li l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istati Membri kollha l-oħra sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa. Jenħtieġ li tgħarraf ukoll lill-pubbliku ġenerali u lill-partijiet ikkonċernati billi tippubblika dik l-informazzjoni.

(5)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr ħsara għad-dritt li kull Stat Membru jiddeċiedi dwar il-ħin jew ħinijiet standard għat-territorji taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattati, kif ukoll dwar bidliet fil-ħin ulterjuri. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjoni tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf minn ċerti Stati Membri biss ma tfixkilx il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u biex jiġi żgurat approċċ koordinat, jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu lura milli jibdlu l-ħin standard tagħhom f'territorju partikolari taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom għal raġunijiet marbutin ma' bidliet staġonali, anki jekk tali bidla tiġi ppreżentata bħala bidla taż-żona tal-ħin, li huma preżenti fl-Ewropa. Barra minn hekk, sabiex jiġi minimizzat it-tfixkil, fost l-oħrajn għas-suq intern, għan-networks tal-enerġija tal-UE, għat-trasport, u b'mod partikolari għall-avjazzjoni, bis-sistema stabbilita tagħha ta' slots għat-tluq u l-inżul fl-ajruporti, għall-komunikazzjonijiet jew għal setturi oħra kkonċernati, jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kollha fil-waqt bl-intenzjoni tagħhom li jibdlu l-ħin standard tagħhom, u sussegwentement japplikaw il-bidliet notifikati. Abbażi ta' dik in-notifika, jenħtieġ li l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istati Membri kollha l-oħra sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jilqgħu għall-impatt ikkawżat mid-differenzi taż-żona tal-ħin bejn pajjiżi ġirien. Jenħtieġ li tgħarraf ukoll lill-pubbliku ġenerali u lill-partijiet ikkonċernati billi tippubblika dik l-informazzjoni.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a)  L-Istati Membri għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom mingħajr ma jipperikolaw il-kompetittività tal-industriji tat-trasport Ewropej, li huma partikolarment sensittivi għal bidliet fil-ħin, bħal-linji tal-ajru u l-ajruporti Ewropej, fil-konfront ta' kumpaniji ta' pajjiżi terzi.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a)  Deċiżjoni dwar liema ħin standard jiġi applikat f'kull Stat Membru tirrikjedi li, minn qabel, ikunu saru konsultazjzonijiet u studji li jieħdu kont tal-preferenzi taċ-ċittadini, tal-varjazzjonijiet ġeografiċi, tad-differenzi reġjonali, tal-arranġamenti standard tax-xogħol u ta' fatturi oħra relevanti għall-Istat Membru partikolari. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien bex janalizzaw l-impatt tal-proposta u jagħżlu s-soluzzjoni li l-aktar taqdi l-popolazzjonijiet tagħhom, filwaqt li jqisu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika mill-1 ta' April 2019, sabiex l-aħħar perjodu tal-ħin tas-sajf soġġett għar-regoli tad-Direttiva 2000/84/KE ikun jibda, f'kull Stat Membru, fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fil-31 ta' Marzu 2019. L-Istati Membri li, wara dak il-perjodu tal-ħin tas-sajf, ikunu beħsiebhom jadottaw ħin standard li jikkorrispondi għall-ħin applikat matul ix-xitwa skont id-Direttiva 2000/84/KE, jenħtieġ li jibdlu l-ħin standard tagħhom fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fis-27 ta' Ottubru 2019, sabiex bidliet simili u fit-tul li jsiru fi Stati Membri differenti jseħħu b'mod simultanju. Huwa mixtieq li l-Istati Membri jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-ħin standard li kull wieħed minnhom ikun se japplika mill-2019 'il quddiem b'mod ikkoordinat.

(7)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika mill-1 ta' April 2020, sabiex l-aħħar perjodu tal-ħin tas-sajf soġġett għar-regoli tad-Direttiva 2000/84/KE ikun jibda, f'kull Stat Membru, fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fid-29 ta' Marzu 2020. L-Istati Membri li, wara dak il-perjodu tal-ħin tas-sajf, ikunu beħsiebhom jadottaw ħin standard li jikkorrispondi għall-ħin applikat matul ix-xitwa skont id-Direttiva 2000/84/KE, jenħtieġ li jibdlu l-ħin standard tagħhom fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fil-25 ta' Ottubru 2020, sabiex bidliet simili u fit-tul li jsiru fi Stati Membri differenti jseħħu b'mod simultanju. Prerekwiżit għall-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet huwa li l-Istati Membri jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-ħin standard li kull wieħed minnhom ikun se japplika mill-2020 'il quddiem b'mod ikkoordinat u bi qbil reċiproku, filwaqt li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jibqgħu fiż-żona tal-ħin rispettiva tagħhom. Jista' jitwaqqaf netwerk ta' punti ta' kuntatt nazzjonali dwar arranġament tal-ħin. Huwa importanti li jiġu evitati kumplikazzjonijiet possibbli li jistgħu jinqalgħu meta l-Istati Membri jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva. Huwa għalhekk meħtieġ li jingħatalhom biżżejjed żmien u li jiġi żgurat approċċ armonizzat u kkoordinat sewwa.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva tkun immonitorjata. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tressaq rapport bir-riżultati ta' dan il-monitoraġġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport jenħtieġ li jissejjes fuq l-informazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni mill-Istati Membri fi żmien suffiċjenti biex ir-rapport ikun jista' jitressaq fil-mument speċifikat.

(8)  Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva tkun immonitorjata u tkun koperta mill-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni miftiehem minn qabel bejn l-Istati Membri bħala parti minn din il-proċedura ta' kodeċiżjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tressaq rapport bir-riżultati ta' dan il-monitoraġġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport jenħtieġ li jissejjes fuq l-informazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni mill-Istati Membri fi żmien suffiċjenti biex ir-rapport ikun jista' jitressaq fil-mument speċifikat.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri xorta jistgħu japplikaw bidla staġonali fil-ħin jew ħinijiet standard tagħhom fl-2019, dejjem jekk jagħmlu dan fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fis-27 ta' Ottubru 2019. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 2.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri xorta jistgħu japplikaw bidla staġonali fil-ħin jew ħinijiet standard tagħhom fl-2020, dment li jagħmlu dan fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fil-25 ta' Ottubru 2020. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 2.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 1, jekk Stat Membru jiddeċiedi li jibdel il-ħin jew il-ħinijiet standard tiegħu fi kwalunkwe territorju taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni tal-anqas sitt (6) xhur qabel ma l-bidla tidħol fis-seħħ. Fejn Stat Membru jkun bagħat tali notifika u ma jkunx irtiraha tal-anqas sitt (6) xhur qabel id-data tal-bidla prevista, l-Istat Membru għandu japplika din il-bidla.

1.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 1, jekk Stat Membru jiddeċiedi li jibdel il-ħin jew il-ħinijiet standard tiegħu fi kwalunkwe territorju taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni tal-anqas 12-il xahar qabel ma l-bidla tidħol fis-seħħ. Fejn Stat Membru jkun bagħat tali notifika u ma jkunx irtiraha tal-anqas 12-il xahar qabel id-data tal-bidla prevista, l-Istat Membru għandu japplika din il-bidla.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fi żmien xahar min-notifika, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra b'dan u tippubblika dik l-informazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Fi żmien xahar min-notifika, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-pubbliku ġenerali biha u tippubblika dik l-informazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2 a.  Sabiex ikun hemm approċċ koordinat fl-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kunsill għandu jistabbilixxi mekkaniżmu ta' koordinazzjoni.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024.

1.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta' April 2024.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta' April 2025.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' April 2019, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' April 2020, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' April 2019.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' April 2020.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-Direttiva 2000/84/KE titħassar b'effett mill-1 ta' April 2019.

Id-Direttiva 2000/84/KE titħassar b'effett mill-1 ta' April 2020.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Twaqqif tal-bidliet staġonali fil-ħin

Referenzi

COM(2018)0639 – C8-0408/2018 – 2018/0332(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

13.9.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.9.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Sven Schulze

25.10.2018

Eżami fil-kumitat

23.1.2019

Data tal-adozzjoni

19.2.2019

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

7

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, Cristian-Silviu Buşoi, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, András Gyürk, Hans-Olaf Henkel, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Aleksejs Loskutovs, Edouard Martin, Tilly Metz, Angelika Mlinar, Csaba Molnár, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Carolina Punset, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Neoklis Sylikiotis, Evžen Tošenovský, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Michał Boni, Rosa D’Amato, Benedek Jávor, Olle Ludvigsson, Marian-Jean Marinescu, Clare Moody, Markus Pieper, Dominique Riquet, Davor Škrlec, Anneleen Van Bossuyt

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Evi, Luigi Morgano

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

48

+

ALDE

Fredrick Federley, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Lieve Wierinck

ECR

Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský, Anneleen Van Bossuyt

ENF

Christelle Lechevalier

PPE

Pilar Ayuso, Bendt Bendtsen, Michał Boni, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, András Gyürk, Seán Kelly, Janusz Lewandowski, Aleksejs Loskutovs, Marian-Jean Marinescu, Angelika Niebler, Markus Pieper, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Hermann Winkler, Anna Záborská

S&D

Zigmantas Balčytis, Adam Gierek, Theresa Griffin, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Olle Ludvigsson, Csaba Molnár, Clare Moody, Luigi Morgano, Dan Nica, Miroslav Poche, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Reinhard Bütikofer, Jakop Dalunde, Benedek Jávor, Tilly Metz, Davor Škrlec

7

-

ALDE

Dominique Riquet

ECR

Ashley Fox, Hans-Olaf Henkel

EFDD

Rosa D'Amato, Eleonora Evi

ENF

Angelo Ciocca

S&D

Edouard Martin

2

0

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Neoklis Sylikiotis

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Frar 2018 dwar l-arranġamenti għall-bidla fil-ħin (2017/2968(RSP)) P8_TA(2018)0043.

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (21.2.2019)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twaqqaf il-bidliet staġonali fil-ħin u tħassar id-Direttiva 2000/84/KE

(COM(2018)0639 – C8‑0408/2018 – 2018/0332(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Igor Šoltes

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li twaqqaf il-bidla fil-ħin darbtejn fis-sena b'konformità mal-fehmiet espressi mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' Frar 2018 u miċ-ċittadini.

Ġew ippubblikati bosta studji u rapporti li juru l-konsegwenzi negattivi tal-bidla fil-ħin darbtejn fis-sena għal ħafna aspetti tas-soċjetà tagħna, minn riskji għas-saħħa u problemi kkawżati mit-tfixkil ta' ritmi ċirkadjani, għal żieda fir-rati ta' inċidenti fil-jiem ta' wara l-bidla, piż amministrattiv miżjud u spejjeż għal ħafna setturi ekonomiċi.

