Proċedura : 2018/0210(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0176/2019

Testi mressqa :

A8-0176/2019

Dibattiti :

PV 03/04/2019 - 14
CRE 03/04/2019 - 14

Votazzjonijiet :

PV 04/04/2019 - 6.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0343

RAPPORT     ***I
PDF 901kWORD 270k
18.3.2019
PE 625.439v03-00 A8-0176/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2018)0390 – C8-0270/2018 – 2018/0210(COD))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Gabriel Mato

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2018)0390 – C8-0270/2018 – 2018/0210(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0390),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 42, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 91(1), l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 175, l-Artikolu 188, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 194(2), l-Artikolu 195(2) u l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0270/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta' …..2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta' Mejju 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0176/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

 

(Din il-modifika tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat u u tapplika wkoll għall-bidla fl-abbrevjazzjoni minn FEMS għal FEMSA. L-adozzjoni tagħha tirrikjedi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Ġustifikazzjoni

Il-Fond għandu jissejjaħ "Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA)". L-importanza tal-akkwakultura qed tikber b'mod kostanti kemm fid-dinja kif ukoll fl-UE, u għalhekk dan is-settur jistħoqqlu li jkollu kapitolu separat kemm fil-politika u l-fondi tas-sajd tal-UE.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 42, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 91(1), l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 175, l-Artikolu 188, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 194(2), l-Artikolu 195(2) u l-Artikolu 349 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 13, l-Artikolu 42, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 91(1), l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 175, l-Artikolu 188, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 194(2), l-Artikolu 195(2) u l-Artikolu 349 tiegħu,

Ġustifikazzjoni

Artikolu 13 Fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni dwar l-agrikoltura, is-sajd, it-trasport, is-suq intern, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u tal-ispazju, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jagħtu konsiderazzjoni sħiħa tal-ħtiġijiet tal-benesseri tal-annimali bħala esseri sensibbli, waqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew amministrattivi u d-drawwiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu partikolarment mar-riti reliġjużi, tradizzjonijiet kulturali u l-wirt reġjonali.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Jenħtieġ li jiġi stabbilit Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (il-FEMS) għall-perjodu tal-2021 sal-2027. Il-mira ta' dak il-fond trid tkun li l-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jiġi ddedikat biex isostni l-Politika Komuni tas-Sajd (il-PKS), il-politika marittima tal-Unjoni u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-governanza tal-oċeani. Dan il-finanzjament huwa mezz ewlieni li jiffaċilita s-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, għas-sigurtà tal-ikel permezz tal-provvista ta' prodotti tal-frott tal-baħar, għat-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli, u biex l-ibħra u l-oċeani jkunu f'saħħithom, sikuri, nodfa u ġestiti b'mod sostenibbli.

(1)  Jenħtieġ li jiġi stabbilit Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (il-FEMS) għall-perjodu tal-2021 sal-2027. Il-mira ta' dak il-fond jenħtieġ li tkun li l-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jiġi ddedikat biex isostni l-Politika Komuni tas-Sajd (il-PKS), il-politika marittima tal-Unjoni u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-governanza tal-oċeani. Dan il-finanzjament huwa mezz ewlieni li jiffaċilita s-sajd sostenibbli, inkluża l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi u l-ħabitats tal-baħar, l-akkwakultura sostenibbli, is-sigurtà tal-ikel permezz tal-provvista ta' prodotti tal-frott tal-baħar, it-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli, il-prosperità u l-koeżjoni ekonomika u soċjali fil-komunitajiet tas-sajd u l-akkwakultura u ibħra u oċeani f'saħħithom, sikuri, nodfa u ġestiti b'mod sostenibbli. L-appoġġ taħt il-FEMS jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-ħtiġijiet kemm tal-produtturi kif ukoll tal-konsumaturi.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Jissottolinja l-pożizzjoni tiegħu li, wara l-Ftehim ta' Pariġi, l-infiq orizzontali relatat mal-klima jenħtieġ li jiżdied b'mod sinifikanti meta mqabbel mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) kurrenti u jilħaq 30 % mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-2027;

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Fl-14 ta' Marzu 2018 u fit-30 ta' Mejju 2018, il-Parlament Ewropew enfasizza, fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-QFP 2021-2027 l-importanza ta' prinċipji orizzontali li għandhom jirfdu l-QFP 2021-2027 u l-politiki kollha relatati tal-Unjoni. Il-Parlament Ewropew irriafferma, f'dan il-kuntest, il-pożizzjoni tiegħu li l-Unjoni jeħtiġilha twettaq l-impenn tagħha li tkun minn ta' quddiem fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, u ddeplora l-fatt li l-proposti għall-QFP ma fihomx impenn ċar u viżibbli f'dak is-sens; għaldaqstant, il-Parlament Ewropew talab biex l-SDGs jiġu integrati fil-politiki u fl-inizjattivi kollha tal-Unjoni tal-QFP li jmiss. Barra minn hekk, tenna li Unjoni aktar b'saħħitha u ambizzjuża tista' tinkiseb biss jekk tingħata mezzi finanzjarji addizzjonali. Il-Parlament Ewropew appella, għaldaqstant, għal appoġġ kontinwu għall-politiki eżistenti, partikolarment il-politiki tal-UE li ilhom stabbiliti u li huma minquxa fit-Trattati, jiġifieri l-politika agrikola komuni u l-PKS, u l-politika ta' koeżjoni, peress li jipprovdu benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini tal-UE.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018, il-Parlament Ewropew saħaq fuq l-importanza soċjoekonomika u ekoloġika tas-settur tas-sajd, l-ambjent marittimu u l-"ekonomija blu" u l-kontribut tagħhom għall-awtonomija tal-ikel sostenibbli tal-UE fis-sens li jiżguraw is-sostenibbiltà tal-akkwakultura u s-sajd Ewropej u jtaffu l-impatt ambjentali; Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew talab li jinżammu l-ammonti speċifiċi allokati għas-sajd taħt il-QFP attwali u, sa fejn huma ppjanati miri ġodda għal intervent fl-ekonomija blu, talab żieda fl-approprjazzjonijiet finanzjarji għall-affarijiet marittimi.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 1d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1d)  Barra minn hekk, fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Marzu u l-30 ta' Mejju 2018 dwar il-QFP 2021-2027, il-Parlament Ewropew enfasizza li l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni hija vitali biex jitwettqu l-impenji tal-Unjoni lejn Ewropa inklużiva, u għalhekk li l-impenji finanzjarji speċifiċi għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri jenħtieġ li jiġu inklużi fil-politiki u l-inizjattivi kollha tal-Unjoni fl-ambitu tal-QFP li jmiss.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 1e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1e)  Il-FEMS jenħtieġ li jagħti prijorità lill-appoġġ għas-sajd fuq skala żgħira biex jindirizza kwistjonijiet speċifiċi f'dak ilqasam u jappoġġa l-ġestjoni lokali sostenibbli tas-sajd involut u l-iżvilupp tal-komunitajiet kostali.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-Unjoni, li hija attur dinji fil-qasam tal-oċeani u l-ħames fost l-akbar produtturi ta' frott tal-baħar, għandha responsabbiltà kbira ta' protezzjoni, ta' konservazzjoni u ta' użu sostenibbli tal-oċeani u r-riżorsi tagħhom. Il-preżervazzjoni tal-ibħra u tal-oċeani hija tabilħaqq essenzjali għall-popolazzjoni dinjija li qiegħda tikber b'mod mgħaġġel. Hija wkoll ta' interess soċjoekonomiku għall-Unjoni: l-ekonomija blu sostenibbli tħeġġeġ l-investiment u tagħti spinta lill-impjiegi u lit-tkabbir, trawwem ir-riċerka u l-innovazzjoni u tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-enerġija permezz tal-enerġija mill-oċeani. Barra minn hekk, ibħra u oċeani b'element ta' sigurtà u ta' sikurezza huma essenzjali għall-kontroll tal-fruntieri u għall-ġlieda dinjija kontra l-kriminalità marittima, u dan jippermettilna nindirizzaw it-tħassib taċ-ċittadini dwar is-sigurtà.

(2)  L-Unjoni, li hija attur dinji fil-qasam tal-oċeani, b'akbar żona marittima fid-dinja meta jiġu inklużi r-Reġjuni Ultraperiferiċi u l-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej, saret il-ħames fost l-akbar produtturi ta' frott tal-baħar, u għandha responsabbiltà kbira ta' protezzjoni, ta' konservazzjoni u ta' użu sostenibbli tal-oċeani u r-riżorsi tagħhom. Il-konservazzjoni tal-ibħra u tal-oċeani hija tabilħaqq essenzjali għall-popolazzjoni dinjija li qiegħda tikber b'mod mgħaġġel. Hija wkoll ta' interess soċjoekonomiku għall-Unjoni: l-ekonomija blu sostenibbli tħeġġeġ l-investiment u tagħti spinta lill-impjiegi u lit-tkabbir, trawwem ir-riċerka u l-innovazzjoni u tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-enerġija permezz tal-enerġija mill-oċeani. Barra minn hekk, ibħra u oċeani b'element ta' sigurtà u ta' sikurezza huma essenzjali għall-kontroll tal-fruntieri u għall-ġlieda dinjija kontra l-kriminalità marittima, u dan jippermetti li jiġi indirizzat it-tħassib taċ-ċittadini dwar is-sigurtà.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Is-sajd u l-akkwakultura tal-ilma tal-baħar u tal-ilma ħelu sostenibbli jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għas-sigurtà tal-ikel tal-Unjoni, għaż-żamma u l-ħolqien ta' impjiegi rurali u għall-preservazzjoni tal-ambjent naturali u, b'mod partikolari, il-bijodiversità. L-appoġġ u l-iżvilupp tas-setturi tas-sajd u l-akkwakultura għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-politika tas-sajd li jmiss tal-Unjoni.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  B'direzzjoni diretta, jenħtieġ li l-FEMS jiżviluppa sinerġiji u komplementarjetajiet ma' fondi u programmi oħrajn rilevanti tal-Unjoni. Jenħtieġ li jippermetti wkoll il-finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji f'operazzjonijiet ta' taħlit implimentati bi qbil mar-Regolament (UE) xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament dwar l-InvestEU]5.

(5)  B'direzzjoni diretta, jenħtieġ li l-FEMS jiżviluppa sinerġiji u komplementarjetajiet ma' fondi u programmi oħrajn rilevanti tal-Unjoni kif ukoll sinerġiji bejn l-Istati Membri u r-reġjuni. Jenħtieġ li jippermetti wkoll il-finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji f'operazzjonijiet ta' taħlit implimentati f'konformità mar-Regolament (UE) xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament dwar l-InvestEU]5.

_________________

_________________

5 ĠU C […], […], p. […].

5 ĠU C […], […], p. […].

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-appoġġ fil-qafas tal-FEMS jenħtieġ li jintuża biex jindirizza l-fallimenti tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali, b'mod proporzjonat, mingħajr duplikazzjoni jew l-esklużjoni tal-finanzjament privat, u jrid ikollu valur miżjud Ewropew ċar. Jenħtieġ li l-appoġġ ikollu valur miżjud Ewropew ċar.

(6)  L-appoġġ fil-qafas tal-FEMS jenħtieġ li jintuża biex jindirizza n-nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali, b'mod proporzjonat, filwaqt li jikkontribwixxi għal żieda fid-dħul mis-sajd, għall-promozzjoni ta' impjiegi bi drittijiet fis-settur, għal prezzijiet ġusti garantiti għall-produtturi, għal valur miżjud imsaħħaħ mis-sajd, u għall-appoġġ għall-iżvilupp ta' attivitajiet relatati, upstream u downstream mis-sajd.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi tal-implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintagħżlu skont kemm jistgħu jilħqu l-prijoritajiet stabbiliti għall-azzjonijiet u jagħtu r-riżultati filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta' nonkonformità mistenni. Jenħtieġ li dan ikun jinkludi kunsiderazzjoni li jintużaw somom f'daqqa, rati fissi u spejjeż għal kull unità, kif ukoll finanzjament mingħajr rabta mal-ispejjeż, kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni].

(7)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi tal-implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu skont kemm jistgħu jilħqu l-prijoritajiet stabbiliti għall-azzjonijiet u jagħtu r-riżultati filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta' nonkonformità. Jenħtieġ li dan jinkludi kunsiderazzjoni li jintużaw somom f'daqqa, rati fissi u spejjeż għal kull unità, kif ukoll finanzjament mingħajr rabta mal-ispejjeż, kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni].

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-qafas finanzjarju pluriennali stabbiliti fir-Regolament (UE) xx/xx6 jipprevedi li l-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li jkompli jsostni s-sajd u l-politiki marittimi. Bil-prezzijiet attwali l-baġit tal-FEMS, huwa mistenni li jammonta għal EUR 6 140 000 000. Ir-riżorsi tal-FEMS jenħtieġ li jinqasmu bejn il-ġestjoni kondiviża, il-ġestjoni diretta u l-ġestjoni indiretta. EUR 5 311 000 000 jenħtieġ li jkunu allokati għall-appoġġ b'ġestjoni kondiviża u EUR 829 000 000 għall-appoġġ b'ġestjoni diretta u indiretta. Biex tkun żgurata l-istabbiltà, b'mod partikolari fejn għandu x'jaqsam mal-ksib tal-għanijiet tal-PKS, id-definizzjoni tal-allokazzjonijiet nazzjonali b'ġestjoni kondiviża għall-perjodu ta' pproggrammar tal-2021 sal-2027 jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-ishma tal-FEMS tal-perjodu 2014 sal-2020. Jenħtieġ li jiġu riżervati ammonti speċifiċi għar-reġjuni ultraperifiċi, għall-kontroll u l-infurzar u għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data kemm għall-ġestjoni tas-sajd kif ukoll għall-finijiet xjentifiċi, filwaqt li l-ammonti għall-waqfien permanenti u għall-waqfien straordinarju mill-attivitajiet tas-sajd jenħtieġ li jkunu limitati.

(8)  Il-QFP stabbilit fir-Regolament (UE) xx/xx6 jipprevedi li l-baġit tal-Unjoni jrid ikompli jsostni s-sajd u l-politiki marittimi. Il-baġit tal-FEMS jenħtieġ li jiżdied tal-anqas b'10 % fir-rigward tal-FEMS 2014-2020. Ir-riżorsi tiegħu jenħtieġ li jinqasmu bejn il-ġestjoni kondiviża, il-ġestjoni diretta u indiretta. Jenħtieġ li 87 % jkunu allokati għall-appoġġ b'ġestjoni kondiviża u 13 % għall-appoġġ b'ġestjoni diretta u indiretta. Biex tkun żgurata l-istabbiltà, b'mod partikolari fejn għandu x'jaqsam mal-ksib tal-għanijiet tal-PKS, id-definizzjoni tal-allokazzjonijiet nazzjonali b'ġestjoni kondiviża għall-perjodu ta' pprogrammar tal-2021 sal-2027 jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-ishma tal-FEMS tal-perjodu 2014 sal-2020. Jenħtieġ li jiġu riżervati ammonti speċifiċi għar-reġjuni ultraperifiċi, għall-kontroll u l-infurzar, għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data kemm għall-ġestjoni tas-sajd kif ukoll għall-finijiet xjentifiċi, għall-protezzjoni u l-kisba mill-ġdid tal-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar u tal-kosta, filwaqt li l-ammonti għall-waqfien permanenti u temporanju mill-attivitajiet tas-sajd u għall-investimenti fil-bastimenti jenħtieġ li jkunu limitati.

__________________

__________________

6 ĠU C […], […], p. […].

6 ĠU C […], […], p. […].

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Fir-rigward tal-importanza tas-settur tal-akkwakultura, il-livell ta' fondi tal-Unjoni għas-settur u, b'mod partikolari, għall-akkwakultura tal-ilma ħelu jenħtieġ li jinżamm fil-livell stabbilit għall-perjodu baġitarju kurrenti.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Is-settur marittimu Ewropew jimpjega aktar minn ħames miljun ruħ u jiġġenera kważi EUR 500 biljun fis-sena, b'potenzjal li joħloq ħafna aktar impjiegi. L-output tal-ekonomija globali mill-oċeani attwalment huwa stmat EUR 1,3 triljuni, u dan jaf jiżdied aktar mid-doppju sal-2030. Il-ħtieġa li jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju, li tiżdied l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u li titnaqqas l-impronta ambjentali tal-ekonomija blu mexxiet l-impenn lejn l-innovazzjoni f'setturi oħrajn, bħal dak tat-tagħmir marittimu, tal-bini tal-bastimenti, tal-osservazzjoni tal-oċeani, tat-tħammil, tal-protezzjoni tal-kosta, u tal-bini marittimu. L-investiment fl-ekonomija marittima ġie ffinanzjat bil-fondi strutturali tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (il-FEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (il-FEMS). Jenħtieġ li jintużaw għodod ġodda tal-investiment, bħall-InvestEU biex jintlaħaq il-potenzjal tat-tkabbir tas-settur.

(9)  Is-settur marittimu Ewropew jimpjega aktar minn ħames miljun ruħ u jiġġenera kważi EUR 500 biljun fis-sena, b'potenzjal li joħloq ħafna aktar impjiegi. L-output tal-ekonomija globali mill-oċeani attwalment huwa stmat EUR 1,3 triljuni, u dan jaf jiżdied aktar mid-doppju sal-2030. Il-ħtieġa li jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju tal-Ftehim ta' Pariġi tfisser li mill-inqas 30 % tal-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li jintuża għal azzjonijiet relatati mal-klima. Huwa wkoll neċessarju li tiżdied l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u li titnaqqas l-impronta ambjentali ta' ekonomija blu li tiżviluppa fil-limiti u li kienet u trid tkompli tkun forza li tixpruna l-innovazzjoni f'setturi oħrajn, bħal dak tat-tagħmir marittimu, tal-bini tal-bastimenti, tal-osservazzjoni tal-oċeani, tat-tħammil, tal-protezzjoni tal-kosta, u tal-bini marittimu. L-investiment fl-ekonomija marittima ġie ffinanzjat bil-fondi strutturali tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (il-FEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (il-FEMS). Jistgħu jintużaw għodod ġodda tal-investiment, bħall-InvestEU biex jintlaħaq il-potenzjal tat-tkabbir tas-settur.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  L-investiment fl-ekonomija blu jenħtieġ li jkun appoġġjat mill-aħjar parir xjentifiku disponibbli biex jiġu evitati effetti ta' ħsara fuq l-ambjent li jipperikolaw is-sostenibbiltà fit-tul. Jekk ma teżisti l-ebda informazzjoni jew lanqas ma jkun hemm għarfien espert għall-evalwazzjoni tal-impatt tal-investimenti fuq l-ambjent, huwa rakkomandabbli li kemm is-settur pubbliku kif ukoll dak privat jieħdu approċċ prekawzjonarju, peress li jistgħu jitwettqu attivitajiet b'effetti li jistgħu jkunu ta' ħsara.

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju ta' prekawzjoni huwa wieħed mill-bażijiet tat-Trattat tal-UE, id-Dikjarazzjoni ta' Rio u ftehimiet u konvenzjonijiet internazzjonali oħra għall-ħarsien tal-ambjent tal-baħar.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Jenħtieġ li l-FEMS ikun ibbażat fuq erba' prijoritajiet: it-trawwim tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta' swieq u akkwakultura kompetittivi u sostenibbli; il-promozzjoni tat-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta' komunitajiet kostali li jiffjorixxu; it-tisħiħ tal-governanza tal-oċeani internazzjonali u b'hekk l-appoġġ ta' ibħra u oċeani sikuri, indaf u ġestiti b'mod sostenibbli. Dawk il-prijoritajiet jenħtieġ li jiġu segwiti permezz tal-ġestjoni kondiviża, il-ġestjoni diretta u l-ġestjoni indiretta.

(10)  Jenħtieġ li l-FEMS ikun ibbażat fuq ħames prijoritajiet: it-trawwim tas-sajd sostenibbli, inkluża l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; it-trawwim ta' akkwakultura sostenibbli; il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta' sajd u swieq tal-akkwakultura u setturi tal-ipproċessar kompetittivi u sostenibbli; il-promozzjoni tat-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli, filwaqt li titqies il-kapaċità ekoloġika massima, u t-trawwim tal-prosperità u l-koeżjoni ekonomika u soċjali fil-komunitajiet kostali, u l-komunitajiet interni; it-tisħiħ tal-governanza tal-oċeani internazzjonali u b'hekk l-appoġġ ta' ibħra u oċeani sikuri, indaf u ġestiti b'mod sostenibbli.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Il-prijoritajiet jistgħu jiġu speċifikati b'objettivi speċifiċi tal-Unjoni biex tingħata aktar ċarezza dwar għal xiex jista' jintuża l-fond u biex tiżdied l-effiċjenza tal-fond.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Il-FEMS wara l-2020 jenħtieġ li jkun ibbażat fuq arkitettura ssimplifikata mingħajr ma jiġu predefiniti miżuri u regoli tal-eliġibbiltà ddettaljati b'mod wisq preskrittiv. Minflok ma jsir hekk, jenħtieġ li jkunu deskritti oqsma ġenerali ta' appoġġ skont kull prijorità. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jfasslu l-programmi tagħhom fejn jindikaw l-aħjar mezzi biex jintlaħqu l-prijoritajiet. Għadd ta' miżuri diversi identifikati fil-programmi mill-Istati Membri jaf jiġu appoġġati skont ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni], dment li jkunu koperti mill-oqsma tal-appoġġ identifikati f'dan ir-Regolament. Madankollu, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista ta' operazzjonijiet li mhumiex eliġibbli biex jiġu evitati impatti detrimentali għall-konservazzjoni tas-sajd, pereżempju projbizzjoni ġenerali ta' investimenti li jżidu l-kapaċità tas-sajd. Barra minn hekk, l-investimenti u l-kumpensi għall-flotta tas-sajd jenħtieġ li jkunu strettament ikkundizzjonati mill-konsistenza mal-għanijiet ta' konservazzjoni tal-PKS.

(11)  Il-FEMS wara l-2020 jenħtieġ li jkun ibbażat fuq arkitettura ssimplifikata mingħajr ma jiġu predefiniti miżuri u regoli tal-eliġibbiltà ddettaljati b'mod wisq preskrittiv. Minflok ma jsir hekk, jenħtieġ li jkunu deskritti oqsma ġenerali ta' appoġġ skont kull prijorità. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jfasslu l-programmi tagħhom fejn jindikaw l-aħjar mezzi biex jintlaħqu l-prijoritajiet. Għadd ta' miżuri diversi identifikati fil-programmi mill-Istati Membri jaf jiġu appoġġati skont ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni], dment li jkunu koperti mill-prijoritajiet identifikati f'dan ir-Regolament. Madankollu, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita lista ta' operazzjonijiet li mhumiex eliġibbli biex jiġu evitati impatti detrimentali għall-konservazzjoni tas-sajd, pereżempju projbizzjoni ġenerali fuq investimenti li jżidu l-kapaċità tas-sajd b'ċerti deroġi debitament ġustifikati. Barra minn hekk, l-investimenti u l-kumpensi għall-flotta tas-sajd jenħtieġ li jiddependu strettament mill-konsistenza mal-għanijiet ta' konservazzjoni tal-PKS.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti identifikat il-konservazzjoni tal-oċeani u l-użu sostenibbli tagħhom bħala wieħed mis-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG 14). L-Unjoni hija impenjata bis-sħiħ lejn dak il-għan u lejn l-implimentazzjoni tiegħu. F'dan il-kuntest, impenjat ruħha li tippromwovi ekonomija blu sostenibbli li tkun konsistenti mal-ippjanar Spazjali Marittimu, mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi u mal-kisba ta' status ambjentali tajjeb, li tipprojbixxi ċerti forom ta' sussidji tas-sajd li jkomplu jżidu mal-kapaċità żejda u mas-sajd eċċessiv, li telimina s-sussidji li jgħinu s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, u li ma tintroduċix sussidji ġodda ta' dan it-tip. Jenħtieġ li dan ir-riżultat jinkiseb min-negozjati dwar is-sussidji għas-sajd mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Barra minn hekk, waqt in-negozjati tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fl-2002 u fl-2012 waqt il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20), l-Unjoni impenjat ruħha li telimina s-sussidji li jikkontribwixxu għall-kapaċità żejda fis-sajd u għas-sajd eċċessiv.

(12)  L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti identifikat il-konservazzjoni tal-oċeani u l-użu sostenibbli tagħhom bħala wieħed mis-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG 14). L-Unjoni hija impenjata bis-sħiħ lejn dak il-għan u lejn l-implimentazzjoni tiegħu. F'dan il-kuntest, impenjat ruħha li tippromwovi ekonomija blu sostenibbli li tiżviluppa fil-limiti ekoloġiċi, li huwa konsistenti ma' approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ippjanar spazjali marittimu, b'mod partikolari, filwaqt li tiġi kkunsidrata s-sensittività tal-ispeċji u l-ħabitats għall-attivitajiet tal-bniedem fil-baħar, il-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi u l-kisba ta' status ambjentali tajjeb, biex jiġu pprojbiti ċerti forom ta' sussidji tas-sajd li jkomplu jżidu mal-kapaċità żejda u mas-sajd eċċessiv, biex jiġu eliminati s-sussidji li jikkontribwixxu għas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU), u biex wieħed joqgħod lura milli jintroduċi sussidji ġodda ta' dan it-tip. Jenħtieġ li dan ir-riżultat jinkiseb min-negozjati dwar is-sussidji għas-sajd mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Barra minn hekk, waqt in-negozjati tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fl-2002 u fl-2012 waqt il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20), l-Unjoni impenjat ruħha li telimina s-sussidji li jikkontribwixxu għall-kapaċità żejda tal-flotta u għas-sajd eċċessiv. Is-setturi tas-sajd sostenibbli fl-Unjoni u l-akkwakultura tal-ilma baħar u tal-ilma ħelu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Il-FEMS jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) oħra tan-Nazzjonijiet Uniti. B'mod partikolari, dan ir-Regolament iqis l-għanijiet li ġejjin:

 

- SDG 1 It-Tmiem tal-Faqar: il-FEMS se jikkontribwixxi għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja għall-komunitajiet kostali l-aktar fraġli, b'mod partikolari dawk li jiddependu fuq riżorsa tas-sajd li tkun mhedda minn sajd żejjed, it-tibdil globali u l-problemi ambjentali.

 

- SDG 3 – Saħħa u Benesseri: il-FEMS se jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-tniġġis taż-żoni kostali li huwa reponsabbli għall-mard endemiku, u jiggarantixxi ikel ta' kwalità tajba mis-sajd u l-akkwakultura.

 

- SDG 7 – Enerġija Nadifa: il-FEMS se jippromwovi l-iżvilupp tal-enerġija tal-baħar rinnovabbli billi jiffinanzja l-ekonomija blu b'mod konġunt mal-fondi għal Orizzont Ewropa, u se jiżgura li dan l-iżvilupp ikun adattat għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd.

 

- SDG 8 – Xogħol Deċenti u Tkabbir Ekonomiku: il-FEMS se jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ekonomija blu flimkien mal-FSE, bħala fattur għat-tkabbir ekonomiku. Huwa se jiżgura wkoll li dan it-tkabbir ekonomiku jkun sors deċenti ta' impjiegi għall-komunitajiet kostali. Barra minn hekk, il-FEMS se jikkontribwixxi għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-sajjieda.

 

- SDG 12 – Konsum u Produzzjoni Responsabbli: il-FEMS se jikkontribwixxi għall-użu responsabbli tar-riżorsi naturali u l-limitazzjoni tar-riżorsi naturali u l-ħela tal-enerġija.

 

- SDG 13 – Azzjoni Klimatika: il-FEMS se jipprovdi gwida dwar il-baġit tiegħu għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Ġustifikazzjoni

Il-FEMS jikkontribwixxi għal Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) oħra, f'konformità mal-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Biex jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima bi qbil mal-impenn tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, jenħtieġ li dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-azzjonijiet klimatiċi ewlenin u jwassal biex tintlaħaq mira ġenerali ta' 25% tal-infiq tal-baġit li jappoġġaw l-għanijiet klimatiċi. L-azzjonijiet skont dan ir-Regolament huma mistennija li jikkontribwixxu 30% tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-FEMS għall-għanijiet klimatiċi. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-FEMS, u jiġu evalwati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi rilevanti ta' evalwazzjoni u ta' rieżami.

(13)  Biex jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima bi qbil mal-impenn tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, jenħtieġ li dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-azzjonijiet klimatiċi ewlenin u jwassal biex tintlaħaq mira ġenerali ta' 30 % tal-infiq tal-baġit li jappoġġaw l-għanijiet klimatiċi. L-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament huma mistennija li jippermettu lill-FEMS jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi klimatiċi, iżda mingħajr preġudizzju għall-finanzjament tal-PKS, li għaliha l-finanzjament irid jiġi vvalutat mill-ġdid b'mod pożittiv. L-azzjonijiet rilevanti, inklużi l-proġetti li għandhom l-għan li jipproteġu u jerġgħu iġibu kif kienu l-qigħan tal-algi u l-artijiet kostali mistagħdra li huma bjar tal-karbonju ewlenin, se jiġu identifikati waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-FEMS, u jiġu evalwati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi rilevanti ta' evalwazzjoni u ta' rieżami.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jenħtieġ li l-FEMS jikkontribwixxi għall-ksib tal-għanijiet ambjentali tal-Unjoni. Jenħtieġ li din il-kontribuzzjoni tiġi rintraċċata bl-użu tal-markaturi ambjentali tal-Unjoni u tiġi rrappurtata b'mod regolari fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni.

(14)  Jenħtieġ li l-FEMS jikkontribwixxi għall-ksib tal-għanijiet ambjentali tal-Unjoni, filwaqt li jqis il-koeżjoni soċjali, fi ħdan il-qafas tal-PKS u d-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina u li jsegwi politika ambjentali Ewropea, inklużi l-istandards tal-kwalità tal-ilma li jiggarantixxu l-kwalità tal-ambjent tal-baħar adattat biex itejjeb il-prospetti għas-sajd. Jenħtieġ li din il-kontribuzzjoni tiġi rintraċċata bl-użu tal-markaturi ambjentali tal-Unjoni u tiġi rrappurtata b'mod regolari fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("ir-Regolament tal-PKS")7, għajnuna finanzjarja mill-Unjoni fil-kuntest tal-FEMS jenħtieġ li tkun ikkundizzjonata mill-konformità mar-regoli tal-PKS. L-applikazzjonijiet mingħand benefiċjarji li ma jikkonformawx mar-regoli tal-PKS applikabbli jenħtieġ li ma jintlaqgħux.

(15)  Skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("ir-Regolament tal-PKS")7, għajnuna finanzjarja mill-Unjoni fil-kuntest tal-FEMS jenħtieġ li tkun ikkundizzjonata mill-konformità sħiħa mar-regoli tal-PKS u mal-liġi ambjentali tal-UE rilevanti. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tingħata biss lil dawk l-operaturi u lill-Istati Membri li jikkonformaw bis-sħiħ mal-obbligi legali rilevanti tagħhom. L-applikazzjonijiet mingħand benefiċjarji li ma jikkonformawx mar-regoli tal-PKS applikabbli jenħtieġ li ma jintlaqgħux.

_________________

_________________

7 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

7 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Biex jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-PKS imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u biex jgħin biex jiġu rispettati r-regoli tal-PKS, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet addizzjonali mar-regoli dwar l-interruzzjoni, is-sospensjoni u l-korrezzjonijet finanzjarji kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni]. Meta Stat Membru jew benefiċjarju ma jkunx ikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-PKS, jew meta l-Kummissjoni jkollha l-provi li jissuġġerixxu nuqqas ta' konformità, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tinterrompi l-iskadenzi tal-pagamenti bħala miżura ta' prekawzjoni. Barra mill-possibbiltà li tiġi interrotta l-iskadenza tal-pagamenti, u biex jiġi evitat ir-riskju li jitħallas infiq mhux eliġibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tissospendi l-pagamenti u timponi l-korrezzjonijiet finanzjarji f'każijiet serji ta' ksur tar-regoli tal-PKS minn xi Stat Membru.

(16)  Biex jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-PKS imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u biex jingħata kontribut għall-konformità sħiħa mar-regoli tal-PKS, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet addizzjonali mar-regoli dwar l-interruzzjoni, is-sospensjoni u l-korrezzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni]. Meta Stat Membru jew benefiċjarju ma jkunx ikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-PKS, jew meta l-Kummissjoni jkollha l-evidenza li tipprova dan in-nuqqas ta' konformità, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tinterrompi l-iskadenzi tal-pagamenti b'mod provviżorju. Barra mill-possibbiltà li tiġi interrotta l-iskadenza tal-pagamenti, u biex jiġi evitat ir-riskju li jitħallas infiq mhux eliġibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tissospendi l-pagamenti u timponi l-korrezzjonijiet finanzjarji f'każijiet serji ta' ksur tar-regoli tal-PKS minn xi Stat Membru.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  F'dawn l-aħħar snin, permezz tal-PKS sar ħafna progress biex l-istokkijiet tal-ħut inġabu lura f'livelli tajbin, biex tinżied il-profitabbiltà tal-industrija tas-sajd tal-Unjoni, u biex jiġu kkonservati l-ekosistemi marini. Madankollu, għad fadal sfidi sostanzjali biex jintlaħqu l-għanijiet soċjoekonomiċi u ambjentali tal-PKS. Dawn jeħtieġu li jitkompla l-appoġġ wara l-2020, speċjalment fil-baċiri tal-baħar, fejn il-progress sar aktar bil-mod.

(17)  F'dawn l-aħħar snin, ittieħdu passi biex l-istokkijiet tal-ħut inġabu lura f'livelli tajbin, biex tinżied il-profitabbiltà tal-industrija tas-sajd tal-Unjoni, u biex jiġu kkonservati l-ekosistemi marini. Madankollu, għad fadal sfidi sostanzjali biex jintlaħqu bis-sħiħ l-għanijiet soċjoekonomiċi u ambjentali tal-PKS, inkluż l-obbligu legali li l-popolazzjonijiet kollha tal-istokkijiet tal-ħut li huma kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli jerġgħu jiġu kif kienu u jinżammu 'l fuq mil-livelli tal-bijomassa. Dawn jirrikjedu li jitkompla l-appoġġ wara l-2020, speċjalment fil-baċiri tal-baħar, fejn il-progress sar aktar bil-mod, b'mod partikolari fil-baċiri l-aktar iżolati bħar-reġjuni ultraperiferiċi.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Is-sajd huwa essenzjali għall-għajxien u għall-patrimonju kulturali ta' bosta komunitajiet kostali fl-Unjoni, speċjalment f'dawk fejn is-sajjieda kostali ż-żgħar għandhom rwol importanti. Billi l-età medja ta' ħafna komunitajiet ta' sajjieda hija ogħla minn 50 sena, it-tiġdid tal-ġenerazzjonijiet u d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet għadhom ta' sfida.

(18)  Is-sajd huwa essenzjali għall-għajxien u għall-patrimonju kulturali ta' bosta komunitajiet kostali u tal-gżejjer fl-Unjoni, speċjalment f'dawk fejn is-sajjieda kostali ż-żgħar għandhom rwol importanti bħal fil-każ tar-reġjuni ultraperiferiċi. Billi l-età medja ta' ħafna komunitajiet ta' sajjieda hija ogħla minn 50 sena, it-tiġdid tal-ġenerazzjonijiet u d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet fi ħdan is-settur tas-sajd għadhom ta' sfida. Għalhekk, huwa essenzjali li l-FEMS jipprovdi appoġġ għall-attrattività tas-settur tas-sajd billi jiżgura t-taħriġ vokazzjonali u l-aċċess taż-żgħażagħ għal karrieri fis-sajd.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  L-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi ta' ġestjoni konġunta fl-attività tas-sajd professjonali u rikreattiva u fl-akkwakultura, bil-parteċipazzjoni diretta tal-partijiet ikkonċernati involuti, bħalma huma l-amministrazzjoni, is-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, il-komunità xjentifika, u s-soċjetà ċivili, li tibbaża l-funzjonalità tagħha fuq distribuzzjoni ekwa tar-responsabbiltajiet fit-teħid tad-deċiżjonijiet, u fuq il-ġestjoni adattiva msejsa fuq l-għarfien, l-informazzjoni u l-immedjatezza, tiffavorixxi l-kisba tal-objettivi tal-PKS. Il-FEMS jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni ta' dawk il-mekkaniżmi fil-livell lokali.

Ġustifikazzjoni

Il-mudell tal-ġestjoni konġunta jiżviluppa l-potenzjal massimu tiegħu fil-qafas ta' ġestjoni bijoekonomika li tirrispetta l-ekosistemi u l-approċċ ta' prekawzjoni. Dan il-mudell għandu jipprovdi l-għodod li jippermettu tweġiba fil-ħin reali għar-realtajiet li jinbidlu li jeżistu fil-ġestjoni adattiva.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Jenħtieġ li l-FEMS jimmira li jilħaq l-għanijiet ambjentali, ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi tal-PKS, kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jiżgura li l-attivitajiet tas-sajd ikunu ambjentalment sostenibbli fit-tul u jkunu ġestiti b'mod li jkun konsistenti mal-għanijiet li jinkisbu l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjieg, u li jikkontribwixxi lejn id-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel.

(19)  Jenħtieġ li l-FEMS jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali, ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi tal-PKS, kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jiżgura li l-attivitajiet tas-sajd ikunu ambjentalment sostenibbli fit-tul u jkunu ġestiti b'mod li jkun konsistenti mal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u dan se jikkontribwixxi biex jinkisbu l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjieg, jikkontribwixxi għad-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel tajjeb għas-saħħa, u fl-istess ħin jiżgura kundizzjonijiet ġusti tax-xogħol. F'dak ir-rigward, is-sajd li jiddependi fuq gżejjer żgħar lil hinn mill-kosta jenħtieġ li jkun speċjalment rikonoxxut u appoġġat sabiex ikunu jistgħu jissopravivu u jistagħnew.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Jenħtieġ li l-appoġġ mill-FEMS ikun immirat biex jinkiseb u jinżamm is-sajd sostenibbli bbażat fuq ir-rendiment massimu sostenibbli u biex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar. Dak l-appoġġ jenħtieġ li jinkludi l-innovazzjoni u l-investiment fi prattiki u tekniki tas-sajd b'impatt baxx, u li huma reżiljenti għall-klima u li jemittu livell baxx ta' karbonju.

(20)  Jenħtieġ li l-appoġġ mill-FEMS jikkontribwixxi għall-ksib f'waqtu tal-obbligu legali li l-popolazzjonijiet tal-istokkijiet tal-ħut kollha 'l fuq mil-livelli tal-bijomassa kapaċi jipproduċu jerġgħu jinġiebu kif kienu u jinżammu, u li jiġu minimizzati, u fejn possibbli eliminati, l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd mhux sostenibbli u ta' ħsara fuq l-ekosistema tal-baħar. Dak l-appoġġ jenħtieġ li jinkludi l-innovazzjoni u l-investiment fi prattiki u tekniki tas-sajd b'impatt baxx, u li huma reżiljenti għall-klima u li jemettu livell baxx ta' karbonju, kif ukoll tekniki mmirati lejn is-sajd selettiv.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  L-obbligu ta' ħatt l-art huwa wieħed mill-isfidi ewlenin tal-PKS. Huwa ssarraf f'tibdil sinifikanti għas-settur fil-prattiki tas-sajd, kultant bi spiża finanzjarja importanti. Għaldaqstant jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS jappoġġa l-innovazzjoni u l-investimenti li jgħinu fl-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art, b'rata ta' intensità ta' għajnuna ogħla minn dik li tapplika għal operazzjonijiet oħrajn, bħall-investiment fi rkaptu tas-sajd selettiv, fit-titjib tal-infrastrutturi tal-portijiet, u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' qabdiet mhux mixtieqa. Jenħtieġ ukoll li l-FEMS jagħti rata ta' intensità massima tal-għajnuna ta' 100 % għat-tfassil, l-iżvilupp, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-ġestjoni ta' sistemi trasparenti għall-iskambju ta' opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri ("skambji ta' kwoti"), biex jiġi mmitigat l-effett tal-"ispeċijiet bi kwota limitanti" li jikkawża l-obbligu ta' ħatt l-art.

(21)  L-obbligu ta' ħatt l-art huwa obbligu legali u wieħed mill-isfidi ewlenin tal-PKS. Huwa ssarraf fit-tmiem tal-prattika ambjentalment inaċċettabbli ta' rimi kif ukoll f'tibdil importanti għas-settur fil-prattiki tas-sajd, kultant bi spiża finanzjarja importanti. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw il-FEMS biex jappoġġaw l-innovazzjoni u l-investimenti li jgħinu fl-implimentazzjoni sħiħa u f'waqtha tal-obbligu ta' ħatt l-art, b'rata ta' intensità ta' għajnuna ogħla minn dik li tapplika għal operazzjonijiet oħrajn, bħall-investiment fi rkaptu tas-sajd selettiv, fit-titjib tal-infrastrutturi tal-portijiet, u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' qabdiet mhux mixtieqa. Jenħtieġ ukoll li l-FEMS jagħti rata ta' intensità massima tal-għajnuna ta' 100 % għat-tfassil, l-iżvilupp, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-ġestjoni ta' sistemi trasparenti għall-iskambju ta' opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri ("skambji ta' kwoti"), biex jiġi mmitigat l-effett tal-"ispeċijiet bi kwota limitanti" li jikkawża l-obbligu ta' ħatt l-art.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  L-obbligu ta' ħatt l-art jenħtieġ li jiġi mmonitorjat bl-istess mod fl-ispettru kollu, mill-bastimenti tas-sajd fuq skala żgħira sal-bastimenti tas-sajd fuq skala kbira, f'kull Stat Membru tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Ilment kostanti u konsistenti mis-sajjieda fuq skala żgħira fl-Irlanda u f'postijiet oħra huwa li, f'dak li jirrigwarda l-ispezzjoni u l-pieni, peress li fil-parti l-kbira tagħhom huma relatati mas-sajd intern, dawn huma l-aktar miri vulnerabbli, filwaqt li l-aċċess huma aktar diffiċli għall-bastimenti akbar u għalhekk huma aktar diffiċli biex jiġu spezzjonati.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS ikun jista' jappoġġa wkoll l-innovazzjoni u l-investiment abbord il-bastimenti tas-sajd biex jittejbu l-kundizzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza u tax-xogħol, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-kwalità tal-qabdiet. Madankollu, dan l-appoġġ ma għandux iwassal għal żieda fil-kapaċità tas-sajd jew fil-kapaċità tas-sejba tal-ħut, u ma jridx jingħata sempliċiment biex jiġu ssodisfati rekwiżiti li huma obbligatorji skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali. Bl-istruttura mingħajr miżuri preskrittivi, jenħtieġ li tkun responsabbiltà tal-Istati Membri li jiddefinixxu r-regoli preċiżi tal-eliġibbiltà għal dawk l-investimenti. F'dak li għandu x'jaqsam mal-kundizzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza u tax-xogħol abbord il-bastimenti tas-sajd, jenħtieġ li jkun permess li tingħata għajnuna b'rata ta' intensità ogħla minn ta' operazzjonijiet oħrajn.

