Proċedura : 2018/0170(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0179/2019

Testi mressqa :

A8-0179/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2019 - 8.25

Testi adottati :

P8_TA(2019)0383

RAPPORT     ***I
PDF 610kWORD 190k
22.3.2019
PE 626.774v01-00 A8-0179/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF

(COM(2018)0338 – C8-0214/2018 – 2018/0170(COD))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ingeborg Gräßle

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF

(COM(2018)0338 – C8-0214/2018 – 2018/0170(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0338),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0214/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(1),

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni 8/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0179/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jappella lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal Regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Bl-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill3 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/19394, l-Unjoni saħħet b'mod sostanzjali l-mezzi disponibbli biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("UPPE") se jkollu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet kriminali u jippreżenta akkużi relatati ma' reati kriminali li jaffettwaw il-baġit tal-Unjoni, kif iddefinit fid-Direttiva (UE) 2017/1371, fl-Istati Membri parteċipanti.

(1)  Bl-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill3 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/19394, l-Unjoni saħħet b'mod sostanzjali d-dispożizzjonijiet tal-qafas legali armonizzat fir-rigward il-mezzi disponibbli biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("UPPE") huwa prijorità ewlenija fil-qasam tal-ġustizzja kriminali u l-politika ta' kontra l-frodi, għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet kriminali u jippreżenta akkużi relatati ma' reati kriminali li jaffettwaw il-baġit tal-Unjoni, kif iddefinit fid-Direttiva (UE) 2017/1371, fl-Istati Membri parteċipanti.

_________________

_________________

3 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

3 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

4 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

4 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

Emenda    2

Proposta għal Regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi ("l-Uffiċċju") iwettaq investigazzjonijiet amministrattivi f'irregolaritajiet amministrattivi kif ukoll f'imġiba kriminali. Fit-tmiem tal-investigazzjonijiet tiegħu, huwa jagħmel rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji lill-awtoritajiet nazzjonali ta' prosekuzzjoni, immirati biex jippermettu akkużi u prosekuzzjonijiet fl-Istati Membri. Fil-futur, fl-Istati Membri li jipparteċipaw fl-UPPE, huwa se jirrapporta reati kriminali suspettati lill-UPPE, u se jikkollabora miegħu fil-kuntest tal-investigazzjonijiet tiegħu.

(2)  Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi ("l-Uffiċċju") iwettaq investigazzjonijiet amministrattivi f'irregolaritajiet amministrattivi kif ukoll f'imġiba kriminali.. Fit-tmiem tal-investigazzjonijiet tiegħu, huwa jagħmel rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji lill-awtoritajiet nazzjonali ta' prosekuzzjoni, immirati biex jippermettu akkużi u prosekuzzjonijiet fl-Istati Membri. Fil-futur, fl-Istati Membri li jipparteċipaw fl-UPPE, huwa se jirrapporta reati kriminali suspettati lill-UPPE, u se jikkollabora miegħu fil-kuntest tal-investigazzjonijiet tiegħu.

Emenda    3

Proposta għal Regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Għaldaqstant, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill5 jenħtieġ li jiġi emendat wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/1939. Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-relazzjoni bejn l-UPPE u l-Uffiċċju fir-Regolament (UE) 2017/1939 jenħtieġ li jiġu riflessi u kkumplementati bir-regoli fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta' sinerġiji bejn iż-żewġ korpi.

(3)  Għaldaqstant, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill5 jenħtieġ li jiġi emendat u adattat b'mod korrispondenti wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/1939. Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-relazzjoni bejn l-UPPE u l-Uffiċċju fir-Regolament (UE) 2017/1939 jenħtieġ li jiġu riflessi u kkumplementati bir-regoli fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta' sinerġiji bejn iż-żewġ korpi, jiġifieri jiġu implimentati l-prinċipji ta' kooperazzjoni mill-qrib, skambju ta' informazzjoni, komplementarjetà u evitar tad-duplikazzjoni.

_________________

_________________

5 Ir-Regolament (UE, EURATOM) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

5 Ir-Regolament (UE, EURATOM) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

Emenda    4

Proposta għal Regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Ir-Regolament (UE) 2017/1939 jenħtieġ li l-Uffiċċju, kif ukoll l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jirrappurtaw lill-UPPE mingħajr dewmien żejjed imġiba kriminali li fir-rigward tagħha l-UPPE jista' jeżerċita l-kompetenza tiegħu. Peress li l-mandat tal-Uffiċċju huwa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi fil-frodi, fil-korruzzjoni u f'kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interess finanzjarju tal-Unjoni, idealment jitqiegħed u jiġi mgħammar biex jaġixxi bħala sieħeb naturali u sors ta' informazzjoni privileġġjat għall-UPPE.

(5)  Ir-Regolament (UE) 2017/1939 jenħtieġ li l-Uffiċċju, kif ukoll l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jirrappurtaw lill-UPPE mingħajr dewmien żejjed imġiba kriminali suspettata li fir-rigward tagħha l-UPPE jista' jeżerċita l-kompetenza tiegħu. Peress li l-mandat tal-Uffiċċju huwa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi fil-frodi, fil-korruzzjoni u f'kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interess finanzjarju tal-Unjoni, idealment jitqiegħed u jiġi mgħammar biex jaġixxi bħala sieħeb naturali u sors ta' informazzjoni privileġġjat għall-UPPE.

Emenda    5

Proposta għal Regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, jenħtieġ li fil-prinċipju l-Uffiċċju ma jiftaħx investigazzjoni aministrattiva parallela għal investigazzjoni li ssir mill-UPPE dwar l-istess fatti. Madankollu, f'ċerti każijiet, il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni tista' teħtieġ lill-Uffiċċju jwettaq investigazzjoni amministrattiva komplementarja qabel il-konklużjoni tal-proċedimenti kriminali li jkunu ngħataw bidu mill-UPPE bl-għan li jiġi aċċertat jekk ikunux meħtieġa miżuri ta' prekawzjoni, jew jekk għandhiex tittieħed azzjoni finanzjarja, dixxiplinarja jew amministrattiva. Dawn l-investigazzjonijiet kumplimentari jistgħu jkunu xieraq, inter alia, meta jenħtieġ li jiġu rkuprati xi ammonti minħabba li l-baġit tal-Unjoni jkun soġġett għal regoli speċifiċi ta' preskrizzjoni, meta l-ammonti f'riskju jkunu kbar ħafna, jew meta jkun hemm il-ħtieġa li jiġi evitat infiq ulterjuri f'sitwazzjonijiet ta' riskju permezz ta' miżuri amministrattivi.

(9)  F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, jenħtieġ li fil-prinċipju l-Uffiċċju ma jiftaħx investigazzjoni amministrattiva parallela għal investigazzjoni li ssir mill-UPPE dwar l-istess fatti. Madankollu, f'ċerti każijiet, il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni tista' teħtieġ lill-Uffiċċju jwettaq investigazzjoni amministrattiva komplementarja qabel il-konklużjoni tal-proċedimenti kriminali li jkunu ngħataw bidu mill-UPPE bl-għan li jiġi aċċertat jekk ikunux meħtieġa miżuri ta' prekawzjoni, jew jekk għandhiex tittieħed azzjoni finanzjarja, dixxiplinarja jew amministrattiva. Dawn l-investigazzjonijiet kumplimentari jistgħu jkunu xieraq, inter alia, meta jenħtieġ li jiġu rkuprati xi ammonti minħabba li l-baġit tal-Unjoni jkun soġġett għal regoli speċifiċi ta' preskrizzjoni, meta l-ammonti f'riskju jkunu kbar ħafna, jew meta jkun hemm il-ħtieġa li jiġi evitat infiq ulterjuri f'sitwazzjonijiet ta' riskju permezz ta' miżuri amministrattivi. Fid-dawl tan-natura komplementarja tagħhom, tali investigazzjonijiet komplementari jenħtieġ li jitwettqu biss malli jkun hemm qbil mal-UPPE.