Il-Kummissjoni Ewropea organizzat konsultazzjoni pubblika matul is-sajf tal-2018 li ġabret 4.6 miljun tweġiba, li fosthom 99.8 % kienu tweġibiet mingħand iċ-ċittadini. It-tweġibiet li jifdal, 0.2 %, ġew minn partijiet ikkonċernati jew negozji. L-eżitu ta' din il-konsultazzjoni kien juri li 84 % kienu kontra t-tkomplija tat-tibdil tal-ħin darbtejn fis-sena. Il-proposta attwali hija għalhekk konformi mal-fehmiet espressi miċ-ċittadini filwaqt li fl-istess ħin tenfasizza l-ħtieġa għal approċċ koerenti u armonizzat biex jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament tas-suq intern.

It-territorji tal-Istati Membri tal-UE huma miġbura fi tliet żoni ta' ħin differenti, jiġifieri GMT, GMT+ 1 u GMT+ 2. Jeħtieġ għalhekk li jitqiesu diversi fatturi meta tittieħed deċiżjoni dwar il-ħin permanenti bħal aspetti ġeografiċi u żoni ta' ħin naturali u l-effetti tagħhom f'termini ta' saħħa minħabba d-disponibbiltà tad-dawl tax-xemx.

Għalkemm il-kompetenza tibqa f'idejn l-Istati Membri biex jiddeċiedu dwar il-ħin standard tagħhom, ir-rapporteur iqis li huwa meħtieġ li jinżamm approċċ armonizzat għall-arranġamenti tal-ħin biex jiġi salvagwardjat il-funzjonament xieraq tas-suq intern u jiġi evitat tfixkil kbir li jikkawża "traqqigħ" jekk l-Istati Membri jagħżlu li joħolqu bidliet multipli ta' tul ta' 60 minuta fl-UE kollha.

Approċċ koordinat jimplika skeda ta' żmien xierqa li tippermetti lill-Istati Membri jivvalutaw b'mod preċiż l-effetti li b'mod permanenti jmorru għal GMT+ 1 u GMT+ 2 minħabba l-għadd ta' oqsma li għandhom jiġu kkunsidrati, bħal effetti fuq l-ekonomija f'termini ta' kummerċ, komunikazzjoni u trasport transfruntier, iżda wkoll l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem, is-sikurezza fit-toroq jew l-ambjent.

Għalhekk, huwa propost li d-data ta' applikazzjoni tiġi posposta b'sena biex jingħata biżżejjed żmien lill-Istati Membri ħalli jikkoordinaw l-approċċ tagħhom u jinvolvu kif xieraq il-partijiet ikkonċernati rilevanti u ċ-ċittadini permezz tal-organizzazzjoni ta' konsultazzjonijiet pubbliċi.

Għandha tiġi żgurata koordinazzjoni xierqa bl-istabbiliment ta' netwerk magħmul minn rappreżentanti minn kull Stat Membru u l-Kummissjoni li jwettqu ħidma ta' medjazzjoni f'każ li l-bidla prevista fil-ħin minn Stat Membru tqajjem tħassib minn Stati Membri oħra u taffettwa l-funzjonament xieraq tas-suq intern.

L-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandha titwettaq wara tliet snin ta' applikazzjoni minflok il-ħames snin proposti mill-Kummissjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Fl-imgħoddi, l-Istati Membri għażlu li jdaħħlu arranġamenti għall-ħin tas-sajf fil-livell nazzjonali. Għal dik ir-raġuni, kien importanti għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern li jiġu ffissati dati u ħinijiet komuni għall-bidu u t-tmiem tal-perjodu tal-ħin tas-sajf madwar l-Unjoni. Skont id-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21, illum il-ġurnata l-Istati Membri kollha japplikaw arranġamenti għall-ħin tas-sajf mill-aħħar Ħadd f'Marzu sal-aħħar Ħadd ta' Ottubru tal-istess sena.

(1)  Fl-imgħoddi, l-Istati Membri għażlu li jdaħħlu arranġamenti għall-ħin tas-sajf fil-livell nazzjonali. Għal dik ir-raġuni, kien importanti għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern li jiġu ffissati dati u ħinijiet komuni għall-bidu u t-tmiem tal-perjodu tal-ħin tas-sajf madwar l-Unjoni biex tiġi kkoordinata l-bidla tal-ħin fl-Istati Membri. Skont id-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21, illum il-ġurnata l-Istati Membri kollha japplikaw bidliet staġonali għall-ħin darbtejn fis-sena. Il-ħin standard jinbidel għall-ħin tas-sajf fl-aħħar Ħadd f'Marzu sal-aħħar Ħadd ta' Ottubru tal-istess sena.

__________________

__________________

21 Id-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar arranġamenti għal ħin tas-sajf (ĠU L 31, 2.2.2001, p. 21).

21 Id-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar arranġamenti għal ħin tas-sajf (ĠU L 31, 2.2.2001, p. 21).

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Fir-riżoluzzjoni tagħha tat-8 ta' Frar 2018, il-Parlament Ewropew appella lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf skont id-Direttiva 2000/84/KE, u jekk meħtieġ, toħroġ bi proposta għar-rieżami tagħha. Dik ir-riżoluzzjoni kkonfermat ukoll li huwa essenzjali li jibqa' jkun hemm approċċ armonizzat għall-arranġamenti tal-ħin fl-Unjoni kollha.

(2)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Frar 2018, il-Parlament Ewropew appella lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni ta' bdil staġjonali darbtejn fis-sena skont id-Direttiva 2000/84/KE, u jekk meħtieġ, toħroġ bi proposta għar-reviżjoni tagħha. Dik ir-riżoluzzjoni kkonfermat ukoll li huwa essenzjali li jibqa' jkun hemm approċċ armonizzat għall-arranġamenti tal-ħin fl-Unjoni kollha filwaqt li tenfasizza li għadd ta' studji xjentifiċi indikaw l-eżistenza ta' effetti negattivi mill-bdil tal-ħin staġjonali darbtejn fis-sena.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza disponibbli, li tixħet dawl fuq l-importanza li jkun hemm regoli tal-Unjoni armonizzati f'dawn il-qasam sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern kif ukoll sabiex jiġu evitati, fost l-oħrajn, it-tfikxil għall-iskedar tal-operati tat-trasport u għall-funzjonament tas-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni, kostijiet ogħla għall-kummerċ transfruntiera, jew inqas produttività għall-oġġetti u s-servizzi. L-evidenza mhijiex konklużjoni rigward jekk il-benefiċċji tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf humiex ikbar mill-inkonvenjenzi marbutin mal-bidla fil-ħin ta' darbtejn fis-sena.

(3)  Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza disponibbli, li tixħet dawl fuq l-importanza li jkun hemm regoli tal-Unjoni armonizzati f'dan il-qasam sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, il-prospettivi fuq terminu twil u l-prevvedibbiltà, bil-ħsieb li jiġu evitati, fost l-oħrajn, it-tfikxil għall-iskedar tal-operazzjonijiet tat-trasport u għall-funzjonament tas-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni, kostijiet ogħla għall-kummerċ transfruntiera, jew inqas produttività għall-oġġetti u s-servizzi. L-evidenza mhijiex konklużiva rigward jekk il-benefiċċji tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf humiex ikbar mill-inkonvenjenzi marbutin mal-bidla fil-ħin ta' darbtejn fis-sena.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  Għadd ta' studji madankollu indikaw li l-benefiċċji tal-bidla staġjonali fil-ħin, bħall-iffrankar tal-enerġija, ġew sopravalutati, filwaqt li l-konsegwenzi negattivi f'diversi oqsma, bħall-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem u l-bijoritmu ("ritmu ċirkadjan") jew fuq il-kapaċità li wieħed jikkonċentra, pereżempju, ġew sottovalutati.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Għaddej dibattitu pubbliku mqanqal dwar l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf, u ċerti Stati Membri diġà esperimew il-preferenza tagħhom li tali arranġamenti ma jibqgħux japplikaw. Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, hemm bżonn li jibqa' jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u li jiġi evitat kull tfikxil sinifikanti li jista' jinqala' minħabba diverġenzi bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam. Għaldaqstant, jixraq li l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf jinqatgħu b'mod koordinat.

(4)  Għaddej dibattitu pubbliku mqanqal, b'għadd ta' inizjattivi taċ-ċittadini jenfasizzaw it-tħassib tagħhom dwar il-bidla fil-ħin staġjonali darbtejn fis-sena, u ċerti Stati Membri diġà esperimew il-preferenza tagħhom li tali arranġamenti ma jibqgħux japplikaw. L-istess rieda biex tintemm il-bidla staġonali fil-ħin darbtejn fis-sena ġiet espressa minn 4.6 miljun ċittadin, li jirrappreżentaw 84 % ta' dawk li wieġbu, l-aktar ċittadini, f'konsultazzjoni pubblika organizzata mill-Kummissjoni fis-sajf tal-2018. Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, hemm bżonn li jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u li jiġi evitat kull tfikxil sinifikanti li jista' jinqala' minħabba diverġenzi bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam. Għaldaqstant, jixraq li l-bidla staġjonali fil-ħin darbtejn fis-sena jinqata' b'mod koordinat u armonizzat.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  It-territorji tal-Istati Membri huma miġbura fi tliet żoni ta' ħin jew ta' ħinijiet standard differenti, jiġifieri GMT, GMT+ 1 u GMT+ 2. L-estensjoni kbira mit-Tramuntana għan-Nofsinhar tal-Unjoni tfisser li l-effetti tad-dawl tax-xemx ivarjaw madwar l-Unjoni. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jqisu l-aspetti ġeografiċi tal-ħin, jiġifieri ż-żoni tal-ħin naturali u l-pożizzjoni ġeografika, qabel ma jibdlu ż-żoni tal-ħin tagħhom. L-Istati Membri huma mħeġġa jikkonsultaw liċ-ċittadini u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti qabel ma jiddeċiedu li jibdlu ż-żoni tal-ħin tagħhom.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr ħsara għad-dritt li kull Stat Membru jiddeċiedi dwar il-ħin jew ħinijiet standard għat-territorji taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattati, kif ukoll dwar bidliet fil-ħin ulterjuri. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjoni tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf minn ċerti Stati Membri biss ma tfixkilx il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu lura milli jibdlu l-ħin standard tagħhom f'territorju partikolari taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom għal raġunijiet marbutin ma' bidliet staġonali, anki jekk tali bidla tiġi ppreżentata bħala bidla taż-żona tal-ħin. Barra minn hekk, sabiex jiġi minimizzat it-tfixkil, fost l-oħrajn, għat-trasport, għall-komunikazzjonijiet jew għal setturi oħra kkonċernati, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien xieraq bl-intenzjoni tagħhom li jibdlu l-ħin standard tagħhom, u sussegwentement japplikaw il-bidliet notifikati. Abbażi ta' dik in-notifika, jenħtieġ li l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istati Membri kollha l-oħra sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa. Jenħtieġ li tgħarraf ukoll lill-pubbliku ġenerali u lill-partijiet ikkonċernati billi tippubblika dik l-informazzjoni.