(22)  Jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS ikun jista' jappoġġa wkoll l-innovazzjoni u l-investiment abbord il-bastimenti tas-sajd biex jittejbu l-kundizzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza u tax-xogħol, il-ħarsien tal-ambjent, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, il-benesseri tal-annimali u l-kwalità tal-qabdiet kif ukoll biex jiġu appoġġati kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-kura tas-saħħa. Madankollu, dan l-appoġġ jenħtieġ li ma jwassalx għal riskju ta' żieda fil-kapaċità tas-sajd jew fil-kapaċità tas-sejba tal-ħut, u jenħtieġ li ma jingħatax sempliċiment biex jiġu ssodisfati rekwiżiti li huma obbligatorji skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali. Bl-istruttura mingħajr miżuri preskrittivi, jenħtieġ li tkun responsabbiltà tal-Istati Membri li jiddefinixxu r-regoli preċiżi tal-eliġibbiltà għal dawk l-investimenti u l-appoġġ. F'dak li għandu x'jaqsam mal-kundizzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza u tax-xogħol abbord il-bastimenti tas-sajd, jenħtieġ li jkun permess li tingħata għajnuna b'rata ta' intensità ogħla minn ta' operazzjonijiet oħrajn.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Is-suċċess tal-PKS jiddependi mid-disponibbiltà tal-pariri xjentifiċi għall-ġestjoni tas-sajd, u minħabba f'hekk jiddependi wkoll mid-disponibbiltà tad-data dwar is-sajd. Minħabba l-isfidi u l-ispejjeż meħtieġa biex tinkiseb data li tkun affidabbli u sħiħa, jenħtieġ li jiġu appoġġati l-azzjonijiet tal-Istati Membri biex jiġbru u jipproċessaw id-data skont ir-Regolament (UE) Nru 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("ir-Regolament dwar il-Qafas tal-Ġbir ta' Data")9 u biex jikkontribwixxu għall-aħjar parir xjentifiku disponibbli. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jippermetti sinerġiji mal-ġbir u l-ipproċessar ta' tipi oħra ta' data marina.

(24)  Is-suċċess tal-PKS jiddependi mid-disponibbiltà tal-pariri xjentifiċi għall-ġestjoni tas-sajd, u minħabba f'hekk jiddependi wkoll mid-disponibbiltà tad-data dwar is-sajd. Minħabba l-isfidi u l-ispejjeż meħtieġa biex tinkiseb data li tkun affidabbli u sħiħa, jenħtieġ li jiġu appoġġati l-azzjonijiet tal-Istati Membri biex jiġbru, jipproċessaw u jaqsmu bejniethom data skont ir-Regolament (UE) Nru 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("ir-Regolament dwar il-Qafas tal-Ġbir ta' Data")9 u biex jikkontribwixxu għall-aħjar parir xjentifiku disponibbli. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jippermetti sinerġiji mal-ġbir, l-ipproċessar u l-iskambju ta' tipi oħra ta' data marina, inkluża data dwar is-sajd rikreattiv.

_________________

_________________

9 Ir-Regolament (UE) 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta' qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (ĠU L 157, 20.06.2017, p. 1).

9 Ir-Regolament (UE) 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta' qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (ĠU L 157, 20.06.2017, p. 1).

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Jenħtieġ li l-FEMS jappoġġa l-implimentazzjoni effettiva bbażata fuq l-għarfien, u governanza tal-PKS b'ġestjoni diretta permezz tal-pariri xjentifiċi li jingħataw, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistema tal-Unjoni ta' kontroll tas-sajd, it-tħaddim ta' Kunsilli Konsultattivi, u l-kontribuzzjonijiet volontarji lill-organizzazzjonijiet internazzjonali.

(25)  Jenħtieġ li l-FEMS jappoġġa l-implimentazzjoni effettiva bbażata fuq l-għarfien, u governanza tal-PKS b'ġestjoni diretta permezz tal-pariri xjentifiċi li jingħataw, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistema tal-Unjoni ta' kontroll tas-sajd, it-tħaddim ta' Kunsilli Konsultattivi, u l-kontribuzzjonijiet volontarji lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll impenn aħjar tal-Unjoni fil-governanza internazzjonali tal-oċeani.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Minħabba l-isfidi li jeżistu biex jinkisbu l-għanijiet ta' konservazzjoni tal-PKS, jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS jappoġġa l-azzjonijiet ta' ġestjoni tas-sajd u tal-flotot tas-sajd. F'dan il-kuntest, kultant għadu meħtieġ l-appoġġ għall-addattament ta' ċerti segmenti tal-flotta u għal ċerti baċiri tal-baħar. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jkun strettament immirat lejn il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, u jkun immirat biex jikseb bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS ikun jista' jappoġġa l-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd f'segmenti tal-flotta li fihom il-kapaċità tas-sajd ma tkunx proporzjonata mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli. Jenħtieġ li tali appoġġ ikun għodda tal-pjanijiet ta' azzjoni għall-aġġustament tas-segmenti tal-flotta li jkollhom kapaċità strutturali żejda identifikata, kif previst fl-Artikolu 22(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u jenħtieġ li jkun implimentat billi jiġi skrappjat il-bastiment tas-sajd, inkella billi jiġi dekommissjonat u mmodifikat għal attivitajiet differenti. Jekk il-modifika retroattiva tkun se twassal biex ikun hemm aktar pressjoni tas-sajd rikreattiv fuq l-ekosistema tal-baħar, jenħtieġ li l-appoġġ jingħata biss jekk jikkonforma mal-PKS u mal-għanijiet tal-pjanijiet pluriennali rilevanti. Biex tkun żgurata l-konsistenza tal-addattament strutturali tal-flotta mal-għanijiet ta' konservazzjoni, l-appoġġ għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd jenħtieġ li jkun strettament b'kundizzjonijiet preċiżi u marbut mal-kisba tar-riżultati. Għalhekk jenħtieġ li dan jiġi implimentat biss b'"finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż, kif previst fir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]. Skont dan il-mekkaniżmu, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jiġux rimburżati mill-Kummissjoni għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd skont l-ispejjeż reali li jkunu ġġarrbu, iżda skont li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet u li jkunu nkisbu r-riżultati. Biex jintlaħaq dan l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi f'att delegat tali kundizzjonijiet li jenħtieġ li jkunu marbutin mal-kisba tal-għanijiet ta' konservazzjoni tal-PKS.

(26)  Minħabba l-isfidi li jeżistu biex jinkisbu l-għanijiet ta' konservazzjoni tal-PKS, jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS jappoġġa l-azzjonijiet ta' ġestjoni tas-sajd u tal-flotot tas-sajd. F'dan il-kuntest, kultant għadu meħtieġ l-appoġġ għall-adattament ta' ċerti segmenti tal-flotta u għal ċerti baċiri tal-baħar. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jkun strettament immirat lejn il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, u jkun immirat biex jikseb bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS ikun jista' jappoġġa l-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd f'segmenti tal-flotta li fihom il-kapaċità tas-sajd ma tkunx proporzjonata mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli. Jenħtieġ li tali appoġġ ikun għodda tal-pjanijiet ta' azzjoni għall-aġġustament tas-segmenti tal-flotta li jkollhom kapaċità strutturali żejda identifikata, kif previst fl-Artikolu 22(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u jenħtieġ li jkun implimentat billi jiġi skrappjat il-bastiment tas-sajd, inkella billi jiġi dekommissjonat u mmodifikat għal attivitajiet differenti. Jekk il-modifika retroattiva tkun se twassal biex ikun hemm aktar pressjoni tas-sajd rikreattiv fuq l-ekosistema tal-baħar, jenħtieġ li l-appoġġ jingħata biss jekk jikkonforma mal-PKS u mal-għanijiet tal-pjanijiet pluriennali rilevanti.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)  Sabiex jiġi stabbilit sajd sostenibbli u favur l-ambjent bi pressjoni mnaqqsa fuq ir-riżorsi tas-sajd, il-FEMS jenħtieġ li jappoġġa l-modernizzazzjoni tal-bastimenti sabiex jistinka favur unitajiet li jużaw anqas enerġija, inkluż għal oqsma żbilanċjati, jew permezz ta' sussidji jew permezz ta' strumenti finanzjarji. Jenħtieġ li l-FEMS jippermetti wkoll li s-sajjieda żgħażagħ jiksbu l-għodda ta' ħidma tagħhom, inklużi bastimenti ta' aktar minn 12 m, ħlief f'oqsma żbilanċjati.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 26b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26b)  Billi l-portijiet tas-sajd, is-siti ta' żbark, il-postijiet ta' kenn u s-swali tal-irkant għandhom rwol essenzjali biex tiġi żgurata l-kwalità tal-prodotti li jinħattu l-art, kif ukoll tal-kundizzjonijiet ta' sikurezza u tax-xogħol, il-FEMS jenħtieġ li bħala prijorità jappoġġa l-modernizzazzjoni tal-infrastrutturi tal-port, u b'mod partikolari fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd, sabiex jiġi ottimizzat il-valur miżjud tal-prodotti li jinħattu l-art.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Billi fil-biċċa l-kbira l-attivitajiet tas-sajd ma jistgħux ikunu previsti, jista' jkun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jwasslu għal telf ekonomiku sinifikanti għas-sajjieda. Biex jittaffew dawk il-konsegwenzi, jenħtieġ li l-FEMS ikun jista' jappoġġa kumpens għall-waqfien straordinarju tal-attivitajiet tas-sajd li jkun irriżulta mill-implimentazzjoni ta' ċerti miżuri ta' konservazzjoni, jiġifieri l-pjanijiet pluriennali, il-miri tal-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet, il-miżuri biex il-kapaċità tas-sajd tal-bastimenti tiġi addattata għall-opportunitajiet tas-sajd disponibbli u l-miżuri tekniċi, mill-implimentazzjoni ta' miżuri ta' emerġenza, mill-interruzzjoni tal-applikazzjoni ta' xi ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli minħabba forza maġġuri, minħabba xi diżastru naturali jew xi inċident ambjentali. Jenħtieġ li l-appoġġ jingħata biss jekk l-impatt ta' dawn iċ-ċirkostanzi fuq is-sajjieda jkun sinifikanti, jiġifieri jekk l-attivitajiet kummerċjali tal-bastiment ikkonċernat jitwaqqfu għal mill-inqas 90 jum konsekuttiv, u jekk it-telf ekonomiku li jirriżulta mill-waqfien tas-sajd jammonta għal aktar minn 30% tad-dħul annwali medju tan-negozju kkonċernat waqt perjodu speċifiku. Jenħtieġ li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-sajd tas-sallur fil-kundizzjonijiet biex jingħata dan l-appoġġ.

(27)  Billi fil-biċċa l-kbira l-attivitajiet tas-sajd ma jistgħux ikunu previsti, waqfien temporanju jista' jwassal għal telf ekonomiku sinifikanti għas-sajjieda. Biex jittaffew dawk il-konsegwenzi, jenħtieġ li l-FEMS ikun jista' jappoġġa kumpens għall-waqfien temporanju tal-attivitajiet tas-sajd li irriżulta mill-implimentazzjoni ta' ċerti miżuri ta' konservazzjoni, jiġifieri l-pjanijiet pluriennali, il-miri tal-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet, il-miżuri biex il-kapaċità tas-sajd tal-bastimenti tiġi adattata għall-opportunitajiet tas-sajd disponibbli u l-miżuri tekniċi, mill-implimentazzjoni ta' miżuri ta' emerġenza, mill-interruzzjoni tal-applikazzjoni jew nuqqas ta' tiġdid ta' xi ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli minħabba forza maġġuri, minħabba xi diżastru naturali jew xi inċident ambjentali, inklużi każijiet ta' għeluq minħabba s-saħħa jew mortalità mhux normali ta' riżorsi tas-sajd, inċidenti fil-baħar matul attivitajiet tas-sajd u avvenimenti negattivi tal-klima. Jenħtieġ li l-appoġġ jingħata biss jekk l-impatt ta' dawn iċ-ċirkostanzi fuq is-sajjieda jkun sinifikanti, jiġifieri jekk l-attivitajiet kummerċjali tal-bastiment ikkonċernat jitwaqqfu għal mill-inqas 120 jum konsekuttiv matul l-aħħar sentejn. Jenħtieġ li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-sajd tas-sallur fil-kundizzjonijiet biex jingħata dan l-appoġġ.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)  Jenħtieġ li jkun possibbli għas-sajjieda u għall-produtturi tal-akkwakultura tal-ilma baħar u tal-ilma ħelu li jirċievu appoġġ mill-FEMSA fil-każ ta' kriżi fis-swieq tas-sajd u tal-akkwakultura, diżastri naturali jew inċidenti ambjentali.

Ġustifikazzjoni

B'mod simili għall-fondi agrikoli, ix-xibka ta' sikurezza tas-suq għas-sajjieda u l-produtturi tal-akkwakultura għandha tiġi stabbilita wkoll.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Is-sajd kostali artiġjanali huwa s-sajd b'bastimenti b'tul ta' inqas minn 12-il metru u li ma jużawx irkaptu rmunkat. Dak is-settur jirrappreżenta kważi 75% tal-bastimenti tas-sajd kollha rreġistrati fl-Unjoni u kważi nofs l-impjiegi kollha fis-settur tas-sajd. L-operaturi tas-sajd kostali artiġjanali jiddependu b'mod partikolari fuq stokkijiet tal-ħut b'saħħithom għad-dħul ewlieni tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-FEMS jagħtihom trattament preferenzjali permezz ta' rata ta' intensità tal-għajnuna ta' 100%, anki għall-operazzjonijiet marbuta mal-kontroll u l-infurzar, biex jinkoraġġixxi l-prattiki tas-sajd sostenibbli. Barra minn hekk, ċerti oqsma ta' appoġġ jenħtieġ li jkunu rriżervati għas-sajd artiġjanali fis-segmenti tal-flotta fejn il-kapaċità tas-sajd tkun f'bilanċ mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli, jiġifieri l-appoġġ tax-xiri ta' bastimenti użati u tat-tibdil jew il-modernizzazzjoni tal-magni tal-bastimenti. Barra minn hekk, l-Istati Membri jeħtiġilhom jinkludu fil-programm tagħhom pjan ta' azzjoni għas-sajd kostali artiġjanali, li jenħtieġ li jiġi ssorveljat skont l-indikaturi, li jridu jiffissaw stadji importanti u miri għalihom.

(28)  Is-sajd kostali artiġjanali huwa s-sajd b'bastimenti b'tul ta' inqas minn 12-il metru u li ma jużawx irkaptu rmunkat. Dak is-settur jirrappreżenta kważi 75 % tal-bastimenti tas-sajd kollha rreġistrati fl-Unjoni u kważi nofs l-impjiegi kollha fis-settur tas-sajd. L-operaturi tas-sajd kostali artiġjanali jiddependu b'mod partikolari fuq stokkijiet tal-ħut b'saħħithom għad-dħul ewlieni tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-FEMS jagħtihom trattament preferenzjali permezz ta' rata ta' intensità tal-għajnuna ta' 100 %, anki għall-operazzjonijiet marbuta mal-kontroll u l-infurzar, biex jinkoraġġixxi l-prattiki tas-sajd sostenibbli f'konformità mal-objettivi tal-PKS. Barra minn hekk, ċerti oqsma ta' appoġġ jenħtieġ li jkunu rriżervati għas-sajd artiġjanali fis-segmenti tal-flotta fejn il-kapaċità tas-sajd tkun f'bilanċ mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli, jiġifieri l-appoġġ tax-xiri ta' bastimenti użati u tat-tibdil jew il-modernizzazzjoni tal-magni tal-bastimenti kif ukoll għas-sajjieda żgħażagħ. Barra minn hekk, l-Istati Membri jeħtiġilhom jinkludu fil-programm tagħhom pjan ta' azzjoni għas-sajd kostali artiġjanali, li jenħtieġ li jiġi ssorveljat skont l-indikaturi, li jridu jiffissaw stadji importanti u miri għalihom.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Kif hemm deskritt fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, tal-24 ta' Ottubru 2017 bit-titolu “Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE” ir-reġjuni ultraperifiċi jiffaċċaw sfidi speċifiki minħabba li huma reġjuni mbiegħda, u minħabba t-topografija u l-klima, kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-Trattat, u għandhom ukoll vantaġġi speċifiċi li bihom jistgħu jiżviluppaw ekonomija blu sostenibbli. Għalhekk, għal kull reġjun ultraperiferiku, jenħtieġ li jinthemeż pjan ta' azzjoni għall-iżvilupp ta' setturi sostenibbli tal-ekonomija blu, inkluż l-isfruttar sostenibbli tas-sajd u l-akkwakultura, mal-programm tal-Istati Membri kkonċernati, u jenħtieġ li tkun riżervata allokazzjoni finanzjarja biex issostni l-implimentazzjoni ta' dawn il-pjanijiet ta' azzjoni. Jenħtieġ li l-FEMS jappoġġa wkoll il-kumpens tal-ispejjeż addizzjonali li jġarrbu r-reġjuni ultraperifiċi minħabba l-pożizzjoni u l-insularità tagħhom. Dak l-appoġġ jenħtieġ li jkun limitat għal perċentwal ta' din l-allokazzjoni finanzjarja ġenerali. Barra minn hekk jenħtieġ li tiġi applikata rata ta' intensità ta' għajnuna ogħla fir-reġjuni ultraperifiċi minn dik li tapplika għal operazzjonijiet oħrajn.

(29)  Ir-reġjuni ultraperifiċi jaffaċċaw sfidi speċifiki minħabba li huma reġjuni mbiegħda, u minħabba t-topografija u l-klima, kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-Trattat, u għandhom ukoll vantaġġi speċifiċi li bihom jistgħu jiżviluppaw ekonomija blu sostenibbli. Għalhekk, għal kull reġjun ultraperiferiku jenħtieġ li jitfassal pjan ta' azzjoni għall-iżvilupp ta' setturi sostenibbli tal-ekonomija blu, inkluż l-isfruttar sostenibbli tas-sajd u l-akkwakultura, mal-programm tal-Istati Membri kkonċernati, u jenħtieġ li tkun riżervata allokazzjoni finanzjarja biex issostni l-implimentazzjoni ta' dawn il-pjanijiet ta' azzjoni. Sabiex iżżomm il-kompetittività ta' ċerti prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mir-reġjuni ultraperiferiċi meta mqabbla ma' dik ta' prodotti simili minn reġjuni oħrajn tal-Unjoni, fl-1992 l-Unjoni introduċiet miżuri biex tikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali relatati fis-settur tas-sajd. Il-miżuri li japplikaw għall-perjodu 2014 huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10a. Huwa neċessarju li jkompli jiġi pprovdut appoġġ sabiex jittaffew l-ispejjeż addizzjonali għas-sajd, it-trobbija tal-ħut, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mir-reġjuni ultraperiferiċi, sabiex il-kumpens jikkontribwixxi għaż-żamma tal-vijabbiltà ekonomika tal-operaturi minn dawk ir-reġjuni. Fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni differenti fir-reġjuni ultraperiferiċi, il-varjazzjonijiet fil-qabdiet u l-ħażniet u fid-domandi tas-suq, jenħtieġ li jitħalla f'idejn l-Istati Membri kkonċernati biex jiddeterminaw il-prodotti tas-sajd eliġibbli għal kumpens, il-kwantitajiet massimi rispettivi tagħhom u l-ammonti ta' kumpens, fi ħdan l-allokazzjoni globali għal kull Stat Membru. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu awtorizzati jiddifferenzjaw il-lista u l-kwantitajiet tal-prodotti tas-sajd ikkonċernati u l-ammont ta' kumpens fi ħdan l-allokazzjoni globali għal kull Stat Membru. Bl-istess mod, jenħtieġ li jkunu awtorizzati jaġġustaw il-pjanijiet ta' kumpens tagħhom jekk l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tiġġustifika dan. L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu l-ammont ta' kumpens f'livell li jippermetti t-tpaċija xierqa tal-ispejjeż addizzjonali, li jirriżultaw min-nuqqasijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi. Sabiex jiġi evitat il-kumpens żejjed, jenħtieġ li l-ammonti involuti jkunu proporzjonali mal-ispejjeż addizzjonali li l-għajnuna tkun maħsuba biex tikkumpensa. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jitqiesu wkoll it-tipi l-oħrajn ta' interventi pubbliċi li jaffettwaw il-livell tal-ispejjeż addizzjonali. Barra minn hekk jenħtieġ li tiġi applikata rata ta' intensità ta' għajnuna ogħla fir-reġjuni ultraperifiċi minn dik li tapplika għal operazzjonijiet oħrajn.

__________________

__________________

10 COM(2017) 623

 

 

10a Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.05.2014, p. 1).

Emenda    44

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a)  Sabiex tkun żgurata s-sopravivenza tas-settur tas-sajd kostali fuq skala żgħira fir-reġjuni ultraperiferiċi u f'konformità mal-prinċipji ta' trattament differenzjat għall-gżejjer żgħar u t-territorji msemmija fl-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) 14, jenħtieġ li jkun possibbli għall-FEMS li jappoġġa, abbażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE, l-akkwist u t-tiġdid tal-bastimenti tas-sajd kostali fuq skala żgħira tar-reġjuni ultraperiferiċi li jħottu l-qabdiet kollha tagħhom fil-portijiet tar-reġjuni ultraperiferiċi u jikkontribwixxu għall-iżvilupp lokali sostenibbli, sabiex dawn iżidu s-sikurezza għall-bniedem, jikkonformaw mal-istandards Ewropej tal-iġjene, jiġġieldu s-sajd IUU u jiksbu aktar effiċjenza ambjentali. Jenħtieġ li dak it-tiġdid tal-flotta tas-sajd jibqa' taħt il-limiti massimi awtorizzati tal-kapaċità u jenħtieġ li jikkonforma mal-objettivi tal-PKS. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-FEMS li jappoġġa miżuri assoċjati, bħall-kostruzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' tarzni ddedikati għal bastimenti tas-sajd kostali fuq skala żgħira fir-reġjuni ultraperiferiċi, l-akkwist jew ir-rinnovazzjoni tal-infrastruttura u t-tagħmir jew l-istudji.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Premessa 29b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29b)  Fid-dawl tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kundizzjoni ta' insularità (2015/3014 (RSP) u l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar "Il-problemi speċifiċi li jiffaċċjaw il-gżejjer" (1229/2011), l-agrikoltura, it-tnissil u s-sajd jikkostitwixxu element importanti tal-ekonomiji lokali tal-gżejjer. Ir-reġjuni insulari Ewropej isofru minħabba nuqqas ta' aċċessibbiltà, b'mod partikolari għall-SMEs u livell baxx ta' differenzjazzjoni tal-prodott, u jeħtieġu strateġija sabiex jintużaw is-sinerġiji kollha possibbli bejn il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u strumenti oħra tal-Unjoni bil-għan li jiġu kontrobilanċjati l-iżvantaġġi tal-gżejjer u jissaħħu t-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli tagħhom. Filwaqt li l-Artikolu 174 tat-TFUE jirrikonoxxi l-iżvantaġġi naturali u ġeografiċi permanenti speċifiċi għas-sitwazzjoni tal-gżejjer, il-Kummissjoni jeħtiġilha tistabbilixxi "Qafas Strateġiku tal-Unjoni għall-Gżejjer" bil-ħsieb li jinħolqu konnessjonijiet bejn l-istrumenti li jista' jkollhom impatt territorjali kbir ħafna.

Ġustifikazzjoni

Is-sitwazzjoni speċjali tal-gżejjer Ewropej għandha titqies aħjar fl-analiżi tal-qafas il-ġdid għall-FEMS għall-2021.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  B'ġestjoni kondiviża jenħtieġ li l-FEMS ikun jista jappoġġa l-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar. Għalhekk jenħtieġ li jingħata l-appoġġ biex jikkompensa l-ġbir mis-sajjieda ta' rkaptu tas-sajd li jkun intilef, u l-ġbir tal-iskart mill-ibħra, u jsostni l-investiment fil-portijiet biex dawn ikunu jipprovdu faċilitajiet ta' akkoljenza xierqa għal dan l-irkaptu mitluf u għall-iskart mill-baħar. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun disponibbli wkoll għall-azzjonijiet favur il-kisba jew iż-żamma ta' status ambjentali tajjeb fl-ambjent tal-baħar, kif stipulat fid-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina")11, għall-implimentazzjoni ta' miżuri ta' protezzjoni tal-ispazju stabbiliti skont dik id-Direttiva u, bi qbil mal-oqfsa ta' azzjoni prijoritizzati stabbiliti skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE ("id-Direttiva dwar il-Ħabitats")12, għall-ġestjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ taż-żoni tan-NATURA 2000, kif ukoll għall-protezzjoni tal-ispeċijiet skont id-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("id-Direttiva dwar l-Għasafar")13. Jenħtieġ li b'ġestjoni diretta l-FEMS jappoġġa l-promozzjoni ta' ibħra nodfa u f'saħħithom u l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea għall-Plastiks f'Ekonomija Ċirkolari, li ġiet żviluppata fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta' Jannar 201614, bi qbil mal-għan li jinkiseb jew jinżamm status ambjentali tajjeb fl-ambjent tal-baħar.

(30)  B'ġestjoni kondiviża jenħtieġ li l-FEMS ikun jista jappoġġa l-protezzjoni u ksib mill-ġdid tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar. Għalhekk jenħtieġ li jingħata l-appoġġ biex jikkompensa l-ġbir mis-sajjieda ta' rkaptu tas-sajd li jkun intilef, u l-ġbir tal-iskart, partikolarment il-plastik, mill-ibħra, u jsostni l-investiment fil-portijiet biex dawn jipprovdu faċilitajiet ta' akkoljenza u ħżin xierqa għal dan l-irkaptu mitluf u għall-iskart mill-baħar miġbur. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun disponibbli wkoll għall-azzjonijiet favur il-kisba jew iż-żamma ta' status ambjentali tajjeb fl-ambjent tal-baħar, kif stipulat fid-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina")11, għall-implimentazzjoni ta' miżuri ta' protezzjoni tal-ispazju stabbiliti skont dik id-Direttiva u, bi qbil mal-oqfsa ta' azzjoni prijoritizzati stabbiliti skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE ("id-Direttiva dwar il-Ħabitats")12, għall-ġestjoni, il-ksib mill-ġdid u l-monitoraġġ taż-żoni tan-NATURA 2000, kif ukoll għall-protezzjoni tal-ispeċijiet skont id-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("id-Direttiva dwar l-Għasafar")13. u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll l-istandards tal-Unjoni għall-ilma urban mormi u anki għall-bini, installazzjoni, il-modernizzazzjoni u l-preparazzjoni xjentifika u l-evalwazzjoni ta' faċilitajiet statiċi u mobbli maħsuba biex jipproteġu u jsaħħu l-fawna u l-flora tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi. Jenħtieġ li b'ġestjoni diretta l-FEMS jappoġġa l-promozzjoni ta' ibħra nodfa u f'saħħithom u l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea għall-Plastiks f'Ekonomija Ċirkolari, li ġiet żviluppata fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta' Jannar 201614, bi qbil mal-għan li jinkiseb jew jinżamm status ambjentali tajjeb fl-ambjent tal-baħar.

_________________

_________________

11 Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

11 Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

12 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi (ĠU L 206, 22.07.1992, p. 7).

12 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi (ĠU L 206, 22.07.1992, p. 7).

13 Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.01.2010, p. 7).

13 Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.01.2010, p. 7).

 

13a Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

14 COM(2018) 28

14 COM(2018) 28

Emenda    47

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Is-sajd u l-akkwakultura jikkontribwixxu għas-sigurtà alimentari u għan-nutrizzjoni. Iżda fil-preżent l-Unjoni timporta aktar minn 60% tal-prodotti tas-sajd tagħha, u b'hekk tiddependi ħafna mill-pajjiżi terzi. Hemm l-isfida importanti li jiġi promoss il-konsum tal-proteina mill-ħut prodott fl-Unjoni, waħda ta' standards ta' kwalità għolja, u li din tkun disponibbli għall-konsumaturi bi prezzijiet affordabbli.

(31)  L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti identifikat bħala wieħed mis-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG 2) il-fatt li jintemm il-ġuħ, tinkiseb is-sigurtà alimentari u li titjieb in-nutrizzjoni. L-Unjoni hija impenjata bis-sħiħ lejn dak il-għan u lejn l-implimentazzjoni tiegħu. F'dak il-kuntest, is-sajd u l-akkwakultura jikkontribwixxu għas-sigurtà alimentari u għan-nutrizzjoni. Iżda fil-preżent l-Unjoni timporta aktar minn 60 % tal-prodotti tas-sajd tagħha, u b'hekk tiddependi ħafna mill-pajjiżi terzi. Sfida importanti hija li jitħeġġeġ il-konsum ta' prodotti tas-sajd prodotti fl-Unjoni bi standards ta' kwalità għolja u disponibbli bi prezzijiet raġonevoli li jfornu lill-istituzzjonijiet pubbliċi, bħal sptarijiet jew skejjel, bi prodotti tas-sajd lokali fuq skala żgħira u li jinbdew programmi ta' taħriġ u sensibilizzazzjoni f'istituzzjonijiet edukattivi dwar l-importanza li jittiekel ħut lokali.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS ikun jista' jappoġġa l-promozzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura, inkluża l-akkwakultura tal-ilma ħelu, għat-trobbija ta' annimali u pjanti akkwatiċi biex jiġu prodotti l-ikel u materja prima oħra. F'xi Stati Membri għad hemm proċeduri amministrattivi kumplessi, bħal ostakli biex wieħed jikseb l-ispazju, u proċeduri peżanti biex jinkisbu l-liċenzji, li jagħmluha diffiċli għas-settur itejjeb l-idea pubblika tal-frott tal-baħar imrobbi, u biex jagħmlu aktar kompetittiv. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun konsistenti mal-pjanijiet strateġiċi pluriennali nazzjonali żviluppati abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. B'mod partikolari jenħtieġ li jkunu eliġibbli, l-appoġġ għas-sostenibbiltà ambjentali, għall-investimenti li jiġġeneraw id-dħul, għall-innovazzjoni, għall-ksib ta' ħiliet professjonali, għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, miżuri ta' kumpens li jipprovdu servizzi ta' importanza kritika ta' ġestjoni tal-art u tan-natura. Jenħtieġ li jkunu eliġibbli wkoll azzjonijiet tas-saħħa pubblika, skemi ta' assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura u azzjonijiet b'rabta mas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali. Iżda fil-każ tal-investimenti li jiġġeneraw id-dħul, jenħtieġ li l-appoġġ jingħata biss permezz ta' strumenti finanzjarji u l-InvestEU, li joffru aktar ingranaġġ fis-swieq u għaldaqstant huma iżjed rilevanti mill-għotjiet biex jindirizzaw l-isfidi finanzjarji tas-settur.

(32)  Jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS ikun jista' jappoġġa l-promozzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura, inkluża l-akkwakultura tal-ilma ħelu, għat-trobbija ta' annimali u pjanti akkwatiċi biex jiġu prodotti l-ikel u materja prima oħra. F'xi Stati Membri għad hemm proċeduri amministrattivi kumplessi, bħal ostakli biex wieħed jikseb l-ispazju, u proċeduri peżanti biex jinkisbu l-liċenzji, li jagħmluha diffiċli għas-settur itejjeb l-idea pubblika tal-frott tal-baħar imrobbi, u biex jagħmlu aktar kompetittiv. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun konsistenti mal-pjanijiet strateġiċi pluriennali nazzjonali żviluppati abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. B'mod partikolari jenħtieġ li jkunu eliġibbli, l-appoġġ għas-sostenibbiltà ambjentali, għall-investimenti li jiġġeneraw id-dħul, għall-innovazzjoni, għall-ksib ta' ħiliet professjonali, għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, miżuri ta' kumpens li jipprovdu servizzi ta' importanza kritika ta' ġestjoni tal-art u tan-natura. Jenħtieġ li jkunu eliġibbli wkoll azzjonijiet tas-saħħa pubblika, skemi ta' assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura u azzjonijiet b'rabta mas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali. Jenħtieġ li jingħata appoġġ preferibbilment permezz ta' strumenti finanzjarji, permezz tal-InvestEU u permezz ta' għotjiet.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Is-sigurtà tal-ikel tiddependi minn swieq effiċjenti u organizzati tajjeb, li joħolqu aktar trasparenza, stabbiltà, kwalità u diversità fil-katina tal-provvista, u tiddependi wkoll mill-informazzjoni li jkollhom il-konsumaturi. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-FEMS ikun jista' jappoġġa l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, bi qbil mal-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("ir-Regolament dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq")15. B'mod partikolari jenħtieġ li l-appoġġ ikun disponibbli għall-ħolqien ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' produzzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni, għall-promozzjoni ta' swieq disponibbli ġodda u għall-iżvilupp u x-xandir ta' informazzjoni dwar is-suq.

(33)  Is-sigurtà tal-ikel tiddependi minn swieq effiċjenti u organizzati tajjeb, li joħolqu aktar trasparenza, stabbiltà, kwalità u diversità fil-katina tal-provvista, u tiddependi wkoll mill-informazzjoni li jkollhom il-konsumaturi. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-FEMS ikun jista' jappoġġa l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, bi qbil mal-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("ir-Regolament dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq")15. B'mod partikolari jenħtieġ li l-appoġġ ikun disponibbli, fost affarijiet oħra, għall-ħolqien ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, inklużi l-kooperattivi tas-sajd, il-produtturi fuq skala żgħira, l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' produzzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni, l-għajnuna għall-ħżin, il-kampanji ta' promozzjoni u komunikazzjoni, il-promozzjoni ta' swieq ġodda, it-twettiq ta' studji dwar swieq, il-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-Osservatorju Ewropew tas-Suq tal-Prodotti tas-Sajd u tal-Akkwakultura (EUMOFA) u l-iżvilupp u x-xandir ta' informazzjoni dwar is-suq.

_________________

_________________

15 Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

15 Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

Emenda    50

Proposta għal regolament

Premessa 33a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a)  Il-kwalità u d-diversità tal-prodotti tal-frott tal-baħar tal-Unjoni jipprovdu vantaġġ kompetittiv għall-produtturi, li jagħti kontribut importanti għall-wirt kulturali u gastronomiku, li jirrikonċilja l-konservazzjoni tat-tradizzjonijiet kulturali mal-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' għarfien espert xjentifiku ġdid. Iċ-ċittadini u l-konsumaturi qed jitolbu dejjem aktar prodotti ta' kwalità b'karatteristiċi speċifiċi differenti marbuta mal-oriġini ġeografika tagħhom. Għal dan il-għan, il-FEMS se jkun kapaċi jappoġġa l-prodotti tal-frott tal-baħar inklużi fir-Regolament 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. B'mod partikolari, se jkun jista' jappoġġa r-rikonoxximent u r-reġistrazzjoni ta' Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta' kwalità taħt dan ir-Regolament. Se jkun jista' wkoll jappoġġa l-entitajiet ta' ġestjoni għad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetta (DOP) u għall-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (IĠP), kif ukoll il-programmi li jiżviluppaw biex itejbu l-kwalità. Barra minn hekk, se jkun jista' jappoġġa r-riċerka mwettqa minn dawn l-entitajiet ta' ġestjoni għal sensibilizzazzjoni aħjar tal-faċilità ta' produzzjoni speċifika, il-proċessi u l-prodotti.

 

___________________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

Emenda    51

Proposta għal regolament

Premessa 33b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33b)  Fid-dawl tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Diċembru 2008 dwar "Pjan Ewropew ta' Kontroll tal-Marguni" u r-Riżoluzzjoni tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar spinta ġdida għall-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Akkwakultura Ewropea, il-FEMS jenħtieġ li jappoġġa r-riċerka xjentifika u l-ġbir ta' data dwar l-impatt tal-għasafar migratorji fuq is-settur tal-akkwakultura u fuq l-istokkijiet tal-ħut rilevanti tal-Unjoni.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Premessa 33c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33c)  Meta jitqies il-bżonn għal settur tal-akkwakultura li qed jikber u t-telf importanti tal-istokkijiet tal-ħut li qed jiltaqgħu magħhom minħabba għasafar migratorji, jenħtieġ li l-FEMS jinkludi ċertu kumpens għal dan it-telf sakemm jitwaqqaf pjan ta' ġestjoni Ewropew.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  L-industrija tal-ipproċessar għandha rwol fid-disponibbiltà u fil-kwalità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. Jenħtieġ li l-FEMS ikun jista' jappoġġa l-investiment iffukat f'dik l-industrija, dment li dan l-investiment jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jingħata biss permezz ta' strumenti finanzjarji u permezz tal-InvestEU u mhux permezz ta' għotjiet.

(34)  L-industrija tal-ipproċessar għandha rwol fid-disponibbiltà u fil-kwalità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. Jenħtieġ li l-FEMS ikun jista' jappoġġa l-investiment iffukat f'dik l-industrija, dment li dan l-investiment jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq. Dan l-appoġġ jista' jingħata permezz ta' għotjiet, permezz ta' strumenti finanzjarji u permezz tal-InvestEU.

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li jingħata appoġġ kontinwu, inkluż permezz ta' għotjiet, lill-industrija tal-ipproċessar sabiex tingħata spinta lill-kompetittività tagħha. Jenħtieġ li l-għotjiet ma jiġux esklużi, billi intrapriżi żgħar u medji ma jistax ikollhom aċċess faċli għal strumenti finanzjarji.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Premessa 34a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a)  Apparti l-miżuri eliġibbli li diġà ssemmew, jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS jappoġġa oqsma oħra relatati mas-sajd u l-akkwakultura, inkluż l-appoġġ għall-kaċċa protettiva jew il-ġestjoni marbuta mal-organiżmi selvaġġi tal-ispeċijiet li jipperikolaw il-livelli sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut, b'mod partikolari l-foki u l-marguni.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Premessa 34b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34b)  Apparti mill-miżuri eliġibbli diġà msemmija, jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS jappoġġa oqsma oħra relatati mas-sajd u l-akkwakultura inkluż il-kumpens għall-ħsara fil-qabdiet ikkawżata minn mammiferi u għasafar protetti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari l-foki u l-marguni.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Il-ħolqien tal-impjiegi fir-reġjuni kostali jiddependi mill-iżvilupp tal-ekonomija blu mmexxija lokalment li tagħti ħajja ġdida lin-nisġa soċjali ta' dawn ir-reġjuni. Sal-2030, l-industriji u s-servizzi oċeaniċi x'aktarx li se jiksbu riżultati aqwa minn dawk tat-tkabbir tal-ekonomija dinjija u jagħtu kontribut importanti għall-impjiegi u għat-tkabbir. Biex ikun sostenibbli, it-tkabbir blu jiddependi mill-innovazzjoni u l-investiment f'negozji marittimi ġodda, u fil-bijoekonomija, fosthom mudelli tat-turiżmu sostenibbli, l-enerġija rinnovabbli mill-oċeani, il-kostruzzjoni innovattiva ta' bastimenti ta' livell għoli, u servizzi ġodda tal-portijiet li jistgħu joħolqu l-impjiegi u fl-istess ħin itejbu l-iżvilupp lokali. Filwaqt li l-investiment pubbliku fl-ekonomija blu sostenibbli jenħtieġ li jkun settur ewlieni fil-baġit kollu tal-Unjoni, il-FEMS jenħtieġ li jkun ikkonċentrat speċifikament fuq il-kundizzjonijiet li jgħinu l-iżvilupp tal-ekonomija blu sostenibbli u fuq it-twarrib tal-ostakli biex ikun iffaċilitat l-investiment u l-iżvilupp ta' swieq u teknoloġiji jew servizzi ġodda. L-appoġġ għall-iżvilupp tal-ekonomija blu sostenibbli jenħtieġ li jingħata permezz ta' ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta.

(35)  Il-ħolqien tal-impjiegi fir-reġjuni kostali jiddependi mill-iżvilupp tal-ekonomija blu mmexxija lokalment li tiżviluppa fil-limiti ekoloġiċi u tagħti ħajja ġdida lin-nisġa soċjali ta' dawk ir-reġjuni, inklużi l-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi. Sal-2030, l-industriji u s-servizzi oċeaniċi x'aktarx li se jiksbu riżultati aqwa minn dawk tat-tkabbir tal-ekonomija dinjija u jagħtu kontribut importanti għall-impjiegi u għat-tkabbir. Biex ikun sostenibbli, it-tkabbir blu jiddependi mill-innovazzjoni u l-investiment f'negozji marittimi ġodda, fil-bijoekonomija u fil-bijoteknoloġija, fosthom mudelli tat-turiżmu sostenibbli, l-enerġija rinnovabbli mill-oċeani, il-kostruzzjoni innovattiva ta' bastimenti ta' livell għoli, u servizzi ġodda tal-portijiet u l-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura, li jistgħu joħolqu l-impjiegi u fl-istess ħin itejbu l-iżvilupp lokali, kif ukoll l-iżvilupp ta' prodotti tal-baħar abbażi tal-bijoloġija. Filwaqt li l-investiment pubbliku fl-ekonomija blu sostenibbli jenħtieġ li jkun settur ewlieni fil-baġit kollu tal-Unjoni, l-FEMSA jenħtieġ li jkun ikkonċentrat speċifikament fuq il-kundizzjonijiet abilitanti għal ekonomija blu sostenibbli li tiżviluppa fil-limiti ekoloġiċi u fuq it-twarrib tal-ostakli biex ikunu ffaċilitati l-investiment u l-iżvilupp ta' swieq u teknoloġiji jew servizzi ġodda. L-appoġġ għall-iżvilupp tal-ekonomija blu sostenibbli jenħtieġ li jingħata permezz ta' ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Premessa 35a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35a)  F'konformità mal-premessa 3 tar-Regolament tal-PKS, is-sajd rikreattiv jista' jkollu impatt sinifikanti fuq ir-riżorsi tal-ħut u għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li dawn jitwettqu b'mod li jkun kompatibbli mal-objettivi tal-PKS. Madankollu, is-sajd rikreattiv ma jistax jiġi ġestit b'mod xieraq mingħajr il-ġbir affidabbli u rikorrenti ta' data dwar is-sajd rikreattiv kif enfasizzat fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni attwali tas-sajd rikreattiv fl-Unjoni Ewropea (2017/2120 INI).

Emenda    58

Proposta għal regolament

Premessa 35b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35b)  L-għan ta' ekonomija blu sostenibbli huwa li tiggarantixxi konsum u produzzjoni sostenibbli, kif ukoll użu effiċjenti tar-riżorsi flimkien mal-protezzjoni u l-konservazzjoni tad-diversità, il-produttività, ir-reżiljenza, il-funzjonijiet prinċipali u l-valuri intrinsiċi tal-ekosistemi tal-baħar. Hija bbażata fuq l-evalwazzjoni tal-ħtiġijiet fit-tul tal-ġenerazzjonijiet kurrenti u futuri. Dan ifisser ukoll l-iffissar tal-prezzijiet ġusti għall-prodotti u s-servizzi.