Emenda    6

Proposta għal Regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Ir-Regolament (UE) 2017/1939 jipprevedi li l-UPPE jista' jitlob dawn l-investigazzjonijiet komplementarji lill-Uffiċċju. F'każijiet fejn l-UPPE ma jitlobhiex, jenħtieġ li din l-investigazzjoni komplementarja tkun possibbli wkoll fuq l-inizjattiva tal-Uffiċċju, taħt ċerti kundizzjonijiet. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-UPPE jkun jista' joġġezzjona għall-ftuħ jew it-tkomplija ta' investigazzjoni mill-Uffiċċju, jew għall-prestazzjoni ta' atti speċifiċi tal-investigazzjoni minnu. Ir-raġunijiet għal din l-oġġezzjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-ħtieġa li tiġi protetta l-effettività tal-investigazzjoni tal-UPPE u għandhom ikunu proporzjonati għal dan il-għan. L-Uffiċċju jenħtieġ li jżomm lura milli jwettaq l-azzjoni li dwarha l-UPPE qajjem oġġezzjoni. Jekk l-UPPE ma joġġezzjonax, l-investigazzjoni tal-Uffiċċju għandha ssir f'konsultazzjoni mill-qrib mal-UPPE.

(10)  Ir-Regolament (UE) 2017/1939 jipprevedi li l-UPPE jista' jitlob dawn l-investigazzjonijiet komplementari lill-Uffiċċju. F'każijiet fejn l-UPPE ma jitlobhiex, jenħtieġ li din l-investigazzjoni komplementarja tkun possibbli wkoll fuq l-inizjattiva tal-Uffiċċju, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, wara konsultazzjoni mal-UPPE. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-UPPE jkun jista' joġġezzjona għall-ftuħ jew it-tkomplija ta' investigazzjoni mill-Uffiċċju, jew għall-prestazzjoni ta' atti speċifiċi tal-investigazzjoni minnu. Ir-raġunijiet għal din l-oġġezzjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-ħtieġa li tiġi protetta l-effettività tal-investigazzjoni tal-UPPE u għandhom ikunu proporzjonati għal dan il-għan. L-Uffiċċju jenħtieġ li jżomm lura milli jwettaq l-azzjoni li dwarha l-UPPE qajjem oġġezzjoni. Jekk l-UPPE jaqbel mat-talba, l-investigazzjoni tal-Uffiċċju għandha ssir f'konsultazzjoni mill-qrib mal-UPPE.

Emenda    7

Proposta għal Regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni effettiva bejn l-Uffiċċju u l-UPPE, l-informazzjoni għandha tiġi skambjata bejniethom fuq bażi kontinwa. L-iskambju ta' informazzjoni fl-istadji ta' qabel il-ftuħ tal-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju u mill-UPPE huwa partikolarment rilevanti sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni xierqa bejn l-azzjonijiet rispettivi u tiġi evitata duplikazzjoni. L-Uffiċċju u l-UPPE għandhom jispeċifikaw il-modalitajiet u l-kundizzjonijiet ta' dan l-iskambju ta' informazzjoni fl-arranġamenti ta' ħidma tagħhom.

(12)  Sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni, kooperazzjoni u trasparenza effettiva bejn l-Uffiċċju u l-UPPE, l-informazzjoni għandha tiġi skambjata bejniethom fuq bażi kontinwa. L-iskambju ta' informazzjoni fl-istadji ta' qabel il-ftuħ tal-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju u mill-UPPE huwa partikolarment rilevanti sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni xierqa bejn l-azzjonijiet rispettivi li tiggarantixxi komplementarjetà u tiġi evitata duplikazzjoni. Għal dan il-għan, l-Uffiċċju u l-UPPE jagħmlu użu mill-funzjonijiet "hit/no-hit" tas-sistemi ta' ġestjoni tal-każijiet rispettivi tagħhom. L-Uffiċċju u l-UPPE għandhom jispeċifikaw il-modalitajiet u l-kundizzjonijiet ta' dan l-iskambju ta' informazzjoni fl-arranġamenti ta' ħidma tagħhom.

Emenda    8

Proposta għal Regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jenħtieġ li jiġu indirizzati l-aktar sejbiet mhux ambigwi tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni permezz tal-emenda tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013. Dawn huma bidliet essenzjali meħtieġa fuq perjodu ta' żmien qasir biex jissaħħaħ il-qafas għall-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju, sabiex jinżamm Uffiċċju b'saħħtu u li jaħdem b'mod sħiħ li jikkomplementa l-approċċ tal-liġi kriminali tal-UPPE bl-investigazzjonijiet amministrattivi, iżda li ma jinvolvux bidla għall-mandat jew għas-setgħat. Huma primarjament jikkonċernaw oqsma fejn, illum il-ġurnata, in-nuqqas ta' ċarezza tar-Regolament ixekkel it-twettiq effettiv tal-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju, bħat-twettiq ta' verifiki fuq il-post, il-possibbiltà ta' aċċess aħjar għal informazzjoni dwar il-kont tal-bank, jew l-ammissibbiltà bħala evidenza tar-rapporti tal-każijiet imfassla mill-Uffiċċju.

(14)  Jenħtieġ li jiġu indirizzati l-aktar sejbiet mhux ambigwi tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni permezz tal-emenda tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013. Dawn huma bidliet essenzjali meħtieġa fuq perjodu ta' żmien qasir biex jissaħħaħ il-qafas għall-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju, sabiex jinżamm Uffiċċju b'saħħtu u li jaħdem b'mod sħiħ li jikkomplementa l-approċċ tal-liġi kriminali tal-UPPE bl-investigazzjonijiet amministrattivi, iżda li ma jinvolvux bidla għall-mandat jew għas-setgħat. Huma primarjament jikkonċernaw oqsma fejn, illum il-ġurnata, in-nuqqas ta' ċarezza tar-Regolament ixekkel it-twettiq effettiv tal-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju, bħat-twettiq ta' verifiki fuq il-post, il-possibbiltà ta' aċċess aħjar għal informazzjoni dwar il-kont tal-bank, jew l-ammissibbiltà bħala evidenza tar-rapporti tal-każijiet imfassla mill-Uffiċċju. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta ġdida u komprensiva sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-evalwazzjoni kemm tal-UPPE kif ukoll tal-Uffiċċju u tal-kooperazzjoni tagħhom.

Emenda    9

Proposta għal Regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  F'investigazzjonijiet interni u, fejn ikun meħtieġ, f'investigazzjonijiet esterni, l-Uffiċċju għandu aċċess għal kwalunkwe informazzjoni miżmuma mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji. Kif issuġġerit mill-evalwazzjoni tal-Kummissjoni, jenħtieġ li jiġi ċċarat li dan l-aċċess jenħtieġ li jkun possibbli irrispettivament mill-mezz li fuqu din l-informazzjoni jew id-data tinħażen, sabiex jiġi rifless progress teknoloġiku li qed jevolvi.

(24)  F'investigazzjonijiet interni u, fejn ikun meħtieġ, f'investigazzjonijiet esterni, l-Uffiċċju għandu aċċess għal kwalunkwe informazzjoni miżmuma mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji. Kif issuġġerit mill-evalwazzjoni tal-Kummissjoni, jenħtieġ li jiġi ċċarat li dan l-aċċess jenħtieġ li jkun possibbli irrispettivament mit-tip ta' mezz li fuqu din l-informazzjoni jew id-data tinħażen, sabiex jiġi rifless progress teknoloġiku li qed jevolvi.

Emenda    10

Proposta għal Regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)  Sabiex jagħti attenzjoni lill-protezzjoni u lir-rispett tad-drittijiet u l-garanziji proċedurali, jenħtieġ li l-Uffiċċju joħloq funzjoni interna fl-għamla ta' kontrollur tal-garanziji proċedurali u jipprovdilu riżorsi adegwati. Jenħtieġ li l-kontrollur ta' garanziji proċedurali jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq dmirijietu.

Emenda    11

Proposta għal Regolament

Premessa 26b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26b)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu tal-ilmenti għall-Uffiċċju b'kooperazzjoni mal-kontrollur tal-garanziji proċedurali, biex jissalvagwardja l-ħarsien tad-drittijiet u tal-garanziji proċedurali fl-attivitajiet kollha tal-Uffiċċju. Jenħtieġ li dan ikun mekkaniżmu amministrattiv li permezz tiegħu il-Kontrollur ikun responsabbli biex jittratta l-ilmenti li l-Uffiċċju jirċievu f'konformità mad-dritt għal amministrazzjoni tajba. Jenħtieġ li l-mekkaniżmu jkun effettiv u jiżgura li l-ilmenti jkunu segwiti kif xieraq. Sabiex ikun hemm aktar trasparenza u responsabbiltà, jenħtieġ li l-Uffiċċju jirrapporta dwar il-mekkaniżmu tal-ilmenti fir-rapport annwali tiegħu. Jenħtieġ li, b'mod partikolari, ikopri l-għadd ta' lmenti li jkun irċieva, it-tip ta' ksur tad-drittijiet u tal-garanziji proċedurali involuti, l-attivitajiet ikkonċernati u, meta jkun possibbli, il-miżuri ta' segwitu meħuda mill-Uffiċċju.