(5)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr ħsara għad-dritt li kull Stat Membru jiddeċiedi dwar il-ħin jew ħinijiet standard għat-territorji taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattati, kif ukoll dwar bidliet fil-ħin ulterjuri. Madankollu, sabiex ikun evitat tfixkil sinifikanti fuq il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu lura milli jibdlu l-ħin standard tagħhom f'territorju partikolari taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għal raġunijiet marbutin ma' bidliet staġonali, anki jekk tali bidla tiġi ppreżentata bħala bidla taż-żona tal-ħin. Barra minn hekk, sabiex jiġi minimizzat it-tfixkil, inter alia, għat-trasport, għall-komunikazzjonijiet jew għal setturi oħra kkonċernati, l-Istati Membri li għandhom l-intenzjoni li jibdlu l-ħin standard tagħhom jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kollha mhux aktar tard minn 9 xhur qabel ma l-bidla prevista tieħu effett u sussegwentement japplikaw il-bidliet notifikati. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-bidla prevista fil-ħin fuq il-bażi ta' dik in-notifika. Jenħtieġ li tgħarraf ukoll lill-pubbliku ġenerali u lill-partijiet ikkonċernati billi tippubblika dik l-informazzjoni.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a)  Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkoordinaw minn qabel id-deċiżjoni tagħhom dwar il-ħinijiet standard previsti permezz tal-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' koordinazzjoni sabiex jiġi evitat li l-Istati Membri jagħżlu ħinijiet standard differenti fl-istess żona tal-ħin. Il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni jenħtieġ li jikkonsisti minn rappreżentant tal-Kummissjoni u rappreżentant maħtur għal kull Stat Membru. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffaċilita l-koordinazzjoni u jenħtieġ li tipprovdi valutazzjoni dwar l-effetti li d-deċiżjoni notifikata jkollha fuq il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Id-deċiżjoni dwar jekk għandhiex tiġi applikata l-bidla fil-ħin prevista tibqa' l-kompetenza tal-Istati Membri wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u ma' Stati Membri oħra.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Għaldaqstant, hemm bżonn li tintemm l-armonizzazzjoni tal-perjodu kopert mill-arranġamenti għall-ħin tas-sajf kif stabbiliti fid-Direttiva 2000/84/KE, u li jiddaħħlu regoli komuni li jipprevjenu li l-Istati Membri japplikaw arranġamenti differenti tal-ħin skont l-istaġun billi jibdlu l-ħin standard tagħhom aktar minn darba matul is-sena, u li jistabbilixxu l-obbligu ta' notifika tal-bidliet previsti fil-ħin standard. Din id-Direttiva timmira li jikkontribwixxi, b'mod determinanti, għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, u għaldaqstant jenħtieġ li tissejjes fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif interpretat skont il-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(6)  Għaldaqstant, hemm bżonn li d-Direttiva 2000/84/KE dwar l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf tiġi mħassra u li jiddaħħlu regoli komuni li jipprevjenu li l-Istati Membri japplikaw arranġamenti differenti tal-ħin skont l-istaġun, u li jistabbilixxu l-obbligu ta' notifika u jivvalutaw l-impatt tal-bidliet previsti fil-ħin standard. Il-Kummissjoni u Stati Membri oħra jenħtieġ li mbagħad jivvalutaw l-effetti tal-bidla prevista fuq il-funzjonament tas-suq intern biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil sinifikanti. Din id-Direttiva timmira għalhekk li tikkontribwixxi, b'mod determinanti, għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, u għaldaqstant jenħtieġ li tissejjes fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif interpretat skont il-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika mill-1 ta' April 2019, sabiex l-aħħar perjodu tal-ħin tas-sajf soġġett għar-regoli tad-Direttiva 2000/84/KE ikun jibda, f'kull Stat Membru, fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fil-31 ta' Marzu 2019. L-Istati Membri li, wara dak il-perjodu tal-ħin tas-sajf, ikunu beħsiebhom jadottaw ħin standard li jikkorrispondi għall-ħin applikat matul ix-xitwa skont id-Direttiva 2000/84/KE, jenħtieġ li jibdlu l-ħin standard tagħhom fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fis-27 ta' Ottubru 2019, sabiex bidliet simili u fit-tul li jsiru fi Stati Membri differenti jseħħu b'mod simultanju. Huwa mixtieq li l-Istati Membri jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-ħin standard li kull wieħed minnhom ikun se japplika mill-2019 'il quddiem b'mod ikkoordinat.

(7)  Huwa importanti li jiġi evitat li l-Istati Membri jagħżlu ħinijiet standard differenti. Huwa għalhekk meħtieġ li jitħallielhom biżżejjed ħin biex jadottaw approċċ armonizzat u kkoordinat tajjeb. Jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika mit-30 ta' Marzu 2020, sabiex l-aħħar perjodu tal-ħin tas-sajf soġġett għar-regoli tad-Direttiva 2000/84/KE ikun jibda, f'kull Stat Membru, fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat (UTC), fid-29 ta' Marzu 2020. L-Istati Membri li, wara dak il-perjodu tal-ħin tas-sajf, ikunu beħsiebhom jadottaw ħin standard li jikkorrispondi għall-ħin applikat matul ix-xitwa skont id-Direttiva 2000/84/KE, jenħtieġ li jibdlu l-ħin standard tagħhom fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fil-25 ta' Ottubru 2020, sabiex bidliet simili u fit-tul li jsiru fi Stati Membri differenti jseħħu b'mod simultanju. Huwa mixtieq li l-Istati Membri jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-ħin standard li kull wieħed minnhom ikun se japplika mill-2020 'il quddiem b'mod ikkoordinat.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri xorta jistgħu japplikaw bidla staġonali fil-ħin jew ħinijiet standard tagħhom fl-2019, dejjem jekk jagħmlu dan fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fis-27 ta' Ottubru 2019. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 2.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri xorta jistgħu japplikaw bidla staġonali fil-ħin jew ħinijiet standard tagħhom fl-2020, dejjem jekk jagħmlu dan fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fil-25 ta' Ottubru 2020. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-deċiżjoni tagħhom li japplikaw jew li ma japplikawx din l-aħħar bidla staġjonali tal-ħin jew il-ħinijiet standard tagħhom 6 xhur qabel ma l-bidla tidħol fis-seħħ.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik l-informazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mingħajr dewmien u, fi żmien xahar (1) minn meta tirċievi notifika, għandha ssejjaħ laqgħa fi ħdan il-qafas tal-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2a.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 1, jekk Stat Membru jiddeċiedi li jibdel il-ħin jew il-ħinijiet standard tiegħu fi kwalunkwe territorju taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni tal-anqas sitt (6) xhur qabel ma l-bidla tidħol fis-seħħ. Fejn Stat Membru jkun bagħat tali notifika u ma jkunx irtiraha tal-anqas sitt (6) xhur qabel id-data tal-bidla prevista, l-Istat Membru għandu japplika din il-bidla.

1.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 1, jekk Stat Membru jiddeċiedi li jibdel il-ħin jew il-ħinijiet standard tiegħu fi kwalunkwe territorju taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn kollha dwar id-deċiżjoni tiegħu li jibdel il-ħin jew ħinijiet standard fi kwalunkwe territorju taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu tal-anqas xhur qabel ma l-bidla tidħol fis-seħħ.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fi żmien xahar min-notifika, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra b'dan u tippubblika dik l-informazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik l-informazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mingħajr dewmien u, fi żmien xahar (1) minn meta tirċievi notifika, għandha ssejjaħ laqgħa fi ħdan il-qafas tal-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2a.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2a

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi mekkaniżmu ta' koordinazzjoni bil-għan li jiġi żgurat approċċ armonizzat għall-arranġamenti tal-ħin madwar l-Unjoni u li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-impatt fuq il-funzjonament tas-suq intern ta' kwalunkwe deċiżjoni dwar il-bidla fil-ħin jew fil-ħinijiet standard.

2.  Il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jikkonsisti minn rappreżentant għal kull Stat Membru u rappreżentant tal-Kummissjoni.

3.  Meta Stat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu skont l-Artikolu 1(2) jew skont l-Artikolu 2(1), il-Kummissjoni għandha tlaqqa' lill-Istati Membri biex jivvalutaw u jiddiskutu l-impatt potenzjali tal-bidla prevista fuq il-funzjonament tas-suq intern, bil-ħsieb li jiġi evitat tfixkil sinifikanti.

4.  Meta abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tqis li l-bidla prevista se taffettwa b'mod sinifikanti l-funzjonament xieraq tas-suq intern, din għandha tinforma lill-Istat Membru li jinnotifika b'dan.

5.  Mhux aktar tard minn 4 xhur qabel id-data tal-bidla prevista, l-Istat Membru li jinnotifika għandu jiddeċiedi jekk jirrevokax id-deċiżjoni tiegħu jew għandux iżommha. Meta l-Istat Membru li jinnotifika jiddeċiedi li jżomm mad-deċiżjoni tiegħu, dan għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata li tindirizza l-impatt negattiv tal-bidla fuq is-suq intern.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024.

1.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [4 snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva].

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta' April 2024.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard minn [3 snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva].

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-1 ta' April 2019, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-30 ta' Marzu 2020, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' April 2019.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mit-30 ta' Marzu 2020.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-Direttiva 2000/84/KE titħassar b'effett mill-1 ta' April 2019.

Id-Direttiva 2000/84/KE titħassar b'effett mit-30 ta' Marzu 2020.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Discontinuing seasonal changes of time

Referenzi

COM(2018)0639 – C8-0408/2018 – 2018/0332(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

13.9.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

13.9.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Igor Šoltes

10.10.2018

Eżami fil-kumitat

6.12.2018

29.1.2019

Data tal-adozzjoni

21.2.2019

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

9

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Lucy Anderson, Pascal Arimont, Carlos Coelho, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Pascal Durand, Evelyne Gebhardt, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Nosheena Mobarik, Jiří Pospíšil, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Igor Šoltes, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Birgit Collin-Langen, Edward Czesak, Nadja Hirsch, Othmar Karas, Adam Szejnfeld, Marc Tarabella, Matthijs van Miltenburg

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Georg Mayer

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

23

+

ALDE

Nadja Hirsch, Jasenko Selimovic

ECR

Edward Czesak, Anneleen Van Bossuyt

EFDD

Robert Jarosław Iwaszkiewicz

ENF

Georg Mayer, Mylène Troszczynski

PPE

Pascal Arimont, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Philippe Juvin, Othmar Karas, Jiří Pospíšil, Andreas Schwab, Adam Szejnfeld, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein

S&D

Lucy Anderson, Evelyne Gebhardt, Liisa Jaakonsaari, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová

VERTS/ALE

Pascal Durand, Igor Šoltes

9

-

ALDE

Matthijs van Miltenburg

ECR

Daniel Dalton, Nosheena Mobarik

EFDD

Marco Zullo

ENF

John Stuart Agnew

PPE

Anna Maria Corazza Bildt

S&D

Nicola Danti, Virginie Rozière, Marc Tarabella

1

0

PPE

Carlos Coelho

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (20.2.2019)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twaqqaf il-bidliet staġonali fil-ħin

(COM(2018)639 – C8-0408/2018 – 2018/0332(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Ulrike Müller

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Frar 2018, il-Parlament Ewropew appella lill-Kummissjoni Ewropea biex twettaq valutazzjoni tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf, u jekk meħtieġ, toħroġ bi proposta għar-reviżjoni tagħha.