Ġustifikazzjoni

Ekonomija blu sostenibbli tfisser li l-attivitajiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali huma partijiet integrali tal-ekosistema tal-baħar u għalhekk huwa meħtieġ li jinżamm bilanċ bejn it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-benesseri tal-komunitajiet kostali lokali u l-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar. Ekonomija blu sostenibbli toħloq valur ekonomiku għall-ambjent tal-baħar biss jekk tista' titwettaq b'mod li jikkonserva u jipproteġi r-riżorsi u l-ekosistemi tal-baħar.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Premessa 35c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35c)  Hemm ħtieġa ta' miżuri ta' appoġġ biex jiġi ffaċilitat id-djalogu soċjali u għal użu tal-FEMS biex jingħata kontribut għat-taħriġ ta' professjonisti kwalifikati fis-settur marittimu u tas-sajd. L-importanza tal-modernizzazzjoni tas-settur marittimu u tas-sajd u r-rwol tal-innovazzjoni f'dan ir-rigward jirrikjedu evalwazzjoni ġdida tal-allokazzjonijiet finanzjarji għat-taħriġ professjonali taħt il-FEMS.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tfakkar fl-Artikoli 25 u 27 tal-opinjoni 2017/2052 (INI) tal-Kumitat PECH, b'mod partikolari l-ħtieġa li l-fondi tal-FEMS jiġu ddedikati għat-taħriġ tal-ħaddiema kurrenti u futuri f'dawn is-setturi, mingħajr limitu ta' età, iżda bil-għan speċifiku li tittejjeb is-sostenibbiltà ekonomika u ambjentali tal-attivitajiet tas-sajd.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Premessa 35d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35d)  L-investiment fil-kapital uman huwa wkoll vitali sabiex jiżdiedu l-kompetittività u l-prestazzjoni ekonomika tas-sajd u tal-attivitajiet marittimi. Għalhekk, il-FEMS jenħtieġ li jappoġġa s-servizzi ta' konsulenza, il-kooperazzjoni bejn ix-xjenzati u s-sajjieda, it-taħriġ professjonali, it-tagħlim tul il-ħajja, u jenħtieġ li jistimola d-disseminazzjoni tal-għarfien, jgħin fit-titjib tal-prestazzjoni u l-kompetittività globali tal-operaturi u jippromwovi d-djalogu soċjali. B'rikonoxximent għar-rwol tagħhom fil-komunitajiet tas-sajd, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-konjuġi u s-sħab fil-ħajja ta' sajjieda li jaħdmu għal rashom jenħtieġ ukoll li jingħataw appoġġ għat-taħriġ professjonali, it-tagħlim tul il-ħajja u d-disseminazzjoni ta' għarfien, u, għan-netwerking li jikkontribwixxi għall-iżvilupp professjonali tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda terġa' ddaħħal il-premessa 31 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-15 ta' Mejju 2014 iddedikat għall-promozzjoni tal-kapital uman. Huwa estremament importanti, speċjalment għall-komunitajiet kostali dipendenti fuq l-attivitajiet tas-sajd, li jkunu jistgħu jippromwovu l-integrazzjoni ta' ħaddiema tas-sengħa ġodda.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  L-iżvilupp ta' ekonomija blu sostenibbli jiddependi ħafna mill-isħubijiet bejn partijiet ikkonċernati lokali li jikkontribwixxu għall-ħajja tal-komunitajiet u tal-ekonomiji kostali u interni. Jenħtieġ li l-FEMS jipprovdi l-għodod li jippromwovu dawn is-sħubiji. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jingħata appoġġ għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunitajiet (CLLD) b'ġestjoni kondiviża. Dak l-approċċ huwa mistenni li jagħti spinta lid-diversifikazzjoni ekonomika f'kuntesti lokali permezz tal-iżvilupp tas-sajd kostali u intern, tal-akkwakultura u ta' ekonomija blu sostenibbli. L-istrateġiji CLLD jenħtieġ li jiżguraw li l-komunitajiet lokali jisfruttaw aħjar u jibbenefikaw mill-opportunitajiet li toffri l-ekonomija blu sostenibbli billi jsaħħu r-riżorsi ambjentali, kulturali, soċjali u umani u jiksbu l-vantaġġi minnhom. Għalhekk, kull sħubija lokali jenħtieġ li tirrifletti l-fokus ewlieni tal-istrateġija tagħha billi tiżgura l-involviment bilanċjat u r-rappreżentanza mill-partijiet ikkonċernati kollha tal-ekonomija blu lokali sostenibbli.

(36)  L-iżvilupp ta' ekonomija blu sostenibbli jiddependi ħafna mis-sħubijiet bejn partijiet ikkonċernati lokali li jikkontribwixxu għall-ħajja u s-sostenibbiltà tal-popolazzjonijiet tal-komunitajiet u l-ekonomiji kostali, tal-gżejjer u dawk interni. Jenħtieġ li l-FEMS jipprovdi l-għodod li jippromwovu dawn is-sħubiji. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jingħata appoġġ għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunitajiet (CLLD) b'ġestjoni kondiviża. Dak l-approċċ huwa mistenni li jagħti spinta lid-diversifikazzjoni ekonomika f'kuntesti lokali permezz tal-iżvilupp tas-sajd kostali u intern, tal-akkwakultura u ta' ekonomija blu sostenibbli. L-istrateġiji CLLD jenħtieġ li jiżguraw li l-komunitajiet lokali jisfruttaw aħjar u jibbenefikaw mill-opportunitajiet li toffri l-ekonomija blu sostenibbli billi jsaħħu r-riżorsi ambjentali, kulturali, soċjali u umani u jiksbu l-vantaġġi minnhom. Għalhekk, kull sħubija lokali jenħtieġ li tirrifletti l-fokus ewlieni tal-istrateġija tagħha billi tiżgura l-involviment bilanċjat u r-rappreżentanza mill-partijiet ikkonċernati kollha tal-ekonomija blu lokali sostenibbli.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  B'ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-FEMS ikun jista' jappoġġa lill-ekonomija blu sostenibbli permezz tal-ġbir, tal-ġestjoni u tal-użu ta' data li ttejjeb l-għarfien dwar l-istat tal-ambjent tal-baħar. Dak l-appoġġ jenħtieġ li jkun immirat biex jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE, biex jappoġġa l-ippjanar spazjali marittimu u biex itejjeb il-kwalità tad-data u jżid it-tpartit tagħha permezz tan-netwerk Ewropew ta' Osservazzjoni u Data Marittima.

(37)  B'ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-EMFAF ikun jista' jappoġġa lil ekonomija blu sostenibbli li tiżviluppa fil-limiti ekoloġiċi permezz tal-ġbir, tal-ġestjoni u tal-użu ta' data li ttejjeb l-għarfien dwar l-istat tal-ambjent tal-baħar u tal-ilma ħelu u tar-riżorsi. Dak l-appoġġ jenħtieġ li jkun immirat biex jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE, biex jappoġġa l-ippjanar spazjali marittimu, is-sostenibbiltà tas-sajd u s-settur tal-akkwakultura u biex itejjeb il-kwalità tad-data u jżid it-tpartit tagħha permezz tan-netwerk Ewropew ta' Osservazzjoni u Data Marittima.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  B'ġestjoni diretta u indiretta, jenħtieġ li l-FEMS jiffoka fuq il-kundizzjonijiet abilitanti għal ekonomija blu sostenibbli permezz tal-promozzjoni tal-governanza u l-ġestjoni integrati tal-politika marittima, permezz tat-titjib tat-trasferiment u l-użu tar-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija fl-ekonomija blu sostenibbli, permezz tat-titjib tal-ħiliet marittimi, tal-litteriżmu fl-oċeani u tat-tpartit tad-data soċjoekonomika dwar l-ekonomija blu sostenibbli, permezz tal-promozzjoni ta' ekonomija blu sostenibbli reżiljenti għat-tibdil fil-klima u b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, u permezz tal-iżvilupp ta' riżerva ta' proġetti u ta' strumenti finanzjarji innovattivi. Jenħtieġ li jitqiesu s-sitwazzjonijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi rigward l-oqsma msemmijin hawn fuq.

(38)  B'ġestjoni diretta u indiretta, jenħtieġ li l-FEMS jiffoka fuq il-ħolqien ta' kundizzjonijiet għal ekonomija blu sostenibbli li tiżviluppa fil-limiti ekoloġiċi u li trawwem ambjent tal-baħar b'saħħtu permezz tal-promozzjoni tal-governanza u l-ġestjoni integrati tal-politika marittima, permezz tat-titjib tat-trasferiment u l-użu tar-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija fl-ekonomija blu sostenibbli, permezz tat-titjib tal-ħiliet marittimi, tal-litteriżmu tal-baħar u l-oċeani u tat-tpartit tad-data ambjentali u soċjoekonomika dwar l-ekonomija blu sostenibbli, permezz tal-promozzjoni ta' ekonomija blu sostenibbli reżiljenti għat-tibdil fil-klima u b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, u permezz tal-iżvilupp ta' riżerva ta' proġetti u ta' strumenti finanzjarji innovattivi. Jenħtieġ li titqies is-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 174 tat-TFUE rigward l-oqsma msemmijin hawn fuq.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  60 % tal-oċeani huma 'l barra mill-konfini tal-ġuriżdizzjonijiet nazzjonali. Dan ifisser responsabbiltà internazzjonali kondiviża. Il-maġġoranza tal-problemi li jiffaċċaw l-oċeani huma ta' natura transkonfinali, bħall-isfruttament żejjed, it-tibdil fil-klima, l-aċidifikazzjoni, it-tniġġis, u l-bijodiversità li qed tonqos, u għaldaqstant jeħtieġu reazzjoni kondiviża. Skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, li l-Unjoni tifforma Parti minnha skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE16, twaqqfu bosta drittijiet ġuriżdizzjonali, istituzzjonijiet u oqfsa speċifiċi biex jirregolaw u jikkontrollaw l-attività tal-bniedem fl-oċeani. F'dawn l-aħħar snin qed jidher li hemm kunsens globali dwar il-ħtieġa li l-ambjent tal-baħar u l-attivitajiet marittimi tal-bniedem jiġu ġestiti b'mod aktar effettiv biex ikunu indirizzati l-pressjonijiet li dejjem qed jiżdiedu fuq l-oċeani.

(39)  60 % tal-oċeani huma 'l barra mill-konfini tal-ġuriżdizzjonijiet nazzjonali. Dan ifisser responsabbiltà internazzjonali kondiviża. Il-maġġoranza tal-problemi li jiffaċċaw l-oċeani huma ta' natura transkonfinali, bħall-isfruttament żejjed, it-tibdil fil-klima, l-aċidifikazzjoni, it-tniġġis, l-ipprospettar taż-żejt jew it-tħaffir taħt l-ilma, li jwasslu għat-tnaqqis tal-bijodiversità, u għaldaqstant jeħtieġu reazzjoni kondiviża. Skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, li l-Unjoni tifforma Parti minnha skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE16, twaqqfu bosta drittijiet ġuriżdizzjonali, istituzzjonijiet u oqfsa speċifiċi biex jirregolaw u jikkontrollaw l-attività tal-bniedem fl-oċeani. F'dawn l-aħħar snin qed jidher li hemm kunsens globali dwar il-ħtieġa li l-ambjent tal-baħar u l-attivitajiet marittimi tal-bniedem jiġu ġestiti b'mod aktar effettiv biex ikunu indirizzati l-pressjonijiet li dejjem qed jiżdiedu fuq l-oċeani.

_________________

_________________

16 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-23 ta' Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta' Lulju 1994 li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1).

16 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-23 ta' Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta' Lulju 1994 li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1).

Emenda    65

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Fir-rwol tagħha ta' attur globali, l-Unjoni għandha l-impenn qawwi li tippromwovi l-governanza internazzjonali tal-oċeani bi qbil mal-Komunikazzjoni Konġunta lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta' Novembru 2016 bit-titolu "Il-Governanza Internazzjonali tal-Oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna"17. Il-politika dwar il-governanza tal-oċeani tal-Unjoni hija politika ġdida li tittratta l-oċeani b'mod integrat. Il-governanza internazzjonali tal-oċeani mhux biss hija essenzjali biex tinkiseb l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, u b'mod partikolari l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli Nru 14 ("Conserve and sustainably use the oceans, seas and marine resources for sustainable development"), iżda wkoll biex tiggarantixxi ibħra u oċeani li jkunu sikuri, indaf, u ġestiti b'mod sostenibbli, għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. L-Unjoni jrid jirnexxilha tara r-riżultati ta' dawk l-impenji internazzjonali u tkun mutur għall-governanza internazzjonali tal-oċeani mtejba fil-livelli bilaterali, reġjonali u multilaterali, anki fil-prevenzjoni, fl-iskoraġġiment u fl-eliminazzjoni tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, biex ittejjeb l-istruttura tal-governanza internazzjonali tal-oċeani, biex tnaqqas il-pressjonijiet fuq l-oċeani u fuq l-ibħra, biex toħloq il-kundizzjonijiet għal ekonomija blu sostenibbli, u biex issaħħaħ ir-riċerka u d-data internazzjonali dwar l-oċeani.

(40)  Fir-rwol tagħha ta' attur globali, l-Unjoni għandha l-impenn qawwi li tippromwovi l-governanza internazzjonali tal-oċeani bi qbil mal-Komunikazzjoni Konġunta lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta' Novembru 2016 bit-titolu "Il-Governanza Internazzjonali tal-Oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna"17. Il-politika dwar il-governanza tal-oċeani tal-Unjoni hija politika ġdida li tittratta l-oċeani b'mod integrat. Il-governanza internazzjonali tal-oċeani mhux biss hija essenzjali biex tinkiseb l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, u b'mod partikolari l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli Nru 14 ("Conserve and sustainably use the oceans, seas and marine resources for sustainable development"), iżda wkoll biex tiggarantixxi ibħra u oċeani li jkunu sikuri, indaf, u ġestiti b'mod sostenibbli, għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. L-Unjoni jrid jirnexxilha tara r-riżultati ta' dawk l-impenji internazzjonali u tkun mutur għat-titjib tal-governanza internazzjonali tal-oċeani u tkun fuq quddiem, fil-livelli bilaterali, reġjonali u multilaterali, anki fil-prevenzjoni, fl-iskoraġġiment u fl-eliminazzjoni tal-IUU u timminimizza l-impatt fuq l-ambjent tal-baħar, biex ittejjeb l-istruttura tal-governanza internazzjonali tal-oċeani, biex tnaqqas il-pressjonijiet fuq l-oċeani u fuq l-ibħra, biex toħloq il-kundizzjonijiet għal ekonomija blu sostenibbli li tiżviluppa fil-limiti ekoloġiċi, u biex issaħħaħ ir-riċerka u d-data internazzjonali dwar l-oċeani.

_________________

_________________

17 JOIN(2016) 49

17 JOIN(2016) 49

Emenda    66

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  B'ġestjoni kondiviża, kull Stat Membru jenħtieġ li jħejji programm wieħed li jrid jiġi approvati mill-Kummissjoni. Fil-kuntest tar-reġjonalizzazzjoni, u biex l-Istati Membri jitħeġġew isegwu metodu aktar strateġiku meta jkunu qegħdin iħejju l-programmi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa analiżi ta' kull baċir tal-baħar li tindika l-elementi tajbin u d-dgħufijiet komuni mill-perspettiva tal-ksib tal-għanijiet tal-PKS. Dik l-analiżi tkun tgħin kemm lill-Istati Membri, kif ukoll lill-Kummissjoni biex jinnegozjaw kull programm filwaqt li jitqiesu l-isfidi u l-bżonnijiet reġjonali. Meta tkun qed tivvaluta l-programmi, il-Kummissjoni trid tqis l-isfidi ambjentali u soċjoekonomiċi tal-PKS, il-prestazzjoni soċjoekonomika tal-ekonomija blu sostenibbli, l-isfidi fil-livell tal-baċiri tal-baħar, il-konservazzjoni u r-restawr tal-ekosistemi marini, it-tnaqqis tal-iskart fil-baħar u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-addattament għalih.

(43)  B'ġestjoni kondiviża, kull Stat Membru jenħtieġ li jħejji programm wieħed b'kollaborazzjoni mar-reġjuni kollha li jenħtieġ li jiġi approvat mill-Kummissjoni. Fil-kuntest tar-reġjonalizzazzjoni, u biex l-Istati Membri jitħeġġew isegwu metodu aktar strateġiku meta jkunu qegħdin iħejju l-programmi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa analiżi ta' kull baċir tal-baħar li tindika l-elementi tajbin u d-dgħufijiet komuni mill-perspettiva tal-ksib tal-għanijiet tal-PKS. Dik l-analiżi tkun tgħin kemm lill-Istati Membri, kif ukoll lill-Kummissjoni biex jinnegozjaw kull programm filwaqt li jitqiesu l-isfidi u l-bżonnijiet reġjonali. Meta tkun qed tivvaluta l-programmi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-isfidi ambjentali u soċjoekonomiċi tal-PKS, il-prestazzjoni soċjoekonomika ta' ekonomija blu sostenibbli li tiżviluppa fil-limiti ekoloġiċi, partikolarment fir-rigward tas-sajd kostali fuq skala żgħira, l-isfidi fil-livell tal-baċiri tal-baħar, il-konservazzjoni u l-ksib mill-ġdid tal-ekosistemi marini, it-tnaqqis u l-ġbir tal-iskart fil-baħar u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-mitigazzjoni tiegħu u l-adattament għalih.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Premessa 43a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(43a)  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri ta' ġestjoni fil-livell reġjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu skema ta' ġestjoni konġunta li tinvolvi l-Kunsilli Konsultattivi, l-organizzazzjonijiet tas-sajjieda u l-istituzzjonijiet/l-awtoritajiet kompetenti sabiex jissaħħaħ id-djalogu u l-impenn tal-partijiet.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Premessa 44a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44a)  Ġie rappurtat li l-proċedura tal-pagamenti taħt il-FEMS kurrenti kienet dgħajfa, peress li wara erba' snin ta' applikazzjoni intużaw biss 11 %. Dik il-proċedura jenħtieġ li tittejjeb ħalli l-pagamenti lill-benefiċjarji jiġu aċċelerati, speċjalment rigward individwi jew familji.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Premessa 46a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(46a)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi wkoll għodod adegwati biex tinforma lis-soċjetà dwar l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura u l-benefiċċji tal-konsum tal-ħut u tal-frott tal-baħar.

Ġustifikazzjoni

Id-diversifikazzjoni tal-konsum tal-ħut tnaqqas il-pressjoni tas-sajd fuq l-istokkijiet l-aktar popolari.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Skont ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni], ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9520, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9621 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193922, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, fosthom il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet, fosthom kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Skont ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni], kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kull parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. L-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li fil-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-FEMS, jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, bi qbil mar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni] u r-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].

(47)  Skont ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni], ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9520, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9621 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193922, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, fosthom il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jenħtieġ li jwettaq investigazzjonijiet, fosthom kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jenħtieġ li jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Skont ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni], kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kull parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li fil-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-FEMS, jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, bi qbil mar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni] u r-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].

_________________

_________________

19 Ir-Regolament (UE, EURATOM) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L 248, 18.09.2013, p. 1).

19 Ir-Regolament (UE, EURATOM) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L 248, 18.09.2013, p. 1).

20 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p.1) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 001 P. 340 - 343).

20 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p.1) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 001 P. 340 - 343).

21 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

21 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

22 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

22 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

23 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

23 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

Emenda    71

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  Biex tiżdied it-trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu tal-fondi tal-Unjoni u l-ġestjoni finanzjarja tajba tagħhom, b'mod partikolari biex ikun imsaħħaħ il-kontroll pubbliku tal-flus li jintużaw, jenħtieġ li ċerta informazzjoni dwar l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FEMS tiġi ppubblikata f'sit web tal-Istati Membri bi qbil mar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni]. Meta Stat Membru jippubblika l-informazzjoni dwar operazzjonijiet iffinanzjati mill-FEMS, iridu jiġu segwiti r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24.

(48)  Biex tiżdied it-trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu tal-fondi tal-Unjoni u l-ġestjoni finanzjarja tajba tagħhom, b'mod partikolari biex ikun imsaħħaħ il-kontroll pubbliku tal-flus li jintużaw, jenħtieġ li informazzjoni dwar l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FEMS tiġi ppubblikata f'sit web tal-Istati Membri bi qbil mar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni]. Meta Stat Membru jippubblika l-informazzjoni dwar operazzjonijiet iffinanzjati mill-FEMS, iridu jiġu segwiti r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24.

_________________

_________________

24 Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta'data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 04.05.2016, p. 1).

24 Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta'data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 04.05.2016, p. 1).

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "ambjent komuni għall-qsim tal-informazzjoni" (CISE) tfisser ambjent ta' sistemi żviluppati biex jappoġġaw l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet involuti fis-sorveljanza marittima, transsettorjali u transfruntiera, biex jittejjeb l-għarfien tagħhom tal-attivitajiet li jkunu qed isiru fuq il-baħar;

(2)  "ambjent komuni għall-qsim tal-informazzjoni" (CISE) tfisser ambjent ta' sistemi żviluppati biex jappoġġaw l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet involuti fis-sorveljanza marittima, transsettorjali u transfruntiera, biex jittejjeb l-għarfien tagħhom tal-attivitajiet li jitwettqu fuq il-baħar;

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "gwardja tal-kosta" tfisser l-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu l-ħidmiet ta' gwardja kostali, li jinkludu s-sikurezza marittima, is-sigurtà marittima, id-dwana marittima, il-prevenzjoni u t-trażżin tat-traffikar u tal-kuntrabandu, l-infurzar tal-liġi marittima konnessa ma' dawn, il-kontroll tal-fruntieri marittimi, is-sorveljanza marittima, il-ħarsien tal-ambjent tal-baħar, it-tiftix u s-salvataġġ, ir-rispons għall-inċidenti u għad-diżastri, il-kontroll tas-sajd u attivitajiet oħrajn b'rabta ma' dawk il-funzjonijiet;

(3)  "gwardja tal-kosta" tfisser l-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu l-ħidmiet ta' gwardja kostali, li jinkludu s-sikurezza marittima, is-sigurtà marittima, id-dwana marittima, il-prevenzjoni u t-trażżin tat-traffikar u tal-kuntrabandu, l-infurzar tal-liġi marittima konnessa ma' dawn, il-kontroll tal-fruntieri marittimi, is-sorveljanza marittima, il-ħarsien tal-ambjent tal-baħar, it-tiftix u s-salvataġġ, ir-rispons għall-inċidenti u għad-diżastri, il-kontroll tas-sajd, ispezzjonijiet u attivitajiet oħrajn b'rabta ma' dawk il-funzjonijiet;

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  "sajd rikreattiv" tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar għar-rikreazzjoni, it-turiżmu jew l-isport;

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  "settur tas-sajd rikreattiv" tfisser is-segmenti kollha tas-sajd rikreattiv u n-negozji u l-impjiegi li jiddependu minn dak is-sajd jew huma ġġenerati minnu;

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  "sajjied mingħajr dgħajsa" tfisser kwalunkwe persuna involuta f'attivitajiet ta' sajd kummerċjali mingħajr dgħajsa, kif rikonoxxuti mill-Istat Membru rilevanti;

Ġustifikazzjoni

Is-sitwazzjoni għas-sajjieda mingħajr dgħajsa ħafna drabi hija simili għas-sitwazzjoni tas-sajjieda kostali fuq skala żgħira. Huwa għalhekk li s-sajjieda mingħajr dgħajsa għandhom ikunu koperti wkoll mid-dispożizzjonijiet ta' appoġġ tal-FEMS.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  "l-investimenti produttivi fl-akkwakultura" tfisser l-investimenti fil-kostruzzjoni, fit-tkabbir, fil-modernizzazzjoni jew fit-tagħmir ta' faċilitajiet fejn issir il-produzzjoni tal-akkwakultura;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija konformi mat-tħassir tal-kelma "produttiv" fl-Artikolu 23(3).

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  "strateġija tal-baċiri tal-baħar" tfisser qafas integrat biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni marini u marittimi li jaffaċċaw l-Istati Membri, u fejn hu rilevanti xi pajjiżi terzi, f'baċir tal-baħar jew f'baċir ta' taħt il-baħar, u biex jiġu promossi l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni biex tinkiseb il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; tali strateġija tiġi żviluppata mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mal-pajjiżi kkonċernati, mar-reġjuni tagħhom u ma' partijiet ikkonċernati oħrajn skont il-każ;

(13)  "strateġija tal-baċiri tal-baħar" tfisser qafas integrat biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni marini u marittimi li jaffaċċaw l-Istati Membri, u fejn hu rilevanti xi pajjiżi terzi, f'baċir speċifiku tal-baħar jew f'baċir speċifiku jew baċiri speċifiċi ta' taħt il-baħar, u biex jiġu promossi l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni biex tinkiseb il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; tali strateġija tiġi żviluppata mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-pajjiżi terzi kkonċernati, mar-reġjuni tagħhom u ma' partijiet ikkonċernati oħrajn skont il-każ;

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  "sajd kostali artiġjanali" tfisser sajd imwettaq minn bastimenti tas-sajd b'tul globali ta' inqas minn 12-il metru u li ma jużawx tagħmir irmunkat tas-sajd kif elenkat fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/200626;

(14)  "sajd kostali artiġjanali" tfisser sajd imwettaq minn bastimenti tas-sajd b'tul globali ta' inqas minn 12-il metru u li ma jużawx tagħmir irmunkat tas-sajd kif elenkat fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/200626, is-sajd mingħajr dgħajsa jew il-ġbir tal-krustaċji u l-molluski;

 

_________________

26 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).

26 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jiġi ddikjarat b'mod espliċitu li s-sajd mingħajr dgħajsa huwa inkluż fis-settur tas-sajd kostali fuq skala żgħira. Fil-perjodu 2014-2020 tal-FEMS is-servizzi tal-Kummissjoni wieġbu għal konsultazzjoni dwar l-interpretazzjoni tad-definizzjoni tas-sajd kostali fuq skala żgħira li s-sajd mingħajr dgħajsa u l-ġbir tal-krustaċji u l-molluski huwa inkluż fis-sajd kostali fuq skala żgħira.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  "flotta fuq skala żgħira minn reġjuni ultraperiferiċi" tfisser flotta fuq skala żgħira li topera fir-reġjuni ultraperiferiċi kif definit f'kull programm operazzjonali nazzjonali;

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  "ekonomija blu sostenibbli" tfisser l-attivitajiet ekonomiċi settorjali u transsettorjali kollha madwar is-suq uniku kollu, li għandhom rabta mal-oċeani, mal-ibħra, mal-kosti u mal-ilmijiet interni, li jkopru r-reġjuni ultraperifiċi u l-pajjiżi interni tal-Unjoni, u jinkludu s-setturi li qegħdin jiżviluppaw u prodotti u servizzi mhux tas-suq u li huma konsistenti mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni.

(15)  "ekonomija blu sostenibbli" tfisser l-attivitajiet ekonomiċi settorjali u transsettorjali kollha madwar is-suq uniku kollu li għandhom rabta mal-oċeani, mal-ibħra, mal-kosti u mal-ilmijiet interni, li jkopru r-reġjuni insulari u ultraperifiċi u l-pajjiżi interni tal-Unjoni, u jinkludu s-setturi li qegħdin jiżviluppaw u prodotti u servizzi mhux tas-suq li għandhom l-għan li jiżguraw il-benesseri soċjali u ekonomiku għall-ġenerazzjonijiet tal-lum u tal-ġejjieni filwaqt li jżommu u jirrestawraw ekosistemi tal-baħar sani u jipproteġu r-riżorsi naturali vulnerabbli u li huma konsistenti mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni;

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  "ġestjoni konġunta" tfisser ftehim ta' sħubija li fih il-gvern, il-komunità ta' utenti ta' riżorsi lokali (is-sajjieda), l-aġenti esterni (organizzazzjonijiet mhux governattivi, istituzzjonijiet ta' riċerka), u xi kultant partijiet ikkonċernati tas-sajd u tar-riżorsi kostali oħra (sidien tad-dgħajjes, negozjanti tal-ħut, aġenziji tal-kreditu jew mutwanti tal-flus, l-industrija tat-turiżmu, eċċ.) jaqsmu r-responsabbiltà u l-awtorità għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tas-sajd;

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni tal-FAO mill-portal tal-FAO dwar it-termini http://www.fao.org/faoterm/en/

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 15b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b)  "inċident ambjentali" tfisser fenomenu aċċidentali ta' oriġini naturali jew umana li jirriżulta fid-degradazzjoni tal-ambjent.

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett ta' inċident ambjentali użat fl-Artikolu 18.1.d mhuwiex definit u għandu jiġi definit fl-interessi taċ-ċertezza legali.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  it-trawwim tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(1)  iIt-trawwim tas-sajd sostenibbli;

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  It-trawwim ta' akkwakultura sostenibbli;

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta' swieq u akkwakultura kompetittivi u sostenibbli;

(2)  il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta' sajd u swieq tal-akkwakultura u setturi tal-ipproċessar kompetittivi u sostenibbli;

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  il-promozzjoni tat-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta' komunitajiet kostali li jiffjorixxu;

(3)  l-abilitazzjoni tat-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli, filwaqt li titqies il-kapaċità ekoloġika massima, u t-trawwim tal-prosperità u l-koeżjoni ekonomika u soċjali fil-komunitajiet kostali, insulari u interni;

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-appoġġ fil-kuntest tal-FEMS għandu jikkontribwixxi biex jinkisbu l-għanijiet ambjentali tal-Unjoni, u dawk ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u tal-addattament għalih. Din il-kontribuzzjoni għandha tiġi rintraċċata skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness IV.

L-appoġġ fil-kuntest tal-FEMS għandu jikkontribwixxi wkoll biex jinkisbu l-għanijiet ambjentali tal-Unjoni, u dawk ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u tal-addattament għalih. Din il-kontribuzzjoni għandha tiġi rintraċċata skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness IV.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Ir-Reġjuni Ultraperiferiċi

 

Id-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament iridu jqisu r-restrizzjonijiet speċifiċi rikonoxxuti fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-FEMS għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 6 140 000 000 bil-prezzijiet attwali.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-FEMS għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jiżdied għal EUR 6 867 000 600 bi prezzijiet kostanti tal-2018 (jiġifieri EUR 7 739 000 000 bi prezzijiet tal-lum).

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-parti tal-pakkett finanzjarju taħt ġestjoni kondiviża kif speċifikat fit-Titolu II għandha tkun ta' EUR 5 311 000 000 bi prezzijiet tal-lum skont it-tqassim annwali stabbilit fl-Anness V.

1.  Il-parti tal-pakkett finanzjarju taħt ġestjoni kondiviża kif speċifikat fit-Titolu II għandha tkun 87 % tal-pakkett finanzjarju tal-FEMS [EUR xxx] bi prezzijiet tal-lum skont it-tqassim annwali stabbilit fl-Anness V.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-operazzjonijiet fir-reġjuni ultraperifiċi, kull Stat Membru kkonċernat, fl-appoġġ finanzjarju tiegħu mill-Unjoni stabbilit fl-Anness V, għandu jalloka mill-inqas:

imħassar

(a)  EUR 102 000 000 għall-Azores u l-Madejra;

 

(b)  EUR 82 000 000 għall-Gżejjer Kanarji;

 

(c)  EUR 131 000 000 għal Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique, Mayotte, Réunion u Saint-Martin.

 

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-kumpens imsemmi fl-Artikolu 21 ma għandux jaqbeż il-50% ta' kull waħda mill-allokazzjonijiet imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2.

imħassar

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Mill-inqas 15% tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni allokat lil kull Stat Membru għandu jiġi allokat għall-oqsma ta' appoġġ imsemmija fl-Artikoli 19 u 20. L-Istati Membri li ma għanhomx aċċess għall-ilmijiet tal-Unjoni jistgħu japplikaw perċentwal iżjed baxx għad-daqs tal-ħidmiet tagħhom ta' kontroll u ġbir tad-data.

4.  Mill-inqas 15 % tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni allokat lil kull Stat Membru għandu jiġi allokat għall-oqsma ta' appoġġ imsemmija fl-Artikoli 19 u 20. L-Istati Membri li ma għanhomx aċċess għall-ilmijiet tal-Unjoni jistgħu japplikaw perċentwal iżjed baxx għad-daqs tal-ħidmiet tagħhom ta' kontroll u ġbir tad-data. Fejn l-allokazzjonijiet għall-kontroll u l-ġbir tad-data skont l-Artikoli 19 u 20 ta' dan ir-Regolament ma jintużawx, l-Istat Membru kkonċernat jista' jittrasferixxi l-ammonti korrispondenti li għandhom jintużaw taħt ġestjoni diretta għall-finijiet ta' żvilupp u implimentazzjoni, mill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, ta' sistema ta' kontroll tas-sajd tal-Unjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 40 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Tal-anqas 10% tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni allokat lil kull Stat Membru għandu jiġi allokat għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar u tal-kosta għall-għarfien marin (l-Artikoli 22 u 27).

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.  Tal-anqas 10 % tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni allokat lil kull Stat Membru għandu jiġi allokat għat-titjib tas-sikurezza, tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien tal-ekwipaġġi, tat-taħriġ, tad-djalogu soċjali, tal-ħiliet u tal-impjiegi. Madankollu, l-appoġġ finanzjarju mill-FEMS allokat għal kull Stat Membru għal kull investiment abbord ma għandux jaqbeż 60 % tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni allokat għal kull Stat Membru.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  10% tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni allokat lil kull Stat Membru.

(b)  15 % tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni allokat lil kull Stat Membru.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-parti tal-pakkett finanzjarju taħt ġestjoni diretta u ġestjoni indiretta, kif speċifikat fit-Titolu III għandha tkun ta' EUR 829 000 000 bil-prezzijiet tal-lum.

1.  Il-parti tal-pakkett finanzjarju taħt ġestjoni diretta u ġestjoni indiretta, kif speċifikat fit-Titolu III, għandha tkun 13 % tal-pakkett finanzjarju tal-FEMS [EUR xxx] bi prezzijiet tal-lum.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bi qbil mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], kull Stat Membru għandu jħejji programm wieħed biex jimplimenta l-prijoritajiet imsemmija fl-Artikolu 4.

1.  Bi qbil mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], kull Stat Membru għandu jħejji programm nazzjonali uniku jew programmi operattivi reġjonali biex jimplimenta l-prijoritajiet imsemmija fl-Artikolu 4.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fejn japplika, il-pjanijiet ta' azzjoni għar-reġjuni ultraperiferiċi msemmijin fil-paragrafu 4.

(c)  fejn japplika, il-pjanijiet ta' azzjoni għar-reġjuni ultraperiferiċi msemmijin fl-Artikolu 29c.

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għad-dispożizzjoni rilevanti trid tiġi adattata.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  fejn xieraq, pjanijiet ta' azzjoni għall-baċini tal-baħar għall-awtoritajiet subnazzjonali jew reġjonali responsabbli għas-sajd, il-krustaċji u l-molluski u l-affarijiet marittimi.

Ġustifikazzjoni

It-tfassil ta' strateġiji u miżuri fil-livell tal-baċir marittimu tista' tirrikjedi, fil-każ ta' baċini kondiviżi bejn Stati Membri, sforz ta' ppjanar u kunsens ma' reġjuni u pajjiżi oħra għal formulazzjoni armonizzata ta' objettivi, miżuri u riżorsi finanzjarji. Eżempju ta' dan huwa l-każ tal-Andalusija, li ż-żoni kostali tagħha jħaddnu l-baċir tal-Mediterran, il-baċir tal-Atlantiku tan-Nofsinhar u żona b'karatteristiċi proprji – l-Istrett ta' Ġibiltà – kull żona kkaratterizzata minn sitwazzjonijiet differenti.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Bħala parti mill-programm tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati għandhom iħejju pjan ta' azzjoni għal kull wieħed mir-reġjuni ultraperifiċi tagħhom imsemmijin fl-Artikolu 6(2), li għandhom jistabbilixxu:

imħassar

(a) strateġija għall-isfruttament sostenibbli tas-sajd u għall-iżvilupp ta' setturi sostenibbli tal-ekonomija blu;

 

(b) deskrizzjoni tal-azzjonijiet ewlenin previsti u l-mezzi finanzjarji li jikkorrispondu għalihom, fosthom:

 

i  l-appoġġ strutturali għas-settur tas-sajd u l-akkwakultura skont it-Titolu II;

 

ii  il-kumpens għall-ispejjeż addizzjonali msemmija fl-Artikolu 21;

 

iii  kwalunkwe investiment ieħor fl-ekonomija blu sostenibbli meħtieġ għall-kisba ta' żvilupp kostali sostenibbli.

 

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa analiżi ta' kull baċir tal-baħar li tindika l-elementi tajbin u d-dgħufijiet komuni tal-baċir tal-baħar f'dak li għandu x'jaqsam mal-kisba tal-għanijiet tal-PKS, kif imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Fejn ikun rilevanti, din l-analiżi għandha tqis l-istrateġiji makroreġjonali u dwar il-baċiri tal-baħar eżistenti.

5.  Il-Kummissjoni, wara li tikseb l-opinjonijiet tal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti, għandha tiżviluppa analiżi ta' kull baċir tal-baħar li tindika l-elementi tajbin u d-dgħufijiet komuni tal-baċir tal-baħar f'dak li għandu x'jaqsam mal-ilħiq tal-għanijiet tal-PKS, kif imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u mal-ilħiq ta' status ambjentali tajjeb, kif imsemmi fid-Direttiva 2008/56/KE. Din l-analiżi għandha tqis l-istrateġiji makroreġjonali u dwar il-baċiri tal-baħar eżistenti.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  fejn applikabbli, il-ħtieġa li l-flotot jiġu mmodernizzati jew imġedda;

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  il-kontroll ta' speċijiet invażivi li jikkawżaw ħsara konsiderevoli għall-produttività tas-sajd;

Ġustifikazzjoni

Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2018 dwar "Lejn settur Ewropew tal-akkwakultura sostenibbli u kompetittiv: is-sitwazzjoni attwali u l-isfidi futuri"

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  appoġġ għar-riċerka u għall-użu ta' rkaptu tas-sajd innovattiv u selettiv madwar l-Unjoni, inkluż, iżda mhux esklużivament, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-evidenza l-aktar riċenti dwar il-prestazzjoni soċjoekonomika tal-ekonomija blu sostenibbli, u b'mod partikolari tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura;

(e)  l-evidenza l-aktar riċenti dwar il-bilanċ bejn il-prijoritajiet ambjentali u l-prestazzjoni soċjoekonomika tal-ekonomija blu sostenibbli, u b'mod partikolari tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura;

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  il-kontribut tal-programm għall-konservazzjoni u r-restawr tal-ekosistemi tal-baħar, filwaqt li l-appoġġ b'rabta man-Natura 2000 għandu jkun skont l-oqfsa ta' azzjoni prijoritarizzati stabbiliti skont l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 92/43/KEE;

(g)  il-kontribut tal-programm għall-ksib ta' bilanċ bejn il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi u soċjali u l-konservazzjoni u r-restawr tal-ekosistemi tal-baħar tal-ilma ħelu;

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  il-kontribut tal-programm għat-tnaqqis tal-iskart fil-baħar, bi qbil mad-Direttiva xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [id-Direttiva dwar it-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent]27;

(h)  il-kontribut tal-programm għall-ġbir u għat-tnaqqis tal-iskart fil-baħar, bi qbil mad-Direttiva xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [id-Direttiva dwar it-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent]27;

_________________

_________________

27 ĠU C […], […], p. […].

27 ĠU C […], […], p. […].

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  il-kontribut tal-programm għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih.

(i)  il-kontribut tal-programm għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, inkluż bi tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 permezz tal-iffrankar tal-fjuwil.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)  il-kontribut tal-programm għall-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU).

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull applikazzjoniji li titressaq minn benefiċjarju għall-appoġġ mill-FEMS għandha tkun inammissibbli għall-perjodu ta' żmien identifikat stabbilit skont il-paragrafu 4, jekk ikun ġie ddeterminat mill-awtorità kompetenti li l-operatur ikkonċernat:

1.  Kull applikazzjoniji li titressaq minn applikant għall-appoġġ mill-FEMS għandha tkun inammissibbli għall-perjodu ta' żmien identifikat stabbilit skont il-paragrafu 4, jekk ikun ġie ddeterminat mill-awtorità kompetenti li l-applikant ikkonċernat:

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikun għamel ksur serju skont l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/200828 jew l-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 jew skont xi leġiżlazzjoni oħra adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill;

(a)  ikun għamel ksur serju skont l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/200828 jew l-Artikolu 90 tar-Regolament dwar il-Kontroll jew skont xi leġiżlazzjoni oħra adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-PKS;

__________________

__________________

28 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).

28 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  wettaq xi reat(i) ambjentali stabbilit(i) fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29, fejn issir applikazzjoni għall-appoġġ skont l-Artikolu 23.

(c)  wettaq kwalunkwe wieħed mir-reati ambjentali stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29.

__________________

__________________

29 Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 06.12.2008, p. 28).

29 Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 06.12.2008, p. 28).

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Wara li jippreżenta l-applikazzjoni, il-benefiċjarju għandu jibqa' jikkonforma mal-kundizzjonijiet ta' ammissibbiltà għall-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 matul il-perjodu kollu tal-implimentazzjoni tal-operazzjoni u għal perjodu ta' ħames snin wara li jkun sar l-aħħar pagament lill-benefiċjarju.

2.  Wara li jippreżenta l-applikazzjoni, il-benefiċjarju għandu jibqa' jikkonforma mal-kundizzjonijiet ta' ammissibbiltà għall-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 matul il-perjodu kollu tal-implimentazzjoni tal-operazzjoni u għal perjodu ta' sentejn wara li jkun sar il-pagament finali lill-benefiċjarju.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  kwalunkwe kundizzjoni li biha titnaqqas id-durata tal-perjodu ta' ineliġibbiltà;

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)  id-definizzjoni tal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati wara l-preżentazzjoni tat-talba msemmija fil-paragrafu 2 u l-arranġamenti għall-irkupru tal-għajnuna mogħtija fil-każ ta' nuqqas ta' konformità, li għandhom jiġu skalati skont il-gravità tal-ksur imwettaq;

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-perjodu ta' inammissibbiltà wkoll għal applikazzjonijiet imressqa minn sajjieda f'ilmijiet interni li jkunu wettqu ksur serju kif definit mir-regoli nazzjonali.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Operazzjonijiet eliġibbli

 

Varjetà ta' operazzjonijiet identifikati mill-Istati Membri fil-programmi tagħhom jistgħu jiġu appoġġati mill-FEMS, dment li jkunu koperti minn waħda jew aktar mill-prijoritajiet identifikati f'dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Għal ċarezza u ċertezza legali għall-operaturi u l-Istati Membri, il-prinċipju li "dak li mhuwiex ipprojbit huwa permess" irid jissemma b'mod espliċitu fit-test tar-Regolament.