Emenda    12

Proposta għal Regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Il-mandat tal-Uffiċċju jinkludi l-protezzjoni tad-dħul għall-baġit tal-Unjoni li jirriżulta mir-riżorsi proprji tal-VAT. F'dan il-qasam, l-Uffiċċju jenħtieġ li jkun jista' jappoġġja u jikkomplementa l-attivitajiet tal-Istati Membri permezz ta' investigazzjonijiet li jkunu saru f'konformità mal-mandat tiegħu, il-koordinazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f'każijiet kumplessi u transnazzjonali, u l-appoġġ u l-assistenza għall-Istati Membri u għall-UPPE. Għal dan il-għan, l-Uffiċċju jenħtieġ li jkun jista' jiskambja informazzjoni permezz tan-netwerk tal-Eurofisc, stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/20109, sabiex tiġi promossa u tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT.

(29)  Il-mandat tal-Uffiċċju jinkludi l-protezzjoni tad-dħul għall-baġit tal-Unjoni li jirriżulta mir-riżorsi proprji tal-VAT. F'dan il-qasam, l-Uffiċċju jenħtieġ li jkun jista' jappoġġja u jikkomplementa l-attivitajiet tal-Istati Membri permezz ta' investigazzjonijiet li jkunu saru f'konformità mal-mandat tiegħu, il-koordinazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f'każijiet kumplessi u transnazzjonali, u l-appoġġ u l-assistenza għall-Istati Membri u għall-UPPE. Għal dan il-għan, l-Uffiċċju jenħtieġ li jkun jista' jiskambja informazzjoni permezz tan-netwerk tal-Eurofisc, stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/20109, filwaqt li jżomm f'moħħu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9a, sabiex tiġi promossa u tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT.

_________________

_________________

9 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1-18).

9 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1-18).

 

9a Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

Emenda    13

Proposta għal Regolament

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jagħtu l-assistenza meħtieġa biex l-Uffiċċju jkun jista' jwettaq il-kompiti tiegħu. Meta l-Uffiċċju jagħmel rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji lill-awtoritajiet nazzjonali ta' prosekuzzjoni ta' Stat Membru u ma jsir l-ebda segwitu, jenħtieġ li l-Istat Membru jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Uffiċċju. Darba fis-sena, jenħtieġ li l-Uffiċċju jfassal rapport sabiex jagħti rendikont tal-assistenza pprovduta mill-Istati Membri u dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji.

Emenda    14

Proposta għal Regolament

Premessa 32b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32b)  Sabiex jissupplimenta r-regoli proċedurali dwar it-twettiq tal-investigazzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Uffiċċju jistabbilixxi l-kodiċi proċedurali għall-investigazzjonijiet li l-persunal tal-Uffiċċju għandu jsegwi. Għaldaqstant, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' dan il-kodiċi proċedurali, mingħajr ma tiġi pperikolata l-indipendenza tal-Uffiċċju meta jeżerċita l-kompetenzi tiegħu. Jenħtieġ li dawn l-atti delegati jkopru, b'mod partikolari, il-prattiki li għandhom jiġu osservati fl-implimentazzjoni tal-mandat u l-istatut tal-Uffiċċju; ir-regoli dettaljati li jirregolaw il-proċeduri tal-investigazzjoni kif ukoll l-atti ta' investigazzjoni permessi; id-drittijiet leġittimi tal-persuni kkonċernati; il-garanziji proċedurali; id-dispożizzjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-data u l-politiki dwar il-komunikazzjoni u l-aċċess għad-dokumenti; id-dispożizzjonijiet dwar il-verifika tal-legalità u l-mezzi ta' rimedju miftuħa għall-persuni kkonċernati; ir-relazzjonijiet mal-UPPE. Huwa partikolarment importanti li l-Uffiċċju jwettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tiegħu, inkluż fil-livell tal-esperti. Jenħtieġ li l-Uffiċċju jiżgura trażmissjoni simultanja, fil-waqt u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Il-premessa tikkorrispondi għall-emenda 100 tal-abbozz ta' rapport.

Emenda    15

Proposta għal Regolament

Premessa 32c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32c)   Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data determinata f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 120(2) tar-Regolament (UE) 2017/1939, jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u b'mod partikolari fir-rigward tal-effiċjenza tal-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-UPPE.

Emenda    16

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)  fl-Artikolu 1, il-parti introduttorja tal-paragrafu 1 tinbidel b'dan li ġej:

1.  Sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u tal-Komunita Ewropea tal-Enerġija Atomika (minn hawn 'il quddiem imsejħa kollettivament, skont il-kuntest, "l-Unjoni"), l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi stabbilit bid-Deċiżjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom ("l-Uffiċċju") għandu jeżerċita s-setgħat ta' investigazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni:

“1.  Sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali jew irregolarità oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (minn hawn 'il quddiem imsejħa kollettivament, skont il-kuntest, "l-Unjoni"), l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi stabbilit bid-Deċiżjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom ("l-Uffiċċju") għandu jeżerċita s-setgħat ta' investigazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni:"

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

L-objettivi għandhom ikunu adattati għall-fokus il-ġdid tal-attivitajiet tal-OLAF. Din hija emenda orizzontali li hija ripetuta fit-test kollu.

Emenda    17

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 1 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1a)  fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

2.  L-Uffiċċju għandu jipprovdi lill-Istati Membri b'għajnuna mingħand il-Kummissjoni fl-organizzazzjoni ta' kooperazzjoni mill-qrib u regolari bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom immirata lejn il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi. L-Uffiċċju għandu jikkontribwixxi għat-tfassil u l-żvilupp ta' metodi ta' prevenzjoni u ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-Uffiċċju għandu jippromwovi u jikkoordina, ma' u fost l-Istati Membri, il-kondiviżjoni ta' esperjenza operazzjonali u l-aħjar prattiki proċedurali fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u għandu jappoġġa azzjonijiet konġunti kontra l-frodi li jieħdu Stati Membri fuq bażi volontarja.

“2.  L-Uffiċċju għandu jipprovdi lill-Istati Membri b'għajnuna mingħand il-Kummissjoni fl-organizzazzjoni ta' kooperazzjoni mill-qrib u regolari bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom immirata lejn il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi. L-Uffiċċju għandu jikkontribwixxi għat-tfassil u l-żvilupp ta' metodi ta' prevenzjoni u ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali jew irregolarità oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-Uffiċċju għandu jippromwovi u jikkoordina, ma' u fost l-Istati Membri, il-kondiviżjoni ta' esperjenza operazzjonali u l-aħjar prattiki proċedurali fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u għandu jappoġġa azzjonijiet konġunti kontra l-frodi li jieħdu Stati Membri fuq bażi volontarja."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Artikolu 1(1).

Emenda    18

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1b (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt d

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1b)  fl-Artikolu 1, il-punt d tal-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

(d) Ir-Regolament (KE)Nru 45/2001.

"(d) Ir-Regolament (UE) 2018/1725;"

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Emenda teknika: fil-11.12.2018, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 ġie revokat u mibdul mir-Regolament (UE) 2018/1725.

Emenda    19

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1c (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1c)  fl-Artikolu 1, jiżdied il-punt da mal-paragrafu 3:

 

"(da)  Ir-Regolament (UE) 2016/679."

Ġustifikazzjoni

Kif irrakkomandat mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Emenda    20

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1d (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 1 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1d)  fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

4.  Fi ħdan l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji stabbiliti permezz, jew fuq il-bażi tat-Trattati ("istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji"), l-uffiċċju għandu jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi bil-għan li jiġġieled il-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għal dak il-għan l-Uffiċċju għandu jinvestiga kwistjonijiet serji li għandhom x'jaqsmu mal-qadi ta' dmirijiet professjonali li jikkostitwixxu nuqqas ta' ħarsien ta' obbligi ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni u li jistgħu jwasslu għal proċedimenti dixxiplinarji jew, skont il-każ, kriminali, jew nuqqas ekwivalenti ta' qadi ta' obbligi minn membri ta' istituzzjonijiet u korpi, kapi ta' uffiċċji u aġenziji jew membri tal-persunal ta' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji li ma mhux soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal (minn hawn 'il quddiem kollettivament imsemmija bħala "uffiċjali, aġenti oħrajn, membri ta' istituzzjonijiet jew korpi, kapi ta' uffiċċji jew aġenziji, jew membri tal-persunal").