Sussegwentement, matul is-sajf tal-2018, il-Kummissjoni Ewropea wettqet konsultazzjoni pubblika. Il-konsultazzjoni wriet appoġġ kbir miċ-ċittadini biex titneħħa l-bidla fil-ħin darbtejn fis-sena.

Ir-rapporteur tissottolinja r-rieda tal-Parlament li jisma' din it-talba ċara miċ-ċittadini Ewropej. Għalhekk, ir-rapporteur tappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni li ġiet ippreżentata fit-12 ta' Settembru 2018 biex ma titkompliex il-bidla staġjonali.

It-terminazzjoni tal-bidla staġjonali għandu bosta implikazzjonijiet importanti. Dawn l-implikazzjonijiet jikkonċernaw is-saħħa taċ-ċittadini minħabba l-impatt fuq il-bijoritmu, iżda wkoll is-saħħa tal-annimali. L-implikazzjonijiet huma kbar ukoll fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-UE. It-territorji tal-Istati Membri jagħmlu parti minn tliet żoni tal-ħin differenti (GMT +0, +1 u +2) u kwalunkwe approċċ mhux ippreparat jew mhux koordinat jista' jfixkel il-ħidma tas-suq uniku. Il-kompetenza li jintgħażel ħin standard għat-territorju proprju għadha fil-fatt f'idejn l-Istati Membri. Konsegwentement, hemm riskju għoli ta' frammentazzjoni li tikkonċerna ż-żoni ta' ħin differenti, peress li l-pajjiżi ġirien jistgħu jagħżlu li jaqilbu għal ħin differenti.

Ir-rapporteur qieset ukoll li l-presidenza Awstrijaka ma prijoritizzatx din il-kwistjoni u li l-Ministri tat-Trasport kienu għadhom maqsuma dwar il-kwistjoni meta ġiet diskussa matul il-laqgħa tagħhom f'Ottubru u f'Ġunju 2018 u f'Diċembru 2017.

Meta wieħed iqis dawn il-limitazzjonijiet għat-terminazzjoni tad-direttiva tal-ħin tas-sajf, ir-rapporteur tipproponi l-approċċ li ġej:

Il-koordinazzjoni hija kruċjali biex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq uniku, peress li jekk ikollu ħin differenti, dan ikollu implikazzjonijiet fuq għadd kbir ta' setturi ekonomiċi u fuq il-movimenti taċ-ċittadini. Dan huwa minnu b'mod speċjali minn meta ġiet adottata d-direttiva preċedenti dwar il-bidla fil-ħin meta kien għad hemm biss 15-il Stat Membru. Għal dawn ir-raġunijiet, ir-rapporteur tqis li d-dħul fis-seħħ fl-1 ta' April 2019 għadu kmieni wisq u jeħtieġ li jiġi pospost għall-2020 sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jħejju għall-bidla, iżda wkoll biex jikkoordinaw.

Minkejja hija kompetenza tal-Istati Membri li jistabbilixxu, ir-rapporteur tipproponi r-ritorn lejn il-ħin tax-xitwa bħala l-ħin standard. Minħabba li l-ħin tas-sajf matul is-sena kollha teknikament jirrappreżenta bidla fiż-żona tal-ħin, il-pajjiżi kollha li jagħżlu l-ħin tax-xitwa bħala ħin standard jiffaċilitaw il-proċess ta' tmiem tal-bidla fil-ħin u jipprevjenu l-frammentazzjoni bejn l-Istati Membri.

B'mod simili, mod ieħor kif jiġi ffaċilitat il-proċess huwa l-koordinazzjoni tal-Istati Membri minn gruppi ta' pajjiżi ġirien u speċjalment f'konformità maż-żoni tal-ħin (GMT +0, +1 u +2) biex tinżamm is-sitwazzjoni attwali.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Fir-riżoluzzjoni tagħha tat-8 ta' Frar 2018, il-Parlament Ewropew appella lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf skont id-Direttiva 2000/84/KE, u jekk meħtieġ, toħroġ bi proposta għar-rieżami tagħha. Dik ir-riżoluzzjoni kkonfermat ukoll li huwa essenzjali li jibqa' jkun hemm approċċ armonizzat għall-arranġamenti tal-ħin fl-Unjoni kollha.

(2)  Fir-riżoluzzjoni tagħha tat-8 ta' Frar 2018, il-Parlament Ewropew appella lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf skont id-Direttiva 2000/84/KE flimkien mal-Istati Membri u, jekk ikun meħtieġ, toħroġ bi proposta għar-reviżjoni tagħha. Dik ir-riżoluzzjoni kkonfermat ukoll li huwa essenzjali li jibqa' jkun hemm approċċ armonizzat għall-arranġamenti tal-ħin fl-Unjoni kollha.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza disponibbli, li tixħet dawl fuq l-importanza li jkun hemm regoli tal-Unjoni armonizzati f'dawn il-qasam sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern kif ukoll sabiex jiġu evitati, fost l-oħrajn, it-tfikxil għall-iskedar tal-operati tat-trasport u għall-funzjonament tas-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni, kostijiet ogħla għall-kummerċ transfruntiera, jew inqas produttività għall-oġġetti u s-servizzi. L-evidenza mhijiex konklużjoni rigward jekk il-benefiċċji tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf humiex ikbar mill-inkonvenjenzi marbutin mal-bidla fil-ħin ta' darbtejn fis-sena.

(3)  Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza disponibbli, li tixħet dawl fuq l-importanza li jkun hemm regoli tal-Unjoni armonizzati f'dan il-qasam sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, tinħoloq ċertezza tad-dritt u affidabbiltà fit-tul, kif ukoll sabiex jiġu evitati, fost l-oħrajn, it-tfixkil għall-iskedar u għat-twettiq tal-operati tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija u għall-funzjonament tas-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni, kostijiet ogħla għall-kummerċ transfruntier, jew inqas produttività għall-oġġetti u s-servizzi u effetti fuq il-produttività agrikola. L-evidenza turi li l-benefiċċji tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf mhumiex ikbar mill-inkonvenjenzi marbutin mal-bidla fil-ħin ta' darbtejn fis-sena.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  F'dan il-kuntest, is-sitwazzjoni tal-bdiewa li jrabbu l-bhejjem tista' sservi ta' eżempju meta l-arranġamenti tal-ħin tas-sajf ikunu tqiesu inizjalment bħala inkompatibbli mal-prattiki tax-xogħol agrikoli, b'mod partikolari rigward il-bidu diġà kmieni ħafna tal-ġurnata tax-xogħol taħt il-ħin standard. Barra minn hekk, it-tranżizzjoni darbtejn fis-sena għall-ħin tas-sajf għamlitha aktar diffiċli biex jittieħdu fis-swieq il-prodotti jew l-annimali. U fl-aħħar nett, minħabba li l-baqar isegwu r-ritmu tal-ħlib naturali tagħhom, kien preżunt tnaqqis fil-produzzjoni tal-ħalib. Madankollu, it-tagħmir u l-prattiki agrikoli moderni rrevoluzzjonaw il-biedja b'mod li l-biċċa l-kbira ta' dan it-tħassib ma għadux jidher rilevanti filwaqt li t-tħassib dwar il-bijoritmu tal-annimali kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-bdiewa għadu jipprevali.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Għaddej dibattitu pubbliku mqanqal dwar l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf, u ċerti Stati Membri diġà esperimew il-preferenza tagħhom li tali arranġamenti ma jibqgħux japplikaw. Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, hemm bżonn li jibqa' jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u li jiġi evitat kull tfikxil sinifikanti li jista' jinqala' minħabba diverġenzi bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam. Għaldaqstant, jixraq li l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf jinqatgħu b'mod koordinat.

(4)  Għaddej dibattitu pubbliku mqanqal dwar l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf bis-saħħa tal-parteċipazzjoni attiva ta' gruppi ta' azzjoni nazzjonali f'ħafna Stati Membri, u ċerti Stati Membri diġà esprimew il-preferenza tagħhom li tali arranġamenti ma jibqgħux japplikaw. Matul id-diskussjonijiet li saru, speċjalisti minn diversi oqsma, inklużi l-mediċina umana u veterinarja, l-agrikoltura, l-edukazzjoni u t-turiżmu, ivvalutaw l-effetti negattivi tat-tibdil tal-ħin ta' kull sena. Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, hemm bżonn li jibqa' jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u li jiġi evitat kull tfikxil sinifikanti li jista' jinqala' minħabba diverġenzi bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam. Għaldaqstant, jixraq li l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf jinqatgħu b'mod koordinat.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4 a)  Għadd ta' inizjattivi taċ-ċittadini enfasizzaw it-tħassib taċ-ċittadini dwar il-bidla fil-ħin li ssir darbtejn fis-sena u l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw iż-żmien u l-opportunità li jwettqu l-konsultazzjonijiet pubbliċi u l-valutazzjonijiet tal-impatt tagħhom stess sabiex jifhmu aħjar l-implikazzjonijiet tat-terminazzjoni tal-bidliet staġonali fil-ħin fir-reġjuni kollha.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4 b)  Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jridu jikkonsultaw lil xulxin u jikkoordinaw kwalunkwe bidla fiż-żona tal-ħin sabiex jiġu evitati żoni tal-ħin li ma jkunux prattiċi u tfixkil oneruż fuq is-suq intern.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr ħsara għad-dritt li kull Stat Membru jiddeċiedi dwar il-ħin jew ħinijiet standard għat-territorji taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattati, kif ukoll dwar bidliet fil-ħin ulterjuri. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjoni tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf minn ċerti Stati Membri biss ma tfixkilx il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu lura milli jibdlu l-ħin standard tagħhom f'territorju partikolari taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom għal raġunijiet marbutin ma' bidliet staġonali, anki jekk tali bidla tiġi ppreżentata bħala bidla taż-żona tal-ħin. Barra minn hekk, sabiex jiġi minimizzat it-tfixkil, fost l-oħrajn, għat-trasport, għall-komunikazzjonijiet jew għal setturi oħra kkonċernati, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien xieraq bl-intenzjoni tagħhom li jibdlu l-ħin standard tagħhom, u sussegwentement japplikaw il-bidliet notifikati. Abbażi ta' dik in-notifika, jenħtieġ li l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istati Membri kollha l-oħra sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa. Jenħtieġ li tgħarraf ukoll lill-pubbliku ġenerali u lill-partijiet ikkonċernati billi tippubblika dik l-informazzjoni.