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  operazzjonijiet li jżidu l-kapaċità tas-sajd ta' bastiment jew li jsostnu l-akkwist ta' tagħmir li jżid il-kapaċità tal-bastiment biex isib il-ħut;

(a)  operazzjonijiet li jżidu l-kapaċità tas-sajd ta' bastiment tas-sajd jew jsostnu l-akkwist ta' tagħmir li jżid il-kapaċità tal-bastiment biex isib il-ħut, ħlief għall-iskop tat-titjib tas-sikurezza jew tal-kundizzjonijiet tax-xogħol jew tal-għajxien tal-ekwipaġġ li jinkludu korrezzjonijiet għall-istabbiltà tal-bastiment, jew għall-kwalità tal-prodott, dment li ż-żieda tkun fil-limiti allokati lill-Istat Membru kkonċernat, mingħajr ma jiġi pperikolat il-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli u mingħajr ma tiżdied il-kapaċità tal-bastiment tas-sajd ikkonċernat biex jaqbad il-ħut;

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  it-trasferiment tas-sjieda ta' negozju;

(f)  it-trasferiment tas-sjieda ta' negozju, ħlief it-trasferiment ta' impriża lil sajjieda żgħażagħ jew produtturi żgħażagħ tal-akkwakultura;

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  ir-ripopolazzjoni diretta, dment li dan ma jkunx previst b'mod espliċitu bħala miżura ta' konservazzjoni minn att legali tal-Unjoni jew fil-każ ta' ripopolazzjoni sperimentali;

(g)  ir-ripopolazzjoni diretta, dment li din ma tkunx prevista b'mod espliċitu bħala miżura ta' konservazzjoni minn att legali tal-Unjoni jew ta' ripopolazzjoni assoċjata ma' proċessi maħsuba biex itejbu l-kundizzjonijiet ambjentali u ta' produzzjoni tal-ambjent naturali;

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  il-kostruzzjoni ta' portijiet ġodda, ta' siti ta' żbark ġodda jew ta' swali tal-irkant ġodda;

(h)  il-kostruzzjoni ta' portijiet ġodda jew ta' siti ta' żbark ġodda ħlief għal portijiet żgħar u siti ta' żbark f'żoni remoti, b'mod partikolari fir-reġjuni ultraperiferiċi, fuq gżejjer remoti u f'żoni kostali periferiċi u mhux urbani;

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  mekkaniżmi ta' intervent fis-suq li l-għan tagħhom ikun li jirtiraw il-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura mis-suq b'mod temporanju jew permanenti biex tonqos il-provvista ħalli ma jinżilx il-prezz jew biex jogħla l-prezz; u bi tkomplija ma' dan, operazzjonijiet ta' ħżin f'katina loġistika li toħloq l-istess effetti, kemm jekk dan ikun intenzjonat, kif ukoll jekk ma jkunx;

(i)  mekkaniżmi ta' intervent fis-suq li l-għan tagħhom ikun li jirtiraw il-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura mis-suq b'mod temporanju jew permanenti biex tonqos il-provvista ħalli ma jinżilx il-prezz jew biex jogħla l-prezz;

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  l-investiment abbord bastimenti tas-sajd li jkunu meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali, inklużi r-rekwiżiti skont l-obbligi tal-Unjoni fil-kuntest tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd;

(j)  ħlief fejn dan ir-Regolament jipprevedi mod ieħor, l-investimenti abbord bastimenti tas-sajd li jkunu meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali, inklużi r-rekwiżiti skont l-obbligi tal-Unjoni fil-kuntest tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, sakemm dawk l-investimenti ma jwasslux għal kostijiet sproporzjonati għall-operaturi;

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  l-investiment abbord il-bastimenti tas-sajd li jkunu ilhom iwettqu attivitajiet tas-sajd fil-baħar għal inqas minn 60 jum kull sena matul l-aħħar sentejn kalendarji ta' qabel id-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ.

imħassar

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt ka (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ka)  is-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni tal-magna ewlenija jew awżiljarja ta' bastiment tas-sajd jekk dan jirriżulta f'żieda fil-qawwa f'Kw;

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt kb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(kb)  il-produzzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati fejn tali produzzjoni tista' taffettwa ħażin l-ambjent naturali.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Titolu 2 – kapitolu 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Prijorità 1 It-trawwim tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar

Prijorità 1 it-trawwim tas-sajd sostenibbli, il-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-istabbiltà soċjoekonomika;

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-appoġġ skont dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali, ekonomiċi, soċjali u tal-impjieg tal-PKS, kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

1.  L-appoġġ skont dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali, ekonomiċi, soċjali u tal-impjieg tal-PKS, kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u jrawwem id-djalogu soċjali bejn il-partijiet.

Ġustifikazzjoni

L-introduzzjoni mill-ġdid ta' miżuri biex jitrawwem id-djalogu soċjali titqies essenzjali għaż-żamma ta' relazzjonijiet bejn il-partijiet u għat-trawwim tal-aħjar kundizzjonijiet tax-xogħol abbord u fuq l-art, inkluż permezz ta' taħriġ u inċentivi li promwovu prattiki tajbin.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bħala parti mill-programm tagħhom, l-Istati Membri għandhom iħejju pjan ta' azzjoni għas-sajd kostali artiġjanali li għandu jistabbilixxi l-istrateġija għall-iżvilupp ta' sajd kostali artiġjanali sostenibbli u li jrendi l-profitti. Din l-istrateġija għandha titfassal mat-taqsimiet li ġejjin, fejn ikun japplika:

1.  Bħala parti mill-programm tagħhom, u b'kollaborazzjoni xierqa mas-setturi rilevanti, l-Istati Membri għandhom iħejju pjan ta' azzjoni speċifiku għas-sajd kostali artiġjanali, li għandu jistabbilixxi l-istrateġija għall-iżvilupp ta' sajd kostali artiġjanali sostenibbli u li jrendi l-profitti. Din l-istrateġija għandha titfassal mat-taqsimiet li ġejjin, fejn ikun japplika:

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-promozzjoni tal-ħiliet, tal-għarfien, tal-innovazzjoni u tal-bini ta' kapaċità;

(d)  il-promozzjoni tal-ħiliet, tal-għarfien, tal-innovazzjoni u tal-bini ta' kapaċità, b'mod partikolari għas-sajjieda żgħażagħ;

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  it-titjib tal-kundizzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza u tax-xogħol abbord il-bastimenti tas-sajd;

(e)  it-titjib tal-kundizzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza u tax-xogħol abbord il-bastimenti tas-sajd, fis-sajd mingħajr dgħajsa u fil-ġbir tal-krustaċji u l-molluski, kif ukoll fuq l-art f'attivitajiet direttament relatati mas-sajd;

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Sabiex iħaffu l-piż amministrattiv fuq l-operaturi li japplikaw għall-għajnuna, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jintroduċu formola ta' applikazzjoni tal-Unjoni unika u ssimplifikata għall-miżuri tal-FEMS.

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-ewwel akkwist ta' bastiment tas-sajd minn sajjied żagħżugħ li, meta jressaq l-applikazzjoni jkun għadu ma għalaqx l-40 sena u li jkun ilu jaħdem ta' sajjied għal mill-inqas ħames snin jew ikun kiseb kwalifika professjonali xierqa;

(a)  l-ewwel akkwist ta' bastiment tas-sajd minn sajjied żagħżugħ li, meta jressaq l-applikazzjoni, ikollu esperjenza adegwata bħala sajjied, ikun rikonoxxut uffiċjalment mill-Istat Membru kkonċernat, jew ikun kiseb kwalifika vokazzjonali adegwata, inkluż meta s-sajjied jikseb il-proprjetà bħala l-azzjonist maġġoritarju f'kumpanija;

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  il-faċilitazzjoni tal-aċċess għall-kreditu, għal strumenti tal-assigurazzjoni u għal dawk finanzjarji;

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-bastimenti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mgħammra għas-sajd fuq il-baħar u jkollhom bejn ħames snin u 30 sena.

imħassar

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-FEMS jista' jappoġġa l-investimenti msemmija fil-paragrafu 1(ba) f'bastimenti sostenibbli, indipendentement mit-tul tagħhom, fejn il-fondi jkunu disponibbli, sakemm l-operaturi kostali fuq skala żgħira jingħataw prijorità fil-proċess tal-għażla.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Jekk l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jingħata bħala kumpens għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd, għandhom ikunu rispettati l-kundizzjonijet li ġejjin:

2.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jingħata bħala kumpens għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd, dment li jiġu rispettati l-kundizzjonijet li ġejjin:

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  il-waqfien iwassal għal tnaqqis permanenti fil-kapaċità tas-sajd peress li l-appoġġ li jingħata ma jiġix investit mill-ġdid fil-flotta;

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-bastiment tas-sajd huwa rreġistrat bħala attiv u wettaq attivitajiet tas-sajd fuq il-baħar għal mill-inqas 120 ġurnata kull sena matul l-aħħar tliet snin kalendarji ta' qabel id-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ;

(c)  il-bastiment tas-sajd huwa rreġistrat bħala attiv u wettaq attivitajiet tas-sajd fuq il-baħar għal mill-inqas 90 ġurnata kull sena matul l-aħħar sentejn kalendarji ta' qabel is-sena li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ;

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-kapaċità tas-sajd ekwivalenti titħassar b'mod permanenti mir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni, u jiġu rtirati b'mod permanenti l-liċenzji l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, b'konformità mal-Artikolu 22(5) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; kif ukoll

(d)  il-kapaċità tas-sajd ekwivalenti titħassar b'mod permanenti mir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni, u jiġu rtirati b'mod permanenti l-liċenzji l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, b'konformità mal-Artikolu 22(5) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Is-sajjieda, inklużi dawk li jkunu sidien ta' bastimenti tas-sajd u membri tal-ekwipaġġ, li jkunu ħadmu fuq il-baħar għal tal-anqas 90 ġurnata fis-sena matul l-aħħar sentejn kalendarji qabel id-data tat-tressiq tal-applikazzjoni għal-appoġġ, abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni kkonċernat mill-waqfien permanenti, jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1. Is-sajjieda kkonċernati għandhom itemmu kompletament kull attività tas-sajd. Il-benfiċjarju għandu jipprovdi evidenza tal-waqfien totali mill-attivitajiet tas-sajd lill-awtorità kompetenti. Is-sajjied għandu jagħmel rifużjoni fuq bażi pro rata temporis meta jerġa' lura għal attività tas-sajd f'perjodu ta' inqas minn sentejn mid-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-appoġġ għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi implimentat b'finanzjament li ma jkunx marbut ma' spejjeż, bi qbil mal-Artikoli 46(a) u 89 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], u għandu jkun ibbażat fuq:

L-appoġġ għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi implimentat b'finanzjament li ma jkunx marbut ma' spejjeż, bi qbil mal-Artikoli 46(a) u 89 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], u għandu jkun ibbażat fuq l-issodisfar tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li jiġu ssodisfati kundizzjonijiet, bi qbil mal-Artikolu 46(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni]; kif ukoll

imħassar

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-ksib ta' riżultati, bi qbil mal-Artikolu 46(a)(ii) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].

imħassar

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat li tadotta l-atti delegati, bi qbil mal-Artikolu 52, li jistipulaw il-kundizzjonijiet imsemmijin fil-punt (a), li għandu jkollhom rabta mal-implimentazzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

imħassar

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Waqfien straordinarju mill-attivitajiet tas-sajd

Waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-FEMS jista' jappoġġa kumpens għall-waqfien straordinarju mill-attivitajiet tas-sajd minħabba:

1.  Il-FEMS jista' jappoġġa kumpens għall-waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd ikkawżat minn:

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  miżura ta' konservazzjoni, kif imsemmi fil-punti (a), (b), (c) u (j) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jew miżuri ta' konservazzjoni ekwivalenti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, fejn japplika għall-Unjoni;

(a)  miżura ta' konservazzjoni, kif imsemmi fil-punti (a), (b), (c), (i) u (j) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, inklużi perjodi ta' rkupru bijoloġiku u esklużi TACs u kwoti, jew miżuri ta' konservazzjoni ekwivalenti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, fejn dan japplika għall-Unjoni;

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Miżuri tal-Kummissjoni f'każ ta' theddida serja għar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar kif imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)  Miżuri ta' emerġenza tal-Kummissjoni jew tal-Istati Membri f'każ ta' theddida serja għar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar kif imsemmi fl-Artikoli 12 u 13 rispettivament tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-interruzzjoni tal-applikazzjoni ta' xi ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli jew xi protokoll tiegħu minħabba forza maġġuri; or

(c)  l-interruzzjoni tal-applikazzjoni jew in-nuqqas ta' tiġdid ta' xi ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli jew xi protokoll tiegħu minħabba forza maġġuri; jew

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  diżastri naturali jew inċidenti ambjentali kif rikonoxxuti formalment mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru rilevanti.

(d)  diżastri naturali, inċidenti ambjentali, inklużi episodji ta' għeluq għal raġunijiet tas-saħħa jew mortalità mhux normali ta' riżorsi tas-sajd, inċidenti fuq il-baħar waqt attivitajiet tas-sajd u avvenimenti klimatiċi avversi, inkluż kundizzjonijiet tat-temp mhux sikuri fit-tul fuq il-baħar li jolqtu ċertu tip ta' sajd, kif rikonoxxuti formalment mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru rilevanti.

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Is-sospensjoni staġonali rikorrenti tas-sajd ma għandhiex titqies għall-għoti ta' kumpens jew ta' ħlas skont dan l-Artikolu.

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-attivitajiet kummerċjali tal-bastiment ikkonċernat jitwaqqfu għal mill-inqas 90 jum konsekuttiv; kif ukoll

(a)  l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat jitwaqqfu għal mill-inqas 30 jum konsekuttiv;

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-telf ekonomiku, li jirriżulta mis-sospensjoni tar-rakkolta, jammonta għal aktar minn 30 % tal-fatturat annwali tan-negozju kkonċernat, ikkalkolat fuq il-bażi tal-fatturat medju tan-negozju matul it-tliet snin preċedenti.

imħassar

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  sidien ta' bastimenti tas-sajd li jkunu rreġistrati bħala attivi u li jkunu wettqu attivitajiet tas-sajd fuq il-baħar għal mill-inqas 120 jum matul it-tliet snin kalendarji qabel id-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ; jew

(a)  sidien ta' bastimenti tas-sajd jew sajjieda mingħajr dgħajsa li jkunu rreġistrati bħala attivi u li jkunu wettqu attivitajiet tas-sajd fuq il-baħar għal mill-inqas 120 jum l-aħħar sentejn kalendarji qabel is-sena li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ; jew

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  sajjieda li jkunu ħadmu fuq il-baħar għal mill-inqas 120 jum matul it-tliet snin kalendarji qabel id-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni kkonċernat mill-waqfien straordinarju.

(b)  sajjieda li jkunu ħadmu fuq il-baħar għal mill-inqas 120 jum matul l-aħħar sentejn kalendarji qabel is-sena li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni kkonċernat mill-waqfien temporanju.

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-attivitajiet tas-sajd kollha li jwettqu l-bastiment tas-sajd u s-sajjieda kkonċernati għandhom ikunu sospiżi b'mod effettiv waqt il-perjodu kkonċernat tal-waqfien. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-bastiment ikkonċernat waqqaf kull attività tas-sajd tul il-perjodu kkonċernat mill-waqfien straordinarju u li jkun evitat kull kumpens żejjed li jirriżulta mill-użu tal-bastiment għal skopijiet oħrajn.

5.  L-attivitajiet tas-sajd kollha li jwettqu l-bastiment tas-sajd u s-sajjieda kkonċernati għandhom ikunu sospiżi b'mod effettiv waqt il-perjodu kkonċernat tal-waqfien. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-bastiment ikkonċernat waqqaf kull attività tas-sajd tul il-perjodu kkonċernat mill-waqfien temporanju u li jkun evitat kull kumpens żejjed li jirriżulta mill-użu tal-bastiment għal skopijiet oħrajn.

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ix-xiri u l-installazzjoni fuq il-bastimenti tal-komponenti meħtieġa għas-sistemi ta' trekkjar u ta' rappurtar elettroniċi obbligatorji li jintużaw għal skopijiet ta' kontroll, biss fil-każ ta' bastimenti tas-sajd kostali artiġjanali;

(a)  ix-xiri, l-installazzjoni u l-ġestjoni fuq il-bastimenti tal-komponenti meħtieġa għas-sistemi ta' trekkjar u ta' rappurtar elettroniċi li jintużaw għal skopijiet ta' kontroll u ispezzjoni, biss fil-każ ta' bastimenti tas-sajd kostali artiġjanali li jkunu ta' tul anqas minn 12-il metru;

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ix-xiri u l-installazzjoni fuq il-bastimenti tal-komponenti meħtieġa għas-sistemi ta' monitoraġġ elettroniku mill-bogħod obbligatorji, li jintużaw għall-kontroll tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)  ix-xiri u l-installazzjoni fuq il-bastimenti tal-komponenti meħtieġa għas-sistemi ta' monitoraġġ elettroniku mill-bogħod, li jintużaw għall-kontroll tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

Ġustifikazzjoni

L-appoġġ m'għandux jiddependi biss fuq jekk il-miżura tkunx obbligatorja jew le.

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  ix-xiri u l-installazzjoni ta' apparati għall-kejl u r-reġistrazzjoni kontinwi tal-potenza propulsiva tal-magni fuq il-bastimenti.

(c)  (Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Ġustifikazzjoni

L-appoġġ m'għandux jiddependi biss fuq jekk il-miżura tkunx obbligatorja jew le.

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ġbir u l-ipproċessar tad-data għall-finijiet xjentifiċi u tal-ġestjoni tas-sajd

Il-ġbir, l-ipproċessar u d-disseminazzjoni tad-data għall-finijiet xjentifiċi u tal-ġestjoni tas-sajd u tal-akkwakultura

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-FEMS jista' jappoġġa l-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data għall-ġestjoni tas-sajd u għal finijiet xjentifiċi, kif previst fl-Artikolu 25(1) u (2) u fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u speċifikat ukoll fir-Regolament (UE) Nru 2017/1004, abbażi tal-pjanijiet ta' ħidma nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 2017/1004.

1.  Il-FEMS jista' jappoġġa l-ġbir, il-ġestjoni, l-ipproċessar, l-użu u d-disseminazzjoni tad-data għall-ġestjoni tas-sajd u tal-akkwakultura u għal finijiet xjentifiċi, inkluża data dwar is-sajd rikreattiv, kif previst fl-Artikolu 25(1) u (2) u fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u speċifikat ukoll fir-Regolament (UE) Nru 2017/1004, abbażi tal-pjanijiet ta' ħidma nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 2017/1004.

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 21

Artikolu 29e

Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

Kumpens għal spejjeż addizzjonali

1.  Il-FEMS jista' jappoġġa l-kumpens ta' spejjeż addizzjonali mġarrba mill-benefiċjarji fl-oqsma tas-sajd, tal-farming, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 6(2).

1.  Il-FEMS jista' jappoġġa l-kumpens ta' spejjeż addizzjonali mġarrba mill-benefiċjarji fl-oqsma tas-sajd, tal-farming, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 29b(1).

 

1a.   Il-kumpens għandu jkun proporzjonat mal-ispejjeż addizzjonali li jkun maħsub li jagħmel tajjeb għalihom. Il-livell ta' kumpens fir-rigward ta' l-ispejjeż addizzjonali għandu jkun debitament ġustifikat fil-pjan ta' kumpens. Madankollu, il-kumpens fl-ebda każ ma għandu jaqbeż 100 % tan-nefqa mġarrba.

2.  Kull Stat Membru kkonċernat għandu jiddetermina, skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 7, għar-reġjuni msemmija fil-paragrafu 1, il-lista ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u l-kwantità ta' dawk il-prodotti eliġibbli għall-kumpens.

2.  Kull Stat Membru kkonċernat għandu jiddetermina, skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 7, għar-reġjuni msemmija fil-paragrafu 1, il-lista ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u l-kwantità ta' dawk il-prodotti eliġibbli għall-kumpens.

3.  Meta jistabbilixxu l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-fatturi kollha rilevanti, b'mod partikolari l-ħtieġa li jiżguraw li l-kumpens ikun kompatibbli kompletament mar-regoli tal-PKS.

3.  Meta jistabbilixxu l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-fatturi kollha rilevanti, b'mod partikolari l-ħtieġa li jiżguraw li l-kumpens ikun kompatibbli kompletament mar-regoli tal-PKS.

4.  Il-kumpens ma għandux jingħata għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura:

4.  Il-kumpens ma għandux jingħata għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura:

(a)  li jinqabdu minn bastimenti ta' pajjiżi terzi, bl-eċċezzjoni tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Venezwela u li joperaw fl-ibħra tal-Unjoni, bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/156531;

(a)  li jinqabdu minn bastimenti ta' pajjiżi terzi, bl-eċċezzjoni tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Venezwela u li joperaw fl-ibħra tal-Unjoni, bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/156531;

(b)  li jinqabdu minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li ma jkunux irreġistrati f'port ta' wieħed mir-reġjuni msemmija fil-paragrafu 1;

(b)  li jinqabdu minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li ma jkunux irreġistrati f'port ta' wieħed mir-reġjuni msemmija fil-paragrafu 1;

 

(ba)  li jinqabdu minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni rreġistrati fil-port ta' wieħed mir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fil-paragrafu 1, iżda li ma joperawx f'dak ir-reġjun jew mhumiex involuti fih;

(c)  li jiġu importati minn pajjiżi terzi.

(c)  li jiġu importati minn pajjiżi terzi.

5.  Il-punt (b) tal-paragrafu 4 ma għandux japplika jekk il-kapaċità eżistenti tal-industrija tal-ipproċessar fir-reġjun ultraperiferiku kkonċernat taqbeż il-kwantità ta' materja prima fornita.

5.  Il-punt (b) tal-paragrafu 4 ma għandux japplika jekk il-kapaċità eżistenti tal-industrija tal-ipproċessar fir-reġjun ultraperiferiku kkonċernat taqbeż il-kwantità ta' materja prima fornita.

6.  Biex ikun evitat kumpens żejjed, il-kumpens li jitħallas lill-benefiċjarji li jwettqu l-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafu1 fir-reġjuni ultraperifiċi jew li jkunu sjieda ta' xi bastiment irreġistrat f'port f'wieħed minn dawn ir-reġjuni, irid iqis:

6.  Biex ikun evitat kumpens żejjed, il-kumpens li jitħallas lill-benefiċjarji li jwettqu l-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 fir-reġjuni ultraperifiċi jew li jkunu sidien ta' xi bastiment irreġistrat f'port f'wieħed minn dawn ir-reġjuni u li jopera fih, irid iqis:

(a)  għal kull prodott jew kategorija ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura, l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-iżvantaġġi speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati; kif ukoll

(a)  għal kull prodott jew kategorija ta' prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura, l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-iżvantaġġi speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati; kif ukoll

(b)  kwalunkwe tip ieħor ta' intervent pubbliku li jaffettwa l-livell ta' spejjeż addizzjonali.

(b)  kwalunkwe tip ieħor ta' intervent pubbliku li jaffettwa l-livell ta' spejjeż addizzjonali.

7.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 52, li jistabbilixxu l-kriterji għall-kalkolu tal-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-iżvantaġġi speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati.

7.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 52, li jistabbilixxu l-kriterji għall-kalkolu tal-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-iżvantaġġi speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati u li japprovaw il-qafas metodoloġiku għall-ħlas tal-għajnuna ta' kumpens.

__________________

__________________

31 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1565 tal-14 ta' Settembru 2015 dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tad-Dikjarazzjoni dwar l-għoti ta' opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela fiż-żona ekonomika esklużiva 'l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża (ĠU L 244, 14.09.2015, p. 55).

31 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1565 tal-14 ta' Settembru 2015 dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tad-Dikjarazzjoni dwar l-għoti ta' opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-UE lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela fiż-żona ekonomika esklużiva 'l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża (ĠU L 244, 14.09.2015, p. 55).

(l-Artikolu 21 huwa emendat u mqiegħed wara l-Artikolu 29d)

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni titmexxa għall-kapitolu Va (ġdid) iddedikat għar-reġjuni ultraperiferiċi.

Emenda    166

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar u tal-kosta

Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar, tal-kosta u tal-ilma ħelu

Ġustifikazzjoni

L-akkwakultura tal-ilma ħelu ma għandhiex titħtalla barra minn miżuri u sussidji ambjentali.

Emenda    167

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-FEMS jista' jappoġġa azzjonijiet għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar u tal-kosta, anki fl-ilmijiet interni.

1.  Il-FEMSA jista' jappoġġa azzjonijiet għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar, tal-kosta u tal-ilma ħelu, anki fl-ilmijiet interni. Għal dawn il-finijiet il-kooperazzjoni mal-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-programmi satellitari Ewropej għandhom jitrawmu biex jiġbru aktar data dwar is-sitwazzjoni tat-tniġġis tal-baħar u speċjalment l-iskart tal-plastik fl-ilmijiet.

Emenda    168

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-kumpens lis-sajjieda għall-ġbir ta' rkaptu tas-sajd mitluf u għall-iskart li jinġabar mill-baħar;

(a)  il-kumpens lis-sajjieda għall-ġbir ta' rkaptu tas-sajd mitluf u għall-ġbir passiv tal-iskart tal-baħar, inkluż il-ġbir ta' alka sargassum fir-reġjuni ultraperiferiċi affettwati;

Emenda    169

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-investiment fil-portijiet biex dawn ikunu jipprovdu faċilitajiet ta' akkoljenza għall-irkaptu mitluf u għall-iskart li jinġabar mill-baħar;

(b)  l-investiment fil-portijiet biex dawn ikunu jipprovdu faċilitajiet ta' akkoljenza, ħżin u riċiklaġġ għall-irkaptu mitluf u għall-iskart tal-baħar, kif ukoll il-qbid mhux mixtieq kif previst fl-Artikou 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, li jinġabru mill-baħar;

Emenda    170

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  il-protezzjoni tal-irkaptu u tal-qabdiet minn mammiferi u għasafar protetti mid-Direttivi 92/43/KEE jew 2009/147/KE, dment li dan ma jimminax is-selettività tal-irkaptu tas-sajd.

Emenda    171

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  kumpens għall-użu ta' rkaptu sostenibbli tas-sajd u tal-ġbir tal-krustaċji u l-molluski;

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda tippermetti li jingħata trattament preferenzjali lis-sajd fuq skala żgħira ta' diversi speċijiet li juża rkapti sostenibbli, għall-finijiet ta' modernizzazzjoni tal-irkapti u għall-protezzjoni kontinwa tal-ambjent tal-baħar.

Emenda    172

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  miżuri biex jintlaħaq u jinżamm status ambjentali tajjeb fl-ambjent tal-ilma ħelu;

Ġustifikazzjoni

L-akkwakultura tal-ilma ħelu ma għandhiex titħtalla barra minn miżuri u sussidji ambjentali.

Emenda    173

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  l-azzjonijiet ta' tindif mit-tniġġis, b'mod partikolari tal-plastik, ta' żoni kostali, portwarji, u tas-sajd tal-Unjoni;

Emenda    174

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  il-protezzjoni tal-ispeċijiet skont id-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE, skont l-oqfsa ta' azzjonijiet prijoritarizzati stabbiliti skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/43/KEE.

(f)  il-protezzjoni tal-ispeċijiet skont id-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE, skont l-oqfsa ta' azzjonijiet prijoritarizzati stabbiliti skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/43/KEE, u l-protezzjoni tal-ispeċijiet kollha koperti mill-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES), u/jew inklużi fil-Lista Ħamra tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN);

Emenda    175

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  il-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' faċilitajiet fissi jew mobbli maħsuba biex jipproteġu u jsaħħu l-fawna u l-flora tal-baħar, inklużi t-tħejjija u l-valutazzjoni xjentifika tagħhom u, fil-każ tas-sajd artiġjanali fir-reġjuni ultraperiferiċi, ta' tagħmir ankrat biex jinġema' l-ħut li jikkontribwixxi għas-sajd sostenibbli u selettiv;

Emenda    176

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb)  skemi ta' kumpens għal-ħsara li ssir lill-qabdiet ikkawżata minn mammiferi u għasafar protetti mid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE;

Ġustifikazzjoni

Itenni dak li diġà jinsab fil-FEMS 2014-2020 dwar kumpens għal ħsara kkawżata minn għasafar u mammiferi tal-baħar.

Emenda    177

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt fc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fc)  kontributi għal ġestjoni jew konservazzjoni aħjar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-appoġġ stabbilit fil-FEMS 2014-2020 jinżamm għal operazzjonijiet li jikkontribwixxu għal ġestjoni u konservazzjoni aħjar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, għal proġetti f'ħabitats kostali li huma importanti għar-riżorsi tal-baħar u għaż-żoni ta' importanza għat-tgħammir tal-ispeċijiet.

Emenda    178

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt fd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fd)  appoġġ għall-kaċċa protettiva jew għall-ġestjoni tal-ispeċijiet selvaġġi noċivi li jipperikolaw livelli sostenibbli ta' stokkijiet tas-sajd;

Emenda    179

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt fe (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fe)  ripopolazzjoni diretta bħala miżura ta' konservazzjoni f'att legali tal-Unjoni;

Ġustifikazzjoni

In-nuqqas ta' appoġġ għall-istokkjar, li jtejjeb direttament l-abbundanza tal-istokkijiet, joħloq theddida reali għal dawn tal-aħħar.

Emenda    180

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt ff (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ff)  appoġġ għall-ġbir u l-ġestjoni ta' data dwar l-okkorrenza ta' speċijiet aljeni li jistgħu jikkawżaw effetti katastrofiċi fuq il-bijodiversità;

Ġustifikazzjoni

L-għarfien dwar l-ispeċijiet aljeni invażivi li jokkorru fl-ilmijiet tal-baħar jiżgura l-protezzjoni tal-bijodiversità u jippermetti t-tħejjija ta' azzjonijiet preventivi adatti. Sabiexl-ambjent tal-baħar u r-riżorsi ħajjin tal-baħar jiġu protetti mill-impatt ta' speċijiet aljeni invażivi, se jkun importanti wkoll li jiġu appoġġati soluzzjonijiet maħsuba biex jikkumbattu dawn l-ispeċijiet.

Emenda    181

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt fg (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fg)  taħriġ għas-sajjieda, b'mod partikolari fl-użu ta' rkaptu u tagħmir tas-sajd aktar selettiv, bil-għan li jqajjem kuxjenza u jnaqqas l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar.

Ġustifikazzjoni

Il-FEMS għadu jiffinanzja azzjonijiet ta' taħriġ għas-sajjieda sabiex l-effetti tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar jitnaqqsu, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu ta' rkaptu u tagħmir aktar selettiv.

Emenda    182

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-FEMS jista' jipprovdi finanzjament għal danni u investimenti b'referenza għall-punti (a) u (b) tal-Artikolu 22(2) fil-livell ta' 100 %.

Ġustifikazzjoni

Il-ġbir ta' rkaptu tas-sajd mitluf u tal-iskart ma jiġġenerax dħul għas-sajjieda, iżda jiġġenera biss spejjeż. Is-sajjieda li għandhom jiġbru l-irkaptu tas-sajd mitluf u l-iskart mill-oċeani għalhekk għandhom jirċievu appoġġ mill-FEMS fil-livell ta' 100 %.

Emenda    183

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Il-punti (e) u (f) tal-paragrafu 2 jinkludu azzjonijiet korrispondenti minn farms tal-ħut u mill-operaturi tal-akkwakultura.

Emenda    184

Proposta għal regolament

Artikolu 22a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 22a

 

Riċerka xjentifika u ġbir ta' data dwar l-impatt ta' għasafar migratorji

 

1.  Il-FEMS jista' jappoġġa, abbażi tal-pjanijiet strateġiċi nazzjonali pluriennali, l-istabbiliment ta' proġetti ta' riċerka xjentifika nazzjonali jew transfruntiera u ta' ġbir ta' data bil-għan li jinftiehem aħjar l-impatt tal-għasafar migratorji fuq is-settur tal-akkwakultura u fuq stokkijiet tal-ħut rilevanti oħra tal-Unjoni. Dawn il-proġetti għandhom jippubblikaw ir-riżultati tagħhom fuq bażi bikrija u jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar ġestjoni aħjar.

 

2.  Biex ikun eliġibbli, proġett nazzjonali ta' riċerka xjentifika u ta' ġbir ta' data għandu jinkludi tal-anqas istitut wieħed rikonoxxut, nazzjonali jew tal-Unjoni.

 

3.  Biex ikun eliġibbli, proġett transfruntier ta' riċerka xjentifika u ta' ġbir ta' data għandu jinkludi tal-anqas istitut wieħed minn tal-anqas żewġ Stati Membri differenti.

Emenda    185

Proposta għal regolament

Artikolu 22b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 22b

 

Innovazzjonijiet

 

1.  Sabiex tiġi stimulata l-innovazzjoni fis-sajd, l-FEMS jista' jappoġġa proġetti li għandhom l-għan li jiżviluppaw jew jintroduċu prodotti jew tagħmir ġodda jew imtejba sostanzjalment, prodotti u tagħmir ġodda jew imtejba, sistemi ta' ġestjoni u organizzazzjoni ġodda jew imtejba, inkluż fil-livell tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni, l-eliminazzjoni gradwali tal-iskartar u l-qabdiet inċidentali, l-introduzzjoni ta' għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid, it-tnaqqis tal-impatt ambjentali tal-attivitajiet tas-sajd, inklużi tekniki mtejba tas-sajd u s-selettività tal-irkaptu tas-sajd, jew il-kisba ta' użu aktar sostenibbli ta' riżorsi ħajjin tal-baħar u l-koeżistenza mal-predaturi protetti.

 

2.  L-operazzjonijiet iffinanzjati taħt dan l-Artikolu għandhom jinbdew minn intraprendituri individwali jew organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom.

 

3.  Ir-riżultati tal-operazzjonijiet iffinanzjati taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu ppubblikati mill-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li wħud mill-fenomeni negattivi osservati bħalissa fl-ekosistema tal-baħar aktarx li huma dovuti għall-interazzjoni bejn is-sajd u l-ambjent tal-baħar, huwa imperattiv li jiġu mfittxija b'mod urġenti soluzzjonijiet li jnaqqsu l-impatt negattiv tas-sajd fuq l-ekosistemi. Waħda mill-opportunitajiet biex jiġi limitat l-impatt negattiv tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar tista' tkun ukoll li tiġi identifikata l-possibbiltà li jintuża tagħmir u rkaptu li jagħmilx ħsara lill-ambjent tal-baħar.

Emenda    186

Proposta għal regolament

Titolu 2 — kapitolu 2a (ġdid) — Prijorità 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

KAPITOLU IIA

 

Prijorità 1a: It-trawwim ta' akkwakultura sostenibbli

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 23 emendat jagħmel parti mill-kapitolu l-ġdid IIa

Emenda    187

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-FEMS jista' jappoġġa l-akkwakultura sostenibbli kif stipulat fl-Artikolu (34)1 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Jista' wkoll jappoġġa s-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali fl-akkwakultura, bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32 u r-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33.

1.  Il-FEMS jista' jappoġġa l-promozzjoni ta' akkwakultura sostenibbli - tal-ilma baħar u tal-ilma ħelu, inkluża l-akkwakultura b'sistemi magħluqa ta' konteniment u ta' ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-ilma - kif stipulat fl-Artikolu (34)1 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u ż-żieda fil-produzzjoni tal-akkwakultura, filwaqt li titqies il-kapaċità ekoloġika massima. Jista' wkoll jappoġġa s-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali fl-akkwakultura, bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32 u r-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33.

__________________

__________________

32 Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali ("Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali") (ĠU L 84, 31.03.2016, p. 1).

32 Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali ("Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali") (ĠU L 84, 31.03.2016, p. 1).

33 Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.06.2014, p. 1).

33 Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.06.2014, p. 1).

Emenda    188

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-investiment fl-akkwakultura produttiva skont dan l-Artikolu jista' jingħata l-appoġġ biss permezz tal-istrumenti finanzjarji previsti fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] u permezz tal-InvestEU, bi qbil mal-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament.

3.  L-investiment fl-akkwakultura skont dan l-Artikolu jista' jingħata l-appoġġ permezz ta' għotjiet, bi qbil mal-Artikolu 48(1) tar-Regolament (UE) [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] , u preferibbilment, permezz tal-istrumenti finanzjarji previsti fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] u permezz tal-InvestEU, bi qbil mal-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament.

Emenda    189

Proposta għal regolament

Artikolu 23a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 23a

 

Netwerk ta' Informazzjoni Statistika dwar l-Akkwakultura

 

1.  Il-FEMS jista' jappoġġa l-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data għall-ġestjoni tal-akkwakultura kif previst fil-punti (a) u (e) tal-Artikolu 34(1) u fl-Artikolu 34(5) u l-punt (d) tal-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-istabbiliment tan-Netwerk ta' Informazzjoni Statistika dwar l-Akkwakultura (ASIN-RISA) u pjanijiet ta' ħidma nazzjonali għall-implimentazzjoni tiegħu.

 

2.  B'deroga mill-Artikolu 2, l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jista' jingħata wkoll għal operazzjonijiet li jitwettqu barra t-territorju tal-Unjoni.

 

3.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw ir-regoli dwar il-proċeduri, il-format u l-iskedi ta' żmien għall-ħolqien tal-ASIN-RISA msemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 53(2).

 

4.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li japprovaw jew jemendaw il-pjanijiet ta' ħidma nazzjonali msemmijin fil-paragrafu 1 sal-31 ta' Diċembru tas-sena qabel dik li minnha jkun se jibda japplika l-pjan ta' ħidma. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 53(2).

Ġustifikazzjoni

Il-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data huma essenzjali għall-ġestjoni tal-akkwakultura u jenħtieġ li jiġu appoġġati mill-FEMS.

Emenda    190

Proposta għal regolament

Kapitolu III – Prijorità 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Prijorità 2: Il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta' swieq u akkwakultura kompetittivi u sostenibbli

Prijorità 2: Il-promozzjoni ta' swieq tas-sajd u tal-akkwakultura u setturi tal-ipproċessar kompetittivi u sostenibbli li jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni

Ġustifikazzjoni

Qed tiġi miżjuda prijorità għall-akkwakultura għal aktar ċarezza. Għaldaqstant irid jiġi adattat it-titolu ta' din il-prijorità.

Emenda    191

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-FEMS jista' jappoġġa l-azzjonijiet li jgħinu biex jinkisbu l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif previst fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u kif speċifikat ukoll fir-Regolament (UE) Nru 1379/2013. Jista' jappoġġa wkoll azzjonijiet li jippromwovu l-kummerċjalizzazzjoni, il-kwalità u l-valur miżjud tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.

Il-FEMS jista' jappoġġa l-azzjonijiet li jgħinu biex jinkisbu l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif previst fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u kif speċifikat ukoll fir-Regolament (UE) Nru 1379/2013. Jista' jappoġġa wkoll investimenti tanġibbli u azzjonijiet li jippromwovu l-kummerċjalizzazzjoni, il-kwalità u l-valur miżjud tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura sostenibbli.

Emenda    192

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Fir-rigward tat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' produzzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013, l-Istat Membru kkonċernat jista' jagħti pagament bil-quddiem ta' 50 % tal-appoġġ finanzjarju wara approvazzjoni tal-pjan ta' produzzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni b'mod konformi mal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013.

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni hija inkluża fl-FEMS attwali (Artikolu 66). Huwa importanti li jinżammu regoli komuni għall-implimentazzjoni tagħha sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri.

Emenda    193

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  L-appoġġ mogħti għal kull organizzazzjoni tal-produtturi kull sena skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż it-3 % tal-medja tal-valur annwali tal-produzzjoni li titqiegħed fis-suq minn dik l-organizzazzjoni tal-produtturi matul it-tliet snin kalendarji preċedenti jew tal-produzzjoni li titqiegħed fis-suq mill-membri ta' dik l-organizzazzjoni matul l-istess perjodu. Għal kwalunkwe organizzazzjoni ta' produtturi li tkun għadha kif ġiet rikonoxxuta, dak l-appoġġ ma għandux jaqbeż it-3 % tal-medja tal-valur annwali tal-produzzjoni li titqiegħed fis-suq mill-membri ta' dik l-organizzazzjoni matul it-tliet snin kalendarji preċedenti.

Emenda    194

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jingħata biss lil organizzazzjonijiet tal-produtturi u lil assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi.

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni hija inkluża fl-FEMS attwali (Artikolu 66). Huwa importanti li jinżammu regoli komuni għall-implimentazzjoni tagħha sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri.

Emenda    195

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ipproċessar ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

L-ipproċessar u l-ħżin ta' prodotti tas-sajd u tal-akwakultura

Emenda    196

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-FEMS jista' jappoġġa l-investimenti fl-ipproċessar ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. Dan l-appoġġ għandu jgħin biex jinkisbu l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif previst fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u kif speċifikat ukoll fir-Regolament (UE) Nru 1379/2013.

1.  Il-FEMS jista' jappoġġa l-investimenti fl-ipproċessar u l-ħżin ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. Dan l-appoġġ għandu jgħin biex jinkisbu l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif previst fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u kif speċifikat ukoll fir-Regolament (UE) Nru 1379/2013.

Emenda    197

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-FEMS jista' jappoġġa wkoll l-investimenti għall-innovazzjoni fl-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, kif ukoll il-promozzjoni ta' sħubiji bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-entitajiet xjentifiċi.

Ġustifikazzjoni

Hi meħtieġa innovazzjoni reali fil-qasam tal-ipproċessar ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, pereżempju fir-rigward tat-turiżmu diġitali u tas-sajd, u dan l-objettiv mhuwiex imsemmi b'mod speċifiku fl-Artikolu 35 tar-Regolament Nru 1380/2013.

Emenda    198

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jingħata biss permezz tal-istrumenti finanzjarji previsti fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] u permezz tal-InvestEU, bi qbil mal-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament.

2.  L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jingħata permezz ta' għotjiet u permezz tal-istrumenti finanzjarji previsti fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] u permezz tal-InvestEU, bi qbil mal-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament.

Emenda    199

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-iżvilupp ta' impjanti tal-ipproċessar tas-sajd u tal-akkwakultura jista' jiġi appoġġat mill-Istati Membri permezz tal-involviment ta' riżorsi oħra tal-Fondi Strutturali.

Emenda    200

Proposta għal regolament

Artikolu 25a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 25a

 

Għajnuna għall-ħżin

 

1.  Il-FEMS jista' jappoġġa l-kumpens li jingħata lil organizzazzjonijiet ta' produtturi u assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti li jaħżnu l-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1379/2013(UE), dment li dawk il-prodotti jinħażnu f'konformità mal-Artikoli 30 u 31 ta' dak ir-Regolament u jkunu suġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a)  l-ammont tal-għajnuna għall-ħżin ma jaqbiżx l-ammont tal-ispejjeż tekniċi u finanzjarji tal-azzjonijiet meħtieġa għall-istabbilizzazzjoni u l-ħżin tal-prodotti inkwistjoni;

 

(b)  il-kwantitajiet eliġibbli għall-għajnuna għall-ħżin ma jaqbżux il-15 % tal-kwantitajiet annwali tal-prodotti kkonċernati li jitqiegħdu għall-bejgħ mill-organizzazzjoni tal-produtturi;

 

(c)  l-appoġġ finanzjarju kull sena ma jaqbiżx it-2 % tal-medja tal-valur annwali tal-produzzjoni li titqiegħed fis-suq mill-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi fil-perjodu 2016-2018. Għall-finijiet ta' dan il-punt, meta membru tal-organizzazzjoni tal-produtturi ma kellu l-ebda produzzjoni li tqiegħdet fis-suq fil-perjodu 2016 sal-2018, għandha tiġi kkunsidrata l-medja tal-valur annwali tal-produzzjoni li tkun tqiegħdet fis-suq fl-ewwel tliet snin tal-produzzjoni ta' dak il-membru.