“4.  Fi ħdan l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji stabbiliti permezz, jew fuq il-bażi tat-Trattati ("istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji"), u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12d, l-uffiċċju għandu jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi bil-għan li jiġġieled il-frodi u kwalunkwe attività illegali jew irregolarità oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għal dak il-għan l-Uffiċċju għandu jinvestiga kwistjonijiet serji li għandhom x'jaqsmu mal-qadi ta' dmirijiet professjonali li jikkostitwixxu nuqqas ta' ħarsien ta' obbligi ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni u li jistgħu jwasslu għal proċedimenti dixxiplinarji jew, skont il-każ, kriminali, jew nuqqas ekwivalenti ta' qadi ta' obbligi minn membri ta' istituzzjonijiet u korpi, kapi ta' uffiċċji u aġenziji jew membri tal-persunal ta' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji li ma mhux soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal (minn hawn 'il quddiem kollettivament imsemmija bħala "uffiċjali, aġenti oħrajn, membri ta' istituzzjonijiet jew korpi, kapi ta' uffiċċji jew aġenziji, jew membri tal-persunal")."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Tfakkira li l-UPPE ser ikun ġeneralment responsabbli għall-kawżi kriminali.

Emenda    21

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 1 – paragrafu 4a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  L-Uffiċċju għandu jistabbilixxi u jżomm relazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") stabbilit f'kooperazzjoni msaħħa mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193913. Din ir-relazzjoni għandha tkun ibbażata fuq kooperazzjoni reċiproka u fuq skambju ta' informazzjoni. B'mod partikolari, hija għandha tiżgura li l-mezzi disponibbli kollha jintużaw sabiex jipproteġu l-interessi finanzjarji permezz tal-komplementarjetà tal-mandati rispettivi tagħhom u tal-appoġġ li jingħata mill-Uffiċċju lill-UPPE.

4a.  L-Uffiċċju għandu jistabbilixxi u jżomm relazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") stabbilit f'kooperazzjoni msaħħa mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193913. Din ir-relazzjoni għandha tkun ibbażata fuq kooperazzjoni reċiproka, komplementarjetà, evitar ta' duplikazzjoni u fuq skambju ta' informazzjoni. B'mod partikolari, hija għandha tiżgura li l-mezzi disponibbli kollha jintużaw sabiex jipproteġu l-interessi finanzjarji permezz tal-komplementarjetà tal-mandati rispettivi tagħhom u tal-appoġġ li jingħata mill-Uffiċċju lill-UPPE.

_________________

_________________

13 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

13 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

Emenda    22

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 1 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1a)  fl-Artikolu 1, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

5.  Għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji jistgħu jistabbilixxu arranġamenti amministrattivi mal-Uffiċċju. Dawk l-arranġamenti amminsitrattivi jistgħu jikkonċernaw, b'mod partikolari, it-trasmissjoni ta' informazzjoni u t-twettiq ta' investigazzjonijiet.

“5.  Għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji jistgħu jistabbilixxu arranġamenti amministrattivi mal-Uffiċċju. Dawk l-arranġamenti amministrattivi jistgħu jikkonċernaw, b'mod partikolari, it-trasmissjoni ta' informazzjoni, it-twettiq u s-segwitu ta' investigazzjonijiet."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Emenda    23

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1b)  fl-Artikolu 2, il-punt 2 jinbidel b'dan li ġej:

(2) "irregolarità" għandha tfisser "irregolarità" kif definit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95;

"(2) "irregolarità" għandha tfisser "irregolarità" kif definit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95, inkluż ksur li jaffettwa d-dħul mit-taxxa fuq il-valur miżjud;"

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Emenda    24

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1c)  fl-Artikolu 2, il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

(3)  "frodi, korruzzjoni u kwalunkwe attività irregolari oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni" għandu jkollha t-tifsira applikata lil dan il-kliem fl-atti rilevanti tal-Unjoni;

“(3)  "frodi, korruzzjoni u kwalunkwe attività irregolari jew irregolarità oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni" għandu jkollha t-tifsira applikata lil dan il-kliem fl-atti rilevanti tal-Unjoni;"

Ġustifikazzjoni

See amendment to Art. 1(1).

Emenda    25

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2a)  fl-Artikolu 2, il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:

(5)  "persuna kkonċernata" għandha tfisser kwalunnkwe persuna jew operatur ekonomiku ssuspettat li wettaq frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li għalhekk hija soġġetta għal investigazzjoni mill-Unjoni;

“(5)  "persuna kkonċernata" għandha tfisser kwalunkwe persuna jew operatur ekonomiku ssuspettat li wettaq frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali jew irregolarità oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li għalhekk hija soġġetta għal investigazzjoni mill-Unjoni;"

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

See amendment to Art. 1(1).

Emenda    26

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  fl-Artikolu 2, jiddaħħal il-punt 7a li ġej:

 

“7a.  "membru ta' istituzzjoni" tfisser membru tal-Parlament Ewropew, membru tal-Kunsill Ewropew, rappreżentant ta' Stat Membru fuq livell ministerjali fil-Kunsill, membru tal-Kummissjoni Ewropea, membru tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, membru tal-Kunsill Regolatorju tal-Bank Ċentrali Ewropew jew membru tal-Qorti tal-Awdituri, skont kif ikun xieraq."

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 889/2013 fir-rigward tal-istabbiliment ta' Kontrollur ta' garanziji proċedurali, COM(2014) 340 final.

Emenda    27

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2c (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c)  fl-Artikolu 2, jiddaħħal il-punt 7b li ġej:

 

“7b.  "l-istess fatti" tfisser li l-fatti materjali huma identiċi fejn il-fatti materjali jinftiehmu fis-sens tal-eżistenza ta' ġabra ta' ċirkostanzi konkreti li huma marbuta b'mod inseparabbli u li fit-totalità tagħhom jistgħu jistabbilixxu elementi ta' investigazzjoni ta' delitt li tkun fi ħdan il-kompetenza tal-Uffiċċju jew tal-UPPE."

Ġustifikazzjoni

Kif issuġġerit mill-Kumitat ta' Sorveljanza fl-ittra tiegħu tal-20 ta' Novembru 2018.

Emenda    28

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 3 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Investigazzjonijiet esterni

Kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tipproponi li tiġi eliminata d-distinzjoni bejn investigazzjoni esterni u interni.

Emenda    29

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ddefinit fl-Artikolu 1 u l-punti (1) u (3) tal-Artikolu 2, l-Uffiċċju għandu jwettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fl-Istati Membri u, f'konformità mal-ftehimiet ta' kooperazzjoni ta' għajnuna reċiproka u kwalunkwe strument legali ieħor fis-seħħ, f'pajjiżi terzi u f'organizzazzjonijet internazzjonali.

1.  Fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ddefinit fl-Artikolu 1, l-Uffiċċju għandu jwettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fl-Istati Membri u, f'konformità mal-ftehimiet ta' kooperazzjoni ta' għajnuna reċiproka u kwalunkwe strument legali ieħor fis-seħħ, f'pajjiżi terzi u f'organizzazzjonijiet internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni daħħlet ir-referenza għall-punti (1) u (3) tal-Artikolu 2 hawnhekk, iżda mhux fl-Artikolu 4(1). Dan jista' joħloq inċertezza tad-dritt. F'kull każ, ir-referenza hija superfluwa għaliex it-termini ddefiniti fil-punti (1) u (3) tal-Artikolu 2 diġà huma msemmija fl-Artikolu 1(1). Għalhekk, ir-referenza għandha titħassar.

Emenda    30

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 3 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-operaturi ekonomiċi għandhom jikkooperaw mal-Uffiċċju matul l-investigazzjonijiet tiegħu. L-Uffiċċju jista' jitlob informazzjoni orali, inkluż permezz ta' interrograzzjonijiet, u informazzjoni bil-miktub mill-operaturi ekonomiċi.

3.  L-operaturi ekonomiċi għandhom jikkooperaw mal-Uffiċċju matul l-investigazzjonijiet tiegħu. L-Uffiċċju jista' jitlob informazzjoni orali u bil-miktub mill-operaturi ekonomiċi f'konformità mal-Artikolu 4(2)(b).

Ġustifikazzjoni

L-emenda toħloq rabta mal-Artikolu 4(2)(b), f'konformità mal-abolizzjoni proposta tad-distinzjoni bejn investigazzjonijiet esterni u interni.