(5)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr ħsara għad-dritt li kull Stat Membru jiddeċiedi dwar il-ħin jew ħinijiet standard għat-territorji taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattati, kif ukoll dwar bidliet fil-ħin ulterjuri. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjoni tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf minn ċerti Stati Membri biss ma tfixkilx il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu lura milli jibdlu l-ħin standard tagħhom fi kwalunkwe territorju partikolari taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għal raġunijiet marbutin ma' bidliet staġonali, anki jekk tali bidla tiġi ppreżentata bħala bidla taż-żona tal-ħin. Barra minn hekk, sabiex jiġi minimizzat it-tfixkil, fost l-oħrajn, għat-trasport, għall-komunikazzjonijiet, għas-settur agrikolu jew għal setturi oħra kkonċernati, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien xieraq bl-intenzjoni tagħhom li jibdlu l-ħin standard tagħhom, u sussegwentement japplikaw il-bidliet notifikati. Abbażi ta' dik in-notifika, jenħtieġ li l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istati Membri kollha l-oħra sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa. Jenħtieġ li tgħarraf ukoll lill-pubbliku ġenerali u lill-partijiet ikkonċernati billi tippubblika dik l-informazzjoni.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika mill-1 ta' April 2019, sabiex l-aħħar perjodu tal-ħin tas-sajf soġġett għar-regoli tad-Direttiva 2000/84/KE ikun jibda, f'kull Stat Membru, fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat (UTC), fil-31 ta' Marzu 2019. L-Istati Membri li, wara dak il-perjodu tal-ħin tas-sajf, ikunu beħsiebhom jadottaw ħin standard li jikkorrispondi għall-ħin applikat matul ix-xitwa skont id-Direttiva 2000/84/KE, jenħtieġ li jibdlu l-ħin standard tagħhom fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fis-27 ta' Ottubru 2019, sabiex bidliet simili u fit-tul li jsiru fi Stati Membri differenti jseħħu b'mod simultanju. Huwa mixtieq li l-Istati Membri jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-ħin standard li kull wieħed minnhom ikun se japplika mill-2019 'il quddiem b'mod ikkoordinat.

(7)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika mill-1 ta' April 2020, sabiex l-aħħar perjodu tal-ħin tas-sajf soġġett għar-regoli tad-Direttiva 2000/84/KE ikun jibda, f'kull Stat Membru, fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat (UTC), fid-29 ta' Marzu 2020. L-Istati Membri li, wara dak il-perjodu tal-ħin tas-sajf, ikunu beħsiebhom jadottaw ħin standard li jikkorrispondi għall-ħin applikat matul ix-xitwa skont id-Direttiva 2000/84/KE, jenħtieġ li jibdlu l-ħin standard tagħhom fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fil-31 ta' Ottubru 2020, sabiex bidliet simili u fit-tul li jsiru fi Stati Membri differenti jseħħu b'mod simultanju b'mod koordinat sew. Huwa mixtieq li l-Istati Membri jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-ħin standard li kull wieħed minnhom ikun se japplika mill-2020 'il quddiem b'mod ikkoordinat.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw bidliet staġonali għall-ħin jew ħinijiet standard tagħhom.

1.  L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw bidliet staġonali għall-ħin jew ħinijiet standard tagħhom. Huma għandhom jagħżlu b'mod konġunt jew ħin standard permanenti jew ħin tas-sajf permanenti madwar l-Unjoni kollha.

Ġustifikazzjoni

L-għan huwa li tiġi evitata taħlita ta' ħinijiet bejn il-pajjiżi tal-UE. Għażla komuni fil-livell tal-UE hija tajba għas-suq uniku u għall-ħajja ta' kuljum ta' kulħadd.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri xorta jistgħu japplikaw bidla staġonali fil-ħin jew ħinijiet standard tagħhom fl-2019, dejjem jekk jagħmlu dan fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fis-27 ta' Ottubru 2019. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 2.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri xorta jistgħu japplikaw bidla staġonali fil-ħin jew ħinijiet standard tagħhom fl-2020, dejjem jekk jagħmlu dan fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fil-31 ta' Ottubru 2020. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 2.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-1 ta' April 2019, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-1 ta' April 2020, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' April 2019.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' April 2020.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-Direttiva 2000/84/KE titħassar b'effett mill-1 ta' April 2019.

Id-Direttiva 2000/84/KE titħassar b'effett mill-1 ta' April 2020.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Twaqqif tal-bidliet staġonali fil-ħin

Referenzi

COM(2018)0639 – C8-0408/2018 – 2018/0332(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

13.9.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

13.9.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Ulrike Müller

9.10.2018

Data tal-adozzjoni

19.2.2019

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

9

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, José Bové, Daniel Buda, Matt Carthy, Jacques Colombier, Michel Dantin, Albert Deß, Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Luke Ming Flanagan, Karine Gloanec Maurin, Beata Gosiewska, Martin Häusling, Esther Herranz García, Jan Huitema, Ivan Jakovčić, Norbert Lins, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, James Nicholson, Maria Noichl, Marijana Petir, Laurenţiu Rebega, Jens Rohde, Bronis Ropė, Maria Lidia Senra Rodríguez, Ricardo Serrão Santos, Czesław Adam Siekierski, Tibor Szanyi, Maria Gabriela Zoană, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Franc Bogovič, Angélique Delahaye, Karin Kadenbach, Elsi Katainen, Thomas Waitz

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

25

+

ALDE

Ivan Jakovčić, Elsi Katainen

ECR

Jørn Dohrmann

ENF

Jacques Colombier, Philippe Loiseau

GUE/NGL

Maria Lidia Senra Rodríguez

PPE

Franc Bogovič, Daniel Buda, Angélique Delahaye, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Esther Herranz García, Norbert Lins, Marijana Petir, Czesław Adam Siekierski

S&D

Eric Andrieu, Karine Gloanec Maurin, Karin Kadenbach, Maria Noichl, Tibor Szanyi, Maria Gabriela Zoană

VERTS/ALE

José Bové, Martin Häusling, Bronis Ropė

9

-

ALDE

Jan Huitema, Jens Rohde

ECR

James Nicholson

EFDD

Marco Zullo

GUE/NGL

Matt Carthy, Luke Ming Flanagan

PPE

Michel Dantin

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Ricardo Serrão Santos

3

0

ECR

Beata Gosiewska, Laurenţiu Rebega

PPE

Mairead McGuinness

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (21.2.2019)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twaqqaf il-bidliet staġonali fil-ħin u tħassar id-Direttiva 2000/84/KE

(COM(2018)0639 – C8-0408/2018 – 2018/0332(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Pavel Svoboda

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li ttemm il-bidliet staġonali fil-ħin b'mod armonizzat fl-Istati Membri kollha, u b'hekk tisma' mill-Parlament dwar diversi talbiet għal tali miżuri matul dawn l-aħħar bosta snin.

Il-prattika tal-bidliet tal-arloġġ darbtejn fis-sena, li ġiet preskritta mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal kważi 40 sena, reċentement intlaqgħet b'ħafna oppożizzjoni miċ-ċittadini u mis-soċjetà ċivili.

Huwa importanti li jiġi enfasizzat li tali bidliet staġonali fil-ħin jaffettwaw mhux biss il-funzjonament tas-suq intern iżda jqajmu wkoll tħassib ta' ħafna tipi dwar is-saħħa pubblika, mhux l-inqas relatat mal-protezzjoni ta' gruppi minoritarji speċifiċi li huma affettwati b'mod sproporzjonat mit-tħarbit taċ-ċiklu ċirkadjan. Barra minn hekk, l-istudji wrew li l-għadd ta' inċidenti u ta' attakki tal-qalb jiżdiedu matul il-jiem ta' wara bidla tal-arloġġ.

Filwaqt li huwa ċar li hemm bżonn ta' azzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi armonizzat it-tmiem tal-bidliet staġonali fil-ħin, regoli fil-forma ta' Regolament applikabbli direttament li jippreskrivu l-użu ta' ħin standard jew ta' ħin tas-sajf fl-Istati Membri kollha jkunu eċċessivi u ma jkunux iqisu l-ħtiġijiet u l-kundizzjonijiet differenti f'partijiet differenti tal-UE. L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu liberi li jagħmlu l-għażla tagħhom. Madankollu għandhom jingħataw aktar żmien qabel ma tibda tapplika d-Direttiva sabiex iħejju għall-bidla, li għandha tiġi implimentata b'mod miftiehem u kkoordinat.

Ir-rapporteur jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma wettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt xierqa u ma kellhiex konsultazzjoni sħiħa mal-pubbliku u mal-partijiet ikkonċernati fuq perjodu ta' 12-il ġimgħa qabel ma ppreżentat il-proposta biex taġġorna d-Direttiva 2000/84/KE. Irid jiġi sottolinjat li fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, l-istituzzjonijiet impenjaw ruħhom li jifhmu li l-valutazzjonijiet tal-impatt u l-konsultazzjonijiet jikkostitwixxu għodod essenzjali għat-titjib tal-kwalità tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Madankollu, dan ir-rapporteur jaqbel bis-sħiħ mar-rapporteur fil-kumitat ewlieni li din id-direttiva għandha tiġi adottata malajr kemm jista' jkun, u preferibbilment qabel it-tmiem tal-leġiżlatura attwali sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jippreparaw tajjeb għall-bidliet li ġejjin.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw ir-riżultati tal-konsultazzjoni online mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea bejn l-4 ta' Lulju 2018 u s-16 ta' Awwissu 2018

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Fir-riżoluzzjoni tagħha tat-8 ta' Frar 2018, il-Parlament Ewropew appella lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf skont id-Direttiva 2000/84/KE, u jekk meħtieġ, toħroġ bi proposta għar-rieżami tagħha. Dik ir-riżoluzzjoni kkonfermat ukoll li huwa essenzjali li jibqa' jkun hemm approċċ armonizzat għall-arranġamenti tal-ħin fl-Unjoni kollha.

(2)  Fl-isfond ta' bosta petizzjonijiet u inizjattivi numerużi miċ-ċittadini, mistoqsijiet parlamentari u smigħ pubbliku dwar is-suġġett, il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Frar 2018, appella lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf skont id-Direttiva 2000/84/KE, u jekk meħtieġ, toħroġ bi proposta għar-reviżjoni tagħha. Dik ir-riżoluzzjoni kkonfermat ukoll li huwa essenzjali li jibqa' jkun hemm approċċ armonizzat għall-arranġamenti tal-ħin fl-Unjoni kollha.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza disponibbli, li tixħet dawl fuq l-importanza li jkun hemm regoli tal-Unjoni armonizzati f'dawn il-qasam sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern kif ukoll sabiex jiġu evitati, fost l-oħrajn, it-tfikxil għall-iskedar tal-operati tat-trasport u għall-funzjonament tas-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni, kostijiet ogħla għall-kummerċ transfruntiera, jew inqas produttività għall-oġġetti u s-servizzi. L-evidenza mhijiex konklużjoni rigward jekk il-benefiċċji tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf humiex ikbar mill-inkonvenjenzi marbutin mal-bidla fil-ħin ta' darbtejn fis-sena.