 

2.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata biss ladarba l-prodotti jiġu rilaxxati għall-konsum mill-bnedmin.

 

3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont tal-ispejjeż tekniċi u finanzjarji applikabbli fit-territorji tagħhom kif ġej:

 

(a)  l-ispejjeż tekniċi għandhom jiġu kkalkolati kull sena abbażi ta' spejjeż diretti relatati mal-azzjonijiet meħtieġa għall-istabbilizzazzjoni u l-ħżin tal-prodotti inkwistjoni;

 

(b)  l-ispejjeż finanzjarji għandhom jiġu kkalkolati kull sena bl-użu tar-rata tal-imgħax stabbilita kull sena f'kull Stat Membru; dawk l-ispejjeż tekniċi u finanzjarji għandhom jitpoġġew għad-disponibbiltà tal-pubbliku.

 

4.  L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli biex jiżguraw li l-prodotti li jibbenifikaw minn għajnuna għall-ħżin jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. Għall-finijiet ta' tali kontrolli, il-benefiċjarji tal-għajnuna għall-ħżin għandhom iżommu rekords tal-ħażniet għal kull kategorija ta' prodotti mdaħħla fil-ħażna u aktar tard introdotti mill-ġdid fis-suq għall-konsum mill-bnedmin.

Ġustifikazzjoni

Is-sajd huwa attività staġjonali u r-rendiment tiegħu jista' jkun inċert; xi kultant jaqbeż il-ħtiġijiet tas-suq. Huwa għalhekk neċessarju għall-operaturi li jkunu jistgħu jiġġestixxu l-produzzjoni żejda billi jaħżnu parti minnha imbagħad jerġgħu jippreżentawha għall-bejgħ meta l-qbid jonqos. Biex jinkiseb dan, il-FEMS irid ikompli jappoġġa l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jeħtieġu mekkaniżmu ta' ħżin temporanju għal prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

Emenda    201

Proposta għal regolament

Titolu 2 – kapitolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Prijorità 3: Il-promozzjoni tat-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta' komunitajiet kostali li jiffjorixxu

Prijorità 3: Il-promozzjoni ta' ekonomija blu sostenibbli fil-limiti ekoloġiċi u t-trawwim ta' komunitajiet kostali, tal-gżejjer u ta' tax-xtut li jiffjorixxu

Emenda    202

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-FEMS jista' jappoġġa l-iżvilupp sostenibbli ta' ekonomiji u komunitajiet lokali permezz tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunitajiet stabbilit fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].

1.  Il-FEMS jista' jappoġġa l-kundizzjonijiet favorevoli meħtieġa għal ekonomija blu sostenibbli u għall-benesseri tal-komunitajiet lokali permezz tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunitajiet stabbilit fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].

Ġustifikazzjoni

Ekonomija blu sostenibbli tfisser li l-attivitajiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali kollha huma parti integrali mill-ekosistema tal-baħar u għalhekk huwa meħtieġ li jinżamm bilanċ bejn it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-benessri tal-komunitajiet kostali lokali u l-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar. Ekonomija blu sostenibbli toħloq valur ekonomiku mill-ambjent tal-baħar unikament jekk tista' titwettaq b'mod li jikkonserva u jipproteġi r-riżorsi u l-ekosistemi tal-baħar.

Emenda    203

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-fini tal-appoġġ mill-FEMS, l-istrateġiji ta' żvilupp lokali mmexxi mill-komunitajiet imsemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] għandhom jiżguraw li l-komunitajiet lokali jisfruttaw aħjar u jibbenefikaw iżjed mill-opportunitajiet li toffri l-ekonomija blu sostenibbli billi jsaħħu r-riżorsi ambjentali, kulturali, soċjali u umani u jiksbu l-vantaġġi minnhom.

2.  Għall-fini tal-appoġġ mill-FEMS, l-istrateġiji ta' żvilupp lokali mmexxi mill-komunitajiet imsemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] għandhom jiżguraw li l-komunitajiet lokali jisfruttaw aħjar u jibbenefikaw iżjed mill-opportunitajiet li toffri ekonomija blu sostenibbli fil-limiti ekoloġiċi, billi jsaħħu r-riżorsi ambjentali, kulturali, soċjali u umani u jiksbu l-vantaġġi minnhom.

Emenda    204

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-istrateġiji għandhom ikunu koerenti mal-opportunitajiet u l-ħtiġijiet identifikati fiż-żona rilevanti u l-prijoritajiet tal-Unjoni stipulati fl-Artikolu 4. L-istrateġiji jistgħu jvarjaw minn dawk li jiffokaw fuq is-sajd għal strateġiji usa' li jiffokaw fuq id-diversifikazzjoni taż-żoni tas-sajd. L-istrateġiji għandhom imorru lil hinn mis-sempliċi ġbir ta' operazzjonijiet jew it-tqabbil tal-miżuri settorjali.

Ġustifikazzjoni

Jista' jkun hemm strateġiji varji. L-istrateġiji għandhom kamp ta' applikazzjoni usa' minn sempliċi sett ta' operazzjonijiet jew taħlita ta' miżuri settorjali. Iż-żieda ta' din id-dispożizzjoni se tippermetti l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' LDSs kofinanzjati mill-FEMS biss, apparti dawk finanzjati minn diversi fondi, kif xieraq. Fil-każ tal-Prijorità 3, ma jistax ikun hemm flessibbiltà fil-miżuri minħabba l-arranġamenti magħmula fl-abbozz ta' regolament dwar dispożizzjonijiet komuni. It-tkomplija ta' dan il-proċess fir-Regolament dwar l-FEMS se jippermetti li dan jiġi żviluppat aktar fid-direzzjoni xierqa.

Emenda    205

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  L-azzjonijiet meħuda f'dan is-settur għandhom ikunu koerenti mal-istrateġiji ta' żvilupp reġjonali sabiex jippermettu t-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli u valur miżjud għat-territorji kostali.

Emenda    206

Proposta għal regolament

Artikolu 26 - paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw ir-reġim ta' ġestjoni konġunta biex jiżguraw li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament jinkisbu filwaqt li jitqiesu r-realtajiet tas-sajd lokali.

Emenda    207

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għarfien marittimu

Għarfien marittimu u tal-ilma ħelu

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ ukoll li l-ġbir tad-data jiġi estiż għall-ilma ħelu.

Emenda    208

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-FEMS jista' jappoġġa l-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data biex jiżdied l-għarfien dwar l-istat tal-ambjent tal-baħar, bil-għan li:

Il-FEMSA jista' wkoll jappoġġa l-ġbir, il-ġestjoni, l-analiżi, l-ipproċessar u l-użu tad-data biex jiżdied l-għarfien dwar l-istat tal-ambjent tal-baħar u tal-ilma ħelu, is-sajd rikreattiv u s-settur tas-sajd rikreattiv bil-għan li:

Emenda    209

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  is-sodisfar tar-rekwiżiti ta' ġbir tad-data taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 665/20081a, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/93/UE1b, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/12511c u r-Regolament dwar il-Qafas tal-Ġbir ta' Data;

 

____________________

 

1a Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 665/2008 tal-14 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 dwar l-istabbiliment ta' qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 186, 15.7.2008, p. 3).

 

1b Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/93/UE tat-18 ta' Diċembru 2009 li tadotta programm Komunitarju multiannwali għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' dejta fis-settur tas-sajd għall-perjodu 2011-2013 (notifikata taħt id-dokument C(2009) 10121) (ĠU L 41, 16.2.2010, p. 8).

 

1c Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1251 tat-12 ta' Lulju 2016 li tadotta programm multiannwali tal-Unjoni għall-ġbir, għall-ġestjoni u għall-użu ta' dejta fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakoltura għall-perjodu 2017-2019 (ĠU L 207, 1.8.2016, p. 113).

Emenda    210

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  l-issodisfar tar-rekwiżiti tal-ġbir tad-data taħt ir-Regolament tal-PKS;

Emenda    211

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tittejjeb il-kwalità tad-data u jiżdied it-tpartit tad-data permezz tan-netwerk Ewropew ta' Osservazzjoni u Data Marittima (EMODnet).

(c)  tittejjeb il-kwalità tad-data u jiżdied il-kondiviżjoni tal-istess data permezz tan-netwerk Ewropew ta' Osservazzjoni u Data Marittima (EMODnet) kif ukoll f'netwerks ta' data oħra li jkopru l-ilma ħelu;

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ ukoll li l-ġbir tad-data jiġi estiż għall-ilma ħelu.

Emenda    212

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  żieda fid-data affidabbli disponibbli dwar il-qabdiet minn sajd rikreattiv;

Emenda    213

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  investimenti fl-analiżi u l-osservazzjoni tat-tniġġis tal-baħar, speċjalment mill-plastik, biex tiżdied data dwar is-sitwazzjoni;

Emenda    214

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc)  żieda fl-għarfien dwar l-iskart tal-plastik fil-baħar u l-konċentrazzjonijiet tiegħu.

Emenda    215

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  F'konformità mal-objettiv ta' ibħra u oċeani sikuri, siguri, nodfa u ġestiti b'mod sostenibbli, il-FEMS għandu jikkontribwixxi għall-kisba tal-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli Nru 14 tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli.

Emenda    216

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-appoġġ għall-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jista' jgħin ukoll fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistema ta' kontroll tas-sajd tal-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 19.

2.  L-appoġġ għall-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jista' jgħin ukoll fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistema ta' kontroll u spezzjoni tas-sajd tal-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 19.

Emenda    217

Proposta għal regolament

Artikolu 29a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 29a

 

Protezzjoni tan-natura u tal-ispeċijiet

 

Il-FEMS għandu jappoġġa l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta' protezzjoni tan-natura fi ħdan il-qafas tal-Karta Dinjija tan-Natura tan-NU, u b'mod partikolari l-Artikoli 21, 22, 23 u 24 tagħha.

 

Il-FEMS għandu jappoġġa wkoll azzjonijiet immirati lejn il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni volontarja, kemm mal-korpi, l-organizzazzjonijiet, l-organiżmi u l-istituzzjonijiet internazzjonali u kemm bejniethom, għall-akkomunament ta' riżorsi sabiex jiġu miġġielda s-sajd IUU, il-kaċċa illegali tal-ispeċijiet tal-baħar u l-massakru tal-ispeċijiet meqjusa bħala "predaturi" tal-istokkijiet tal-ħut.

Emenda    218

Proposta għal regolament

Titolu 2 – kapitolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kapitolu Va Ir-reġjuni ultraperiferiċi

Emenda    219

Proposta għal regolament

Artikolu 29b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 29b

 

Riżorsi baġitarji taħt ġestjoni kondiviża

 

1.  Għall-operazzjonijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi, kull Stat Membru konċernat għandu jalloka, fi ħdan l-appoġġ finanzjarju tiegħu mill-Unjoni stabbilit fl-Anness V, mill-inqas1a:

 

(a)  EUR 114 000 000 bil-prezzijiet kostanti tal-2018 (jiġifieri, EUR 128 566 000 bil-prezzijiet attwali) għall-Azores u Madeira;

 

(b)  EUR 91 700 000 bil-prezzijiet kostanti tal-2018 (jiġifieri, EUR 103 357 000 bil-prezzijiet attwali) għall-Gżejjer Kanarji;

 

(c)  EUR 146 500 000 bil-prezzijiet kostanti tal-2018 (jiġifieri, EUR 165 119 000 bil-prezzijiet attwali) għal Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique, Mayotte, Réunion u Saint-Martin.

 

2.  Kull Stat Membru għandu jiddetermina l-parti tal-pakketti finanzjarji stabbiliti fil-paragrafu 1, allokati għall-kumpens imsemmi fl-Artikolu 29d.

 

3.  Bħala deroga mill-Artikolu 9(8) ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru.../... [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], u sabiex jitqiesu kundizzjonijiet li qed jinbidlu, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw b'mod annwali l-lista u l-kwantitajiet ta' prodotti tas-sajd eliġibbli u l-livell tal-kumpens imsemmi fl-Artikolu 29d, sakemm jiġu rrispettati l-ammonti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Aġġustamenti bħal dawn għandhom ikunu possibbli biss sal-punt li jkun hemm żieda jew tnaqqis korrispondenti fil-pjanijiet ta' kumpens ta' reġjun ieħor tal-istess Stat Membru. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar l-aġġustamenti bil-quddiem.

 

____________________

 

1a Dawn iċ-ċifri għandhom jiġu adatti skont iċ-ċifri miftiehma fl-Artikolu 5(1).

(Test tal-Artikolu 6)

Emenda    220

Proposta għal regolament

Artikolu 29c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 29c

 

Pjan ta' azzjoni

 

1.  Bħala parti mill-programm tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati għandhom iħejju pjan ta' azzjoni għal kull wieħed mir-reġjuni ultraperiferiċi tagħhom imsemmijin fl-Artikolu 6(2), li għandhom jistabbilixxu:

 

(a)  strateġija għall-isfruttament sostenibbli tas-sajd u għall-iżvilupp ta' setturi sostenibbli tal-ekonomija blu;

 

(b)  deskrizzjoni tal-azzjonijiet ewlenin previsti u l-mezzi finanzjarji korrispondenti, fosthom:

 

i  l-appoġġ strutturali għas-settur tas-sajd u l-akkwakultura skont it-Titolu II;

 

ii  il-kumpens għal infiq addizzjonali msemmi fl-Artikolu 29d, inklużi l-lista u l-kwantitajiet ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura u l-livell ta' kumpens;

 

iii  kwalunkwe investiment ieħor fl-ekonomija blu sostenibbli meħtieġ għall-kisba ta' żvilupp kostali sostenibbli.

(Test tal-Artikolu 9)

Emenda    221

Proposta għal regolament

Artikolu 29d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 29(d)

 

It-tiġdid ta' flotot tas-sajd artiġjanali kostali u miżuri assoċjati

 

1.  Minkejja l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 16, il-FEMS jista' jappoġġa, fir-reġjuni ultraperiferiċi:

 

(a)  it-tiġdid ta' flotot tas-sajd kostali fuq skala żgħira, inkluż il-bini u l-akkwist ta' bastimenti ġodda, għall-applikanti li, fid-data meta japplikaw għall-għajnuna ikollhom il-post ewlieni tar-reġistrazzjoni tagħhom fir-reġjun ultraperiferiku fejn ikun se jiġi reġistrat il-bastiment il-ġdid, li jħottu l-art il-qabdiet kollha tagħhom f'portijiet tar-reġjuni ultraperiferiċi, sabiex tittejjeb is-sikurezza tal-bniedem, ikun hemm konformità mar-regoli nazzjonali u tal-Unjoni dwar l-iġjene, is-saħħa u l-kundizzjonijiet tax-xogħol abbord, jiġi miġġieled is-sajd IUU u tinkiseb effiċjenza ambjentali akbar. Il-bastimenti akkwistat b'għajnuna għandu jibqa' reġistrat fir-reġjun ultraperiferiku għal mill-inqas 15-il sena mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna; Jekk din il-kundizzjoni ma tkunx issodisfata, l-għajnuna għandha tiġi rimborżata f'ammont li jkun proporzjonat, filwaqt li jitqiesu n-natura, il-gravità, it-tul ta' żmien u r-ripetizzjoni tan-nuqqas ta' konformità. Dak it-tiġdid tal-flotta tas-sajd għandu jibqa' fil-limiti tal-limiti massimi awtorizzati tal-kapaċità, u għandu jikkonforma mal-objettivi tal-PKS;

 

(b)  is-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' magna prinċipali jew anċillari. Il-potenza tal-magna ġdida jew modernizzata tista' taqbeż il-potenza tal-magna attwali fil-każ ta' ħtieġa ġġustifikata b'mod xieraq għal żieda fil-potenza għal raġunijiet ta' sikurezza fuq il-baħar, mingħajr ma tiżdied il-kapaċità tal-bastiment tas-sajd ikkonċernat biex jaqbad il-ħut;

 

(c)  ir-rinnovazzjoni parzjali tal-buq tal-injam strutturali ta' bastiment tas-sajd, meta din tkun meħtieġa għar-raġunijiet tat-titjib tas-sigurtà marittima, skont kriterji tekniċi oġġettivi tal-arkitettura navali;

 

(d)  il-kostruzzjoni u l-immodernizzar tal-portijiet, l-infrastrutturi tal-portijiet, is-siti ta' żbark, is-swali tal-irkant, it-tarzni u l-workshops tat-tiswija, meta l-infrastruttura tikkontribwixxi għal sajd sostenibbli;

Emenda    222

Proposta għal regolament

Artikolu 29f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 29f

 

Għajnuna mill-Istat

 

1.  Għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, elenkati fl-Anness I għat-TFUE, li għalihom japplikaw l-Artikoli 107, 108 u 109 tiegħu, il-Kummissjoni tista' tawtorizza, b'mod konformi mal-Artikolu 108 tat-TFUE, għajnuna operattiva fir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE fis-setturi tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, bl-għan li jittaffew ir-restrizzjonijiet speċifiċi f'dawk ir-reġjuni bħala riżultat tal-iżolament, l-insularità u l-periferiċità tagħhom.

 

2.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu finanzjament addizzjonali għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' kumpens imsemmija fl-Artikolu 29d. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Kummissjoni tista' tapprova, f'konformità ma' dan ir-Regolament, bħala parti minn dawk il-pjani. L-għajnuna mill-Istat li tkun ġiet innotifikata b'dan il-mod għandha titqies bħala notifikata skont it-tifsira tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

Emenda    223

Proposta għal regolament

Artikolu 29g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 29g

 

Rieżami - POSEI

 

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu qabel il-31 ta' Diċembru 2023 u, jekk ikun meħtieġ, tadotta proposti xierqa. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-possibbiltà li toħloq Programm ta' Soluzzjonijiet Speċifiċi Relatati mal-Periferiċità u l-Insularità (POSEI) għal kwistjonijiet marittimi u tas-sajd.

Emenda    224

Proposta għal regolament

Artikolu 32a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 32a

 

Il-politika marittima u l-iżvilupp ta' ekonomija blu sostenibbli

 

Il-FEMS għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-politika marittima integrata u t-tkabbir tal-ekonomija blu sostenibbli permezz tal-iżvilupp ta' pjattaformi reġjonali għall-finanzjament ta' proġetti innovattivi.

Emenda    225

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bi qbil mal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], il-Kummissjoni tista' tinterrompi l-iskadenza ta' pagament għal applikazzjoni għal pagament sħiħ jew ta' parti minnu f'każ li Stat Membru ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont il-PKS, jekk in-nuqqas ta' konformità x'aktarx li jolqot l-infiq li jkun iddikjarat f'applikazzjoni li jkun qed jintalab il-pagament interim għalih.

1.  Bi qbil mal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], il-Kummissjoni tista' tinterrompi l-iskadenza ta' pagament għal applikazzjoni għal pagament sħiħ jew ta' parti minnu f'każ ta' evidenza li tagħti prova li Stat Membru ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont il-PKS jew il-liġi ambjentali rilevanti tal-UE, jekk in-nuqqas ta' konformità x'aktarx li jolqot l-infiq li jkun iddikjarat f'applikazzjoni li jkun qed jintalab il-pagament interim għalih.

Emenda    226

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bi qbil mal-Artikolu 91(3) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti interim fil-programm kollha jew parti minnhom f'każ li n-nuqqas ta' konformità ta' Stat Membru mal-obbligi tiegħu skont il-PKS ikun wieħed serju, u jekk ikun jolqot l-infiq iddikjarat f'applikazzjoni għal pagament tal-infiq li jkun qed jintalab il-pagament interim għalih.

1.  Bi qbil mal-Artikolu 91(3) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti interim fil-programm kollha jew parti minnhom f'każ li n-nuqqas ta' konformità ta' Stat Membru mal-obbligi tiegħu skont il-PKS jew il-liġi ambjentali rilevanti tal-UE jkun wieħed serju, u jekk ikun jolqot l-infiq iddikjarat f'applikazzjoni għal pagament tal-infiq li jkun qed jintalab il-pagament interim għalih.

Emenda    227

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  in-nefqa ddikjarata f'applikazzjoni għal pagament tkun affettwata minn każijiet ta' ksur serju tar-regoli tal-PKS mill-Istat Membru li wasslu biex jiġi sospiż il-pagament skont l-Artikolu 34 u meta l-Istat Membru kkonċernat jibqa' ma jistax juri li ħa l-azzjoni meħtieġa ta' rimedju biex jiżgura l-konformità mar-regoli applikabbli u l-infurzar tagħhom fil-ġejjieni.

(b)  in-nefqa ddikjarata f'applikazzjoni għal pagament tkun affettwata minn każijiet ta' ksur serju tar-regoli tal-PKS jew tal-liġi ambjentali rilevanti tal-Unjoni mill-Istat Membru li wasslu biex jiġi sospiż il-pagament skont l-Artikolu 34 u meta l-Istat Membru kkonċernat jibqa' ma jistax juri li ħa l-azzjoni meħtieġa ta' rimedju biex jiżgura l-konformità mar-regoli applikabbli u l-infurzar tagħhom fil-ġejjieni.

Emenda    228

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-ammont tal-korrezzjoni billi tikkunsidra n-natura, il-gravità, it-tul ta' żmien u r-ripetizzjoni tan-nuqqas serju ta' konformità mill-Istat Membru jew mill-benefiċjarju mar-regoli tal-PKS u l-importanza tal-kontribuzzjoni tal-FEMS għall-attività ekonomika tal-benefiċjarju kkonċernat.

2.  Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-ammont tal-korrezzjoni billi tikkunsidra n-natura, il-gravità, it-tul ta' żmien u r-ripetizzjoni tan-nuqqas serju ta' konformità mill-Istat Membru jew mill-benefiċjarju mar-regoli tal-PKS jew mal-liġi ambjentali rilevanti tal-Unjoni u l-importanza tal-kontribuzzjoni tal-FEMS għall-attività ekonomika tal-benefiċjarju kkonċernat.

Emenda    229

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta ma jkunx possibbli li jiġi kkwantifikat preċiżament l-ammont ta' nfiq marbut man-nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-PKS mill-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tapplika rata fissa jew korrezzjoni finanzjarja estrapolata skont il-paragrafu 4.

3.  Meta ma jkunx possibbli li jiġi kkwantifikat preċiżament l-ammont ta' nfiq marbut man-nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-PKS jew mal-liġi ambjentali rilevanti tal-Unjoni mill-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tapplika rata fissa jew korrezzjoni finanzjarja estrapolata skont il-paragrafu 4.

Emenda    230

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Kull Stat Membru għandu jippubblika r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 kemm bil-lingwa oriġinali kif ukoll b'waħda mil-lingwi ta' ħidma tal-Kummissjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-FEMS ta' wara l-2020 għandhom jiġu ppubblikati b'mod regolari fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea f'konformità mal-obbligi stabbiliti fir-Regolament ta' Aarhus f'termini ta' trasparenza u parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Emenda    231

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi ppubblikat b'mod regolari fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Il-FEMS ta' wara l-2020 għandu jinkludi obbligu għall-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea biex jiġbru eżempji tal-aħjar prattiki ta' operazzjonijiet iffinanzjati, u għandhom jippubblikawhom fuq is-sit web tagħhom stess sabiex jiffaċilitaw u jinċentivaw l-aħjar prattiki.

Emenda    232

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c.  Kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom jippubblikaw rapporti dwar l-aħjar prattiki fis-siti web rispettivi tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Il-FEMS ta' wara l-2020 għandu jinkludi obbligu għall-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea biex jiġbru eżempji tal-aħjar prattiki ta' operazzjonijiet iffinanzjati, u għandhom jippubblikawhom fuq is-sit web tagħhom stess sabiex jiffaċilitaw u jinċentivaw l-aħjar prattiki.

Emenda    233

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dokumenti rilevanti kollha relatati mal-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 7.

Ġustifikazzjoni

Il-FEMS ta' wara l-2020 għandu jipprevedi l-pubblikazzjoni tad-dokumenti rilevanti kollha relatati mal-implimentazzjoni tiegħu fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, għal raġunijiet ta' trasparenza.

Emenda    234

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  l-involviment kemm jista' jkun tal-fondi tal-programm ta' riċerka u żvilupp Orizzont Ewropa, sabiex jiġu appoġġati u inkoraġġiti attivitajiet ta' riċerka, żvilupp u innovazzjoni fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura;

Ġustifikazzjoni

Fil-proposta leġiżlattiva hemm in-nuqqas serju li dan ma jżidx is-sehem tas-settur tal-akkwakultura mir-riżorsi tar-riċerka u l-iżvilupp tal-UE. Dan jeħtieġ li jinbidel. Tabilħaqq, jeħtieġ li nindikaw li r-riżorsi tal-programm futur ta' riċerka u żvilupp tal-UE ta' Orizzont Ewropa jeħtieġ li jkunu possibbli kemm jista' jkun għas-sajjieda u għall-produtturi tal-akkwakultura.

Emenda    235

Proposta għal regolament

Titolu 3 – kapitolu 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Prijorità 2: Il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta' swieq u akkwakultura kompetittivi u sostenibbli

Prijorità 2: Il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta' sajd, akkwakultura u swieq kompetittivi u sostenibbli

Emenda    236

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-FEMS għandu jappoġġa l-iżvilupp u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar is-suq għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru1379/2013.

Il-FEMS jista' jappoġġa l-iżvilupp u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar is-suq għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013, jiġifieri bil-ħolqien ta' Netwerk ta' Informazzjoni Statistika dwar l-Akkwakultura (ASIN-RISA).

Ġustifikazzjoni

Il-ħolqien ta' Netwerk ta' Informazzjoni Statistika dwar l-Akkwakultura huwa importanti ħafna.

Emenda    237

Proposta għal regolament

Titolu 3 – kapitolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Prijorità 3: Il-promozzjoni tat-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta' komunitajiet kostali li jiffjorixxu

Prijorità 3: Il-promozzjoni tal-kundizzjonijiet xierqa għal ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta' ambjent tal-baħar b'saħħtu għal komunitajiet kostali li jiffjorixxu

Ġustifikazzjoni

Ekonomija blu sostenibbli tfisser li l-attivitajiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali kollha huma parti integrali mill-ekosistema tal-baħar u għalhekk huwa meħtieġ li jinżamm bilanċ bejn it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-benessri tal-komunitajiet kostali lokali u l-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar. Ekonomija blu sostenibbli toħloq valur ekonomiku mill-ambjent tal-baħar unikament jekk tista' titwettaq b'mod li jikkonserva u jipproteġi r-riżorsi u l-ekosistemi tal-baħar.

Emenda    238

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-politika marittima u l-iżvilupp ta' ekonomija blu sostenibbli

Il-politika marittima u l-iżvilupp ta' ekonomija blu sostenibbli li tiżviluppa fil-limiti ekoloġiċi, fil-baħar u fl-ilma ħelu

Emenda    239

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-FEMS għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-politika marittima permezz:

Il-FEMSA għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-politika marittima u l-iżvilupp ta' ekonomija blu sostenibbli permezz:

Emenda    240

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tal-promozzjoni ta' ekonomija blu sostenibbli, b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima;

(a)  tal-promozzjoni ta' ekonomija blu sostenibbli, b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima li tiżgura benessri uman u ambjentali u li tiżviluppa fil-limiti ekoloġiċi fil-baħar u fl-ilma ħelu;

Emenda    241

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  tal-kisba mill-ġdid, il-protezzjoni u ż-żamma tad-diversità, il-produttività, ir-reżiljenza u l-valur intrinsiku tas-sistemi tal-baħar;

Ġustifikazzjoni

Ekonomija blu sostenibbli tfisser li l-attivitajiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali kollha huma parti integrali mill-ekosistema tal-baħar u għalhekk huwa meħtieġ li jinżamm bilanċ bejn it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-benessri tal-komunitajiet kostali lokali u l-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar. Ekonomija blu sostenibbli toħloq valur ekonomiku mill-ambjent tal-baħar unikament jekk tista' titwettaq b'mod li jikkonserva u jipproteġi r-riżorsi u l-ekosistemi tal-baħar.

Emenda    242

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tal-promozzjoni ta' governanza u ġestjoni integrati tal-politika marittima, anki permezz tal-ippjanar spazjali marittimu, ta' strateġiji tal-baċiri tal-baħar u l-kooperazzjoni reġjonali marittima;

(b)  tal-promozzjoni ta' governanza u ġestjoni integrati tal-politika marittima, anki permezz tal-ippjanar spazjali marittimu, ta' strateġiji tal-baċiri tal-baħar, kooperazzjoni reġjonali marittima, strateġiji makroreġjonali tal-Unjoni u kooperazzjoni transfruntiera;

Emenda    243

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  il-promozzjoni ta' produzzjoni u konsum responsabbli, teknoloġiji nodfa, enerġija rinnovabbli u flussi ċirkulari ta' materjali;

Ġustifikazzjoni

Ekonomija blu sostenibbli tfisser li l-attivitajiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali kollha huma parti integrali mill-ekosistema tal-baħar u għalhekk huwa meħtieġ li jinżamm bilanċ bejn it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-benessri tal-komunitajiet kostali lokali u l-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar. Ekonomija blu sostenibbli toħloq valur ekonomiku mill-ambjent tal-baħar unikament jekk tista' titwettaq b'mod li jikkonserva u jipproteġi r-riżorsi u l-ekosistemi tal-baħar.

Emenda    244

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tat-titjib tat-trasferiment u l-użu tar-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija fl-ekonomija blu sostenibbli, inkluż in-netwerk Ewropew ta' Osservazzjoni u Data Marittima (EMODnet);

(c)  tat-titjib tat-trasferiment u l-użu tar-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija fl-ekonomija blu sostenibbli, inkluż in-netwerk Ewropew ta' Osservazzjoni u Data Marittima (EMODnet) kif ukoll f'netwerks oħra ta' data li jkopru l-ilma ħelu, sabiex jiġi żgurat li l-kisbiet fit-teknoloġija u fl-effiċjenza ma jiġux ikkumpensati mit-tkabbir, li l-enfasi tkun fuq attivitajiet ekonomiċi sostenibbli li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-ġenerazzjonijiet attwali u futuri, u li l-għodod u l-kapaċitajiet meħtieġa għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari jiġu żviluppati f'konformità mal-istrateġija tal-Unjoni għall-plastik f'ekonomija ċirkolari;

Emenda    245

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  tat-titjib tal-ħiliet marittimi, tal-litteriżmu fl-oċeani u t-tpartit tad-data soċjoekonomika dwar l-ekonomija blu sostenibbli;

(d)  tat-titjib tal-ħiliet marittimi, tal-litteriżmu fl-oċeani u fl-ilma ħelu u t-tpartit tad-data soċjoekonomika u ambjentali dwar l-ekonomija blu sostenibbli;

Emenda    246

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  tal-appoġġ għal azzjonijiet għall-protezzjoni u l-kisba mill-ġdid tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar u kostali, l-għoti ta' kumpens lis-sajjieda għall-ġbir ta' rkaptu tas-sajd mitluf jew skart mill-baħar.

Ġustifikazzjoni

F'konformità mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent.

Emenda    247

Proposta għal regolament

Artikolu 43a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 43a

 

Id-deċiżjonijiet ta' investiment fl-ekonomija blu

 

Id-deċiżjonijiet ta' investiment fl-ambitu tal-ekonomija blu sostenibbli għandhom ikunu sostnuti mill-aħjar parir xjentifiku disponibbli sabiex jiġu evitati effetti ta' ħsara fuq l-ambjent li jistgħu jipperikolaw is-sostenibbiltà fit-tul. Meta ma jkunx hemm għarfien jew informazzjoni adegwati, għandu jiġi applikat l-approċċ ta' prekawzjoni, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat, peress li jistgħu jittieħdu azzjonijiet b'effetti potenzjalment ta' ħsara.

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju ta' prekawzjoni huwa wieħed mill-pedamenti tat-Trattat tal-UE, id-Dikjarazzjoni ta' Rio u ftehimiet u konvenzjonijiet internazzjonali oħra dwar il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar.

Emenda    248

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  tal-implimentazzjoni ta' ftehimiet, miżuri u għodod internazzjonali rilevanti għall-prevenzjoni, l-iskoraġġiment u l-eliminazzjoni tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat;

(e)  tal-implimentazzjoni ta' ftehimiet, miżuri u għodod internazzjonali rilevanti għall-prevenzjoni, l-iskoraġġiment u l-eliminazzjoni tas-sajd IUU u miżuri u għodda biex jiġi minimizzat l-impatt fuq l-ambjent tal-baħar, b'mod partikolari qabdiet inċidentali ta' għasafar tal-baħar, mammiferi tal-baħar u fkieren tal-baħar;

Emenda    249

Proposta għal regolament

Artikolu 45a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 45a

 

Tindif tat-tniġġis tal-oċeani

 

Il-FEMS għandu jappoġġa l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet li jippermettu t-tindif tal-ibħra u tal-oċeani minn kull tip ta' skart u bi prijorità mill-plastiks, mill-"kontinenti tal-plastik", u minn skart perikoluż jew radjoattiv.

Emenda    250

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.  Il-proċeduri ta' pagament relatati ma' dan ir-Regolament għandhom jiġu aċċelerati sabiex jitnaqqsu l-piżijiet ekonomiċi minn fuq is-sajjieda. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-prestazzjoni kurrenti biex ittejjeb u taċċelera l-proċess tal-pagamenti.

Emenda    251

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operazzjonijiet ta' taħlit skont il-FEMS għandhom ikunu implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar l-InvestEU] u t-Titolu X tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni].

L-operazzjonijiet ta' taħlit skont il-FEMS għandhom ikunu implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar l-InvestEU] u t-Titolu X tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni]. Fl-erba' xhur wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali, il-Kummissjoni għandha tippreżenta sett ta' linji gwida dettaljati lill-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet ta' taħlit fil-programmi operattivi nazzjonali f'konformità mal-FEMS, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari lil operazzjonijiet ta' taħlit imwettqa minn atturi lokali fl-iżvilupp lokali.

Emenda    252

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-evalwazzjoni interim tal-appoġġ skont it-Titolu III għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-appoġġ.

2.  L-evalwazzjoni interim tal-appoġġ skont it-Titolu III għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-appoġġ. Din l-evalwazzjoni għandha tieħu l-forma ta' rapport mill-Kummissjoni u tipprovdi valutazzjoni dettaljata tal-aspetti speċifiċi kollha tal-implimentazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Kif enfasizzat mill-Konferenza tal-Presidenti, l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu, u mhux biss l-evalwazzjoni finali tal-miżuri, għandha tkun ibbażata fuq rapport dettaljat biżżejjed li jippermetti valutazzjoni xierqa tal-prestazzjoni tal-fond.

Emenda    253

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

4.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-rapporti ta' evalwazzjoni msemmija fil-paragrafi 2u 3 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Ġustifikazzjoni

Kif enfasizzat mill-Konferenza tal-Presidenti, l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu, u mhux biss l-evalwazzjoni finali tal-miżuri, għandha tkun ibbażata fuq rapport dettaljat biżżejjed li jippermetti valutazzjoni xierqa tal-prestazzjoni tal-fond.

Emenda    254

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Kif xieraq, il-Kummissjoni tista' tipproponi emendi għal dan ir-Regolament abbażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2.

Ġustifikazzjoni

Kif enfasizzat mill-Konferenza tal-Presidenti, l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu, u mhux biss l-evalwazzjoni finali tal-miżuri, għandha tkun ibbażata fuq rapport dettaljat biżżejjed li jippermetti valutazzjoni xierqa tal-prestazzjoni tal-fond.

Emenda    255

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi Stat Membru jew f'pajjiż terz elenkat fil-programm ta' ħidma taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 3 u 4;

(a)  entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi Stat Membru, f'pajjiż jew f'territorju extra-Ewropew jew f'pajjiż terz elenkat fil-programm ta' ħidma taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 3 u 4;

Emenda    256

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali.

(b)  kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni, inklużi organizzazzjonijiet professjonali jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali.

Emenda    257

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Ġustifikazzjoni

Il-każijiet tas-setgħat eżekuttivi tal-Kummissjoni, bħar-rekwiżiti formali u l-ispeċifikazzjonijiet tal-kontenut tar-rapporti dwar il-prestazzjoni tal-Istati Membri, tant huma importanti li jimplikaw intervent sinifikanti mill-Istati Membri. Il-proċedura konsultattiva ma tipprevedix dan, iżda jeħtieġ li tiġi stabbilita l-proċedura tal-kumitat ta' ġestjoni.

Emenda    258

Proposta għal regolament

Anness I – kolonna 1 – ringiela 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta' swieq u akkwakultura kompetittivi u sostenibbli

Il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta' sajd, akkwakultura u swieq kompetittivi u sostenibbli;

Emenda    259

Proposta għal regolament

Anness I – kolonna 1 – ringiela 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-promozzjoni tat-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta' komunitajiet kostali li jiffjorixxu

Il-promozzjoni tat-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta' komunitajiet kostali u tal-gżejjer li jiffjorixxu

Emenda    260

Proposta għal regolament

Anness I – kolonna 2 – ringiela 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-evoluzzjoni tal-profitabbiltà tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni

L-evoluzzjoni tal-profitabbiltà tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni u l-impjiegi fis-settur

Emenda    261

Proposta għal regolament

Anness I – kolonna 2 – ringiela 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Uċuħ ta' baħar (f'ettari) ta' Natura 2000 u ta' żoni marini protetti skont id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, koperti minn miżuri ta' protezzjoni, manteniment u rkupru

Livell ta' konformità mal-objettivi ambjentali stabbiliti mill-Pjan ta' Azzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar b'konformità mad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina jew, fin-nuqqas ta' dan, riżultati pożittivi sinifikanti f'siti Natura 2000 u żoni marini protetti skont id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, koperti minn miżuri ta' protezzjoni, manteniment u rkupru.

Emenda    262

Proposta għal regolament

Anness I – kolonna 2 – ringiela 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-evoluzzjoni fil-profitabbiltà tal-flotot tas-sajd tal-Unjoni u fl-impjiegi fis-settur

Emenda    263

Proposta għal regolament

Anness II – ringiela 3 - kolonna 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

75%

85%

Emenda    264

Proposta għal regolament

Anness II – ringiela 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

2

Artikolu 23

2.1

75%

 

Akkwakultura

 

 

Emenda

2

Artikolu 23

2.1

85%

 

Akkwakultura

 

 

 

Sajd

2.1

75%

Emenda    265

Proposta għal regolament

Anness II – ringiela 11a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

 

 

Emenda

2

Artikolu 23a

X

75%

 

Netwerk ta' Informazzjoni Statistika dwar l-Akkwakultura

 

 

Emenda    266

Proposta għal regolament

Anness II – ringiela 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

2

Artikolu 24

2.1

75%

 

Il-proċessar tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

 

 

Emenda

3

Artikolu 24

3.1

75%

 

Il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

 

 

Emenda    267

Proposta għal regolament

Anness II – ringiela 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

2

Artikolu 25

2.1

75%

 

L-ipproċessar ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

 

 

Emenda

3

Artikolu 25

3.1

75%

 

L-ipproċessar ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

 

 

Emenda    268

Proposta għal regolament

Anness III – ringiela 2 - kolonna 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

30%

55%

Emenda    269

Proposta għal regolament

Anness III – ringiela 6 - kolonna 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

Operazzjonijiet fil-gżejjer Griegi remoti u fil-gżejjer Kroati Dugi Otok, Vis, Mljet u Lastovo

 

Emenda

 

Operazzjonijiet fil-Gżejjer Irlandiżi remoti, fil-Gżejjer Griegi u fil-gżejjer Kroati ta' Dugi Otok, Vis, Mljet u Lastovo

 

Emenda    270

Proposta għal regolament

Anness III – ringiela 17a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

 

Emenda

16a

Operazzjonijiet imwettqa minn benefiċjarji ta' proġetti kollettivi

60%

Emenda    271

Proposta għal regolament

Anness III – ringiela 17b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

 

Emenda

16b

Operazzjonijiet imwettqa minn organizzazzjoni interprofessjonali, organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produtturi

75%

Emenda    272

Proposta għal regolament

Anness IV – ringiela 9 – kolonna 4

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

40%

50%

Emenda    273

Proposta għal regolament

Anness IV – ringiela 11a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

 

 

Emenda

Artikolu 22a Riċerka xjentifika u ġbir ta' data dwar l-impatt tal-għasafar migratorji fuq l-akkwakultura

2.1

0%

100%

Emenda    274

Proposta għal regolament

Anness IV – ringiela 13 - kolonna 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

40%

75%

Emenda    275

Proposta għal regolament

Anness IV – ringiela 14 - kolonna 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

0%

20%

(1)

ĠU C …, …, p. …..

(2)

ĠU C 361, 5.10.2018, p. 9.


NOTA SPJEGATTIVA

SFOND TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni huwa l-istabbiliment tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) għall-perjodu bejn l-2021 u l-2027. Il-mira ta' dak il-fond hija li jkun hemm parti mill-baġit tal-Unjoni li tiġi ddedikata apposta biex tappoġġa l-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), il-politika marittima tal-Unjoni u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-governanza tal-oċeani, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.

Dan il-finanzjament huwa mezz ewlieni li jiffaċilita s-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, għas-sigurtà tal-ikel permezz tal-provvista ta' prodotti tal-frott tal-baħar, għat-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli, u biex l-ibħra u l-oċeani jkunu f'saħħithom, sikuri, nodfa u ġestiti b'mod sostenibbli.

L-Unjoni, li hija attur dinji fil-qasam tal-oċeani u l-ħames fost l-akbar produtturi ta' frott tal-baħar, għandha responsabbiltà kbira ta' protezzjoni, ta' konservazzjoni u ta' użu sostenibbli tal-oċeani u r-riżorsi tagħhom. Il-preżervazzjoni tal-ibħra u tal-oċeani hija tabilħaqq essenzjali għall-popolazzjoni dinjija li qiegħda tikber b'mod mgħaġġel. Hija wkoll ta' interess soċjoekonomiku għall-Unjoni: l-ekonomija blu sostenibbli tħeġġeġ l-investiment u tagħti spinta lill-impjiegi u lit-tkabbir, trawwem ir-riċerka u l-innovazzjoni u tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-enerġija permezz tal-enerġija mill-oċeani. Barra minn hekk, ibħra u oċeani b'element ta' sigurtà u ta' sikurezza huma essenzjali għall-kontroll tal-fruntieri u għall-ġlieda dinjija kontra l-kriminalità marittima, u dan jippermettilna nindirizzaw it-tħassib taċ-ċittadini dwar is-sigurtà. Dawn il-prijoritajiet jeħtieġu l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni permezz tal-FEMS.

IL-POŻIZZJONI TAR-RAPPORTEUR

Baġit li jissodisfa l-ħtiġijiet tas-settur

Il-fond għas-sajd il-ġdid se jkopri l-perjodu baġitarju bejn l-2021 u l-2027 b'pakkett finanzjarju ta' EUR 6.14 biljun, skont il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. Dan jirrappreżenta tnaqqis ta' 5 % meta mqabbel mal-baġit attwali tal-FEMS. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tipproponi li tnaqqas il-fondi għal ġestjoni kondiviża sabiex talloka aktar riżorsi għall-ġestjoni diretta u indiretta.