Emenda    31

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 3 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq talba tal-Uffiċċju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħti lill-persunal tal-Uffiċċju l-għajnuna li jkollu bżonn biex iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv, kif speċifikat fl-awtorizzazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 7(2).

Fuq talba tal-Uffiċċju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha, mingħajr dewmien żejjed, tagħti lill-persunal tal-Uffiċċju l-għajnuna li jkollu bżonn biex iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv, kif speċifikat fl-awtorizzazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 7(2).

Emenda    32

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 3 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura, f'konformità mar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, li l-persunal tal-Uffiċċju jkun jista' jaċċess l-informazzjoni u d-dokumenti kollha relatati mal-kwistjoni li tkun qed tiġi investigata li juru li jkunu meħtieġa sabiex il-verifiki u l-ispezzjoni fuq il-post isiru b'mod effettiv u effiċjenti, u li dan ikun jista' jassumi l-kustodja tad-dokumenti jew tad-data sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda periklu li jisparixxu.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura, f'konformità mar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, li l-persunal tal-Uffiċċju jkun jista' jaċċessa l-informazzjoni, id-dokumenti u d-data kollha relatati mal-kwistjoni li tkun qed tiġi investigata li juru li jkunu meħtieġa sabiex il-verifiki u l-ispezzjoni fuq il-post isiru b'mod effettiv u effiċjenti, u li dan ikun jista' jassumi l-kustodja tad-dokumenti jew tad-data sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda periklu li jisparixxu. F'każijiet fejn jintużaw apparati ta' proprjetà privata għal skopijiet ta' xogħol, dawk l-apparati għandhom ikunu soġġetti għal investigazzjonijiet mill-Uffiċċju biss jekk l-Uffiċċju jkollu raġunijiet sostanzjati biex jissuspetta li l-kontenut tagħhom jista' jkun rilevanti għall-investigazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Artikolu 4(2).

Emenda    33

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 3 – paragrafu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7 a.  Fejn jintwera li Stat Membru mhuwiex konformi mal-obbligu tiegħu li jikkoopera skont il-paragrafi 6 u 7, l-Unjoni għandha jkollha d-dritt li tirkupra l-ammont relatat mal-kontroll jew spezzjoni fuq il-post inkwistjoni.

Emenda    34

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 3 – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Waqt investigazzjoni esterna, l-Uffiċċju jista' jkollu aċċess għal kull informazzjoni u data rilevanti, irrispettivament mill-mezz li fuqu tinħażen, miżmuma mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji konnessi mal-kwistjoni li tkun qed tiġi investigata, meta ikun strettament meħtieġ sabiex jiġi stabbilit jekk ikunux twettqu frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għal dak il-għan, għandu japplika l-Artikolu 4(2) u (4).

imħassar

Ġustifikazzjoni

It-test jista' jiġi magħqud mal-Artikolu 4(2)(a), f'konformità mal-abolizzjoni proposta tad-distinzjoni bejn investigazzjonijiet esterni u interni.

Emenda    35

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 3 – paragrafu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12c(1), meta, qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar jekk tinfetaħx investigazzjoni esterna jew le, l-Uffiċċju jittratta informazzjoni li tissuġġerixxi li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, huwa jista' jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati u, fejn ikun meħtieġ, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kkonċernati.

imħassar

Mingħajr preġudizzju għar-regoli settorjali msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li tittieħed azzjoni xierqa li fiha jkun jista' jieħu sehem l-Uffiċċju, f'konformità mal-liġi nazzjonali. Fuq talba, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Uffiċċju dwar l-azzjoni meħuda u dwar is-sejbiet tagħhom abbażi tal-informazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

 

Ġustifikazzjoni

It-test jista' jiġi magħqud mal-Artikolu 4(8), f'konformità mal-abolizzjoni proposta tad-distinzjoni bejn investigazzjonijiet esterni u interni.

Emenda    36

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt -a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 4 – titolu

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)  fl-Artikolu 4, it-titolu jinbidel b'dan li ġej:

Investigazzjonijiet interni

"Aktar dispożizzjonijiet dwar investigazzjonijiet"

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tipproponi li tiġi eliminata d-distinzjoni bejn investigazzjoni esterni u interni.

Emenda    37

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt -aa (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-aa)  fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

1.  Fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1, l-Uffiċċju għandu jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi fl- istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji ("investigazzjonijiet interni").

“1.  L-investigazzjonijiet amministrattivi fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jitwettqu f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament u fid-deċiżjonijiet adottati mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija rispettiva."

Dawk l-investigazzjonijiet interni għandhom jitwettqu f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament u fid-deċiżjonijiet adottati mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija rispettiva.

 

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Emenda    38

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 4 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Matul l-investigazzjonijiet interni:

2.  Matul l-investigazzjonijiet:

Emenda    39

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-Uffiċċju għandu jkollu d-dritt ta' aċċess immedjat u minngħajr avviż għal kull informazzjoni u data rilevanti, irrispettivament mill-mezz li fuqu tinħażen, miżmuma mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji, u għall-bini tagħhom. L-Uffiċċju għandu jkollu s-setgħa li jispezzjona l-kotba tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji. L-Uffiċċju jista' jieħu kopja ta' jew jikseb siltiet minn, kull dokument jew il-kontenut ta' kull mezz ta' informazzjoni miżmum mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, jekk ikun hemm bżonn, jieħu l-kustodja ta' dawk id-dokumenti jew informazzjoni sabiex jiżgura li ma jkunx hemm periklu li dawn jgħibu;

(a)  l-Uffiċċju għandu jkollu d-dritt ta' aċċess immedjat u minngħajr avviż, meta jkun meħtieġ sabiex jiġi stabbilit jekk ikunux twettqu frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għal kull informazzjoni u data rilevanti relatata mal-kwistjoni li tkun qed tiġi investigata, irrispettivament mit-tip ta' mezz li fuqu tinħażen, miżmuma mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji, u għall-bini tagħhom. F'każijiet fejn jintużaw apparati ta' proprjetà privata għal skopijiet ta' xogħol, dawk l-apparati għandhom ikunu soġġetti għal investigazzjonijiet mill-Uffiċċju biss jekk l-Uffiċċju jkollu raġunijiet sostanzjati biex jissuspetta li l-kontenut tagħhom jista' jkun rilevanti għall-investigazzjoni. L-Uffiċċju għandu jkollu s-setgħa li jispezzjona l-kotba tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji. L-Uffiċċju jista' jieħu kopja ta' jew jikseb siltiet minn, kull dokument jew il-kontenut ta' kull mezz ta' informazzjoni miżmum mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, jekk ikun hemm bżonn, jieħu l-kustodja ta' dawk id-dokumenti jew informazzjoni sabiex jiżgura li ma jkunx hemm periklu li dawn jgħibu;

Ġustifikazzjoni

Ingħaqad mal-Artikolu 3(9), li jista' jitħassar.

Emenda    40

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-Uffiċċju jista' jitlob informazzjoni orali, inkluż permezz ta' interrogazzjonijiet, u informazzjoni bil-miktub minn uffiċjali, aġenti oħrajn, membri ta' istituzzjonijiet jew korpi, kapi ta' uffiċċji jew aġenziji, jew membri tal-persunal.

(b)  l-Uffiċċju jista' jitlob informazzjoni orali, inkluż permezz ta' interrogazzjonijiet, u informazzjoni bil-miktub minn operaturi ekonomiċi, uffiċjali, aġenti oħrajn, membri ta' istituzzjonijiet jew korpi, kapi ta' uffiċċji jew aġenziji, jew membri tal-persunal, iddokumentata fid-dettall skont l-istandards regolari tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-data tal-Unjoni. L-operaturi ekonomiċi għandhom jikkooperaw mal-Uffiċċju.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tieħu post l-emenda 19 mill-abbozz ta' rapport.

Emenda    41

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

(b)  il-paragrafu 3 huwa mħassar;

3.  F'konformità mal-Artikolu 3, l-Uffiċċju jista' jagħmel verifiki u spezzjonijiet fuq il-post għand operaturi ekonomiċi sabiex jikseb aċċess għall-informazzjoni rilevanti għall-kwistjoni taħt investigazzjoni interna.;

 

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu ma jibqax jgħodd bl-abolizzjoni proposta tad-distinzjoni bejn investigazzjonijiet esterni u interni, peress li l-Artikolu 3 xorta waħda se japplika dejjem.