(3)  Regoli tal-Unjoni armonizzati jridu jiżguraw il-funzjonament xieraq tas-suq intern b'fokus u prevedibbiltà fuq tul ta' żmien twil, u jevitaw, fost l-oħrajn, it-tfikxil għall-iskedar tal-operazzjonijiet tat-trasport u għall-funzjonament tas-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni, spejjeż ogħla għall-kummerċ transfruntier, jew inqas produttività għall-oġġetti u s-servizzi, li huma kwistjonijiet b'impatt sinifikanti fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern, l-attivitajiet tan-negozju u l-għajxien taċ-ċittadini. L-evidenza mhijiex konklużiva li m'hemm l-ebda benefiċċju sinifikanti mill-bidla fil-ħin ta' darbtejn fis-sena, għalkemm numru ta' studji xjentifiċi, inkluż l-istudju tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew ta' Ottubru 2017 dwar l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf tal-UE skont id-Direttiva 2000/84/KE, jindikaw l-eżistenza ta' effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b'mod partikolari għal ċerti gruppi bħat-tfal u l-anzjani, u jissuġġerixxu rabta mal-mard kardjovaskulari permezz tal-kronodiżordni intern. Minn perspettiva ekonomika, il-bidla ta' darbtejn fis-sena timplika spejjeż addizzjonali u piżijiet amministrattivi għal ħafna setturi.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Għaddej dibattitu pubbliku mqanqal dwar l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf, u ċerti Stati Membri diġà esperimew il-preferenza tagħhom li tali arranġamenti ma jibqgħux japplikaw. Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, hemm bżonn li jibqa' jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u li jiġi evitat kull tfikxil sinifikanti li jista' jinqala' minħabba diverġenzi bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam. Għaldaqstant, jixraq li l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf jinqatgħu b'mod koordinat.

(4)  Konsultazzjoni pubblika dwar l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf li saret mill-Kummissjoni f'Lulju-Awwissu 2018 irċeviet 4,6 miljun risposta, li huwa l-ogħla numru li qatt irċeviet il-Kummissjoni fi kwalunkwe konsultazzjoni tagħha, u indika li l-preferenza taċ-ċittadini hija li jintemmu l-bidliet fil-ħin ta' darbtejn fis-sena. Barra minn hekk, ċerti Stati Membri diġà esperimew il-preferenza tagħhom li tali arranġamenti ma jibqgħux japplikaw. Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, hemm bżonn li jkompli jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament xieraq tas-suq intern, u li jiġi evitat kull tfixkil sinifikanti li jista' jinqala' minħabba diverġenzi bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam. Għaldaqstant, jixraq li l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf jinqatgħu b'mod koordinat.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr ħsara għad-dritt li kull Stat Membru jiddeċiedi dwar il-ħin jew ħinijiet standard għat-territorji taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattati, kif ukoll dwar bidliet fil-ħin ulterjuri. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjoni tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf minn ċerti Stati Membri biss ma tfixkilx il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu lura milli jibdlu l-ħin standard tagħhom f'territorju partikolari taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom għal raġunijiet marbutin ma' bidliet staġonali, anki jekk tali bidla tiġi ppreżentata bħala bidla taż-żona tal-ħin. Barra minn hekk, sabiex jiġi minimizzat it-tfixkil, fost l-oħrajn, għat-trasport, għall-komunikazzjonijiet jew għal setturi oħra kkonċernati, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien xieraq bl-intenzjoni tagħhom li jibdlu l-ħin standard tagħhom, u sussegwentement japplikaw il-bidliet notifikati. Abbażi ta' dik in-notifika, jenħtieġ li l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istati Membri kollha l-oħra sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa. Jenħtieġ li tgħarraf ukoll lill-pubbliku ġenerali u lill-partijiet ikkonċernati billi tippubblika dik l-informazzjoni.

(5)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr ħsara għad-dritt li kull Stat Membru jiddeċiedi, bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, dwar il-ħin jew ħinijiet standard għat-territorji taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattati, kif ukoll dwar bidliet fil-ħin ulterjuri. Sabiex jiġi minimizzat it-tfixkil lill-funzjonament tas-suq intern relatat ma', fost l-oħrajn, it-trasport, il-komunikazzjonijiet jew setturi oħra kkonċernati, u biex tiġi permessa l-koordinazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta' April 2020 bl-intenzjoni tagħhom li jibdlu l-ħin standard tagħhom. Abbażi ta' dik in-notifika, jenħtieġ li l-Kummissjoni tgħarraf lill-pubbliku ġenerali u lill-partijiet ikkonċernati billi tippubblika din l-informazzjoni b'mod xieraq u fil-ħin. Jenħtieġ li tivvaluta wkoll l-impatt fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-bidliet previsti fil-ħin standard u twettaq analiżi esperta dwar is-suġġett, filwaqt li tqis l-aspetti tan-natura, tas-saħħa u dawk soċjali kif ukoll id-differenzi ġeografiċi fost l-Istati Membri.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a.  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni armonizzata ta' din id-direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkoordinaw minn qabel id-deċiżjoni tagħhom dwar il-ħinijiet standard previsti. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' koordinazzjoni bil-għan li tiżgura approċċ armonizzat u kkoordinat għal arranġamenti tal-ħin madwar l-Unjoni. Jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni jkun jikkonsisti minn rappreżentant maħtur wieħed ta' kull Stat Membru u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Għaldaqstant, hemm bżonn li tintemm l-armonizzazzjoni tal-perjodu kopert mill-arranġamenti għall-ħin tas-sajf kif stabbiliti fid-Direttiva 2000/84/KE, u li jiddaħħlu regoli komuni li jipprevjenu li l-Istati Membri japplikaw arranġamenti differenti tal-ħin skont l-istaġun billi jibdlu l-ħin standard tagħhom aktar minn darba matul is-sena, u li jistabbilixxu l-obbligu ta' notifika tal-bidliet previsti fil-ħin standard. Din id-Direttiva timmira li jikkontribwixxi, b'mod determinanti, għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, u għaldaqstant jenħtieġ li tissejjes fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif interpretat skont il-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(6)  Għaldaqstant, hemm bżonn li tintemm l-armonizzazzjoni tal-perjodu kopert mill-arranġamenti għall-ħin tas-sajf kif stabbiliti fid-Direttiva 2000/84/KE, u li jiddaħħlu regoli komuni li jipprevjenu li l-Istati Membri japplikaw arranġamenti differenti tal-ħin skont l-istaġun. Din id-Direttiva timmira li jikkontribwixxi, b'mod determinanti, għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, u għaldaqstant jenħtieġ li tissejjes fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif interpretat skont il-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a)  Bidla fil-ħin mhux relatata mal-bidliet staġonali se twassal għal spejjeż ta' tranżizzjoni, speċjalment fir-rigward tas-sistemi tal-IT fis-settur tat-trasport u f'setturi oħrajn. Sabiex jitnaqqsu b'mod sinifikanti l-ispejjeż tat-tranżizzjoni, huwa meħtieġ perjodu ta' tħejjija raġonevoli għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika mill-1 ta' April 2019, sabiex l-aħħar perjodu tal-ħin tas-sajf soġġett għar-regoli tad-Direttiva 2000/84/KE ikun jibda, f'kull Stat Membru, fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat (UTC), fil-31 ta' Marzu 2019. L-Istati Membri li, wara dak il-perjodu tal-ħin tas-sajf, ikunu beħsiebhom jadottaw ħin standard li jikkorrispondi għall-ħin applikat matul ix-xitwa skont id-Direttiva 2000/84/KE, jenħtieġ li jibdlu l-ħin standard tagħhom fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fis-27 ta' Ottubru 2019, sabiex bidliet simili u fit-tul li jsiru fi Stati Membri differenti jseħħu b'mod simultanju. Huwa mixtieq li l-Istati Membri jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-ħin standard li kull wieħed minnhom ikun se japplika mill-2019 'il quddiem b'mod ikkoordinat.

(7)  Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni miftiehma u kkoordinata ta' żmien standard skont l-għan ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-posponiment tad-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva meta l-arranġamenti tal-ħin ikollhom il-potenzjal li jfixklu serjament il-funzjonament xieraq tas-suq intern. Huwa ta' importanza partikolari li, waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom sistematikament aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jikkoordinaw bejniethom il-ħinijiet standard li jagħżlu huma u li jenħtieġ li jkunu armonizzati kemm jista' jkun bejn l-Istati Membri sabiex ikunu evitati żoni tal-ħin differenti wisq fl-UE, biex b'hekk jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern u jkun prevedibbli għaċ-ċittadini, il-konsumaturi u s-setturi kkonċernati.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva tkun immonitorjata. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tressaq rapport bir-riżultati ta' dan il-monitoraġġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport jenħtieġ li jissejjes fuq l-informazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni mill-Istati Membri fi żmien suffiċjenti biex ir-rapport ikun jista' jitressaq fil-mument speċifikat.

(8)  Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva tkun immonitorjata. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tressaq rapport suffiċjentement sostanzjat bir-riżultati ta' dan il-monitoraġġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport jenħtieġ li jissejjes fuq l-informazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni mill-Istati Membri fi żmien suffiċjenti biex ir-rapport ikun jista' jitressaq fil-mument speċifikat.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri xorta jistgħu japplikaw bidla staġonali fil-ħin jew ħinijiet standard tagħhom fl-2019, dejjem jekk jagħmlu dan fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fis-27 ta' Ottubru 2019. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 2.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri xorta jistgħu japplikaw bidla staġonali fil-ħin standard tagħhom. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 2.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 1, jekk Stat Membru jiddeċiedi li jibdel il-ħin jew il-ħinijiet standard tiegħu fi kwalunkwe territorju taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni tal-anqas sitt (6) xhur qabel ma l-bidla tidħol fis-seħħ. Fejn Stat Membru jkun bagħat tali notifika u ma jkunx irtiraha tal-anqas sitt (6) xhur qabel id-data tal-bidla prevista, l-Istat Membru għandu japplika din il-bidla.

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta' koordinazzjoni bil-għan li tiżgura approċċ armonizzat u kkoordinat għal arranġamenti tal-ħin madwar l-Unjoni. Il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni għandu jikkonsisti minn rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni.

2.  Fi żmien xahar min-notifika, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra b'dan u tippubblika dik l-informazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 1 sal-1 ta' April 2020. Mingħajr dewmien, il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni għandu jiddiskuti u jivvaluta l-impatt potenzjali tal-bidla prevista fuq il-funzjonament tas-suq intern, sabiex jiġi evitat it-tfixkil sinifikanti.

3.  Fejn abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tqis li l-bidla prevista se tfixkel b'mod sinifikanti l-funzjonament tas-suq intern, hija għandha tinforma lil dak l-Istat Membru b'dan.

4.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2020, l-Istat Membru għandu jiddeċiedi hux se jipproċedi bl-intenzjoni jew le. Huwa għandu jipprovdi spjegazzjoni ddettaljata ta' kif se jindirizza l-impatt negattiv tal-bidla fuq il-funzjonament tas-suq intern.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2a

1.  Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 2, għandha timmonitorja mill-qrib l-arranġamenti tal-ħin previsti madwar l-Unjoni.