Ir-rapporteur jixtieq jenfasizza l-importanza tas-settur marittimu, tas-sajd u tal-akkwakultura Ewropew, li jinvolvi aktar minn 85 000 bastiment, jimpjega aktar minn 340 000 persuna tul il-katina kollha, u jipproduċi aktar minn 6 000 000 tunnellata ta' ħut u frott tal-baħar ta' kwalità għolja u b'valur nutrizzjonali għoli mis-sajd u l-akkwakultura. L-impatt soċjoekonomiku ta' dan is-settur f'ħafna reġjuni kostali huwa kbir ħafna, u dawn ir-reġjuni jiddependu ħafna fuqu u għandhom rabtiet b'saħħithom mal-kultura u d-drawwiet lokali.

Iżda, għad hemm ħafna problemi li jinqalgħu meta tiġi implimentata l-PKS, bħalma huma l-eliminazzjoni tal-iskart jew il-ksib ta' rendiment massimu sostenibbli (MSY), apparti dawk li jiriżultaw mill-proċess tal-Brexit u dawk li jiġu mill-isfidi ġodda ġġenerati kuljum mis-suq u b'rabta mal-produzzjoni globali tal-proteini li joriġinaw mill-baħar.

Għalhekk, huwa importanti li jiġi stabbilit fond għas-sajd speċifiku, sostenibbli u aċċessibbli għal kulħadd. Huwa importanti wkoll li jiġi ssalvagwardjat il-baġit meħtieġ biex jiġu indirizzati dawn il-problemi u l-isfidi li jaffettwaw is-settur marittimu u tas-sajd u filwaqt li titqies l-allokazzjoni baġitarja tal-UE diġà żgħira ħafna għal din il-politika.

Il-FEMS attwali jammonta għal 0.6 % biss tal-baġit ġenerali totali tal-UE għall-2014-2020. Kwalunkwe tnaqqis tal-fondi fis-sajd m'għandu kważi l-ebda riperkussjoni għall-baġit tal-UE iżda jista' jkollu konsegwenzi sostanzjali għas-sajjieda u r-reġjuni kostali.

Il-proċess tal-Brexit ma jridx jintuża bħala skuża biex jitnaqqas il-finanzjament fis-sajd, minħabba l-isfidi importanti għall-protezzjoni ambjentali, il-produzzjoni u l-kummerċ maħluqa minn dan il-proċess.

Flessibbiltà u simplifikazzjoni tal-miżuri eliġibbli

F'termini ġenerali, l-approċċ tal-Kummissjoni għall-introduzzjoni ta' elementi bħall-flessibbiltà fl-elaborazzjoni ta' programmi nazzjonali u simplifikazzjoni amministrattiva jmur fid-direzzjoni t-tajba. Jiena nilqa' b'mod partikolari l-possibbiltà li jiġu offruti soluzzjonijiet mfassla apposta għall-ispeċifiċitajiet u l-isfidi differenti fir-reġjuni tal-UE billi jiġi evitat approċċ ta' "wieħed tajjeb għal kulħadd". Madankollu, għad hemm dubji dwar ir-riżultati finali ta' dan l-approċċ.

Jidher li l-proposta hija bbażata fuq il-prinċipju li jiġu permessi l-miżuri kollha li mhumiex ipprojbiti b'mod espliċitu, għalkemm prinċipju bħal dan mhuwiex espliċitu fit-test tar-Regolament, u dan jista' jwassal għal konfużjoni.

Agħar minn hekk, il-fatt li l-Kummissjoni tipproponi li tiffinanzja varjetà ta' miżuri, li mhumiex speċifikati fit-test, bil-kundizzjoni li huma koperti mill-"oqsma ta' appoġġ" identifikati fir-Regolament futur taħt kull "prijorità" (premessa 11), jagħmel il-qari ħafna inqas ċar. Iżda, pereżempju, skont il-prijorità 1 "sajd sostenibbli", l-uniċi "oqsma ta' appoġġ" jinkludu: il-ġestjoni tas-sajd u tal-flotot tas-sajd (li tiffoka fuq waqfien permanenti); il-waqfien straordinarju mill-attivitajiet tas-sajd; il-kontroll u l-infurzar; il-ġbir ta' data; ir-reġim ta' kumpens fir-Reġjuni ultraperiferiċi; il-ħarsien u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi. Il-kwistjoni hija jekk fi ħdan dawn l-"oqsma ta' appoġġ", jistax jintalab il-finanzjament għal, pereżempju, ċerti miżuri ffinanzjati taħt il-FEMS attwali, bħal: l-innovazzjoni; is-servizzi ta' konsulenza; is-sħubija fost is-sajjieda u x-xjenzjati; il-promozzjoni tal-kapital uman; id-diversifikazzjoni; sajjieda żgħażagħ; is-saħħa u s-sikurezza; avvenimenti klimatiċi negattivi; u ħafna aktar.

Barra minn hekk, il-flessibbiltà tal-fond futur tinsab ukoll fil-mod kif l-Istati Membri jfasslu l-programmi tagħhom. Kull Stat Membru jistabbilixxi prijoritajiet u għanijiet strateġiċi għall-ġestjoni sostenibbli tas-sajd, soġġett għal skeda ta' żmien, li jippermettulu jfassal il-miżuri li jqis xierqa, iżda bl-obbligu li jikseb ir-riżultati mistennija, jekk jixtieq jirċievi finanzjament tal-UE. Il-Kummissjoni se twettaq reviżjoni tal-prestazzjoni annwali, li tista' twassal għal azzjonijiet korrettivi potenzjali.

Filwaqt li dan jista' jinstema' bħala loġiku għall-infiq tajjeb tal-flus pubbliċi, il-kundizzjonijiet imposti kemm mill-FEMS kif ukoll il-proposti għal Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni huma drastiċi u r-regoli huma eżiġenti wisq għall-amministrazzjonijiet pubbliċi. Dan mhux biss jiskoraġġixxi b'mod ċert lill-operaturi milli jitolbu l-fondi iżda jżomm lura lill-amministrazzjonijiet milli jelaboraw programmi ambizzjużi.

Għandu jiġi nnotat li l-Kumitat għas-Sajd ma jistax jikkontribwixxi għat-test finali tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni.

Hemm għalhekk ir-riskju li nistgħu niffaċċjaw l-istess problema ta' nuqqas ta' assorbiment ta' fondi li qed tiġi ffaċċjata fil-perjodu finanzjarju attwali. Illum, aktar minn erba' snin wara l-adozzjoni tal-FEMS attwali, 11 % tal-fond biss intefqu mill-Istati Membri, primarjament minħabba proċeduri kumplessi u ftit li xejn kooperazzjoni mill-Kummissjoni. Is-sajjieda, b'mod partikolari dawk artiġjanali, huma frustrati u skoraġġiti mir-rekwiżiti meħtieġa biex jirċievu finanzjament.

Konsegwentement, jinħtieġu aktar ċarezza u ċertezza legali għall-operaturi u l-amministrazzjonijiet.

Oqsma speċifiċi jew appoġġ

Il-FEMS il-ġdid se jiffinanzja miżuri ta' waqfien temporanju u definittiv (skrappjar) mitluba mis-settur. Madankollu, il-proposta hija eżiġenti ħafna f'termini ta' kundizzjonijiet.

Il-fond futur irid jgħin lis-settur tas-sajd iwettaq proċess ta' ristrutturar li jkun sar meħtieġ għal varjetà ta' raġunijiet, u dan il-proċess jista' jinkludi miżuri bħas-sostituzzjoni ta' magni li jniġġsu u l-modernizzazzjoni ta' bastimenti mhux sikuri.

Għalkemm, fid-dawl tal-importanza soċjoekonomika tal-attività tas-sajd fir-reġjuni kostali tal-UE u s-sajd kostali, artiġjanali u tradizzjonali fuq skala żgħira, il-FEMS irid jagħtihom importanza partikolari, il-finanzjament għall-proċess ta' ristrutturar jenħtieġ li jkun disponibbli għall-flotta kollha.

Ir-rapporteur ma jaqbilx mal-projbizzjoni tal-mekkaniżmi ta' intervent bħall-għajnuna għall-ħżin, li jipprevjenu l-possibbiltà ta' reazzjoni fil-każ ta' sitwazzjonijiet estremi ta' żbilanċi fis-suq.

Element ieħor li r-rapporteur isib problematiku huwa li l-investimenti produttivi tal-akkwakultura kollha u investimenti fir-rigward tal-ipproċessar jiġu ffinanzjati biss permezz ta' strumenti finanzjarji, li, jkunu wkoll taħt l-umbrella ta' Regolament ġdid dwar Dispożizzjonijiet Komuni. Għalkemm strumenti finanzjarji mfassla apposta jkunu disponibbli għall-finanzjament ta' investimenti produttivi fl-ekonomija blu, jenħtieġ ukoll li tingħata l-possibbiltà li wieħed jirrikorri għal għajnuna diretta għal ċerti azzjonijiet.

Il-każ speċifiku tar-Reġjuni Ultraperiferiċi

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi pakketti finanzjarji ġodda għar-Reġjuni ultraperiferiċi (ORs) li jirrappreżentaw l-ammont minimu li jenħtieġ li jiġi ddedikat lilhom mill-Istati Membri kkonċernati. F'dawk il-pakketti, l-ammont iddedikat għall-kumpens ta' spejjeż addizzjonali jiġi ffissat għal limitu massimu ta' 50 fil-mija ta' kull pakkett. Dan jirriżulta fi tnaqqis ta' 32.7 fil-mija u 24.2 fil-mija tal-fondi allokati għall-Gżejjer Kanarji u Franza, rispettivament, għal kumpens fil-FEMS attwali.

Ir-rapporteur isaqsi liema huwa l-kriterju li tipproponi l-Kummissjoni għal dan l-iffissar ta' limitu massimu. Din hija kundizzjoni riġida ħafna. Ir-reġjuni ultraperiferiċi jenħtieġ li jkollhom id-diskrezzjoni u l-flessibbiltà meħtieġa biex jallokaw fondi skont il-ħtiġijiet tagħhom. Għandu jkun innotat li l-kumpens ta' spejjeż addizzjonali jinkoraġġixxi lill-operaturi biex jipproduċu u jqiegħdu fis-suq prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura f'reġjuni fejn prodotti bi spiża baxxa u ta' kwalità baxxa jimlew is-swieq tagħhom. Il-proposta tal-Kummissjoni tmur, għaldaqstant, kontra l-isforz li tiġi żgurata l-awtosuffiċjenza. Għandu jiġi nnotat li l-assorbiment tal-fondi għal din il-miżuri huwa, b'mod ġenerali, 100 %.

Il-proposta tal-Kummissjoni ma tippermettix it-tiġdid tal-flotot artiġjanali u tradizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi. Ir-rapporteur huwa tal-fehma li dan jenħtieġ li jkun possibbli meta r-riżorsi jippermettuh. Mhuwiex ġust li l-UE tiddefendi d-dritt għal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u gżejjer żgħar li jġeddu l-flotot tagħhom fl-istess baċiri tal-baħar fejn jinstabu ċerti reġjuni ultraperiferiċi u, fl-istess ħin, jirrifjutaw l-istess dritt għat-territorji tagħhom stess.

Għandu jiġi nnotat li, f'xi reġjuni ultraperiferiċi, il-flotta llum hija magħmula minn kenuri tal-injam mingħajr magna u riżorsi tas-sajd abbundanti (fil-parti l-kbira tagħhom pelaġiċi) jibqgħu mhux sfruttati. Fil-fatt, ir-reġjuni ultraperiferiċi bdew jiġu inkorporati fil-PKS meta ġie introdott l-isforz għal-limitazzjoni fuq is-sajd fis-snin disgħin u ma applikawx kmieni biżżejjed għat-tiġdid tal-flotot tagħhom. Sadanittant, din il-possibbiltà ġiet ipprojbita.

Element importanti ieħor rigward ir-reġjuni ultraperiferiċi huwa l-ħtieġa li jiġi stabbilit, fuq terminu twil, strument iddedikat b'mod speċifiku biex jappoġġa s-sajd f'dawk ir-reġjuni, f'konformità mal-iskema POSEI (Programmi ta' Soluzzjonijiet Speċifiċi Relatati mal-Periferiċità u l-Insularità) għall-agrikoltura. Għandu jiġu nnotat li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-1989 li tipprevedi l-ħolqien ta' dawk il-programmi hija applikabbli għas-setturi ekonomiċi kollha.

Element ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li kull reġjun ultraperiferiku jrid jippreżenta pjan ta' azzjoni strateġika ddettaljat, li naturalment jagħmel sens, iżda, min-naħa l-oħra, jista' jwassal għal piż mhux meħtieġ u rifjut mill-Kummissjoni li talloka l-flus jekk ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet stretti imposti. Għalhekk, il-pjanijiet ta' azzjoni jistgħu jkunu opportunità, iżda jista' jirriżulta wkoll li jkunu, fl-aħħar mill-aħħar, restrizzjoni.

Barra minn hekk, id-deroga għal proċedura simplifikata tal-għoti ta' għajnuna mill-Istat operattiva lir-reġjuni ultraperiferiċi, li teżisti fil-FEMS attwali u hija bbażata fuq il-mudell agrikolu POSEI, hija nieqsa.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur jixtieq jiċċara li l-finanzjament ta' FADs ankrati (tagħmir biex jinġabar il-ħut), li madwarhom is-sajjieda artiġjanali u tradizzjonali jistadu bix-xlief - għodda perfettament sostenibbli - li kienet possibbli taħt il-FEMS attwali, jibqa' possibbli, billi mhuwiex espressament ipprojbit.

Akkwakultura, ipproċessar u swieq

Il-FEMS jenħtieġ li jagħti spinta lill-promozzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura. Aċċess diffiċli għall-ispazju u proċeduri ta' liċenzjar ta' piż jibqgħu fis-seħħ f'xi Stati Membri. Dan jagħmilha diffiċli għas-settur biex itejjeb l-immaġni u l-kompetittività tal-prodotti agrikoli. Jenħtieġ li jkun permess l-appoġġ, permezz ta' għotjiet għall-investimenti produttivi, l-innovazzjoni, l-akkwist ta' ħiliet professjonali, it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, miżuri kumpensatorji li jipprovdu servizzi ta' ġestjoni tal-art u tan-natura kritiċi, bil-possibbiltà li jkunu permessi wkoll strumenti finanzjarji fil-każ ta' investimenti produttivi.

Jenħtieġ li jingħata wkoll appoġġ kontinwu lill-industrija tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni sabiex tingħata spinta lill-kompetittività tagħha.

Konklużjonijiet

Il-prinċipji u l-għanijiet proposti għall-FEMS il-ġdid għall-perjodu bejn l-2021 u l-2027 ta' min ifaħħarhom. Madankollu, hemm dubji dwar il-flessibbiltà evidenti kif ukoll għall-allokazzjoni baġitarja. L-isfidi li l-UE tixtieq tikseb globalment fis-sajd u l-affarijiet marittimi ma jinkisbux b'inqas baġit.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (23.11.2018)

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2018)0390 – C8-0270/2018 – 2018/0210(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Eider Gardiazabal Rubial

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-objettiv ġenerali tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) huwa li jappoġġa l-objettivi tal-PKS, politika li l-UE għandha kompetenza esklussiva tagħha, li tkompli tiżviluppa l-Politika Marittima Integrata tal-UE u li tappoġġa l-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-governanza tal-oċeani, b'mod komplementari għall-politika ta' koeżjoni u għall-PKS u politiki oħra tal-UE.

Matul is-snin 2021-2027, il-FEMS huwa kruċjali, u t-tisħiħ sostanzjali tas-settur tas-sajd, anke fir-rigward tal-pakkett finanzjarju tiegħu, huwa essenzjali.

Il-limitu massimu propost tal-QFP għall-FEMS, f'miljuni ta' EUR.

 

Il-QFP 2014-2020 UE-27 bil-prezzijiet kostanti tal-2018

Il-QFP 2021-2027 bil-prezzijiet kostanti tal-2018

dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

6.243

6.866

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1a.  Ifakkar li l-Parlament Ewropew adotta żewġ riżoluzzjonijiet, fl-14 ta' Marzu u t-30 ta' Mejju 2018, dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021-2027;

Emenda    2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1b.  Jisħaq fuq l-importanza tal-prinċipji orizzontali li għandhom jirfdu l-QFP 2021-2027 u l-politiki tal-UE kollha relatati; il-Parlament afferma mill-ġdid, f'dan il-kuntest, il-pożizzjoni tiegħu li l-UE jeħtiġilha twettaq l-impenn tagħha li tkun minn ta' quddiem fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, u ddeplora l-fatt li l-proposti għall-QFP ma fihomx impenn ċar u viżibbli f'dak is-sens;

Emenda    3

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1c (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1c.  Jissottolinja l-pożizzjoni tiegħu li, wara l-Ftehim ta' Pariġi, l-infiq orizzontali relatat mal-klima għandu jiżdied b'mod sinifikanti meta mqabbel mal-QFP attwali u jilħaq 30 % mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-2027;

Emenda    4

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1d (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1d.  Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018, il-Parlament Ewropew saħaq fuq l-importanza soċjoekonomika u ekoloġika tas-settur tas-sajd, l-ambjent marittimu u l-'ekonomija blu' u l-kontribuzzjoni tagħhom għall-awtonomija tal-ikel sostenibbli tal-UE fis-sens li jiżguraw is-sostenibbiltà tal-akkwakultura u s-sajd Ewropej u jtaffu l-impatt ambjentali; barra minn dan, il-Parlament Ewropew talab li jinżamm il-livell tal-approprjazzjonijiet finanzjarji ddedikati għas-settur tas-sajd, fl-ambitu tal-QFP attwali, u, jekk jinqalgħu bżonnijiet ġodda, li jiżdiedu l-approprjazzjonijiet finanzjarji għall-affarijiet marittimi;

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Fl-14 ta' Marzu u t-30 ta' Mejju 2018, il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, saħaq fuq l-importanza tal-prinċipji orizzontali li jenħtieġ li jirfdu l-QFP 2021-2027 u l-politiki kollha tal-UE relatati; Il-Parlament afferma mill-ġdid, f'dan il-kuntest, il-pożizzjoni tiegħu li l-UE jeħtiġilha twettaq l-impenn tagħha li tkun minn ta' quddiem fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, u ddeplora l-fatt li l-proposti għall-QFP ma fihomx impenn ċar u viżibbli f'dak is-sens; għalhekk, il-Parlament talab l-integrazzjoni tal-SDGs fil-politiki u l-inizjattivi kollha tal-UE tal-QFP li jmiss; Barra minn hekk, itenni li Unjoni aktar b'saħħitha u ambizzjuża tista' tinkiseb biss jekk tingħata mezzi finanzjarji aktar b'saħħithom; jappella, għaldaqstant, għal appoġġ kontinwu tal-politiki eżistenti, partikolarment il-politiki tal-UE li ilhom stabbiliti u li huma minquxa fit-Trattati, jiġifieri l-politiki agrikoli u tas-sajd, u l-politika ta' koeżjoni, peress li jipprovdu benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini tal-UE.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Barra minn hekk, fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Marzu u t-30 ta' Mejju 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, il-Parlament Ewropew saħaq li l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni hija essenzjali biex jiġu ssodisfati l-impenji tal-UE lejn Ewropa inklużiva. Għaldaqstant talab li l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi u l-impenji għall-ugwaljanza bejn is-sessi jiġu integrati fil-politiki u l-inizjattivi kollha tal-UE fil-QFP li jmiss.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)  Apparti dan, fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Marzu u t-30 ta' Mejju 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, il-Parlament Ewropew issottolinja li, wara l-Ftehim ta' Pariġi, l-infiq orizzontali relatat mal-klima jenħtieġ li jiżdied b'mod sinifikanti meta mqabbel mal-QFP attwali u jilħaq 30 % mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-2027.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi tal-implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintagħżlu skont kemm jistgħu jilħqu l-prijoritajiet stabbiliti għall-azzjonijiet u jagħtu r-riżultati filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta' nonkonformità mistenni. Jenħtieġ li dan ikun jinkludi kunsiderazzjoni li jintużaw somom f'daqqa, rati fissi u spejjeż għal kull unità, kif ukoll finanzjament mingħajr rabta mal-ispejjeż, kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni].

(7)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi tal-implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu skont kemm jistgħu jilħqu l-prijoritajiet stabbiliti għall-azzjonijiet u jagħtu r-riżultati filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta' nonkonformità. Jenħtieġ li dan ikun jinkludi kunsiderazzjoni li jintużaw somom f'daqqa, rati fissi u spejjeż għal kull unità, kif ukoll finanzjament mingħajr rabta mal-ispejjeż, kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni].

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-qafas finanzjarju pluriennali stabbiliti fir-Regolament (UE) xx/xx6 jipprevedi li l-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li jkompli jsostni s-sajd u l-politiki marittimi. Bil-prezzijiet attwali l-baġit tal-FEMS, huwa mistenni li jammonta għal EUR 6 140 000 000. Ir-riżorsi tal-FEMS jenħtieġ li jinqasmu bejn il-ġestjoni kondiviża, il-ġestjoni diretta u l-ġestjoni indiretta. EUR 5 311 000 000 jenħtieġ li jkunu allokati għall-appoġġ b'ġestjoni kondiviża u EUR 829 000 000 għall-appoġġ b'ġestjoni diretta u indiretta. Biex tkun żgurata l-istabbiltà, b'mod partikolari fejn għandu x'jaqsam mal-ksib tal-għanijiet tal-PKS, id-definizzjoni tal-allokazzjonijiet nazzjonali b'ġestjoni kondiviża għall-perjodu ta' pproggrammar tal-2021 sal-2027 jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-ishma tal-FEMS tal-perjodu 2014 sal-2020. Jenħtieġ li jiġu riżervati ammonti speċifiċi għar-reġjuni ultraperifiċi, għall-kontroll u l-infurzar u għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data kemm għall-ġestjoni tas-sajd kif ukoll għall-finijiet xjentifiċi, filwaqt li l-ammonti għall-waqfien permanenti u għall-waqfien straordinarju mill-attivitajiet tas-sajd jenħtieġ li jkunu limitati.

(8)  Il-qafas finanzjarju pluriennali stabbiliti fir-Regolament (UE) xx/xx6 jipprevedi li l-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li jkompli jsostni s-sajd u l-politiki marittimi. Bil-prezzijiet attwali l-baġit tal-FEMS, huwa mistenni li jammonta għal EUR 6 866 943 600 bil-prezzijiet kostanti tal-2018 (jiġifieri EUR 7 739 176 524 bil-prezzijiet attwali). Ir-riżorsi tal-FEMS jenħtieġ li jinqasmu bejn il-ġestjoni kondiviża, il-ġestjoni diretta u l-ġestjoni indiretta. EUR 5 939 794 375 bil-prezzijiet kostanti tal-2018 (jiġifieri, EUR 6 694 261 648 bil-prezzijiet attwali) jenħtieġ li jkunu allokati għall-appoġġ b'ġestjoni kondiviża u EUR 927 149 225 bil-prezzijiet kostanti tal-2018 (jiġifieri EUR 1 044 914 876 bil-prezzijiet attwali) għall-appoġġ b'ġestjoni diretta u indiretta. Biex tkun żgurata l-istabbiltà, b'mod partikolari fejn għandu x'jaqsam mal-ksib tal-għanijiet tal-PKS, id-definizzjoni tal-allokazzjonijiet nazzjonali b'ġestjoni kondiviża għall-perjodu ta' pproggrammar tal-2021 sal-2027 jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-ishma tal-FEMS tal-perjodu 2014 sal-2020. Jenħtieġ li jiġu riżervati ammonti speċifiċi għar-reġjuni ultraperifiċi, għall-kontroll u l-infurzar u għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data kemm għall-ġestjoni tas-sajd kif ukoll għall-finijiet xjentifiċi, filwaqt li l-ammonti għall-waqfien permanenti u għall-waqfien straordinarju mill-attivitajiet tas-sajd jenħtieġ li jkunu limitati.

__________________

__________________

6 ĠU C […], […], p. […].

6 ĠU C […], […], p. […].

Ġustifikazzjoni

It-tqassim fi ħdan il-pakkett finanzjarju tal-programm kif propost mill-Kumitat għall-Baġits huwa biss traduzzjoni aritmetika indikattiva li tirriżulta mill-modifika tal-pakkett ġenerali tal-programm u ma jippreġudikax it-tqassim deċiż fil-kumitat ewlieni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Jenħtieġ li l-FEMS ikun ibbażat fuq erba' prijoritajiet: it-trawwim tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta' swieq u akkwakultura kompetittivi u sostenibbli; il-promozzjoni tat-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta' komunitajiet kostali li jiffjorixxu; it-tisħiħ tal-governanza tal-oċeani internazzjonali u b'hekk l-appoġġ ta' ibħra u oċeani sikuri, indaf u ġestiti b'mod sostenibbli. Dawk il-prijoritajiet jenħtieġ li jiġu segwiti permezz tal-ġestjoni kondiviża, il-ġestjoni diretta u l-ġestjoni indiretta.

(10)  Jenħtieġ li l-FEMS ikun ibbażat fuq erba' prijoritajiet: it-trawwim tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz tal-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-attivitajiet tas-sajd, l-akkwakultura u s-swieq; il-promozzjoni tat-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta' komunitajiet kostali li jiffjorixxu inklużi l-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi; it-tisħiħ tal-governanza tal-oċeani internazzjonali u b'hekk l-appoġġ ta' ibħra u oċeani sikuri, indaf u ġestiti b'mod sostenibbli. Dawk il-prijoritajiet jenħtieġ li jiġu segwiti permezz tal-ġestjoni kondiviża, il-ġestjoni diretta u l-ġestjoni indiretta.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Biex jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima bi qbil mal-impenn tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, jenħtieġ li dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-azzjonijiet klimatiċi ewlenin u jwassal biex tintlaħaq mira ġenerali ta' 25% tal-infiq tal-baġit li jappoġġaw l-għanijiet klimatiċi. L-azzjonijiet skont dan ir-Regolament huma mistennija li jikkontribwixxu 30% tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-FEMS għall-għanijiet klimatiċi. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-FEMS, u jiġu evalwati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi rilevanti ta' evalwazzjoni u ta' rieżami.

(13)  Biex jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima bi qbil mal-impenn tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, jenħtieġ li dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-azzjonijiet klimatiċi ewlenin u jwassal biex tintlaħaq mira ġenerali ta' mill-inqas 25% tal-infiq tal-baġit li jappoġġaw l-għanijiet klimatiċi matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027. L-azzjonijiet skont dan ir-Regolament huma mistennija li jikkontribwixxu 35% tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-FEMS għall-għanijiet klimatiċi. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-FEMS, u jiġu evalwati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi rilevanti ta' evalwazzjoni u ta' rieżami.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jenħtieġ li l-FEMS jikkontribwixxi għall-ksib tal-għanijiet ambjentali tal-Unjoni. Jenħtieġ li din il-kontribuzzjoni tiġi rintraċċata bl-użu tal-markaturi ambjentali tal-Unjoni u tiġi rrappurtata b'mod regolari fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni.

(14)  Jenħtieġ li l-FEMS jikkontribwixxi għall-ksib tal-għanijiet ambjentali tal-Unjoni b'kunsiderazzjoni dovuta tal-koeżjoni soċjali. Jenħtieġ li din il-kontribuzzjoni tiġi rintraċċata bl-użu tal-markaturi ambjentali tal-Unjoni u tiġi rrappurtata b'mod regolari fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Is-sajd huwa essenzjali għall-għajxien u għall-patrimonju kulturali ta' bosta komunitajiet kostali fl-Unjoni, speċjalment f'dawk fejn is-sajjieda kostali ż-żgħar għandhom rwol importanti. Billi l-età medja ta' ħafna komunitajiet ta' sajjieda hija ogħla minn 50 sena, it-tiġdid tal-ġenerazzjonijiet u d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet għadhom ta' sfida.

(18)  Is-sajd huwa essenzjali għall-għajxien u għall-patrimonju kulturali ta' bosta komunitajiet kostali, gżejjer u reġjuni ultraperiferiċi fl-Unjoni, speċjalment f'dawk fejn is-sajd kostali fuq skala żgħira u s-sajd qrib il-kosta għandhom rwol importanti. Billi l-età medja ta' ħafna komunitajiet ta' sajjieda hija ogħla minn 50 sena, it-tiġdid tal-ġenerazzjonijiet u d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet għadhom ta' sfida.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Is-sajd u l-akkwakultura jikkontribwixxu għas-sigurtà alimentari u għan-nutrizzjoni. Iżda fil-preżent l-Unjoni timporta aktar minn 60% tal-prodotti tas-sajd tagħha, u b'hekk tiddependi ħafna mill-pajjiżi terzi. Hemm l-isfida importanti li jiġi promoss il-konsum tal-proteina mill-ħut prodott fl-Unjoni, waħda ta' standards ta' kwalità għolja, u li din tkun disponibbli għall-konsumaturi bi prezzijiet affordabbli.

(31)  L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti identifikat bħala wieħed mis-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG 2) il-fatt li jintemm il-ġuħ, tinkiseb is-sigurtà alimentari u li titjieb in-nutrizzjoni. L-Unjoni hija impenjata bis-sħiħ lejn dak il-għan u lejn l-implimentazzjoni tiegħu. F'dak il-kuntest, is-sajd u l-akkwakultura jikkontribwixxu għas-sigurtà alimentari u għan-nutrizzjoni. Iżda fil-preżent l-Unjoni timporta aktar minn 60% tal-prodotti tas-sajd tagħha, u b'hekk tiddependi ħafna mill-pajjiżi terzi. Hemm l-isfida importanti li jiġi promoss il-konsum tal-proteina mill-ħut prodott fl-Unjoni, waħda ta' standards ta' kwalità għolja, u li din tkun disponibbli għall-konsumaturi bi prezzijiet affordabbli.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS ikun jista' jappoġġa l-promozzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura, inkluża l-akkwakultura tal-ilma ħelu, għat-trobbija ta' annimali u pjanti akkwatiċi biex jiġu prodotti l-ikel u materja prima oħra. F'xi Stati Membri għad hemm proċeduri amministrattivi kumplessi, bħal ostakli biex wieħed jikseb l-ispazju, u proċeduri peżanti biex jinkisbu l-liċenzji, li jagħmluha diffiċli għas-settur itejjeb l-idea pubblika tal-frott tal-baħar imrobbi, u biex jagħmlu aktar kompetittiv. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun konsistenti mal-pjanijiet strateġiċi pluriennali nazzjonali żviluppati abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. B'mod partikolari jenħtieġ li jkunu eliġibbli, l-appoġġ għas-sostenibbiltà ambjentali, għall-investimenti li jiġġeneraw id-dħul, għall-innovazzjoni, għall-ksib ta' ħiliet professjonali, għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, miżuri ta' kumpens li jipprovdu servizzi ta' importanza kritika ta' ġestjoni tal-art u tan-natura. Jenħtieġ li jkunu eliġibbli wkoll azzjonijiet tas-saħħa pubblika, skemi ta' assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura u azzjonijiet b'rabta mas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali. Iżda fil-każ tal-investimenti li jiġġeneraw id-dħul, jenħtieġ li l-appoġġ jingħata biss permezz ta' strumenti finanzjarji u l-InvestEU, li joffru aktar ingranaġġ fis-swieq u għaldaqstant huma iżjed rilevanti mill-għotjiet biex jindirizzaw l-isfidi finanzjarji tas-settur.

(32)  Jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS ikun jista' jappoġġa l-promozzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura, inkluża l-akkwakultura tal-ilma ħelu u sistemi ta' konteniment magħluqa, għat-trobbija ta' annimali u pjanti akkwatiċi biex jiġu prodotti l-ikel u materja prima oħra. F'xi Stati Membri għad hemm proċeduri amministrattivi kumplessi, bħal ostakli biex wieħed jikseb l-ispazju, u proċeduri peżanti biex jinkisbu l-liċenzji, li jagħmluha diffiċli għas-settur biex itejjeb l-idea pubblika tal-frott tal-baħar imrobbi, u biex jagħmlu aktar kompetittiv. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun konsistenti mal-pjanijiet strateġiċi pluriennali nazzjonali żviluppati abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. B'mod partikolari jenħtieġ li jkunu eliġibbli, l-appoġġ għas-sostenibbiltà ambjentali, għall-investimenti li jiġġeneraw id-dħul, għall-innovazzjoni, għall-ksib ta' ħiliet professjonali, għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, miżuri ta' kumpens li jipprovdu servizzi ta' importanza kritika ta' ġestjoni tal-art u tan-natura. Jenħtieġ li jkunu eliġibbli wkoll azzjonijiet tas-saħħa pubblika, skemi ta' assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura u azzjonijiet b'rabta mas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali. Iżda fil-każ tal-investimenti li jiġġeneraw id-dħul, jenħtieġ li l-appoġġ jingħata biss permezz ta' strumenti finanzjarji u l-InvestEU, li joffru aktar ingranaġġ fis-swieq u għaldaqstant huma iżjed rilevanti mill-għotjiet biex jindirizzaw l-isfidi finanzjarji tas-settur.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Il-ħolqien tal-impjiegi fir-reġjuni kostali jiddependi mill-iżvilupp tal-ekonomija blu mmexxija lokalment li tagħti ħajja ġdida lin-nisġa soċjali ta' dawn ir-reġjuni. Sal-2030, l-industriji u s-servizzi oċeaniċi x'aktarx li se jiksbu riżultati aqwa minn dawk tat-tkabbir tal-ekonomija dinjija u jagħtu kontribut importanti għall-impjiegi u għat-tkabbir. Biex ikun sostenibbli, it-tkabbir blu jiddependi mill-innovazzjoni u l-investiment f'negozji marittimi ġodda, u fil-bijoekonomija, fosthom mudelli tat-turiżmu sostenibbli, l-enerġija rinnovabbli mill-oċeani, il-kostruzzjoni innovattiva ta' bastimenti ta' livell għoli, u servizzi ġodda tal-portijiet li jistgħu joħolqu l-impjiegi u fl-istess ħin itejbu l-iżvilupp lokali. Filwaqt li l-investiment pubbliku fl-ekonomija blu sostenibbli jenħtieġ li jkun settur ewlieni fil-baġit kollu tal-Unjoni, il-FEMS jenħtieġ li jkun ikkonċentrat speċifikament fuq il-kundizzjonijiet li jgħinu l-iżvilupp tal-ekonomija blu sostenibbli u fuq it-twarrib tal-ostakli biex ikun iffaċilitat l-investiment u l-iżvilupp ta' swieq u teknoloġiji jew servizzi ġodda. L-appoġġ għall-iżvilupp tal-ekonomija blu sostenibbli jenħtieġ li jingħata permezz ta' ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta.

(35)  Il-ħolqien tal-impjiegi fir-reġjuni kostali jiddependi mill-iżvilupp tal-ekonomija blu mmexxija lokalment li tagħti ħajja ġdida lin-nisġa soċjali ta' dawk ir-reġjuni, inklużi l-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi. Sal-2030, l-industriji u s-servizzi oċeaniċi x'aktarx li se jiksbu riżultati aqwa minn dawk tat-tkabbir tal-ekonomija dinjija u jagħtu kontribut importanti għall-impjiegi u għat-tkabbir. Biex ikun sostenibbli, it-tkabbir blu jiddependi mill-innovazzjoni u l-investiment f'negozji marittimi ġodda, u fil-bijoekonomija, fosthom mudelli tat-turiżmu sostenibbli, l-enerġija rinnovabbli mill-oċeani, il-kostruzzjoni innovattiva ta' bastimenti ta' livell għoli, u servizzi ġodda tal-portijiet li jistgħu joħolqu l-impjiegi u fl-istess ħin itejbu l-iżvilupp lokali. Filwaqt li l-investiment pubbliku fl-ekonomija blu sostenibbli jenħtieġ li jkun settur ewlieni fil-baġit kollu tal-Unjoni, il-FEMS jenħtieġ li jkun ikkonċentrat speċifikament fuq il-kundizzjonijiet li jgħinu l-iżvilupp tal-ekonomija blu sostenibbli u fuq it-tneħħija tal-ostakli biex ikun iffaċilitat l-investiment u l-iżvilupp ta' swieq u teknoloġiji jew servizzi ġodda. L-appoġġ għall-iżvilupp tal-ekonomija blu sostenibbli jenħtieġ li jingħata permezz ta' ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  L-iżvilupp ta' ekonomija blu sostenibbli jiddependi ħafna mill-isħubijiet bejn partijiet ikkonċernati lokali li jikkontribwixxu għall-ħajja tal-komunitajiet u tal-ekonomiji kostali u interni. Jenħtieġ li l-FEMS jipprovdi l-għodod li jippromwovu dawn is-sħubiji. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jingħata appoġġ għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunitajiet (CLLD) b'ġestjoni kondiviża. Dak l-approċċ huwa mistenni li jagħti spinta lid-diversifikazzjoni ekonomika f'kuntesti lokali permezz tal-iżvilupp tas-sajd kostali u intern, tal-akkwakultura u ta' ekonomija blu sostenibbli. L-istrateġiji CLLD jenħtieġ li jiżguraw li l-komunitajiet lokali jisfruttaw aħjar u jibbenefikaw mill-opportunitajiet li toffri l-ekonomija blu sostenibbli billi jsaħħu r-riżorsi ambjentali, kulturali, soċjali u umani u jiksbu l-vantaġġi minnhom. Għalhekk, kull sħubija lokali jenħtieġ li tirrifletti l-fokus ewlieni tal-istrateġija tagħha billi tiżgura l-involviment bilanċjat u r-rappreżentanza mill-partijiet ikkonċernati kollha tal-ekonomija blu lokali sostenibbli.

(36)  L-iżvilupp ta' ekonomija blu sostenibbli jiddependi ħafna mill-isħubijiet bejn partijiet ikkonċernati lokali li jikkontribwixxu għall-ħajja u s-sostenibbiltà tal-popolazzjonijiet tal-komunitajiet u tal-ekonomiji kostali, tal-gżejjer u interni. Jenħtieġ li l-FEMS jipprovdi l-għodod li jippromwovu dawn is-sħubiji. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jingħata appoġġ għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunitajiet (CLLD) b'ġestjoni kondiviża. Dak l-approċċ huwa mistenni li jagħti spinta lid-diversifikazzjoni ekonomika f'kuntesti lokali permezz tal-iżvilupp tas-sajd kostali u intern, tal-akkwakultura u ta' ekonomija blu sostenibbli. L-istrateġiji CLLD jenħtieġ li jiżguraw li l-komunitajiet lokali jisfruttaw aħjar u jibbenefikaw mill-opportunitajiet li toffri l-ekonomija blu sostenibbli billi jsaħħu r-riżorsi ambjentali, kulturali, soċjali u umani u jiksbu l-vantaġġi minnhom. Għalhekk, kull sħubija lokali jenħtieġ li tirrifletti l-fokus ewlieni tal-istrateġija tagħha billi tiżgura l-involviment bilanċjat u r-rappreżentanza mill-partijiet ikkonċernati kollha tal-ekonomija blu lokali sostenibbli.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  B'ġestjoni diretta u indiretta, jenħtieġ li l-FEMS jiffoka fuq il-kundizzjonijiet abilitanti għal ekonomija blu sostenibbli permezz tal-promozzjoni tal-governanza u l-ġestjoni integrati tal-politika marittima, permezz tat-titjib tat-trasferiment u l-użu tar-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija fl-ekonomija blu sostenibbli, permezz tat-titjib tal-ħiliet marittimi, tal-litteriżmu fl-oċeani u tat-tpartit tad-data soċjoekonomika dwar l-ekonomija blu sostenibbli, permezz tal-promozzjoni ta' ekonomija blu sostenibbli reżiljenti għat-tibdil fil-klima u b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, u permezz tal-iżvilupp ta' riżerva ta' proġetti u ta' strumenti finanzjarji innovattivi. Jenħtieġ li jitqiesu s-sitwazzjonijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi rigward l-oqsma msemmijin hawn fuq.

(38)  B'ġestjoni diretta u indiretta, jenħtieġ li l-FEMS jiffoka fuq il-kundizzjonijiet abilitanti għal ekonomija blu sostenibbli permezz tal-promozzjoni tal-governanza u l-ġestjoni integrati tal-politika marittima, permezz tat-titjib tat-trasferiment u l-użu tar-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija fl-ekonomija blu sostenibbli, permezz tat-titjib tal-ħiliet marittimi, tal-litteriżmu fl-oċeani u tat-tpartit tad-data soċjoekonomika dwar l-ekonomija blu sostenibbli, permezz tal-promozzjoni ta' ekonomija blu sostenibbli reżiljenti għat-tibdil fil-klima u b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, u permezz tal-iżvilupp ta' riżerva ta' proġetti u ta' strumenti finanzjarji innovattivi. Jenħtieġ li jitqiesu s-sitwazzjonijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer li jaqgħu taħt l-Artikolu 174 TFUE rigward l-oqsma msemmijin hawn fuq.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 42a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42a)  L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti identifikat bħala wieħed mis-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG 5) il-fatt li tinkiseb ugwaljanza bejn is-sessi u li tissaħħaħ il-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet. L-Unjoni hija impenjata bis-sħiħ lejn dak l-għan u lejn l-implimentazzjoni tiegħu. F'dak il-kuntest, l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni hija essenzjali biex jiġu ssodisfati l-impenji tal-UE lejn Ewropa inklużiva. Għaldaqstant, l-impenji għall-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi u l-ugwaljanza bejn is-sessi jenħtieġ li jiġu inklużi fil-politiki kollha tal-UE, inkluż f'dan ir-Regolament.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  B'ġestjoni kondiviża, kull Stat Membru jenħtieġ li jħejji programm wieħed li jrid jiġi approvati mill-Kummissjoni. Fil-kuntest tar-reġjonalizzazzjoni, u biex l-Istati Membri jitħeġġew isegwu metodu aktar strateġiku meta jkunu qegħdin iħejju l-programmi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa analiżi ta' kull baċir tal-baħar li tindika l-elementi tajbin u d-dgħufijiet komuni mill-perspettiva tal-ksib tal-għanijiet tal-PKS. Dik l-analiżi tkun tgħin kemm lill-Istati Membri, kif ukoll lill-Kummissjoni biex jinnegozjaw kull programm filwaqt li jitqiesu l-isfidi u l-bżonnijiet reġjonali. Meta tkun qed tivvaluta l-programmi, il-Kummissjoni trid tqis l-isfidi ambjentali u soċjoekonomiċi tal-PKS, il-prestazzjoni soċjoekonomika tal-ekonomija blu sostenibbli, l-isfidi fil-livell tal-baċiri tal-baħar, il-konservazzjoni u r-restawr tal-ekosistemi marini, it-tnaqqis tal-iskart fil-baħar u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-addattament għalih.