Emenda    42

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt ba (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 4 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)  fl-Artikolu 4, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

4.  L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom ikunu infurmati kull meta l-persunal tal-Uffiċċju jagħmel investigazzjoni interna fuq il-post tagħhom jew jikkonsulta dokument jew jitlob informazzjoni miżmuma minnhom. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 11, l-Uffiċċju jista' f'kull żmien jgħaddi lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata l-informazzjoni miksuba matul l-investigazzjonijiet interni.

“4  L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom ikunu infurmati kull meta l-persunal tal-Uffiċċju jagħmel investigazzjoni fuq il-post tagħhom jew jikkonsulta dokument jew data, jew jitlob informazzjoni miżmuma minnhom. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 11, l-Uffiċċju jista' f'kull żmien jgħaddi lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata l-informazzjoni miksuba matul l-investigazzjonijiet."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-abolizzjoni proposta tad-distinzjoni bejn investigazzjonijiet esterni u interni, din id-dispożizzjoni tista' tapplika għat-tipi kollha ta' investigazzjonijiet. "...jew data" allinjat mal-Artikolu 4(2).

Emenda    43

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt bb (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 4 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(bb)  fl-Artikolu 4, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

5.  L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom jistabbilixxu proċeduri adatti u jieħdu miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet interni fl-istadji kollha.

“5.  L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom jistabbilixxu proċeduri adatti u jieħdu miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet fl-istadji kollha."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Emendat f'konformità mal-abolizzjoni proposta tad-distinzjoni bejn investigazzjonijiet esterni u interni. Din id-dispożizzjoni tista' tapplika għat-tipi kollha ta' investigazzjonijiet.

Emenda    44

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt bc (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 4 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(bc)  fl-Artikolu 4(6), is-subparagrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

Meta l-investigazzjonijiet interni jiżvelaw uffiċjal, aġent ieħor, membru ta' istituzzjoni jew korp, kap ta' uffiċċju jew aġenzija, jew membru tal-persunal jista' jkun persuna kkonċernata, l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija li tappartjeni għaliha dik il-persuna għandha tiġi infurmata.

Meta l-investigazzjonijiet jiżvelaw uffiċjal, aġent ieħor, membru ta' istituzzjoni jew korp, kap ta' uffiċċju jew aġenzija, jew membru tal-persunal jista' jkun persuna kkonċernata, l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija li tappartjeni għaliha dik il-persuna għandha tiġi infurmata."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Emendat f'konformità mal-abolizzjoni proposta tad-distinzjoni bejn investigazzjonijiet esterni u interni. Din id-dispożizzjoni tista' tapplika għat-tipi kollha ta' investigazzjonijiet.

Emenda    45

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt bd (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 4 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(bd)  fl-Artikolu 4(6), is-subparagrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

F'każijiet meta l-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni interna ma tistax tiġi żgurata meta jintużaw il-kanali ta' komunikazzjoni tas-soltu, l-Uffiċċju għandu juża kanali alternattivi adegwati biex jibagħtu l-informazzjoni.

F'każijiet meta l-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni ma tistax tiġi żgurata meta jintużaw il-kanali ta' komunikazzjoni tas-soltu, l-Uffiċċju għandu juża kanali alternattivi adegwati biex jibagħtu l-informazzjoni."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Emendat f'konformità mal-abolizzjoni proposta tad-distinzjoni bejn investigazzjonijiet esterni u interni. Din id-dispożizzjoni tista' tapplika għat-tipi kollha ta' investigazzjonijiet.

Emenda    46

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt be (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 4 – paragrafu 7

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(be)  fl-Artikolu 4, il-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej:

7.  Id-deċiżjoni li għandha tiġi adottata minn kull istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kif stipulat fil-paragrafu 1, għandha tinkludi, b'mod partikolari, regola dwar id-dmir min-naħa tal-uffiċjali, l-aġenti oħrajn, il-membri ta' istituzzjonijiet jew korpi, kapi ta' uffiċċji jew aġenziji, jew membri tal-persunal li jikkooperaw u jipprovdu l-informazzjoni lill-Uffiċċju, filwaqt li jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni interna.

“7.  Id-deċiżjoni li għandha tiġi adottata minn kull istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kif stipulat fil-paragrafu 1, għandha tinkludi, b'mod partikolari, regola dwar id-dmir min-naħa tal-uffiċjali, l-aġenti oħrajn, il-membri ta' istituzzjonijiet jew korpi, kapi ta' uffiċċji jew aġenziji, jew membri tal-persunal li jikkooperaw u jipprovdu l-informazzjoni lill-Uffiċċju, filwaqt li jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Emendat f'konformità mal-abolizzjoni proposta tad-distinzjoni bejn investigazzjonijiet esterni u interni. Din id-dispożizzjoni tista' tapplika għat-tipi kollha ta' investigazzjonijiet.

Emenda    47

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt c

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 4 – paragrafu 8 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12c(1), meta, qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar jekk tinfetaħx investigazzjoni interna jew le, l-Uffiċċju jittratta informazzjoni li tissuġġerixxi li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, huwa jista' jinforma lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata. Fuq talba, l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata għandha tinforma lill-Uffiċċju dwar kwalunkwe azzjoni li tittieħed u dwar is-sejbiet tagħha abbażi ta' din l-informazzjoni.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12c(1), meta, qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar jekk tinfetaħx investigazzjoni jew le, l-Uffiċċju jittratta informazzjoni li tissuġġerixxi li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali jew irregolarità oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, huwa jista' jinforma, skont kif ikun xieraq, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati u lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji kkonċernati.

 

Fuq talba, l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata għandha tinforma lill-Uffiċċju dwar kwalunkwe azzjoni li tittieħed u dwar is-sejbiet tagħha abbażi ta' din l-informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Ingħaqad mal-Artikolu 3(10), li jista' jitħassar.

Emenda    48

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt ca (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 4 – paragrafu 8 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ca)  fil-paragrafu 8, is-subparagrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

Meta meħtieġ, l-Uffiċċju għandu jinforma wkoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membr kkonċernat. F'dan il-każ, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti proċedurali stabbilit fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 9(4). Jekk l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu li jieħdu kwalunkwe azzjoni abbażi tal-informazzjoni mibgħuta lilhom, f'konformità mal-liġi nazzjonali, huma għandhom, fuq talba, jinfurmaw lill-Uffiċċju dwar dan.

"Fir-rigward tal-investigazzjonijiet fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji, meta l-Uffiċċju jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti proċedurali stabbilit fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 9(4). Jekk l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu li jieħdu kwalunkwe azzjoni abbażi tal-informazzjoni mibgħuta lilhom, f'konformità mal-liġi nazzjonali, huma għandhom, fuq talba, jinfurmaw lill-Uffiċċju dwar dan."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Ingħaqad mal-Artikolu 3(10), li jista' jitħassar.

Emenda    49

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt cb (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 4 – paragrafu 8 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  fil-paragrafu 8, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

"Fir-rigward tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post skont l-Artikolu 3, mingħajr preġudizzju għar-regoli settorjali msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li tittieħed azzjoni xierqa li fiha jkun jista' jieħu sehem l-Uffiċċju, f'konformità mal-liġi nazzjonali. Fuq talba, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Uffiċċju dwar l-azzjoni meħuda u dwar is-sejbiet tagħhom abbażi tal-informazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Ingħaqad mal-Artikolu 3(10), li jista' jitħassar.

Emenda    50

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 5 – paragrafu 1 – l-ewwel sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

imħassar

"Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12d, id-Direttur Ġenerali jista' jiftaħ investigazzjoni meta jkun hemm biżżejjed suspett, li jista' jkun ukoll ibbażat fuq informazzjoni mogħtija minn kwalunkwe pajjiż terz jew informazzjoni anonima, li twettqet frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.";

 

Ġustifikazzjoni

Tħassir tekniku fid-dawl tal-formulazzjoni l-ġdida proposta għal dan il-paragrafu.