2.  Fejn hija tiddetermina li l-arranġamenti tal-ħin previsti, kif notifikati mill-Istati Membri, ikollhom il-potenzjal li jfixklu serjament il-funzjonament tas-suq intern, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 2b sabiex tipposponi d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva b'mhux aktar minn 12-il xahar.

3.  Fejn huwa meħtieġ mir-raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-proċedura prevista fl-Artikolu 2c għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2b

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 2a hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' [għad irid jiġi deċiż] snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 2a tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 2a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien [għad irid jiġi deċiż] [xhur] min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'[għad irid jiġi deċiż] [xhur] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2c

1.  L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta' urġenza. 

2.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 2b. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024.

1.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025. F'dan ir-rapport ta' implimentazzjoni, għandha ssir enfasi speċjali fuq l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem. 

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt komprensiva u analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji fir-rigward tat-twaqqif tal-bidliet staġonali fil-ħin fl-UE.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta' April 2024.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta' April, ħames snin wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-1 ta' April 2019, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-1 ta' April 2020, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-Direttiva 2000/84/KE titħassar b'effett mill-1 ta' April 2019.

Id-Direttiva 2000/84/KE titħassar b'effett mill-2020.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Twaqqif tal-bidliet staġonali fil-ħin

Referenzi

COM(2018)0639 – C8-0408/2018 – 2018/0332(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

13.9.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

13.9.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Pavel Svoboda

24.9.2018

Eżami fil-kumitat

23.1.2019

Data tal-adozzjoni

19.2.2019

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Enrico Gasbarra, Sajjad Karim, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Emil Radev, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Durand, Angelika Niebler, Tiemo Wölken, Kosma Złotowski

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ingeborg Gräßle, Joëlle Mélin

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

21

+

ALDE

Jean-Marie Cavada, António Marinho e Pinto

ECR

Sajjad Karim, Kosma Złotowski

EFDD

Joëlle Bergeron

ENF

Gilles Lebreton, Joëlle Mélin

PPE

Rosa Estaràs Ferragut, Ingeborg Gräßle, Emil Radev, Pavel Svoboda, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

S&D

Mady Delvaux, Enrico Gasbarra, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Evelyn Regner, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Max Andersson, Pascal Durand

1

-

GUE/NGL

Kostas Chrysogonos

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (20.2.2019)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twaqqaf il-bidliet staġonali fil-ħin u tħassar id-Direttiva 2000/84/KE

(COM(2018)0639 – C8-0408/2018 – 2018/0332(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Cecilia Wikström

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta għandha l-għan li ttemm il-bidliet staġjonali fost l-Istati Membri tal-UE. Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf ġiet introdotta l-ewwel fl-1980 bl-għan li tgħaqqad il-prattiki u l-iskedi nazzjonali eżistenti tal-ħin tas-sajf. Mill-2001 'l hawn, l-arranġamenti tal-UE għall-ħin tas-sajf kienu rregolati mid-Direttiva 2000/84/KE, li stabbiliet l-obbligu għall-Istati Membri kollha li jaqilbu għall-ħin tas-sajf fl-aħħar Ħadd ta' Marzu u li jerġgħu jdawru s-siegħa lura għall-ħin standard ("il-ħin tax-xitwa") fl-aħħar Ħadd ta' Ottubru.

Is-sistema tal-bidliet fil-ħin ta' darbtejn fis-sena ilha u kulma jmur qiegħda dejjem aktar titqiegħed fid-dubju, miċ-ċittadini, mill-Parlament Ewropew, u minn għadd jikber ta' Stat Membri.

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Frar 2018(1), il-Parlament Ewropew appella lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf skont id-Direttiva 2000/84/KE, u jekk xieraq, toħroġ bi proposta għal rieżami. Il-Kummissjoni wettqet ukoll konsultazzjoni pubblika, li rċeviet madwar 4.6 miljun tweġiba, li huwa l-ikbar ammont ta' tweġibiet li qatt ġie rċevut f'konsultazzjoni tal-Kummissjoni, li minnhom 84 % kienu favur li ma tibqax tiddawwar is-siegħa darbtejn fis-sena, filwaqt li 16 % esperimew ix-xewqa li jinżammu l-arranġamenti attwali.

Barra minn hekk, l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf huma suġġett rikorrenti fil-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (PETI), li tul is-snin irċieva aktar minn 100 petizzjoni relatata mas-suġġett. Kważi l-petizzjonanti kollha jirrakkomandaw li jiġu aboliti l-bidliet fil-ħin ta' darbtejn fis-sena, filwaqt li jargumentaw primarjament fuq il-bażi tat-tħassib dwar is-saħħa u l-effetti insinifikanti fuq l-iffrankar tal-enerġija. Xi petizzjonanti jsostnu li l-bidla fil-ħin għandha impatt partikolarment negattiv fuq gruppi vulnerabbli, bħalma huma t-tfal u l-anzjani. Il-Kumitat PETI ddiskuta l-petizzjonijiet relatati mal-Ħin tas-Sajf (DST) fil-laqgħat tal-kumitat tiegħu f'Lulju 2015 u f'Novembru 2017.

Kif iddikjarat fl-istudju tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew ta' Ottubru 2017 dwar l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf tal-UE skont id-Direttiva 2000/84/KE, l-eżistenza ta' effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem ikkawżati minn dawn il-bidliet għandha tiġi kkunsidrata sabiex jintemmu l-bidliet fil-ħin ta' darbtejn fis-sena fl-UE. Bħala eżempju ċar tal-importanza tad-diskussjoni tal-effett tat-DST fuq l-arloġġ bijoloġiku, il-Premju Nobel tal-2017 fil-Fiżjoloġija jew il-Mediċina ngħata lil Jeffrey C. Hall, Michael Rosbash u Michael W. Young għall-iskoperti tagħhom ta' mekkaniżmi molekulari li jikkontrollaw ir-ritmu ċirkadjan, li jispjegaw l-arloġġ bijoloġiku intern uman u kif il-benessri tagħna jintlaqat minn diskrepanza bejn l-ambjent estern tagħna u l-arloġġ bijoloġiku intern. Jiġifieri sejbiet tar-riċerka kronobijoloġika jissuġġerixxu li l-effett fuq il-bijoritmu tal-bniedem jista' jkun aktar gravi minn dak li kien maħsub preċedentment. Barra minn hekk, abbażi tal-Artikolu 114(8) tat-TFUE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, "Meta Stat Membru jqajjem problema speċifika dwar is-saħħa pubblika f'qasam li kien suġġett minn qabel għal miżuri ta' armonizzazzjoni, dan għandu jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni li għandha immedjatament teżamina jekk tipproponix miżuri xierqa lill-Kunsill".

F'dan l-isfond, l-abbozz ta' opinjoni għandu l-għan li jappoġġja l-idea li l-arranġamenti għal bidliet fil-ħin ta' darbtejn fis-sena għandhom jintemmu b'mod ikkoordinat sabiex jiġi evitat kwalunkwe effett negattiv potenzjali fuq is-saħħa, u billi jitqies li l-allegat iffrankar tal-enerġija ma nkisibx.

L-abbozz ta' opinjoni jissuġġerixxi li t-tneħħija tal-bidliet fil-ħin ta' darbtejn fis-sena ssir b'tali mod li jiġi evitat kull tfixkil serju għas-suq intern ikkawżat mid-diverġenzi bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam. Ir-rapporteur targumenta li l-proposta oriġinali tal-Kummissjoni, li tagħti lill-Istati Membri l-opportunità li jiddeċiedu b'mod unilaterali dwar il-preferenzi tagħhom ta' ħin standard, tista' toħloq sitwazzjoni fejn ikun hemm taħlita ta' żoni ta' ħin bejn l-Istati Membri, u b'hekk is-suq intern isir iktar diverġenti. Dan jagħmel il-kummerċ transfruntier, it-trasport, il-komunikazzjoni u l-ivvjaġġar aktar ikkomplikati fi ħdan is-suq intern. Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni, ir-rapporteur tipproponi għaldaqstant l-abolizzjoni tal-bidliet fil-ħin ta' darbtejn fis-sena, peress li kważi l-petizzjonanti kollha kienu favur.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Fir-riżoluzzjoni tagħha tat-8 ta' Frar 2018, il-Parlament Ewropew appella lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf skont id-Direttiva 2000/84/KE, u jekk meħtieġ, toħroġ bi proposta għar-rieżami tagħha. Dik ir-riżoluzzjoni kkonfermat ukoll li huwa essenzjali li jibqa' jkun hemm approċċ armonizzat għall-arranġamenti tal-ħin fl-Unjoni kollha.

(2)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Frar 2018, huwa u jibbaża ruħu fuq petizzjonijiet u talbiet li waslu mingħand iċ-ċittadini, mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet, il-Parlament Ewropew appella lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf skont id-Direttiva 2000/84/KE, u jekk meħtieġ, toħroġ bi proposta għar-rieżami tagħha. Dik ir-riżoluzzjoni kkonfermat ukoll li huwa essenzjali li jibqa' jkun hemm approċċ armonizzat u kkoordinatgħall-arranġamenti tal-ħin fl-Unjoni kollha.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza disponibbli, li tixħet dawl fuq l-importanza li jkun hemm regoli tal-Unjoni armonizzati f'dawn il-qasam sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern kif ukoll sabiex jiġu evitati, fost l-oħrajn, it-tfikxil għall-iskedar tal-operati tat-trasport u għall-funzjonament tas-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni, kostijiet ogħla għall-kummerċ transfruntiera, jew inqas produttività għall-oġġetti u s-servizzi. L-evidenza mhijiex konklużjoni rigward jekk il-benefiċċji tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf humiex ikbar mill-inkonvenjenzi marbutin mal-bidla fil-ħin ta' darbtejn fis-sena.

(3)  Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza disponibbli, li tixħet dawl fuq l-importanza li jkun hemm regoli tal-Unjoni armonizzati f'dawn il-qasam sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern kif ukoll sabiex jiġu evitati, fost l-oħrajn, it-tfikxil għall-iskedar tal-operati tat-trasport u għall-funzjonament tas-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni, kostijiet ogħla għall-kummerċ transfruntiera, jew inqas produttività għall-oġġetti u s-servizzi.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Għaddej dibattitu pubbliku mqanqal dwar l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf, u ċerti Stati Membri diġà esperimew il-preferenza tagħhom li tali arranġamenti ma jibqgħux japplikaw. Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, hemm bżonn li jibqa' jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u li jiġi evitat kull tfikxil sinifikanti li jista' jinqala' minħabba diverġenzi bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam. Għaldaqstant, jixraq li l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf jinqatgħu b'mod koordinat.