(43)  B'ġestjoni kondiviża, kull Stat Membru jenħtieġ li jħejji programm wieħed li jrid jiġi approvat mill-Kummissjoni. Fil-kuntest tar-reġjonalizzazzjoni, u biex l-Istati Membri jitħeġġew isegwu metodu aktar strateġiku meta jkunu qegħdin iħejju l-programmi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa analiżi ta' kull baċir tal-baħar li tindika l-elementi tajbin u d-dgħufijiet komuni mill-perspettiva tal-ksib tal-għanijiet tal-PKS. Dik l-analiżi jenħtieġ li tgħin kemm lill-Istati Membri, kif ukoll lill-Kummissjoni biex jinnegozjaw kull programm filwaqt li jitqiesu l-isfidi u l-bżonnijiet reġjonali. Meta tkun qed tivvaluta l-programmi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-isfidi ambjentali u soċjoekonomiċi tal-PKS, il-prestazzjoni soċjoekonomika tal-ekonomija blu sostenibbli, partikolarment fir-rigward tas-sajd kostali fuq skala żgħira, l-isfidi fil-livell tal-baċiri tal-baħar, il-konservazzjoni u r-restawr tal-ekosistemi marini, it-tnaqqis tal-iskart fil-baħar u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-FEMS għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 6 140 000 000 bil-prezzijiet attwali.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-FEMS għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 6 866 943 600 bil-prezzijiet kostanti tal-2018 (jiġifieri EUR 7 739 176 524 bil-prezzijiet attwali).

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-parti tal-pakkett finanzjarju taħt ġestjoni kondiviża kif speċifikat fit-Titolu II għandha tkun ta' EUR 5 311 000 000 bi prezzijiet tal-lum skont it-tqassim annwali stabbilit fl-Anness V.

1.  Il-parti tal-pakkett finanzjarju taħt ġestjoni kondiviża kif speċifikat fit-Titolu II għandha tkun ta' EUR 5 939 794 375 bil-prezzijiet kostanti tal-2018 (jiġifieri, EUR 6 694 261 648 bil-prezzijiet attwali) skont it-tqassim annwali stabbilit fl-Anness V.

Ġustifikazzjoni

It-tqassim fi ħdan il-pakkett finanzjarju tal-programm kif propost mill-Kumitat għall-Baġits huwa biss traduzzjoni aritmetika indikattiva li tirriżulta mill-modifika tal-pakkett ġenerali tal-programm u ma jippreġudikax it-tqassim deċiż fil-kumitat ewlieni.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  EUR 102 000 000 għall-Azores u l-Madejra;

(a)  EUR 114 076 262 bil-prezzijiet kostanti tal-2018 (jiġifieri, EUR 128 566 125 bil-prezzijiet attwali) għall-Azores u l-Madejra;

Ġustifikazzjoni

It-tqassim fi ħdan il-pakkett finanzjarju tal-programm kif propost mill-Kumitat għall-Baġits huwa biss traduzzjoni aritmetika indikattiva li tirriżulta mill-modifika tal-pakkett ġenerali tal-programm u ma jippreġudikax it-tqassim deċiż fil-kumitat ewlieni.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  EUR 82 000 000 għall-Gżejjer Kanarji;

(b)  EUR 91 708 367 bil-prezzijiet kostanti tal-2018 (jiġifieri, EUR 103 357 081 bil-prezzijiet attwali) għall-Gżejjer Kanarji;

Ġustifikazzjoni

It-tqassim fi ħdan il-pakkett finanzjarju tal-programm kif propost mill-Kumitat għall-Baġits huwa biss traduzzjoni aritmetika indikattiva li tirriżulta mill-modifika tal-pakkett ġenerali tal-programm u ma jippreġudikax it-tqassim deċiż fil-kumitat ewlieni.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  EUR 131 000 000 għal Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique, Mayotte, Réunion u Saint-Martin.

(c)  EUR 146 509 709 bil-prezzijiet kostanti tal-2018 (jiġifieri, EUR 165 119 239 bil-prezzijiet attwali) għal Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique, Mayotte, Réunion u Saint-Martin.

Ġustifikazzjoni

It-tqassim fi ħdan il-pakkett finanzjarju tal-programm kif propost mill-Kumitat għall-Baġits huwa biss traduzzjoni aritmetika indikattiva li tirriżulta mill-modifika tal-pakkett ġenerali tal-programm u ma jippreġudikax it-tqassim deċiż fil-kumitat ewlieni.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 8 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-parti tal-pakkett finanzjarju taħt ġestjoni diretta u ġestjoni indiretta, kif speċifikat fit-Titolu III għandha tkun ta' EUR 829 000 000 bil-prezzijiet tal-lum.

1.  Il-parti tal-pakkett finanzjarju taħt ġestjoni diretta u ġestjoni indiretta, kif speċifikat fit-Titolu III għandha tkun ta' EUR 927 149 225 bil-prezzijiet kostanti tal-2018 (EUR 1 044 914 876 bil-prezzijiet attwali).

Ġustifikazzjoni

It-tqassim fi ħdan il-pakkett finanzjarju tal-programm kif propost mill-Kumitat għall-Baġits huwa biss traduzzjoni aritmetika indikattiva li tirriżulta mill-modifika tal-pakkett ġenerali tal-programm u ma jippreġudikax it-tqassim deċiż fil-kumitat ewlieni.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi u s-sajd kostali fuq skala żgħira bbażat fuq gżejjer li jaqgħu taħt l-Artikolu 174 TFUE għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-FEMS jista' jappoġġa l-kumpens ta' spejjeż addizzjonali mġarrba mill-benefiċjarji fl-oqsma tas-sajd, tal-farming, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 6(2).

1.  Il-FEMS jista' jappoġġa l-kumpens ta' spejjeż addizzjonali mġarrba mill-benefiċjarji fl-oqsma tas-sajd, tal-farming, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mir-reġjuni ultraperiferiċi u s-sajd kostali fuq skala żgħira bbażat fuq gżejjer li jaqgħu taħt l-Artikolu 174 TFUE msemmija fl-Artikolu 6(2).

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-FEMS jista' jappoġġa azzjonijiet għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar u tal-kosta, anki fl-ilmijiet interni.

1.  Il-FEMS jista' jappoġġa azzjonijiet għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar u tal-kosta, anki fl-ilmijiet interni. Għal dawn il-finijiet il-kooperazzjoni mal-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-programmi satellita Ewropej għandhom jitrawmu biex tinġabar iżjed data dwar is-sitwazzjoni tat-tniġġis marittimu u speċjalment l-iskart tal-plastik fl-ilmijiet.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  investimenti fl-analiżi u l-osservazzjoni tat-tniġġis tal-baħar, speċjalment mill-plastik, biex tiżdied data dwar is-sitwazzjoni;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) żieda fl-għarfien dwar l-iskart tal-plastik fil-baħar u l-konċentrazzjonijiet tiegħu.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  tal-kooperazzjoni u l-iżvilupp ta' riċerka u data oċeaniċi internazzjonali.

(f)  tal-kooperazzjoni u l-iżvilupp ta' riċerka u data oċeaniċi internazzjonali, notevolment dwar l-iskart tal-plastik fil-baħar, miksuba permezz ta' sensuri xierqa fuq satelliti, partikolarment mill-komponent Copernicus tal-programm Spazjali tal-UE, inġenji tal-ajru awtonomi u sistemi ta' osservazzjoni in-situ, kapaċi li jimmonitorjaw oġġetti ikbar ta' skart f'wiċċ l-ilma kif ukoll konċentrazzjonijiet ta' oġġetti iżgħar.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

Referenzi

COM(2018)0390 – C8-0270/2018 – 2018/0210(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

2.7.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

2.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Eider Gardiazabal Rubial

16.7.2018

Eżami fil-kumitat

26.9.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Jan Olbrycht, Răzvan Popa, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karine Gloanec Maurin, Giovanni La Via, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Tomáš Zdechovský

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

27

+

ALDE

Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Zbigniew Kuźmiuk

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Giovanni La Via, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Inese Vaidere, Tomáš Zdechovský

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Vladimír Maňka, Răzvan Popa, Manuel dos Santos, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana

4

-

ECR

Bernd Kölmel

ENF

André Elissen, Stanisław Żółtek

NI

Eleftherios Synadinos

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (22.11.2018)

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2018)0390 – C8-0270/2018 – 2018/0210(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Francesc Gambús

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fit-12 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta leġiżlattiva l-ġdida dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) għall-perjodu 2021-2027. Il-FEMS għandu l-għan li jimmira l-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni biex jappoġġa lill-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), il-politika marittima tal-Unjoni (PMI) u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-governanza tal-oċeani, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.

Bħala r-Rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, napprezza l-komunikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni peress li pprovdiet bażi inizjali tajba li fuqha aħna l-koleġiżlaturi se nkunu nistgħu naħdmu u idealment biex jintlaħaq ftehim. B'mod partikolari, nixtieq nirringrazzja lill-Kummissjoni għat-tisħiħ tal-impatt ambjentali tal-FEMS, b'enfasi fuq il-ħarsien tal-ekosistemi tal-baħar u b'kontribut mistenni ta' 30 % mill-baġit tagħha għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, f'konformità mal-impenji miftiehma fil-qafas tal-Ftehim ta' Pariġi.

Nemmen ukoll li l-FEMS il-ġdid se jkun aktar effikaċi u effiċjenti, permezz tas-simplifikazzjoni, is-sussidjarjetà, l-allinjament ma' fondi oħra u l-immirar aħjar tal-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd.

Is-sajd u l-akkwakultura jikkontribwixxu għas-sigurtà alimentari u għan-nutrizzjoni. Madankollu, l-Unjoni bħalissa timporta aktar minn 60 % tal-prodotti tas-sajd li hija tikkonsma u għalhekk tiddependi ħafna minn pajjiżi terzi. L-ikbar sfida hija li jiġi inkoraġġit il-konsum tal-ħut minn fi ħdan l-Unjoni, permezz ta' standards ta' kwalità għolja u bi prezzijiet affordabbli. F'dan ir-rigward, jeħtieġ li l-akkwakultura tgħolli l-profil tagħha fis-settur u żżid il-massa kritika tagħha: il-ħut mill-akkwakultura bħalissa jirrappreżenta biss 20 % tal-prodotti tal-ħut ikkummerċjati fl-UE.

Minkejja dan, nemmen li huwa importanti li r-rapport jiġi kkomplementat b'għadd ta' emendi li jadattawh u jagħmluh aktar flessibbli biex tiġi evitata ħsara eċċessiva lill-flotta tas-sajd, meta titqies id-diversità tagħha madwar l-Unjoni.

Qist li hu importanti li jiġi inkluż l-element tal-"koġestjoni", li huwa mekkaniżmu għall-organizzazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd professjonali, tas-sajd rikreattiv u tal-akkwakultura, li fih il-gvernijiet jaqsmu l-awtorità tagħhom mal-komunità lokali tal-utenti, u kull parti jkollha responsabbiltajiet u drittijiet speċifiċi b'rabta mal-informazzjoni u t-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tal-attività. Għaliex ma rridux ninsew li l-iktar partijiet interessati għall-garanzija tal-postijiet tas-sajd u l-istokkijiet ta' ħut huma s-sajjieda nfushom, peress li mingħajr ħut ma hemm l-ebda attività, u mingħajr attività ma hemm l-ebda impjieg. Għal din ir-raġuni, bl-emendi ppreżentati, jien fittixt li nissalvagwardja l-iktar bilanċ possibbli bejn is-sostenibbiltà ambjentali, dik ekonomika u dik soċjali.

Fl-aħħar nett, nemmen li s-simplifikazzjoni u l-kjarifika lill-Istati Membri tal-attivitajiet li jistgħu jitwettqu taħt l-umbrella tal-FEMS se jiffaċilitaw il-ġestjoni, inaqqsu l-piżijiet amministrattivi, u fl-aħħar mill-aħħar se jgħinu lis-settur tas-sajd marittimu tal-Unjoni, filwaqt li fl-istess ħin se jaċċeleraw l-ilħiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Jenħtieġ li jiġi stabbilit Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (il-FEMS) għall-perjodu tal-2021 sal-2027. Il-mira ta’ dak il-fond trid tkun li l-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jiġi ddedikat biex isostni l-Politika Komuni tas-Sajd (il-PKS), il-politika marittima tal-Unjoni u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-governanza tal-oċeani. Dan il-finanzjament huwa mezz ewlieni li jiffaċilita s-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, għas-sigurtà tal-ikel permezz tal-provvista ta' prodotti tal-frott tal-baħar, għat-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli, u biex l-ibħra u l-oċeani jkunu f'saħħithom, sikuri, nodfa u ġestiti b'mod sostenibbli.

(1)  Jenħtieġ li jiġi stabbilit Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (il-FEMS) għall-perjodu tal-2021 sal-2027. Il-mira ta' dak il-fond trid tkun li l-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jiġi ddedikat biex isostni l-implimentazzjoni sħiħa u f'waqtha tal-Politika Komuni tas-Sajd (il-PKS), id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (l-MSFD), il-politika marittima tal-Unjoni u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-governanza tal-oċeani. Dan il-finanzjament, flimkien ma' politiki tas-sajd responsabbli, huwa wieħed mill-mezzi ewlenin li jiffaċilitaw is-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, għas-sigurtà tal-ikel permezz tal-provvista ta' prodotti tal-frott tal-baħar, għat-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli li tiżviluppa fil-limiti ekoloġiċi, u biex l-ibħra u l-oċeani jkunu f'saħħithom, sikuri, nodfa u ġestiti b'mod sostenibbli.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-Unjoni, li hija attur dinji fil-qasam tal-oċeani u l-ħames fost l-akbar produtturi ta' frott tal-baħar, għandha responsabbiltà kbira ta' protezzjoni, ta' konservazzjoni u ta' użu sostenibbli tal-oċeani u r-riżorsi tagħhom. Il-preżervazzjoni tal-ibħra u tal-oċeani hija tabilħaqq essenzjali għall-popolazzjoni dinjija li qiegħda tikber b'mod mgħaġġel. Hija wkoll ta' interess soċjoekonomiku għall-Unjoni: l-ekonomija blu sostenibbli tħeġġeġ l-investiment u tagħti spinta lill-impjiegi u lit-tkabbir, trawwem ir-riċerka u l-innovazzjoni u tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-enerġija permezz tal-enerġija mill-oċeani. Barra minn hekk, ibħra u oċeani b'element ta' sigurtà u ta' sikurezza huma essenzjali għall-kontroll tal-fruntieri u għall-ġlieda dinjija kontra l-kriminalità marittima, u dan jippermettilna nindirizzaw it-tħassib taċ-ċittadini dwar is-sigurtà.

(2)  L-Unjoni, li hija attur dinji fil-qasam tal-oċeani u l-ħames fost l-akbar produtturi ta' frott tal-baħar, għandha responsabbiltà kbira ta' protezzjoni, ta' konservazzjoni u ta' użu sostenibbli tal-oċeani u r-riżorsi tagħhom. Il-preżervazzjoni tal-ibħra u tal-oċeani hija tabilħaqq essenzjali għall-popolazzjoni dinjija li qiegħda tikber b'mod mgħaġġel. Hija wkoll ta' interess soċjoekonomiku għall-Unjoni: l-ekonomija blu sostenibbli li tiżviluppa fil-limiti ekoloġiċi, tħeġġeġ l-investiment u tagħti spinta lill-impjiegi u lit-tkabbir, trawwem ir-riċerka u l-innovazzjoni u tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-enerġija permezz tal-enerġija mill-oċeani. Barra minn hekk, ibħra u oċeani b'element ta' sigurtà u ta' sikurezza huma essenzjali għall-kontroll tal-fruntieri u għall-ġlieda dinjija kontra l-kriminalità marittima, u dan jippermettilna nindirizzaw it-tħassib taċ-ċittadini dwar is-sigurtà.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-qafas finanzjarju pluriennali stabbiliti fir-Regolament (UE) xx/xx6 jipprevedi li l-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li jkompli jsostni s-sajd u l-politiki marittimi. Bil-prezzijiet attwali l-baġit tal-FEMS, huwa mistenni li jammonta għal EUR 6 140 000 000. Ir-riżorsi tal-FEMS jenħtieġ li jinqasmu bejn il-ġestjoni kondiviża, il-ġestjoni diretta u l-ġestjoni indiretta. EUR 5 311 000 000 jenħtieġ li jkunu allokati għall-appoġġ b'ġestjoni kondiviża u EUR 829 000 000 għall-appoġġ b'ġestjoni diretta u indiretta. Biex tkun żgurata l-istabbiltà, b'mod partikolari fejn għandu x'jaqsam mal-ksib tal-għanijiet tal-PKS, id-definizzjoni tal-allokazzjonijiet nazzjonali b'ġestjoni kondiviża għall-perjodu ta' pproggrammar tal-2021 sal-2027 jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-ishma tal-FEMS tal-perjodu 2014 sal-2020. Jenħtieġ li jiġu riżervati ammonti speċifiċi għar-reġjuni ultraperifiċi, għall-kontroll u l-infurzar u għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data kemm għall-ġestjoni tas-sajd kif ukoll għall-finijiet xjentifiċi, filwaqt li l-ammonti għall-waqfien permanenti u għall-waqfien straordinarju mill-attivitajiet tas-sajd jenħtieġ li jkunu limitati.

(8)  Il-qafas finanzjarju pluriennali stabbiliti fir-Regolament (UE) xx/xx6 jipprevedi li l-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li jkompli jsostni s-sajd u l-politiki marittimi. Bil-prezzijiet attwali l-baġit pluriennali tal-FEMS, huwa mistenni li jammonta għal EUR 6 140 000 000. Ir-riżorsi tal-FEMS jenħtieġ li jinqasmu bejn il-ġestjoni kondiviża, il-ġestjoni diretta u l-ġestjoni indiretta. EUR 5 311 000 000 jenħtieġ li jkunu allokati għall-appoġġ b'ġestjoni kondiviża u EUR 829 000 000 għall-appoġġ b'ġestjoni diretta u indiretta. Biex tkun żgurata l-istabbiltà, b'mod partikolari fejn għandu x'jaqsam mal-ksib tal-għanijiet tal-PKS, id-definizzjoni tal-allokazzjonijiet nazzjonali b'ġestjoni kondiviża għall-perjodu ta' pproggrammar tal-2021 sal-2027 jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-ishma tal-FEMS tal-perjodu 2014 sal-2020. Jenħtieġ li jiġu riżervati ammonti speċifiċi għar-reġjuni ultraperifiċi, għall-kontroll u l-infurzar u għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data kemm għall-ġestjoni tas-sajd kif ukoll għall-finijiet xjentifiċi, filwaqt li l-ammonti għall-waqfien permanenti u għall-waqfien straordinarju mill-attivitajiet tas-sajd jenħtieġ li jkunu limitati.

_________________

_________________

6 ĠU C […], […], p. […].

6 ĠU C […], […], p. […].

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Is-settur marittimu Ewropew jimpjega aktar minn ħames miljun ruħ u jiġġenera kważi EUR 500 biljun fis-sena, b'potenzjal li joħloq ħafna aktar impjiegi. L-output tal-ekonomija globali mill-oċeani attwalment huwa stmat EUR 1,3 triljuni, u dan jaf jiżdied aktar mid-doppju sal-2030. Il-ħtieġa li jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju, li tiżdied l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u li titnaqqas l-impronta ambjentali tal-ekonomija blu mexxiet l-impenn lejn l-innovazzjoni f'setturi oħrajn, bħal dak tat-tagħmir marittimu, tal-bini tal-bastimenti, tal-osservazzjoni tal-oċeani, tat-tħammil, tal-protezzjoni tal-kosta, u tal-bini marittimu. L-investiment fl-ekonomija marittima ġie ffinanzjat bil-fondi strutturali tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (il-FEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (il-FEMS). Jenħtieġ li jintużaw għodod ġodda tal-investiment, bħall-InvestEU biex jintlaħaq il-potenzjal tat-tkabbir tas-settur.

(9)  Is-settur marittimu Ewropew jimpjega aktar minn ħames miljun ruħ u jiġġenera kważi EUR 500 biljun fis-sena, b'potenzjal li joħloq ħafna aktar impjiegi, għalkemm jenħtieġ li l-istokkijiet tal-ispeċijiet tal-ħut ikomplu jiġu mmonitorjati u jiġi evitat is-sajd eċċessiv permezz ta' miżuri xierqa. L-output tal-ekonomija globali mill-oċeani attwalment huwa stmat EUR 1,3 triljuni, u dan jaf jiżdied aktar mid-doppju sal-2030. Il-ħtieġa li jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju, li tiżdied l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u li titnaqqas l-impronta ambjentali tal-ekonomija blu mexxiet l-impenn lejn l-innovazzjoni f'setturi oħrajn, bħal dak tat-tagħmir marittimu, tal-bini tal-bastimenti, tal-osservazzjoni tal-oċeani, tat-tħammil, tal-protezzjoni tal-kosta, u tal-bini marittimu. L-investiment fl-ekonomija marittima ġie ffinanzjat bil-fondi strutturali tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (il-FEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (il-FEMS). Jenħtieġ li jintużaw għodod ġodda tal-investiment, bħall-InvestEU biex jintlaħaq il-potenzjal tat-tkabbir tas-settur.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Jenħtieġ li l-FEMS ikun ibbażat fuq erba' prijoritajiet: it-trawwim tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta' swieq u akkwakultura kompetittivi u sostenibbli; il-promozzjoni tat-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta' komunitajiet kostali li jiffjorixxu; it-tisħiħ tal-governanza tal-oċeani internazzjonali u b'hekk l-appoġġ ta' ibħra u oċeani sikuri, indaf u ġestiti b'mod sostenibbli. Dawk il-prijoritajiet jenħtieġ li jiġu segwiti permezz tal-ġestjoni kondiviża, il-ġestjoni diretta u l-ġestjoni indiretta.

(10)  Jenħtieġ li l-FEMS ikun ibbażat fuq erba' prijoritajiet li huma konformi bis-sħiħ mal-għanijiet tal-PKS: it-trawwim tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta' swieq u akkwakultura kompetittivi u sostenibbli; il-promozzjoni ta' ekonomija blu sostenibbli li tiżviluppa fil-limiti ekoloġiċi u trawwem komunitajiet kostali li jiffjorixxu; it-tisħiħ tal-governanza tal-oċeani internazzjonali u b'hekk l-appoġġ ta' ibħra u oċeani sikuri, indaf u ġestiti b'mod sostenibbli. Dawk il-prijoritajiet jenħtieġ li jiġu segwiti permezz tal-ġestjoni kondiviża, il-ġestjoni diretta u l-ġestjoni indiretta.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Il-FEMS wara l-2020 jenħtieġ li jkun ibbażat fuq arkitettura ssimplifikata mingħajr ma jiġu predefiniti miżuri u regoli tal-eliġibbiltà ddettaljati b'mod wisq preskrittiv. Minflok ma jsir hekk, jenħtieġ li jkunu deskritti oqsma ġenerali ta' appoġġ skont kull prijorità. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jfasslu l-programmi tagħhom fejn jindikaw l-aħjar mezzi biex jintlaħqu l-prijoritajiet. Għadd ta' miżuri diversi identifikati fil-programmi mill-Istati Membri jaf jiġu appoġġati skont ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni], dment li jkunu koperti mill-oqsma tal-appoġġ identifikati f'dan ir-Regolament. Madankollu, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista ta' operazzjonijiet li mhumiex eliġibbli biex jiġu evitati impatti detrimentali għall-konservazzjoni tas-sajd, pereżempju projbizzjoni ġenerali ta' investimenti li jżidu l-kapaċità tas-sajd. Barra minn hekk, l-investimenti u l-kumpensi għall-flotta tas-sajd jenħtieġ li jkunu strettament ikkundizzjonati mill-konsistenza mal-għanijiet ta' konservazzjoni tal-PKS.

(11)  Il-FEMS wara l-2020 jenħtieġ li jkun ibbażat fuq arkitettura ssimplifikata mingħajr ma jiġu predefiniti miżuri u regoli tal-eliġibbiltà ddettaljati b'mod wisq preskrittiv. Minflok ma jsir hekk, jenħtieġ li jkunu deskritti oqsma ġenerali ta' appoġġ skont kull prijorità. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jfasslu l-programmi tagħhom fejn jindikaw l-aħjar mezzi biex jintlaħqu l-prijoritajiet. Għadd ta' miżuri diversi identifikati fil-programmi mill-Istati Membri jaf jiġu appoġġati skont ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni], dment li jkunu koperti mill-oqsma tal-appoġġ identifikati f'dan ir-Regolament. Madankollu, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista ta' operazzjonijiet li mhumiex eliġibbli biex jiġu evitati impatti detrimentali għall-konservazzjoni tas-sajd u għad-degradazzjoni tal-ekosistemi, pereżempju projbizzjoni ġenerali ta' investimenti li jżidu l-kapaċità tas-sajd. Barra minn hekk, l-investimenti u l-kumpensi għall-flotta tas-sajd jenħtieġ li jkunu strettament ikkundizzjonati mill-konsistenza mal-għanijiet ta' konservazzjoni tal-PKS.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Biex jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima bi qbil mal-impenn tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, jenħtieġ li dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-azzjonijiet klimatiċi ewlenin u jwassal biex tintlaħaq mira ġenerali ta' 25 % tal-infiq tal-baġit li jappoġġaw l-għanijiet klimatiċi. L-azzjonijiet skont dan ir-Regolament huma mistennija li jikkontribwixxu 30 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-FEMS għall-għanijiet klimatiċi. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-FEMS, u jiġu evalwati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi rilevanti ta' evalwazzjoni u ta' rieżami.

(13)  Biex jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima bi qbil mal-impenn tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, jenħtieġ li dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-azzjonijiet klimatiċi ewlenin u jwassal biex tintlaħaq mira ġenerali ta' 25 % tal-infiq tal-baġit li jappoġġaw l-għanijiet klimatiċi. L-azzjonijiet skont dan ir-Regolament huma mistennija li jikkontribwixxu 30 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-FEMS għall-għanijiet klimatiċi. L-azzjonijiet rilevanti, inklużi l-proġetti li għandhom l-għan li jipproteġu u jirrestawraw il-qigħan tal-algi u l-artijiet kostali mistagħdra li huma bjar tal-karbonju ewlenin, se jiġu identifikati waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-FEMS, u jiġu evalwati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi rilevanti ta' evalwazzjoni u ta' rieżami.

Ġustifikazzjoni

L-aħħar rapport tal-IPCC jenfasizza li ma għandux jitqies biss it-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju, iżda anke l-eliminazzjoni tad-diossidu tal-karbonju mill-atmosfera.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jenħtieġ li l-FEMS jikkontribwixxi għall-ksib tal-għanijiet ambjentali tal-Unjoni. Jenħtieġ li din il-kontribuzzjoni tiġi rintraċċata bl-użu tal-markaturi ambjentali tal-Unjoni u tiġi rrappurtata b'mod regolari fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni.

(14)  Jenħtieġ li l-FEMS jikkontribwixxi għall-ksib tal-għanijiet ambjentali tal-Unjoni, fi ħdan il-qafas tal-PKS u d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Jenħtieġ li din il-kontribuzzjoni tiġi rintraċċata bl-użu tal-markaturi ambjentali tal-Unjoni u tiġi rrappurtata b'mod regolari fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni.

 

_________________

 

1a Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19)

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("ir-Regolament tal-PKS")7 , għajnuna finanzjarja mill-Unjoni fil-kuntest tal-FEMS jenħtieġ li tkun ikkundizzjonata mill-konformità mar-regoli tal-PKS. L-applikazzjonijiet mingħand benefiċjarji li ma jikkonformawx mar-regoli tal-PKS applikabbli jenħtieġ li ma jintlaqgħux.

(15)  Skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("ir-Regolament tal-PKS")7, għajnuna finanzjarja mill-Unjoni fil-kuntest tal-FEMS jenħtieġ li tkun ikkundizzjonata mill-konformità sħiħa mar-regoli tal-PKS u mal-liġi ambjentali tal-UE rilevanti. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tingħata biss lil dawk l-operaturi u Stati Membri li jikkonformaw bis-sħiħ mal-obbligi legali rilevanti tagħhom. L-applikazzjonijiet mingħand benefiċjarji li ma jikkonformawx mar-regoli tal-PKS applikabbli jenħtieġ li ma jintlaqgħux.

_________________

_________________

7 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

7 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Biex jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-PKS imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u biex jgħin biex jiġu rispettati r-regoli tal-PKS, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet addizzjonali mar-regoli dwar l-interruzzjoni, is-sospensjoni u l-korrezzjonijet finanzjarji kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni]. Meta Stat Membru jew benefiċjarju ma jkunx ikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-PKS, jew meta l-Kummissjoni jkollha l-provi li jissuġġerixxu nuqqas ta' konformità, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tinterrompi l-iskadenzi tal-pagamenti bħala miżura ta' prekawzjoni. Barra mill-possibbiltà li tiġi interrotta l-iskadenza tal-pagamenti, u biex jiġi evitat ir-riskju li jitħallas infiq mhux eliġibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tissospendi l-pagamenti u timponi l-korrezzjonijiet finanzjarji f'każijiet serji ta' ksur tar-regoli tal-PKS minn xi Stat Membru.

(16)  Biex jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-PKS imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u biex jgħin biex jiġu rispettati bis-sħiħ ir-regoli tal-PKS, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet addizzjonali mar-regoli dwar l-interruzzjoni, is-sospensjoni u l-korrezzjonijet finanzjarji kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni]. Meta Stat Membru jew benefiċjarju ma jkunx ikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-PKS, jew meta l-Kummissjoni jkollha l-provi li jissuġġerixxu nuqqas ta' konformità, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tinterrompi l-iskadenzi tal-pagamenti bħala miżura ta' prekawzjoni. Barra mill-possibbiltà li tiġi interrotta l-iskadenza tal-pagamenti, u biex jiġi evitat ir-riskju li jitħallas infiq mhux eliġibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tissospendi l-pagamenti u timponi l-korrezzjonijiet finanzjarji f'każijiet serji ta' ksur tar-regoli tal-PKS minn xi Stat Membru.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  F'dawn l-aħħar snin, permezz tal-PKS sar ħafna progress biex l-istokkijiet tal-ħut inġabu lura f'livelli tajbin, biex tinżied il-profitabbiltà tal-industrija tas-sajd tal-Unjoni, u biex jiġu kkonservati l-ekosistemi marini. Madankollu, għad fadal sfidi sostanzjali biex jintlaħqu l-għanijiet soċjoekonomiċi u ambjentali tal-PKS. Dawn jeħtieġu li jitkompla l-appoġġ wara l-2020, speċjalment fil-baċiri tal-baħar, fejn il-progress sar aktar bil-mod.

(17)  F'dawn l-aħħar snin, permezz tal-PKS ittieħdu passi biex l-istokkijiet tal-ħut inġabu lura f'livelli tajbin, biex tinżied il-profitabbiltà tal-industrija tas-sajd tal-Unjoni, u biex jiġu kkonservati l-ekosistemi marini. Madankollu, għad fadal sfidi sostanzjali biex jintlaħqu bis-sħiħ l-għanijiet soċjoekonomiċi u ambjentali tal-PKS, inkluż l-obbligu legali biex il-popolazzjonijiet kollha tal-istokkijiet tal-ħut li huma kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli jiġu restawrati u jinżammu 'l fuq mil-livelli tal-bijomassa. Dawn jeħtieġu li jitkompla l-appoġġ wara l-2020, speċjalment fil-baċiri tal-baħar, fejn il-progress sar aktar bil-mod.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Is-sajd huwa essenzjali għall-għajxien u għall-patrimonju kulturali ta' bosta komunitajiet kostali fl-Unjoni, speċjalment f'dawk fejn is-sajjieda kostali ż-żgħar għandhom rwol importanti. Billi l-età medja ta' ħafna komunitajiet ta' sajjieda hija ogħla minn 50 sena, it-tiġdid tal-ġenerazzjonijiet u d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet għadhom ta' sfida.

(18)  Is-sajd huwa essenzjali għall-għajxien u għall-patrimonju kulturali ta' bosta komunitajiet kostali u tal-gżejjer fl-Unjoni, speċjalment f'dawk fejn is-sajjieda kostali ż-żgħar għandhom rwol importanti. Billi l-età medja ta' ħafna komunitajiet ta' sajjieda hija ogħla minn 50 sena, it-tiġdid tal-ġenerazzjonijiet u d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet għadhom ta' sfida.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  L-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi ta' koġestjoni fl-attività tas-sajd professjonali u rikreattiv u fl-akkwakultura, bil-parteċipazzjoni diretta tal-partijiet ikkonċernati involuti, bħalma huma l-amministrazzjoni, is-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, il-komunità xjentifika, u s-soċjetà ċivili, li tibbaża l-funzjonalità tagħha fuq distribuzzjoni ekwa tar-responsabbiltajiet fit-teħid tad-deċiżjonijiet, u fuq il-ġestjoni adattiva msejsa fuq l-għarfien, l-informazzjoni u l-immedjatezza, tiffavorixxi l-ilħiq tal-objettivi tal-PKS. Il-FEMS jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni ta' dawk il-mekkaniżmi fil-livell lokali.

Ġustifikazzjoni

Il-mudell tal-koġestjoni jiżviluppa l-potenzjal massimu tiegħu fil-qafas ta' ġestjoni bijoekonomika li tirrispetta l-ekosistemi u l-approċċ ta' prekawzjoni. Dan il-mudell għandu jipprovdi l-għodod li jippermettu tweġiba fil-ħin reali għar-realtajiet li jinbidlu li jeżistu fil-ġestjoni adattiva.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Jenħtieġ li l-FEMS jimmira li jilħaq l-għanijiet ambjentali, ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi tal-PKS, kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jiżgura li l-attivitajiet tas-sajd ikunu ambjentalment sostenibbli fit-tul u jkunu ġestiti b'mod li jkun konsistenti mal-għanijiet li jinkisbu l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjieg, u li jikkontribwixxi lejn id-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel.

(19)  Jenħtieġ li l-FEMS jikkontribwixxi għall-ilħiq tal-għanijiet ambjentali, ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi tal-PKS, kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jiżgura li l-attivitajiet tas-sajd ikunu ambjentalment sostenibbli fit-tul u jkunu ġestiti b'mod li jkun konsistenti mal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, li għandhom jikkontribwixxu biex jinkisbu l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjieg, u li jikkontribwixxi lejn id-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Jenħtieġ li l-appoġġ mill-FEMS ikun immirat biex jinkiseb u jinżamm is-sajd sostenibbli bbażat fuq ir-rendiment massimu sostenibbli u biex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar. Dak l-appoġġ jenħtieġ li jinkludi l-innovazzjoni u l-investiment fi prattiki u tekniki tas-sajd b'impatt baxx, u li huma reżiljenti għall-klima u li jemittu livell baxx ta' karbonju.

(20)  Jenħtieġ li l-appoġġ mill-FEMS jikkontribwixxi għall-ilħuq f'waqtu tal-obbligu legali biex il-popolazzjonijiet tal-istokkijiet kollha tal-ħut li huma kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli jiġu restawrati u jinżammu 'l fuq mil-livelli tal-bijomassa u biex jitnaqqsu, u fejn ikun possibbli jiġu eliminati, l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar. Dak l-appoġġ jenħtieġ li jinkludi l-innovazzjoni u l-investiment fi prattiki u tekniki tas-sajd b'impatt baxx, u li huma reżiljenti għall-klima u li jemittu livell baxx ta' karbonju, u jenħtieġ li jeskludi kwalunkwe investiment f'metodi tat-tkarkir bl-impulsi elettriċi.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  L-obbligu ta' ħatt l-art huwa wieħed mill-isfidi ewlenin tal-PKS. Huwa ssarraf f'tibdil sinifikanti għas-settur fil-prattiki tas-sajd, kultant bi spiża finanzjarja importanti. Għaldaqstant jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS jappoġġa l-innovazzjoni u l-investimenti li jgħinu fl-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art, b'rata ta' intensità ta' għajnuna ogħla minn dik li tapplika għal operazzjonijiet oħrajn, bħall-investiment fi rkaptu tas-sajd selettiv, fit-titjib tal-infrastrutturi tal-portijiet, u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' qabdiet mhux mixtieqa. Jenħtieġ ukoll li l-FEMS jagħti rata ta' intensità massima tal-għajnuna ta' 100 % għat-tfassil, l-iżvilupp, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-ġestjoni ta' sistemi trasparenti għall-iskambju ta' opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri ("skambji ta' kwoti"), biex jiġi mmitigat l-effett tal-"ispeċijiet bi kwota limitanti" li jikkawża l-obbligu ta' ħatt l-art.

(21)  L-obbligu ta' ħatt l-art huwa obbligu legali u wieħed mill-objettivi ewlenin tal-PKS. Huwa ssarraf fit-tmiem tal-prattika ambjentalment inaċettabbli relatata mar-rimi kif ukoll f'tibdil importanti għas-settur fil-prattiki tas-sajd, kultant bi spiża finanzjarja importanti. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw l-FEMS biex jappoġġaw sal-massimu l-innovazzjoni u l-investimenti li jgħinu fl-implimentazzjoni sħiħa u f'waqtha tal-obbligu ta' ħatt l-art, b'rata ta' intensità ta' għajnuna ogħla b'mod sostanzjali minn dik li tapplika għal operazzjonijiet oħrajn, bħall-investiment fi rkaptu tas-sajd selettiv u miżuri ta' selettività temporali u spazjali, fit-titjib tal-infrastrutturi tal-portijiet, u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' qabdiet mhux mixtieqa. Jenħtieġ ukoll li l-FEMS jagħti rata ta' intensità massima tal-għajnuna ta' 100 % għat-tfassil, l-iżvilupp, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-ġestjoni ta' sistemi trasparenti għall-iskambju ta' opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri ("skambji ta' kwoti"), biex jiġi mmitigat l-effett tal-"ispeċijiet bi kwota limitanti" li jikkawża l-obbligu ta' ħatt l-art.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  L-obbligu ta' ħatt l-art jenħtieġ li jiġi mmonitorjat bl-istess mod fl-ispettru kollu, mill-bastimenti tas-sajd fuq skala żgħira sal-bastimenti tas-sajd fuq skala kbira, f'kull Stat Membru tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Ilment kostanti u konsistenti mis-sajjieda fuq skala żgħira fl-Irlanda u f'postijiet oħra huwa li, f'dak li jirrigwarda l-ispezzjoni u l-pieni, peress li fil-parti l-kbira tagħhom huma relatati mas-sajd qrib il-kosta, dawn huma l-aktar miri vulnerabbli, filwaqt li l-bastimenti akbar huma aktar diffiċli biex jiġu aċċessati u għalhekk aktar diffiċli biex jiġu spezzjonati.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS ikun jista' jappoġġa wkoll l-innovazzjoni u l-investiment abbord il-bastimenti tas-sajd biex jittejbu l-kundizzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza u tax-xogħol, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-kwalità tal-qabdiet. Madankollu, dan l-appoġġ ma għandux iwassal għal żieda fil-kapaċità tas-sajd jew fil-kapaċità tas-sejba tal-ħut, u ma jridx jingħata sempliċiment biex jiġu ssodisfati rekwiżiti li huma obbligatorji skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali. Bl-istruttura mingħajr miżuri preskrittivi, jenħtieġ li tkun responsabbiltà tal-Istati Membri li jiddefinixxu r-regoli preċiżi tal-eliġibbiltà għal dawk l-investimenti. F'dak li għandu x'jaqsam mal-kundizzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza u tax-xogħol abbord il-bastimenti tas-sajd, jenħtieġ li jkun permess li tingħata għajnuna b'rata ta' intensità ogħla minn ta' operazzjonijiet oħrajn.

(22)  Jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS ikun jista' jappoġġa wkoll l-innovazzjoni u l-investiment abbord il-bastimenti tas-sajd biex jittejbu l-kundizzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza u tax-xogħol, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-kwalità tal-qabdiet kif ukoll biex jiġu appoġġati kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-kura tas-saħħa. Madankollu, dan l-appoġġ ma għandux iwassal għal żieda fil-kapaċità tas-sajd jew fil-kapaċità tas-sejba tal-ħut, u ma jridx jingħata sempliċiment biex jiġu ssodisfati rekwiżiti li huma obbligatorji skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali. Bl-istruttura mingħajr miżuri preskrittivi, jenħtieġ li tkun responsabbiltà tal-Istati Membri li jiddefinixxu r-regoli preċiżi tal-eliġibbiltà għal dawk l-investimenti u l-appoġġ. F'dak li għandu x'jaqsam mal-kundizzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza u tax-xogħol abbord il-bastimenti tas-sajd, jenħtieġ li jkun permess li tingħata għajnuna b'rata ta' intensità ogħla minn ta' operazzjonijiet oħrajn.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Is-sajd kostali artiġjanali huwa s-sajd b'bastimenti b'tul ta' inqas minn 12-il metru u li ma jużawx irkaptu rmunkat. Dak is-settur jirrappreżenta kważi 75 % tal-bastimenti tas-sajd kollha rreġistrati fl-Unjoni u kważi nofs l-impjiegi kollha fis-settur tas-sajd. L-operaturi tas-sajd kostali artiġjanali jiddependu b'mod partikolari fuq stokkijiet tal-ħut b'saħħithom għad-dħul ewlieni tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-FEMS jagħtihom trattament preferenzjali permezz ta' rata ta' intensità tal-għajnuna ta' 100 %, anki għall-operazzjonijiet marbuta mal-kontroll u l-infurzar, biex jinkoraġġixxi l-prattiki tas-sajd sostenibbli. Barra minn hekk, ċerti oqsma ta' appoġġ jenħtieġ li jkunu rriżervati għas-sajd artiġjanali fis-segmenti tal-flotta fejn il-kapaċità tas-sajd tkun f'bilanċ mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli, jiġifieri l-appoġġ tax-xiri ta' bastimenti użati u tat-tibdil jew il-modernizzazzjoni tal-magni tal-bastimenti. Barra minn hekk, l-Istati Membri jeħtiġilhom jinkludu fil-programm tagħhom pjan ta' azzjoni għas-sajd kostali artiġjanali, li jenħtieġ li jiġi ssorveljat skont l-indikaturi, li jridu jiffissaw stadji importanti u miri għalihom.

(28)  Is-sajd kostali artiġjanali huwa s-sajd b'bastimenti b'tul ta' inqas minn 12-il metru u li ma jużawx irkaptu rmunkat. Dak is-settur jirrappreżenta kważi 75 % tal-bastimenti tas-sajd kollha rreġistrati fl-Unjoni u kważi nofs l-impjiegi kollha fis-settur tas-sajd. L-operaturi tas-sajd kostali artiġjanali jiddependu b'mod partikolari fuq stokkijiet tal-ħut b'saħħithom għad-dħul ewlieni tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-FEMS jagħtihom trattament preferenzjali permezz ta' rata ta' intensità tal-għajnuna ta' 100 %, anki għall-operazzjonijiet marbuta mal-kontroll u l-infurzar, biex jinkoraġġixxi l-prattiki tas-sajd sostenibbli f'konformità mal-għanijiet tal-PKS. Barra minn hekk, ċerti oqsma ta' appoġġ jenħtieġ li jkunu rriżervati għas-sajd artiġjanali fis-segmenti tal-flotta fejn il-kapaċità tas-sajd tkun f'bilanċ mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli, jiġifieri l-appoġġ tax-xiri ta' bastimenti użati u tat-tibdil jew il-modernizzazzjoni tal-magni tal-bastimenti kif ukoll għas-sajjieda żgħażagħ. Barra minn hekk, l-Istati Membri jeħtiġilhom jinkludu fil-programm tagħhom pjan ta' azzjoni għas-sajd kostali artiġjanali, li jenħtieġ li jiġi ssorveljat skont l-indikaturi, li jridu jiffissaw stadji importanti u miri għalihom.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Is-sajd u l-akkwakultura jikkontribwixxu għas-sigurtà alimentari u għan-nutrizzjoni. Iżda fil-preżent l-Unjoni timporta aktar minn 60 % tal-prodotti tas-sajd tagħha, u b'hekk tiddependi ħafna mill-pajjiżi terzi. Hemm l-isfida importanti li jiġi promoss il-konsum tal-proteina mill-ħut prodott fl-Unjoni, waħda ta' standards ta' kwalità għolja, u li din tkun disponibbli għall-konsumaturi bi prezzijiet affordabbli.