Emenda    51

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

1. Id-Direttur Ġenerali jista' jiftaħ investigazzjoni meta jkun hemm biżżejjed suspett, li jista' jkun ukoll ibbażat fuq informazzjoni mogħtija minn kwalunkwe pajjiż terz jew informazzjoni anonima, li twettqu atti ta' frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Id-deċiżjoni mid-Direttur Ġenerali dwar jekk tinfetaħx investigazzjoni jew le għandha tqis il-prijoritajiet tal-politika ta' investigazzjoni u l-pjan annwali ta' ġestjoni tal-Uffiċċju stabbilit f'konformità mal-Artikolu 17(5). Dik id-deċiżjoni għandha tqis ukoll il-ħtieġa ta' użu effiċjenti tar-riżorsi tal-Uffiċċju u tal-proporzjonalità ta' mezzi użati. Fir-rigward ta' investigazzjonijiet interni, għandu jittieħed qies speċifiku tal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija li jkunu fl-aħjar pożizzjoni biex jagħmluhom, partikolarment abbażi tan-natura tal-fatti, l-impatt finanzjarju attwali jew potenzjali tal-każ, u l-prospettiva ta' kwalunkwe segwitu ġudizzjarju.

"1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12d, id-Direttur Ġenerali jista' jiftaħ investigazzjoni meta jkun hemm biżżejjed suspett, li jista' jkun ukoll ibbażat fuq informazzjoni mogħtija minn kwalunkwe pajjiż terz jew informazzjoni anonima, li twettqu atti ta' frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali jew irregolarità oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-perjodu ta' evalwazzjoni ta' qabel id-deċiżjoni m'għandux ikun itwal minn xahrejn. Jekk l-informatur li pprovda l-informazzjoni sottostanti jkun magħruf, huwa jew hija għandu/għandha jkun/tkun informat/a kif dovut."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Jidher li l-introduzzjoni ta' IPPs ma kinitx utli. Barra minn hekk, għandha tiġi evitata l-mikroġestjoni tal-eżerċizzju tad-Direttur Ġenerali tad-dmirijiet tiegħu. (Din l-emenda tieħu post l-emenda 31 mill-abbozz ta' rapport – "jista'" reġgħet iddaħħlet.)

Emenda    52

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ab (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ab)  fil-paragrafu 2, is-subparagrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

Id-deċiżjoni biex tinfetaħ investigazzjoni esterna għandha tittieħed mid-Direttur Ġenerali, li jaġixxi fuq inizjattiva tiegħu stess jew wara talba minn Stat Membru kkonċernat jew kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni.

"Id-deċiżjoni biex tinfetaħ investigazzjoni għandha tittieħed mid-Direttur Ġenerali, li jaġixxi fuq inizjattiva tiegħu stess jew wara talba minn istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni jew minn Stat Membru."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Is-subparagrafi jingħaqdu wara it-tneħħija tad-distinzjoni bejn investigazzjonijiet esterni u interni.

Emenda    53

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ac (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ac)  fil-paragrafu 2, is-subparagrafu 2 huwa mħassar;

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Is-subparagrafi jingħaqdu wara it-tneħħija tad-distinzjoni bejn investigazzjonijiet esterni u interni.

Emenda    54

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ad (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 5 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ad)  il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

3.  Waqt li d-Direttur Ġenerali ikun qed jikkunsidra jekk jiftaħx investigazzjoni interna jew le wara talba kif imsemmi fil-paragrafu 2, u/jew waqt li l-Uffiċċju qed iwettaq investigazzjoni interna, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji kkonċernati ma għandhomx jiftħu investigazzjoni parallela dwar l-istess fatti, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mal-Uffiċċju.

“3.  Waqt li d-Direttur Ġenerali ikun qed jikkunsidra jekk jiftaħx investigazzjoni jew le wara talba kif imsemmi fil-paragrafu 2, u/jew waqt li l-Uffiċċju qed iwettaq tali investigazzjoni, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji kkonċernati ma għandhomx jiftħu investigazzjoni parallela dwar l-istess fatti, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mal-Uffiċċju. Dan il-paragrafu m'għandux japplika għal investigazzjonijiet mill-UPPE skont ir-Regolament (UE) 2017/1939."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Emendat f'konformità mat-tneħħija tad-distinzjoni bejn investigazzjonijiet esterni u interni.

Emenda    55

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 5 – paragrafu 3 – l-aħħar sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fil-paragrafu 3 tiżdied is-sentenza li ġejja:

imħassar

"Dan il-paragrafu m'għandux japplika għal investigazzjonijiet mill-UPPE skont ir-Regolament (UE) 2017/1939."

 

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Tħassir tekniku – ara l-emenda preċedenti.

Emenda    56

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ba (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 5 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)  fl-Artikolu 5, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

5. Jekk id-Direttur Ġenerali jiddeċiedi li ma jiftaħx investigazzjoni interna, huwa għandu, mingħajr dewmien, jibgħat kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkollu lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata biex tittieħed azzjoni xierqa f'konformità mar-regoli applikabbli għal dik l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija. L-Uffiċċju għandu jaqbel ma' dik l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija, jekk xieraq, dwar miżuri xierqa biex tiġi protetta l-kunfidenzjalità tas-sors ta' dik l-informazzjoni u għandu jitlob, jekk ikun meħtieġ, li jkun informat dwar l-azzjoni meħuda.

"5. Jekk id-Direttur Ġenerali jiddeċiedi li ma jiftaħx investigazzjoni fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji minkejja li jkun hemm biżżejjed suspett li twettqu atti ta' frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali jew irregolarità oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, huwa jeħtieġlu, mingħajr dewmien, jibgħat kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkollu lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata biex tittieħed azzjoni xierqa f'konformità mar-regoli applikabbli għal dik l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija. L-Uffiċċju għandu jaqbel ma' dik l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija, jekk xieraq, dwar miżuri xierqa biex tiġi protetta l-kunfidenzjalità tas-sors ta' dik l-informazzjoni u għandu jitlob, jekk ikun meħtieġ, li jkun informat dwar l-azzjoni meħuda."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tieħu post l-emenda 36 mill-abbozz ta' rapport.

Emenda    57

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt c

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 5 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Jekk id-Direttur Ġenerali jiddeċiedi li ma jiftaħx investigazzjoni esterna, huwa jista' jibgħat, mingħajr dewmien, kwalunkwe informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat biex tittieħed azzjoni fejn xieraq, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali. Meta jkun meħtieġ, l-Uffiċċju għandu jinforma wkoll lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata.

6.  Jekk id-Direttur Ġenerali jiddeċiedi li ma jwettaqx kontroll jew spezzjoni fuq il-post skont l-Artikolu 3 minkejja li jkun hemm biżżejjed suspett li twettqu atti ta' frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali jew irregolarità oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, huwa jeħtieġlu jibgħat, mingħajr dewmien, kwalunkwe informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat biex tittieħed azzjoni fejn xieraq, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali. Meta jkun meħtieġ, l-Uffiċċju għandu jinforma wkoll lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tieħu post l-emenda 37 mill-abbozz ta' rapport.

Emenda    58

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ca (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 5 – paragrafu 6 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  jiżdied il-paragrafu 6a:

 

"6a.  Id-Direttur Ġenerali għandu perjodikament jinforma lill-Kumitat ta' Sorveljanza, f'konformità mal-Artikolu 17(5), dwar il-każijiet li dwarhom ġie deċiż li ma jiftaħx investigazzjoni u jiġu indikati r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni."

Emenda    59

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt -a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)  fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

1.  Id-Direttur Ġenerali għandu jidderieġi t-twettiq tal-investigazzjonijiet, fejn adegwat, abbażi tal-istruzzjonijiet bil-miktub. L-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu taħt id-direzzjoni tiegħu mill-persunal tal-Uffiċċju magħżul minnu.

“1.  Id-Direttur Ġenerali għandu jidderieġi t-twettiq tal-investigazzjonijiet, fejn adegwat, abbażi tal-istruzzjonijiet bil-miktub. L-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu taħt id-direzzjoni tiegħu mill-persunal tal-Uffiċċju magħżul minnu. Id-Direttur Ġenerali m'għandux iwettaq investigazzjonijiet personalment."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Emenda    60

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt ca (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ca)  fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom jiżguraw li l-uffiċjali, l-aġenti oħrajn, il-membri, il-kapi u l-membri tal-persunal tagħhom jagħtu l-għajnuna meħtieġa biex il-persunal tal-Uffiċċju jkun jista' jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv.

"L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom jiżguraw li l-uffiċjali, l-aġenti oħrajn, il-membri, il-kapi u l-membri tal-persunal tagħhom jagħtu l-għajnuna meħtieġa biex il-persunal tal-Uffiċċju jkun jista' jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv f'konformità ma' dan ir-Regolament u mingħajr dewmien żejjed."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32013R0883)

Emenda    61

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt cb (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 7 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(cb)  il-paragrafu 4 huwa mħassar;

4.  Meta investigazzjoni tikkumbina elementi esterni u interni, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 4 rispettivament.