(4)  Għaddej dibattitu pubbliku mqanqal dwar l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf, kif jidher mir-rispons taċ-ċittadini permezz tal-petizzjonijiet li jitolbu li jintemmu l-bidliet fil-ħin ta' darbtejn fis-sena, u fil-konsultazzjoni pubblika online rigward l-arranġamenti tal-ħin tas-sajf tal-UE, li ħolqot l-akbar rispons li qatt ingħata fi kwalunkwe konsultazzjoni tal-Kummissjoni. Ċerti Stati Membri diġà esperimew il-preferenza tagħhom li tali arranġamenti ma jibqgħux japplikaw. Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, hemm bżonn li jibqa' jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u li jiġi evitat kull tfixkil sinifikanti li jista' jinqala' minħabba diverġenzi bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam, li jaf jolqot kemm l-ekonomija kif ukoll l-integrazzjoni politika tal-Unjoni. Bosta ċittadini rrakkomandaw li jintemm it-tibdil staġonali tal-ħin, primarjament abbażi tat-tħassib dwar is-saħħa. Fil-petizzjonijiet l-Parlament Ewropew, iċ-ċittadini jsostnu li l-bidla tal-ħin għandha impatt partikolarment negattiv fuq il-gruppi vulnerabbli, bħat-tfal u l-anzjani. Barra minn hekk, bosta studji wrew li jeżistu konsegwenzi negattivi relatati mal-bidliet fil-ħin ta' darbtejn fis-sena f'diversi nħawi, bħall-kwistjonijiet tas-saħħa b'effetti fuq ir-ritmu ċirkadjan; is-sikurezza fit-toroq, fejn ġiet osservata żieda fir-rata tal-aċċidenti fil-ġranet wara li jinbidel il-ħin; u, piżijiet amministrattivi u spejjeż addizzjonali għal ħafna setturi fl-ekonomija. Għaldaqstant, huwa kruċjali li jkun hemm approċċ armonizzat u kkoordinat sew biex jinqatgħu l-bidliet fil-ħin ta' darbtejn fis-sena.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  Huwa kruċjali li titqies l-estensjoni kbira mit-Tramuntana għan-Nofsinhar tal-Unjoni, li tfisser li l-effetti tad-dawl tax-xemx tal-ħin ivarjaw madwar l-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant irridu nikkunsidraw l-aspetti ġeografikċi tal-ħin, filwaqt li nżommu ż-żoni tal-ħin eżistenti.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr ħsara għad-dritt li kull Stat Membru jiddeċiedi dwar il-ħin jew ħinijiet standard għat-territorji taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattati, kif ukoll dwar bidliet fil-ħin ulterjuri. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjoni tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf minn ċerti Stati Membri biss ma tfixkilx il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu lura milli jibdlu l-ħin standard tagħhom f'territorju partikolari taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom għal raġunijiet marbutin ma' bidliet staġonali, anki jekk tali bidla tiġi ppreżentata bħala bidla taż-żona tal-ħin. Barra minn hekk, sabiex jiġi minimizzat it-tfixkil, fost l-oħrajn, għat-trasport, għall-komunikazzjonijiet jew għal setturi oħra kkonċernati, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien xieraq bl-intenzjoni tagħhom li jibdlu l-ħin standard tagħhom, u sussegwentement japplikaw il-bidliet notifikati. Abbażi ta' dik in-notifika, jenħtieġ li l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istati Membri kollha l-oħra sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa. Jenħtieġ li tgħarraf ukoll lill-pubbliku ġenerali u lill-partijiet ikkonċernati billi tippubblika dik l-informazzjoni.

imħassar

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Għaldaqstant, hemm bżonn li tintemm l-armonizzazzjoni tal-perjodu kopert mill-arranġamenti għall-ħin tas-sajf kif stabbiliti fid-Direttiva 2000/84/KE, u li jiddaħħlu regoli komuni li jipprevjenu li l-Istati Membri japplikaw arranġamenti differenti tal-ħin skont l-istaġun billi jibdlu l-ħin standard tagħhom aktar minn darba matul is-sena, u li jistabbilixxu l-obbligu ta' notifika tal-bidliet previsti fil-ħin standard. Din id-Direttiva timmira li jikkontribwixxi, b'mod determinanti, għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, u għaldaqstant jenħtieġ li tissejjes fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif interpretat skont il-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(6)  Għaldaqstant, hemm bżonn li tintemm l-armonizzazzjoni tal-perjodu kopert mill-arranġamenti għall-ħin tas-sajf kif stabbiliti fid-Direttiva 2000/84/KE, u li jiddaħħlu regoli komuni li jipprevjenu li l-Istati Membri japplikaw arranġamenti differenti tal-ħin skont l-istaġun billi jibdlu l-ħin standard tagħhom aktar minn darba matul is-sena, u li jistabbilixxu l-obbligu ta' notifika tal-bidliet previsti fil-ħin standard. Biex is-suq intern jaħdem bla xkiel, huwa essenzjali li filwaqt li ż-żoni tal-ħin eżistenti jinżammu, l-Istati Membri kollha japplikaw l-istess arranġament tal-ħin sabiex tiġi evitata taħlita ta' arranġamenti tal-ħin fi ħdan is-suq intern. Din id-Direttiva timmira li jikkontribwixxi, b'mod determinanti, għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, u għaldaqstant jenħtieġ li tissejjes fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif interpretat skont il-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika mill-1 ta' April 2019, sabiex l-aħħar perjodu tal-ħin tas-sajf soġġett għar-regoli tad-Direttiva 2000/84/KE ikun jibda, f'kull Stat Membru, fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat (UTC), fil-31 ta' Marzu 2019. L-Istati Membri li, wara dak il-perjodu tal-ħin tas-sajf, ikunu beħsiebhom jadottaw ħin standard li jikkorrispondi għall-ħin applikat matul ix-xitwa skont id-Direttiva 2000/84/KE, jenħtieġ li jibdlu l-ħin standard tagħhom fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fis-27 ta' Ottubru 2019, sabiex bidliet simili u fit-tul li jsiru fi Stati Membri differenti jseħħu b'mod simultanju. Huwa mixtieq li l-Istati Membri jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-ħin standard li kull wieħed minnhom ikun se japplika mill-2019 'il quddiem b'mod ikkoordinat.

(7)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ u tiġi applikata fit-tmintax-il xahar wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li jingħata biżżejjed żmien biex is-soċjetà u l-atturi ekonomiċi jadattaw għas-sitwazzjoni l-ġdida. Sabiex is-suq intern jaħdem bla xkiel, huwa kruċjali li tiġi evitata taħlita ta' arranġamenti tal-ħin fi ħdan is-suq intern. Jenħtieġ, għaldaqstant, li l-Istati Membri jaqblu dwar arranġament ta' ħin armonizzat ta' ħinijiet standard fl-UE.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw bidliet staġonali għall-ħin jew ħinijiet standard tagħhom.

2. Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri xorta jistgħu japplikaw bidla staġonali fil-ħin jew ħinijiet standard tagħhom fl-2019, dejjem jekk jagħmlu dan fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fis-27 ta' Ottubru 2019. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 2.

1. Minn [xx] l-Istati Membri ma għandhomx japplikaw l-ebda bidla fil-ħin darbtejn fis-sena.

2. Imħassar

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 1, jekk Stat Membru jiddeċiedi li jibdel il-ħin jew il-ħinijiet standard tiegħu fi kwalunkwe territorju taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni tal-anqas sitt (6) xhur qabel ma l-bidla tidħol fis-seħħ. Fejn Stat Membru jkun bagħat tali notifika u ma jkunx irtiraha tal-anqas sitt (6) xhur qabel id-data tal-bidla prevista, l-Istat Membru għandu japplika din il-bidla.

2. Fi żmien xahar min-notifika, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra b'dan u tippubblika dik l-informazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1. Skont l-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom japplikaw arranġament tal-ħin armonizzat u kkoordinat għall-ħinijiet standard tal-Unjoni.

2. Imħassar

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-1 ta' April 2019, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' April 2019.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-[data ta' applikazzjoni tad-Direttiva] , il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-Direttiva 2000/84/KE titħassar b'effett mill-1 ta' April 2019.

Id-Direttiva 2000/84/KE titħassar b'effett mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva dwar it-twaqqif ta' bidliet staġonali fil-ħin.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ u tiġi applikata fit-tmintax-il xahar wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Twaqqif tal-bidliet staġonali fil-ħin

Referenzi

COM(2018)0639 – C8-0408/2018 – 2018/0332(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

13.9.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PETI

25.10.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Cecilia Wikström

24.9.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

14

+

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea, Ilhan Kyuchyuk

PPE

Pál Csáky, Svetoslav Hristov Malinov, Lukas Mandl, Roberta Metsola, László Tőkés, Jarosław Wałęsa, Rainer Wieland

S&D

Soledad Cabezón Ruiz, Jude Kirton-Darling, Marlene Mizzi, Gabriele Preuß

VERTS/ALE

Igor Šoltes

4

-

ECR

Notis Marias

S&D

Virginie Rozière

VERTS/ALE

Margrete Auken, Ana Miranda

1

0

GUE/NGL

Takis Hadjigeorgiou

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Frar 2018 dwar l-arranġamenti għall-bidla fil-ħin (2017/2968(RSP)) P8_TA(2018)0043

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Twaqqif tal-bidliet staġonali fil-ħin

Referenzi

COM(2018)0639 – C8-0408/2018 – 2018/0332(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

12.9.2018

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

13.9.2018

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

13.9.2018

ITRE

13.9.2018

IMCO

13.9.2018

AGRI

13.9.2018

JURI

13.9.2018

PETI

25.10.2018

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Marita Ulvskog

25.10.2018

Eżami fil-kumitat

20.2.2019

Data tal-adozzjoni

4.3.2019

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

11

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marie-Christine Arnautu, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Dieter-Lebrecht Koch, Innocenzo Leontini, Peter Lundgren, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Gabriele Preuß, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Keith Taylor, István Ujhelyi, Marita Ulvskog, Peter van Dalen, Wim van de Camp

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Francisco Assis, Matt Carthy, Jakop Dalunde, Michael Gahler, Karoline Graswander-Hainz, Pavel Svoboda, Matthijs van Miltenburg, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Evi, Olle Ludvigsson, Ricardo Serrão Santos

Data tat-tressiq

7.3.2019

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

23

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner

ECR

Peter Lundgren

ENF

Marie-Christine Arnautu

PPE

Georges Bach, Wim van de Camp, Deirdre Clune, Andor Deli, Michael Gahler, Dieter-Lebrecht Koch, Claudia Schmidt, Pavel Svoboda, Henna Virkkunen

S&D

Inés Ayala Sender, Ismail Ertug, Karoline Graswander-Hainz, Olle Ludvigsson, Gabriele Preuß, István Ujhelyi, Marita Ulvskog

VERTS/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

11

-

ALDE

Matthijs van Miltenburg, Dominique Riquet

ECR

Peter van Dalen, Innocenzo Leontini

EFDD

Eleonora Evi

GUE/NGL

Matt Carthy

PPE

Cláudia Monteiro de Aguiar, Massimiliano Salini

S&D

Francisco Assis, Isabella De Monte, Ricardo Serrão Santos

0

0

Tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Marzu 2019Avviż legali