(31)  Is-sajd u l-akkwakultura sostenibbli jikkontribwixxu għas-sigurtà alimentari u għan-nutrizzjoni. Iżda fil-preżent l-Unjoni timporta aktar minn 60 % tal-prodotti tas-sajd tagħha, u b'hekk tiddependi ħafna mill-pajjiżi terzi. Hemm l-isfida importanti li jiġi promoss il-konsum tal-proteina mill-ħut prodott fl-Unjoni, waħda ta' standards ta' kwalità għolja, u li din tkun disponibbli għall-konsumaturi bi prezzijiet affordabbli.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS ikun jista' jappoġġa l-promozzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura, inkluża l-akkwakultura tal-ilma ħelu, għat-trobbija ta' annimali u pjanti akkwatiċi biex jiġu prodotti l-ikel u materja prima oħra. F'xi Stati Membri għad hemm proċeduri amministrattivi kumplessi, bħal ostakli biex wieħed jikseb l-ispazju, u proċeduri peżanti biex jinkisbu l-liċenzji, li jagħmluha diffiċli għas-settur itejjeb l-idea pubblika tal-frott tal-baħar imrobbi, u biex jagħmlu aktar kompetittiv. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun konsistenti mal-pjanijiet strateġiċi pluriennali nazzjonali żviluppati abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. B'mod partikolari jenħtieġ li jkunu eliġibbli, l-appoġġ għas-sostenibbiltà ambjentali, għall-investimenti li jiġġeneraw id-dħul, għall-innovazzjoni, għall-ksib ta' ħiliet professjonali, għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, miżuri ta' kumpens li jipprovdu servizzi ta' importanza kritika ta' ġestjoni tal-art u tan-natura. Jenħtieġ li jkunu eliġibbli wkoll azzjonijiet tas-saħħa pubblika, skemi ta' assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura u azzjonijiet b'rabta mas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali. Iżda fil-każ tal-investimenti li jiġġeneraw id-dħul, jenħtieġ li l-appoġġ jingħata biss permezz ta' strumenti finanzjarji u l-InvestEU, li joffru aktar ingranaġġ fis-swieq u għaldaqstant huma iżjed rilevanti mill-għotjiet biex jindirizzaw l-isfidi finanzjarji tas-settur.

(32)  Jenħtieġ li jkun possibbli li l-FEMS ikun jista' jappoġġa l-promozzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura, inkluża l-akkwakultura tal-ilma ħelu u l-protezzjoni tal-akkwakultura kontra speċijiet u mard invażivi, għat-trobbija ta' annimali u pjanti akkwatiċi biex jiġu prodotti l-ikel u materja prima oħra. F'xi Stati Membri għad hemm proċeduri amministrattivi eċċessivament kumplessi, bħal ostakli biex wieħed jikseb l-ispazju, u proċeduri peżanti biex jinkisbu l-liċenzji, li jagħmluha diffiċli mingħajr bżonn għas-settur itejjeb l-idea pubblika tal-frott tal-baħar imrobbi, u biex jagħmlu aktar kompetittiv. Jenħtieġ li l-appoġġ ikun konsistenti mal-pjanijiet strateġiċi pluriennali nazzjonali żviluppati abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. B'mod partikolari jenħtieġ li jkunu eliġibbli, l-appoġġ għas-sostenibbiltà ambjentali, għall-investimenti li jiġġeneraw id-dħul, għall-innovazzjoni, kontroll ta' mard speċifiku u speċijiet invażivi li jikkawżaw ħsara serja lill-akkwakultura, għall-ksib ta' ħiliet professjonali, għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, miżuri ta' kumpens li jipprovdu servizzi ta' importanza kritika ta' ġestjoni tal-art u tan-natura. Jenħtieġ li jkunu eliġibbli wkoll azzjonijiet tas-saħħa pubblika, skemi ta' assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura u azzjonijiet b'rabta mas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali. Iżda fil-każ tal-investimenti li jiġġeneraw id-dħul, jenħtieġ li l-appoġġ jingħata biss permezz ta' strumenti finanzjarji u l-InvestEU, li joffru aktar ingranaġġ fis-swieq u għaldaqstant huma iżjed rilevanti mill-għotjiet biex jindirizzaw l-isfidi finanzjarji tas-settur.

Ġustifikazzjoni

F'konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2018 "Lejn settur Ewropew tal-akkwakultura sostenibbli u kompetittiv: is-sitwazzjoni attwali u l-isfidi futuri" (2017/2118 (INI)).

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Is-sigurtà tal-ikel tiddependi minn swieq effiċjenti u organizzati tajjeb, li joħolqu aktar trasparenza, stabbiltà, kwalità u diversità fil-katina tal-provvista, u tiddependi wkoll mill-informazzjoni li jkollhom il-konsumaturi. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-FEMS ikun jista' jappoġġa l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, bi qbil mal-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("ir-Regolament dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq")15 . B'mod partikolari jenħtieġ li l-appoġġ ikun disponibbli għall-ħolqien ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' produzzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni, għall-promozzjoni ta' swieq disponibbli ġodda u għall-iżvilupp u x-xandir ta' informazzjoni dwar is-suq.

(33)  Is-sigurtà tal-ikel tiddependi mill-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, mill-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut, mill-implimentazzjoni sħiħa tal-PKS, minn swieq effiċjenti u organizzati tajjeb, li joħolqu aktar trasparenza, stabbiltà, kwalità u diversità fil-katina tal-provvista, u tiddependi wkoll mill-informazzjoni li jkollhom il-konsumaturi. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-FEMS ikun jista' jappoġġa l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, bi qbil mal-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("ir-Regolament dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq")15 . B'mod partikolari jenħtieġ li l-appoġġ ikun disponibbli għall-ħolqien ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' produzzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni, għall-promozzjoni ta' swieq disponibbli ġodda u għall-iżvilupp u x-xandir ta' informazzjoni dwar is-suq.

_________________

_________________

15 Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

15 Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Il-ħolqien tal-impjiegi fir-reġjuni kostali jiddependi mill-iżvilupp tal-ekonomija blu mmexxija lokalment li tagħti ħajja ġdida lin-nisġa soċjali ta' dawn ir-reġjuni. Sal-2030, l-industriji u s-servizzi oċeaniċi x'aktarx li se jiksbu riżultati aqwa minn dawk tat-tkabbir tal-ekonomija dinjija u jagħtu kontribut importanti għall-impjiegi u għat-tkabbir. Biex ikun sostenibbli, it-tkabbir blu jiddependi mill-innovazzjoni u l-investiment f'negozji marittimi ġodda, u fil-bijoekonomija, fosthom mudelli tat-turiżmu sostenibbli, l-enerġija rinnovabbli mill-oċeani, il-kostruzzjoni innovattiva ta' bastimenti ta' livell għoli, u servizzi ġodda tal-portijiet li jistgħu joħolqu l-impjiegi u fl-istess ħin itejbu l-iżvilupp lokali. Filwaqt li l-investiment pubbliku fl-ekonomija blu sostenibbli jenħtieġ li jkun settur ewlieni fil-baġit kollu tal-Unjoni, il-FEMS jenħtieġ li jkun ikkonċentrat speċifikament fuq il-kundizzjonijiet li jgħinu l-iżvilupp tal-ekonomija blu sostenibbli u fuq it-twarrib tal-ostakli biex ikun iffaċilitat l-investiment u l-iżvilupp ta' swieq u teknoloġiji jew servizzi ġodda. L-appoġġ għall-iżvilupp tal-ekonomija blu sostenibbli jenħtieġ li jingħata permezz ta' ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta.

(35)  Il-ħolqien tal-impjiegi fir-reġjuni kostali u fil-gżejjer ta' spiss jiddependi mill-iżvilupp tal-ekonomija blu mmexxija lokalment li tagħti ħajja ġdida lin-nisġa soċjali ta' dawn ir-reġjuni. Sal-2030, l-industriji u s-servizzi oċeaniċi x'aktarx li se jiksbu riżultati aqwa minn dawk tat-tkabbir tal-ekonomija dinjija u jagħtu kontribut importanti għall-impjiegi u għat-tkabbir. Biex ikun sostenibbli, it-tkabbir blu jiddependi mill-innovazzjoni u l-investiment f'negozji marittimi ġodda, u fil-bijoekonomija, fosthom mudelli tat-turiżmu sostenibbli, l-enerġija rinnovabbli mill-oċeani, il-kostruzzjoni innovattiva ta' bastimenti ta' livell għoli, u servizzi ġodda tal-portijiet li jistgħu joħolqu l-impjiegi u fl-istess ħin itejbu l-iżvilupp lokali. Filwaqt li l-investiment pubbliku fl-ekonomija blu sostenibbli jenħtieġ li jkun settur ewlieni fil-baġit kollu tal-Unjoni, il-FEMS jenħtieġ li jkun ikkonċentrat speċifikament fuq il-kundizzjonijiet li jgħinu l-iżvilupp tal-ekonomija blu sostenibbli u fuq it-twarrib tal-ostakli biex ikun iffaċilitat l-investiment u l-iżvilupp ta' swieq u teknoloġiji jew servizzi ġodda. L-appoġġ għall-iżvilupp tal-ekonomija blu sostenibbli jenħtieġ li jingħata permezz ta' ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  B'ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-FEMS ikun jista' jappoġġa lill-ekonomija blu sostenibbli permezz tal-ġbir, tal-ġestjoni u tal-użu ta' data li ttejjeb l-għarfien dwar l-istat tal-ambjent tal-baħar. Dak l-appoġġ jenħtieġ li jkun immirat biex jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE, biex jappoġġa l-ippjanar spazjali marittimu u biex itejjeb il-kwalità tad-data u jżid it-tpartit tagħha permezz tan-netwerk Ewropew ta' Osservazzjoni u Data Marittima.

(37)  B'ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-FEMS ikun jista' jappoġġa lil ekonomija blu sostenibbli li tiżviluppa fil-limiti ekoloġiċi permezz tal-ġbir, tal-ġestjoni u tal-użu ta' data li ttejjeb l-għarfien dwar l-istat tal-ambjent tal-baħar. Dak l-appoġġ jenħtieġ li jkun immirat biex jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE, biex jappoġġa l-ippjanar spazjali marittimu u biex itejjeb il-kwalità tad-data u jżid it-tpartit tagħha permezz tan-netwerk Ewropew ta' Osservazzjoni u Data Marittima.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  Fir-rwol tagħha ta' attur globali, l-Unjoni għandha l-impenn qawwi li tippromwovi l-governanza internazzjonali tal-oċeani bi qbil mal-Komunikazzjoni Konġunta lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta' Novembru 2016 bit-titolu "Il-Governanza Internazzjonali tal-Oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna"17 . Il-politika dwar il-governanza tal-oċeani tal-Unjoni hija politika ġdida li tittratta l-oċeani b'mod integrat. Il-governanza internazzjonali tal-oċeani mhux biss hija essenzjali biex tinkiseb l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, u b'mod partikolari l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli Nru 14 ("Conserve and sustainably use the oceans, seas and marine resources for sustainable development"), iżda wkoll biex tiggarantixxi ibħra u oċeani li jkunu sikuri, indaf, u ġestiti b'mod sostenibbli, għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. L-Unjoni jrid jirnexxilha tara r-riżultati ta' dawk l-impenji internazzjonali u tkun mutur għall-governanza internazzjonali tal-oċeani mtejba fil-livelli bilaterali, reġjonali u multilaterali, anki fil-prevenzjoni, fl-iskoraġġiment u fl-eliminazzjoni tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, biex ittejjeb l-istruttura tal-governanza internazzjonali tal-oċeani, biex tnaqqas il-pressjonijiet fuq l-oċeani u fuq l-ibħra, biex toħloq il-kundizzjonijiet għal ekonomija blu sostenibbli, u biex issaħħaħ ir-riċerka u d-data internazzjonali dwar l-oċeani.

(40)  Fir-rwol tagħha ta' attur globali, l-Unjoni għandha l-impenn qawwi li tippromwovi l-governanza internazzjonali tal-oċeani bi qbil mal-Komunikazzjoni Konġunta lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta' Novembru 2016 bit-titolu "Il-Governanza Internazzjonali tal-Oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna"17 . Il-politika dwar il-governanza tal-oċeani tal-Unjoni hija politika ġdida li tittratta l-oċeani b'mod integrat. Il-governanza internazzjonali tal-oċeani mhux biss hija essenzjali biex tinkiseb l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, u b'mod partikolari l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli Nru 14 ("Conserve and sustainably use the oceans, seas and marine resources for sustainable development"), iżda wkoll biex tiggarantixxi ibħra u oċeani li jkunu sikuri, indaf, u ġestiti b'mod sostenibbli, għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. L-Unjoni jrid jirnexxilha tara r-riżultati ta' dawk l-impenji internazzjonali u tkun mutur u forza ewlenija għall-governanza internazzjonali tal-oċeani mtejba fil-livelli bilaterali, reġjonali u multilaterali, anki fil-prevenzjoni, fl-iskoraġġiment u fl-eliminazzjoni tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, biex ittejjeb l-istruttura tal-governanza internazzjonali tal-oċeani, biex tnaqqas il-pressjonijiet fuq l-oċeani u fuq l-ibħra, biex toħloq il-kundizzjonijiet għal ekonomija blu sostenibbli, u biex issaħħaħ ir-riċerka u d-data internazzjonali dwar l-oċeani.

_________________

_________________

17 JOIN(2016) 49

17 JOIN(2016) 49

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 44a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44a)  Ġie rappurtat li l-proċedura tal-pagamenti taħt il-FEMS kurrenti kienet dgħajfa, peress li wara erba' snin ta' applikazzjoni ġew użati biss 11 %. Dik il-proċedura jenħtieġ li tittejjeb ħalli l-pagamenti lill-benefiċjarji jiġu aċċelerati, speċjalment fir-rigward tal-individwi jew il-familji.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Skont ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni], ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9520, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9621 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193922, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, fosthom il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet, fosthom kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 . Skont ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni], kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kull parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. L-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li fil-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-FEMS, jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, bi qbil mar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni] u r-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].

(47)  Skont ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni], ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/9520, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9621 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193922, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, fosthom il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jenħtieġ li jwettaq investigazzjonijiet, fosthom kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jenħtieġ li jinvestiga u jħarrek dwar frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23. Skont ir-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni], kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kull parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. L-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li fil-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-FEMS, jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, bi qbil mar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni] u r-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni].

_________________

_________________

19 Ir-Regolament (UE, EURATOM) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L 248, 18.09.2013, p. 1).

19 Ir-Regolament (UE, EURATOM) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L 248, 18.09.2013, p. 1).

20 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p.1) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 001 P. 340 - 343).

20 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p.1) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 001 P. 340 - 343).

21 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

21 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

22 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

22 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

23 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

23 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  Biex tiżdied it-trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu tal-fondi tal-Unjoni u l-ġestjoni finanzjarja tajba tagħhom, b'mod partikolari biex ikun imsaħħaħ il-kontroll pubbliku tal-flus li jintużaw, jenħtieġ li ċerta informazzjoni dwar l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FEMS tiġi ppubblikata f'sit web tal-Istati Membri bi qbil mar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni]. Meta Stat Membru jippubblika l-informazzjoni dwar operazzjonijiet iffinanzjati mill-FEMS, iridu jiġu segwiti r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24.

(48)  Biex tiżdied it-trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu tal-fondi tal-Unjoni u l-ġestjoni finanzjarja tajba tagħhom, b'mod partikolari biex ikun imsaħħaħ il-kontroll pubbliku tal-flus li jintużaw, jenħtieġ li l-informazzjoni kollha dwar l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FEMS tiġi ppubblikata f'sit web tal-Istati Membri bi qbil mar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni]. Meta Stat Membru jippubblika l-informazzjoni dwar operazzjonijiet iffinanzjati mill-FEMS, iridu jiġu segwiti r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24.

_________________

_________________

24 Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta'data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 04.05.2016, p. 1).

24 Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta'data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 04.05.2016, p. 1).

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  "l-investimenti produttivi fl-akkwakultura" tfisser l-investimenti fil-kostruzzjoni, fit-tkabbir, fil-modernizzazzjoni jew fit-tagħmir ta' faċilitajiet fejn issir il-produzzjoni tal-akkwakultura;

(12)  "l-investimenti produttivi fl-akkwakultura" tfisser l-investimenti fil-kostruzzjoni, fit-tkabbir, fil-modernizzazzjoni, l-innovazzjoni jew fit-tagħmir ta' faċilitajiet fejn issir il-produzzjoni tal-akkwakultura;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  "ekonomija blu sostenibbli" tfisser l-attivitajiet ekonomiċi settorjali u transsettorjali kollha madwar is-suq uniku kollu, li għandhom rabta mal-oċeani, mal-ibħra, mal-kosti u mal-ilmijiet interni, li jkopru r-reġjuni ultraperifiċi u l-pajjiżi interni tal-Unjoni, u jinkludu s-setturi li qegħdin jiżviluppaw u prodotti u servizzi mhux tas-suq u li huma konsistenti mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni.

(15)  "ekonomija blu sostenibbli" tfisser l-attivitajiet ekonomiċi settorjali u transsettorjali kollha fil-limiti ekoloġiċi madwar is-suq uniku kollu, li għandhom rabta mal-oċeani, mal-ibħra, mal-kosti u mal-ilmijiet interni, li jkopru r-reġjuni ultraperifiċi u l-pajjiżi interni tal-Unjoni, u jinkludu s-setturi li qegħdin jiżviluppaw u prodotti u servizzi mhux tas-suq u li huma konsistenti mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni biex jirrestawraw u jħarsu l-ekosistemi tal-baħar u jipproteġu r-riżorsi naturali, l-oġġetti u s-servizzi vulnerabbli;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  "koġestjoni" tfisser ftehim ta' sħubija li fih il-gvern, il-komunità ta' utenti ta' riżorsi lokali (is-sajjieda), l-aġenti esterni (organizzazzjonijiet mhux governattivi, istituzzjonijiet ta' riċerka), u xi kultant partijiet ikkonċernati tas-sajd u tar-riżorsi kostali oħra (sidien tad-dgħajjes, negozjanti tal-ħut, aġenziji tal-kreditu jew mutwanti tal-flus, l-industrija tat-turiżmu, eċċ.) jaqsmu r-responsabbiltà u l-awtorità għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tas-sajd.

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni tal-FAO mill-portal tal-FAO dwar it-termini http://www.fao.org/faoterm/en/

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  it-trawwim tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(1)  it-trawwim tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, filwaqt li jitqiesu l-aspetti soċjoekonomiċi;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta' swieq u akkwakultura kompetittivi u sostenibbli;

(2)  il-kontribut għas-sikurezza u għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni permezz ta' swieq u akkwakultura kompetittivi u sostenibbli;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  il-promozzjoni tat-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta' komunitajiet kostali li jiffjorixxu;

(3)  il-promozzjoni tat-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta' komunitajiet kostali u żoni tas-sajd li jiffjorixxu;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-FEMS għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 6 140 000 000 bil-prezzijiet attwali.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni pluriennali tal-FEMS għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta' EUR 6 140 000 000 bil-prezzijiet attwali.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 6 − paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Mill-inqas 15 % tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni allokat lil kull Stat Membru għandu jiġi allokat għall-oqsma ta' appoġġ imsemmija fl-Artikoli 19 u 20. L-Istati Membri li ma għanhomx aċċess għall-ilmijiet tal-Unjoni jistgħu japplikaw perċentwal iżjed baxx għad-daqs tal-ħidmiet tagħhom ta' kontroll u ġbir tad-data.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-allokazzjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita skont il-ħtiġijiet identifikati ta' kull Stat Membru. Kwalunkwe allokazzjoni żejda twassal għal fondi li ma jintużawx jew għal nefqa mhux meħtieġa.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Kwalunkwe finanzjament li ma jintefaqx skont l-Artikoli 19 u 20 dwar il-kontroll u l-ġbir tad-data jista' jiġi allokat mill-ġdid lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  strateġija għall-isfruttament sostenibbli tas-sajd u għall-iżvilupp ta' setturi sostenibbli tal-ekonomija blu;

(a)  strateġija għall-isfruttament sostenibbli tas-sajd u għall-iżvilupp ta' setturi sostenibbli tal-ekonomija blu li jiżviluppaw fil-limiti ekoloġiċi;

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa analiżi ta' kull baċir tal-baħar li tindika l-elementi tajbin u d-dgħufijiet komuni tal-baċir tal-baħar f'dak li għandu x'jaqsam mal-kisba tal-għanijiet tal-PKS, kif imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Fejn ikun rilevanti, din l-analiżi għandha tqis l-istrateġiji makroreġjonali u dwar il-baċiri tal-baħar eżistenti.

5.  Il-Kummissjoni, wara li tikseb l-opinjonijiet tal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti, għandha tiżviluppa analiżi ta' kull baċir tal-baħar li tindika l-elementi tajbin u d-dgħufijiet komuni tal-baċir tal-baħar f'dak li għandu x'jaqsam mal-ilħiq tal-għanijiet tal-PKS, kif imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u l-ilħiq ta' status ambjentali tajjeb, kif imsemmi fid-Direttiva 2008/56/KE. Fejn ikun rilevanti, din l-analiżi għandha tqis l-istrateġiji makroreġjonali u dwar il-baċiri tal-baħar eżistenti.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  il-kontroll immirat tal-ispeċijiet aljeni invażivi li jagħmlu ħsara sinifikanti lill-produttività tas-settur tal-akkwakultura u tas-sajd;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  appoġġ għar-riċerka u l-użu ta' rkaptu tas-sajd innovattiv u selettiv madwar l-Unjoni, mhux biss iżda inkluż skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-evidenza l-aktar riċenti dwar il-prestazzjoni soċjoekonomika tal-ekonomija blu sostenibbli, u b'mod partikolari tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura;

(e)  l-evidenza l-aktar riċenti dwar il-bilanċ bejn il-prijoritajiet ambjentali u l-prestazzjoni soċjoekonomika tal-ekonomija blu sostenibbli, u b'mod partikolari tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  il-kontribut tal-programm għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih.

(i)  il-kontribut tal-programm għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, inkluż billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju permezz tal-iffrankar tal-fjuwil.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Madankollu, l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat ma għandhomx japplikaw għall-pagamenti li jagħmlu l-Istati Membri skont dan ir-Regolament, u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat.

2.  Madankollu, l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat ma għandhomx japplikaw għall-pagamenti li jagħmlu l-Istati Membri skont dan ir-Regolament.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikun għamel ksur serju skont l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/200828 jew l-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 jew skont xi leġiżlazzjoni oħra adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill;

(a)  ikun għamel ksur skont l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/200828 jew l-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 jew skont xi leġiżlazzjoni oħra adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill;

_________________

_________________

28 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).

28 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Wara li jippreżenta l-applikazzjoni, il-benefiċjarju għandu jibqa' jikkonforma mal-kundizzjonijiet ta' ammissibbiltà għall-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 matul il-perjodu kollu tal-implimentazzjoni tal-operazzjoni u għal perjodu ta' ħames snin wara li jkun sar l-aħħar pagament lill-benefiċjarju.

2.  Wara li jippreżenta l-applikazzjoni, il-benefiċjarju għandu jibqa' jikkonforma mal-kundizzjonijiet ta' ammissibbiltà għall-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 matul il-perjodu kollu tal-implimentazzjoni tal-operazzjoni u wara li jkun sar l-aħħar pagament lill-benefiċjarju.

Ġustifikazzjoni

L-ebda operatur jew benefiċjarju ma għandu, fl-ebda mument, iwettaq ksur serju, ikun involut f'sajd IUU jew iwettaq reati ambjentali oħra.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-identifikazzjoni tal-iskattar tal-limitu u t-tul ta' żmien tal-inammissibbiltà msemmi fil-paragrafi 1 u 3, li għandu jkun proporzjonat man-natura, mal-gravità, mat-tul ta' żmien u mar-ripetizzjoni tal-ksur serju, tar-reat jew tal-frodi, u għandu jkun ta' mill-inqas sena;

(a)  l-identifikazzjoni tal-iskattar tal-limitu u t-tul ta' żmien tal-inammissibbiltà msemmi fil-paragrafi 1 u 3, li għandu jkun proporzjonat man-natura, mal-gravità, mat-tul ta' żmien u mar-ripetizzjoni tal-ksur, tar-reat jew tal-frodi, u għandu jkun ta' mill-inqas sena;

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-bini u l-akkwist ta' bastimenti tas-sajd jew l-importazzjoni ta' bastimenti tas-sajd jekk ma jkunx hemm previst mod ieħor f'dan ir-Regolament;

(b)  il-bini, l-akkwist jew il-modernizzazzjoni ta' bastimenti tas-sajd, inkluż permezz ta' tibdil tal-magna jew l-importazzjoni ta' bastimenti tas-sajd jekk ma jkunx hemm previst mod ieħor f'dan ir-Regolament;

Ġustifikazzjoni

Il-modernizzazzjoni jew is-sostituzzjoni tat-tagħmir ta' spiss huma assoċjati ma' effiċjenza u kapaċità akbar biex jinqabad il-ħut. Bħala tali, il-miżuri relatati mal-modernizzazzjoni u mas-sostituzzjoni tal-magna jdgħajfu l-SDG 14.6 li jipprojbixxi s-sussidji li jżidu l-kapaċità tas-sajd. Anke jekk il-modernizzazzjoni jew is-sostituzzjoni ta' magni qodma jiddependu fuq il-fatt li dawn isiru ugwalment jew inqas b'saħħithom, dan mhux neċessarjament se jwassal għal tnaqqis tal-kapaċità tal-bastimenti biex jaqbdu l-ħut. Il-QEA ddikjarat li l-bastimenti mgħammra b'magni "effiċjenti fil-konsum tal-fjuwil" xorta waħda għad għandhom inċentiv biex iżidu l-isforz tas-sajd tagħhom.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  l-operazzjonijiet li jinkludu kwalunkwe forma ta' tkarkir bl-impulsi elettriċi;

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  ir-ripopolazzjoni diretta, dment li dan ma jkunx previst b'mod espliċitu bħala miżura ta' konservazzjoni minn att legali tal-Unjoni jew fil-każ ta' ripopolazzjoni sperimentali;

(g)  ir-ripopolazzjoni diretta, dment li din ma tkunx prevista b'mod espliċitu bħala miżura ta' konservazzjoni jew ta' risistemazzjoni minn att legali tal-Unjoni jew fil-każ ta' ripopolazzjoni sperimentali;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  l-investiment abbord bastimenti tas-sajd li jkunu meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali, inklużi r-rekwiżiti skont l-obbligi tal-Unjoni fil-kuntest tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Mhijiex ċara r-raġuni għala l-investimenti m'għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ meta huma meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-obbligi legali relatati, pereżempju, mal-irkaptu ġdid, sistemi ta' kontroll, jew modifiki lill-irkaptu.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  l-investiment abbord il-bastimenti tas-sajd li jkunu ilhom iwettqu attivitajiet tas-sajd fil-baħar għal inqas minn 60 jum kull sena matul l-aħħar sentejn kalendarji ta' qabel id-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ.

imħassar

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt ka (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ka)  l-ispejjeż operattivi, bħall-assigurazzjoni, spejjeż ġenerali, il-fjuwil jew it-tagħmir tal-bastimenti tas-sajd li jagħmluhom sempliċement operazzjonali jew navigazzjonali, bħal ħbula, rekwiżiti tas-sigurtà jew tas-sikurezza u servizzi ta' manutenzjoni obbligatorji.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 14 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-appoġġ skont dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali, ekonomiċi, soċjali u tal-impjieg tal-PKS, kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

1.  L-appoġġ skont dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali, ekonomiċi, soċjali u tal-impjieg tal-PKS, kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u għandu jinkoraġġixxi d-djalogu soċjali bejn il-partijiet ikkonċernati.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  it-tisħiħ tal-katina tal-valur tas-settur u l-promozzjoni ta' strateġiji ta' kummerċjalizzazzjoni;

(c)  il-ħolqien u t-tisħiħ tal-katina tal-valur tas-settur u l-promozzjoni ta' strateġiji ta' kummerċjalizzazzjoni;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  il-faċilitazzjoni tal-aċċess għall-kreditu, għall-prodotti ta' assigurazzjoni, u għall-istrumenti finanzjarji;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  it-titjib tal-kundizzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza u tax-xogħol abbord il-bastimenti tas-sajd;

(e)  it-titjib tal-kundizzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza u tax-xogħol abbord il-bastimenti tas-sajd, li jagħmilha possibbli li jiġi attirat numru akbar ta' żgħażagħ u li jitnaqqsu b'mod sinifikanti l-kawżi tal-inċidenti marittimi;

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet fl-ekonomija blu sostenibbli;

(h)  id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet f'ekonomija blu sostenibbli usa' li tiżviluppa fil-limiti ekoloġiċi;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)  il-ħolqien ta' ambjent adegwat għall-iżvilupp ta' pjanijiet lokali koġestiti.

Ġustifikazzjoni

Il-mudell tal-koġestjoni jiżviluppa l-potenzjal massimu tiegħu fil-qafas ta' ġestjoni bijoekonomika li tirrispetta l-ekosistemi u l-approċċ ta' prekawzjoni. Dan il-mudell għandu jipprovdi l-għodod li jippermettu tweġiba fil-ħin reali għar-realtajiet li jinbidlu li jeżistu fil-ġestjoni adattiva.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Jekk l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jingħata bħala kumpens għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd, għandhom ikunu rispettati l-kundizzjonijet li ġejjin:

2.  F'każijiet eċċezzjonali, l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jingħata bħala kumpens għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd, dment li jiġu rispettati l-kundizzjonijet li ġejjin:

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-waqfien huwa previst bħala għodda ta' pjan ta' azzjoni msemmi fl-Artikolu 22(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(a)  il-waqfien huwa previst bħala għodda ta' pjan ta' azzjoni biex titnaqqas il-kapaċità tal-flotta msemmi fl-Artikolu 22(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  il-waqfien iwassal għal tnaqqis totali fil-kapaċità tas-sajd peress li l-flus mogħtija ma jiġux investiti mill-ġdid fis-settur;

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-FEMS jista' jappoġġa l-aċċess tal-intrapriżi tas-sajd u tal-akkwakultura għall-istrumenti ta' ġestjoni tar-riskju, fosthom l-inċentivi għall-poloz tal-assigurazzjoni jew għall-fondi ta' mutwalizzazzjoni, bl-għan li jiġi kopert it-telf li jirriżulta minħabba avveniment wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

 

(a) diżastri naturali;

 

(b) avvenimenti klimatiċi negattivi;

 

(c) bidliet għal għarrieda fil-kwalità u fil-kwantità tal-ibħra li l-operatur ma jkunx responsabbli għalihom;

 

(d) mard fis-settur tal-akkwakultura, nuqqas ta' funzjonament jew qerda tal-faċilitajiet ta' produzzjoni li l-operatur ma jkunx responsabbli għalihom;

 

(e) spejjeż ta' salvataġġ tas-sajjieda jew tal-bastimenti tas-sajd f'każ ta' inċidenti fil-baħar, waqt l-attivitajiet tagħhom tas-sajd.

Ġustifikazzjoni

Bħal ma jseħħ fis-settur agrikolu, għandu jiġi introdott l-appoġġ tal-FEMS għall-istrumenti ta' ġestjoni tar-riskju, fosthom l-inċentivi għall-poloz tal-assigurazzjoni jew għall-fondi ta' mutwalizzazzjoni, fejn ir-raġunijiet huma ddefiniti mill-ittri a) sa e).

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-attivitajiet kummerċjali tal-bastiment ikkonċernat jitwaqqfu għal mill-inqas 90 jum konsekuttiv; kif ukoll

(a)  l-attivitajiet kummerċjali tal-bastiment ikkonċernat jitwaqqfu;

Ġustifikazzjoni

F'xi baċiri tal-UE, il-waqfien annwali tal-flotot tas-sajd bit-tartarun tal-borża u tal-flotot tat-tkarkir tal-qiegħ huwa ta' bejn 30 u 60 jum, skont varjabbli differenti bħalma huma s-segment tal-attività tas-sajd u t-tip speċifiku ta' sajd. Minħabba f'hekk, il-waqfien temporanju għandu jkun kopert b'mod indipendenti mit-tul tal-bastimenti.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 18 − paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-attivitajiet tas-sajd kollha li jwettqu l-bastiment tas-sajd u s-sajjieda kkonċernati għandhom ikunu sospiżi b'mod effettiv waqt il-perjodu kkonċernat tal-waqfien. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-bastiment ikkonċernat waqqaf kull attività tas-sajd tul il-perjodu kkonċernat mill-waqfien straordinarju u li jkun evitat kull kumpens żejjed li jirriżulta mill-użu tal-bastiment għal skopijiet oħrajn.

5.  L-attivitajiet tas-sajd kollha li jwettqu l-bastiment tas-sajd u s-sajjieda kkonċernati għandhom ikunu sospiżi b'mod effettiv waqt il-perjodu kkonċernat tal-waqfien. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-bastiment ikkonċernat waqqaf kull attività tas-sajd tul il-perjodu kkonċernat mill-waqfien straordinarju u li jkun evitat kull kumpens żejjed li jirriżulta mill-użu tal-bastiment għal skopijiet oħrajn.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18a

 

Waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd

 

1. Il-FEMS jista' jappoġġa l-miżuri għall-waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd fil-każijiet li ġejjin:

 

(a) il-perjodi ta' rkupru bijoloġiku (l-istaġuni magħluqa);

 

(b) f'każ li l-waqfien temporanju jkun previst fi pjan ta' ġestjoni adottat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-Kunsill jew fi pjan pluriennali adottat f'konformità mal-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, fejn, abbażi tal-opinjonijiet xjentifiċi, huwa meħtieġ tnaqqis fl-isforz tas-sajd bl-għan li jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2) u l-punt (a) tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

 

2. L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jingħata għal perjodu ta' mhux aktar minn sitt xhur għal kull bastiment tas-sajd matul il-perjodu tal-2021 sal-2027.

 

3. L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jingħata biss:

 

(a) lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni rreġistrati bħala attivi u li jkunu wettqu attività tas-sajd fuq il-baħar għal medja ta' mill-inqas 90 jum matul is-sentejn qabel id-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ; jew

 

(b) lis-sajjieda li jkunu ħadmu fuq il-baħar abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni kkonċernat mill-waqfien temporanju għal medja ta' mill-inqas 90 jum matul is-sentejn qabel id-data li fiha tkun tressqet l-applikazzjoni għall-appoġġ.

 

4. L-attivitajiet kollha tas-sajd li jwettqu l-bastiment tas-sajd jew is-sajjied ikkonċernat għandhom ikunu sospiżi b'mod effettiv. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-bastiment tas-sajd ikkonċernat waqqaf kull attività tas-sajd matul il-perjodu kkonċernat mill-waqfien temporanju.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li din il-miżura ta' hawn fuq tiġi introdotta mill-ġdid, peress li tat riżultati eċċellenti f'kull perjodu ta' programmazzjoni li fih ġiet implimentata.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-FEMS jista' jappoġġa l-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data għall-ġestjoni tas-sajd u għal finijiet xjentifiċi, kif previst fl-Artikolu 25(1) u (2) u fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u speċifikat ukoll fir-Regolament (UE) Nru 2017/1004, abbażi tal-pjanijiet ta' ħidma nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 2017/1004.

1.  Il-FEMS jista' jappoġġa l-ġbir, il-ġestjoni, l-ipproċessar u l-użu tad-data għall-ġestjoni tas-sajd u għal finijiet xjentifiċi, kif previst fl-Artikolu 25(1) u (2) u fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u speċifikat ukoll fir-Regolament (UE) Nru 2017/1004, abbażi tal-pjanijiet ta' ħidma nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 2017/1004.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 21 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta jistabbilixxu l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-fatturi kollha rilevanti, b'mod partikolari l-ħtieġa li jiżguraw li l-kumpens ikun kompatibbli kompletament mar-regoli tal-PKS.

3.  Meta jkunu qed jistabbilixxu l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-fatturi kollha rilevanti, b'mod partikolari l-ħtieġa li jiżguraw li l-kumpens ikun konformi mar-regoli tal-PKS.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-kumpens lis-sajjieda għall-ġbir ta' rkaptu tas-sajd mitluf u għall-iskart li jinġabar mill-baħar;

(a)  il-kumpens lis-sajjieda għall-ġbir ta' rkaptu tas-sajd mitluf u għall-ġbir passiv tal-iskart li jinġabar mill-baħar;

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Akkwakultura

Akkwakultura Sostenibbli

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-FEMS jista' jappoġġa l-akkwakultura sostenibbli kif stipulat fl-Artikolu (34)1 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Jista' wkoll jappoġġa s-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali fl-akkwakultura, bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32 u r-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33.

1.  Il-FEMS jista' jappoġġa l-akkwakultura sostenibbli kif stipulat fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Jista' wkoll jipprovdi appoġġ biex jiġu indirizzati b'mod determinat problemi speċifiċi fis-settur minħabba speċijiet aljeni invażivi u biex jiġu promossi s-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali fl-akkwakultura, bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32 u r-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33.

_________________

_________________

32 Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali ( "Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali") (ĠU L 84, 31.03.2016, p. 1).

32 Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali ( "Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali") (ĠU L 84, 31.03.2016, p. 1).

33 Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.06.2014, p. 1).

33 Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.06.2014, p. 1).

Ġustifikazzjoni

F'konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2018 "Lejn settur Ewropew tal-akkwakultura sostenibbli u kompetittiv: is-sitwazzjoni attwali u l-isfidi futuri" (2017/2118 (INI)), inkluż fuq l-ispeċijiet aljeni invażivi, l-oyster borer u l-marda tal-annimali erpete tal-ġajdra.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-FEMS jista' jappoġġa l-azzjonijiet li jgħinu biex jinkisbu l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif previst fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u kif speċifikat ukoll fir-Regolament (UE) Nru 1379/2013. Jista' jappoġġa wkoll azzjonijiet li jippromwovu l-kummerċjalizzazzjoni, il-kwalità u l-valur miżjud tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.

Il-FEMS jista' jappoġġa l-azzjonijiet li jgħinu biex jinkisbu l-għanijiet tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif previst fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u kif speċifikat ukoll fir-Regolament (UE) Nru 1379/2013. Jista' jappoġġa wkoll azzjonijiet li jippromwovu l-kummerċjalizzazzjoni, il-kwalità u l-valur miżjud tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura sostenibbli.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jingħata biss permezz tal-istrumenti finanzjarji previsti fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] u permezz tal-InvestEU, bi qbil mal-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament.

2.  L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jingħata biss lis-sajd kostali fuq skala żgħira permezz tal-istrumenti finanzjarji previsti fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni] u permezz tal-InvestEU, bi qbil mal-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Titolu 2 – kapitolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Prijorità 3: Il-promozzjoni tat-tkabbir ta' ekonomija blu sostenibbli u t-trawwim ta' komunitajiet kostali li jiffjorixxu

Prijorità 3: Il-promozzjoni ta' ekonomija blu sostenibbli fil-limiti ekoloġiċi u t-trawwim ta' komunitajiet kostali li jiffjorixxu

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-FEMS jista' jappoġġa l-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data biex jiżdied l-għarfien dwar l-istat tal-ambjent tal-baħar, bil-għan li:

Il-FEMS jista' jappoġġa l-ġbir, il-ġestjoni, l-analiżi, l-ipproċessar u l-użu tad-data biex jiżdied l-għarfien dwar l-istat tal-ambjent tal-baħar, bil-għan li:

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bi qbil mal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], il-Kummissjoni tista' tinterrompi l-iskadenza ta' pagament għal applikazzjoni għal pagament sħiħ jew ta' parti minnu f'każ li Stat Membru ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont il-PKS, jekk in-nuqqas ta' konformità x'aktarx li jolqot l-infiq li jkun iddikjarat f'applikazzjoni li jkun qed jintalab il-pagament interim għalih.

1.  Bi qbil mal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], il-Kummissjoni tista' tinterrompi l-iskadenza ta' pagament għal applikazzjoni għal pagament sħiħ jew ta' parti minnu f'każ li Stat Membru ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont il-PKS jew il-liġi ambjentali rilevanti tal-Unjoni, jekk in-nuqqas ta' konformità x'aktarx li jolqot l-infiq li jkun iddikjarat f'applikazzjoni li jkun qed jintalab il-pagament interim għalih.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bi qbil mal-Artikolu 91(3) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti interim fil-programm kollha jew parti minnhom f'każ li n-nuqqas ta' konformità ta' Stat Membru mal-obbligi tiegħu skont il-PKS ikun wieħed serju, u jekk ikun jolqot l-infiq iddikjarat f'applikazzjoni għal pagament tal-infiq li jkun qed jintalab il-pagament interim għalih.

1.  Bi qbil mal-Artikolu 91(3) tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni], il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti interim fil-programm kollha jew parti minnhom f'każ li n-nuqqas ta' konformità ta' Stat Membru mal-obbligi tiegħu skont il-PKS jew il-liġi ambjentali rilevanti tal-Unjoni jkun wieħed serju, u jekk ikun jolqot l-infiq iddikjarat f'applikazzjoni għal pagament tal-infiq li jkun qed jintalab il-pagament interim għalih.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  in-nefqa ddikjarata f'applikazzjoni għal pagament tkun affettwata minn każijiet ta' ksur serju tar-regoli tal-PKS mill-Istat Membru li wasslu biex jiġi sospiż il-pagament skont l-Artikolu 34 u meta l-Istat Membru kkonċernat jibqa' ma jistax juri li ħa l-azzjoni meħtieġa ta' rimedju biex jiżgura l-konformità mar-regoli applikabbli u l-infurzar tagħhom fil-ġejjieni.

(b)  in-nefqa ddikjarata f'applikazzjoni għal pagament tkun affettwata minn każijiet ta' ksur serju tar-regoli tal-PKS jew tal-liġi ambjentali rilevanti tal-UE mill-Istat Membru li wasslu biex jiġi sospiż il-pagament skont l-Artikolu 34 u meta l-Istat Membru kkonċernat jibqa' ma jistax juri li ħa l-azzjoni meħtieġa ta' rimedju biex jiżgura l-konformità mar-regoli applikabbli u l-infurzar tagħhom fil-ġejjieni.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 2