 

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Tħassir tekniku wara t-tneħħija tad-distinzjoni bejn investigazzjonijiet esterni u interni.

Emenda    62

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt cc (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 7 – paragrafu 6 – parti introduttorja

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(cc)  fil-paragrafu 6, il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

6.  Meta l-investigazzjonijiet juru li jista' jkun xieraq li jittieħdu miżuri amminisstrattivi ta' prekawzjoni biex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-Uffiċju għandu, mingħajr dewmien, jinforma lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata bl-investigazzjoni li tkun qed issir. L-informazzjoni mogħtija għandha tinkludi dan li ġej:

"6.  Meta l-investigazzjonijiet juru li jista' jkun xieraq li jittieħdu miżuri amministrattivi ta' prekawzjoni biex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-Uffiċċju għandu, mingħajr dewmien, jinforma lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata bl-investigazzjoni li tkun qed issir u jissuġġerixxi l-miżuri li għandhom jittieħdu. L-informazzjoni mogħtija għandha tinkludi dan li ġej:"

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Emenda    63

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt cd (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 7 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(cd)  fil-paragrafu 6, is-subparagrafu 1, il-punt b jinbidel b'dan li ġej:

(b)  kull informazzjoni li tista' tgħin lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata biex tiddeċiedi jekk huwiex adatt li jittieħdu miżuri amministrattivi prekawzjonarji biex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

"(b)  kull informazzjoni li tista' tgħin lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata biex tiddeċiedi dwar il-miżuri amministrattivi prekawzjonarji adatti li għandhom jittieħdu biex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;"

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Emenda    64

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt ce (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 7 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ce)  fil-paragrafu 6, is-subparagrafu 1, il-punt c jinbidel b'dan li ġej:

(c)  kwalunkwe miżura speċjali ta' kunfidenzjalità rakkomandata f'każijiet partikolari li jinvolvu l-użu ta' miżuri investigattivi li jaqgħu fil-kompetenza ta' awtorità ġudizzjarja nazzjonali jew, fil-każ ta' investigazzjoni esterna, fil-kompetenza ta' awtorità nazzjonali, skont ir-regoli nazzjonali applikabbli għal investigazzjonijiet.

"(c)  kwalunkwe miżura speċjali ta' kunfidenzjalità rakkomandata f'każijiet partikolari li jinvolvu l-użu ta' miżuri investigattivi li jaqgħu fil-kompetenza ta' awtorità ġudizzjarja nazzjonali jew awtorità nazzjonali oħra, skont ir-regoli nazzjonali applikabbli għal investigazzjonijiet."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Emenda teknika wara t-tneħħija tad-distinzjoni bejn investigazzjonijiet esterni u interni.

Emenda    65

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt d

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 7 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minbarra l-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata tista' fi kwalunkwe ħin tikkonsulta mal-Uffiċċju bl-għan li, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju, tieħu kwalunkwe miżuri prekwazjonarji adatti, inklużi miżuri għas-salvagwardja tal-provi, u għandha tinforma lill-Uffiċċju mingħajr dewmien dwar tali deċiżjoni.

Minbarra l-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata għandha tinforma lill-Uffiċċju mingħajr dewmien dwar kwalunkwe devjazzjoni mill-miżuri prekawzjonarji ssuġġeriti u r-raġunijiet għad-devjazzjoni.

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Emenda    66

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt e

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 7 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Jekk investigazzjoni ma tkunx tista' tingħalaq fi żmien 12-il xahar wara li tkun infetħet, id-Direttur Ġenerali għandu jirrapporta, malli jiskadi dak il-perjodu ta' 12-il xahar u f'intervalli ta' sitt xhur wara dan, lill-Kumitat ta' Sorveljanza, filwaqt li jindika r-raġunijiet u, fejn ikun xieraq, il-miżuri ta' rimedju previsti bil-ħsieb li titħaffef l-investigazzjoni.

8.  Jekk investigazzjoni ma tkunx tista' tingħalaq fi żmien 12-il xahar wara li tkun infetħet, id-Direttur Ġenerali għandu jirrapporta, malli jiskadi dak il-perjodu ta' 12-il xahar u f'intervalli ta' sitt xhur wara dan, lill-Kumitat ta' Sorveljanza, filwaqt li jindika fid-dettall ir-raġunijiet għad-dewmien u l-miżuri ta' rimedju li ttieħdu bil-ħsieb li titħaffef l-investigazzjoni.

Emenda    67

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt ea (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 7 – paragrafu 8 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  jiżdied il-paragrafu 8a:

 

"8a.   Ir-rapport għandu jinkludi, tal-anqas, deskrizzjoni qasira tal-fatti, il-kwalifika legali tagħhom, valutazzjoni tal-ħsara kkawżata jew li aktarx tiġi kkawżata, id-data ta' skadenza tal-perjodu ta' limitazzjoni statutorju, ir-raġunijiet għaliex ma setax jinżamm il-perjodu ta' tnax-il xahar, u l-miżuri ta' rimedju previsti bl-għan li titħaffef l-investigazzjoni, fejn applikabbli."

Emenda    68

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt -a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)  il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

1.  L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom jibagħtu lill-Uffiċċju mingħajr dewmien kull informazzjoni li jkollha x'taqsam ma' każijiet possibbli ta' frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

“1.  L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom jibagħtu lill-Uffiċċju mingħajr dewmien kull informazzjoni li jkollha x'taqsam ma' każijiet possibbli ta' frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali jew irregolarità oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dan id-dmir għandu japplika għall-UPPE meta l-każijiet ikkonċernati ma jaqgħux fl-ambitu tal-mandat tiegħu f'konformità mal-Kapitolu IV tar-Regolament 2017/1939."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Artikolu 1(1).

Emenda    69

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji jirrapportaw lill-UPPE, f'konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/1939, minflok huma jistgħu jibagħtu lill-Uffiċċju kopja tar-rapport li jkun intbagħat lill-UPPE.

Fejn l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji jirrapportaw lill-UPPE, f'konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/1939, huma jistgħu jkunu konformi mal-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu billi jibagħtu lill-Uffiċċju kopja tar-rapport li jkun intbagħat lill-UPPE.

Emenda    70

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, sakemm ma jkunux imwaqqfa mil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Uffiċċju jew fuq inizjattiva tagħhom stess, jibagħtu lill-Uffiċċju kull dokument jew informazzjoni li jkollhom relatata ma' investigazzjoni li tkun qed issir mill-Uffiċċju.

L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, sakemm ma jkunux imwaqqfa mil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Uffiċċju jew fuq inizjattiva tagħhom stess, jibagħtu, mingħajr dewmien, lill-Uffiċċju kull dokument jew informazzjoni li jkollhom relatata ma' investigazzjoni li tkun qed issir mill-Uffiċċju.

Emenda    71

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt c

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 8 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, sakemm ma jkunux imwaqqfa mil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Uffiċċju kull dokument ieħor jew informazzjoni li jkollhom u li jqisu rilevanti għall-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

3.  L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, sakemm ma jkunux imwaqqfa mil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jibagħtu mingħajr dewmien lill-Uffiċċju, fuq talba tal-Uffiċċju jew b'inizjattiva tagħhom stess, kull dokument ieħor jew informazzjoni li jkollhom u li jqisu rilevanti għall-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali jew irregolarità oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Artikolu 1(1).

Emenda    72

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt d

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan l-Artikolu m'għandux japplika għall-UPPE fejn jidħlu r-reati kriminali li fir-rigward tagħhom ikun jista' jeżerċita l-kompetenza tiegħu f'konformità mal-Artikoli 22 u 25 tar-Regolament 2017/1939.

Dan l-Artikolu m'għandux japplika għall-UPPE fejn jidħlu r-reati kriminali li fir-rigward tagħhom ikun jista' jeżerċita l-kompetenza tiegħu f'konformità mal-Kapitolu IV tar-Regolament 2017/1939.

Ġustifikazzjoni

Jidher li huwa xieraq li hawnhekk issir referenza għall-Kapitolu IV sħiħ tar-Regolament tal-UPPE, sabiex jiġi żgurat li ma titħalla barra ebda dispożizzjoni rilevanti (Ara wkoll l-Artikolu 12c(1).)

Emenda    73

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt -a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)  fil-paragrafu 2, is-subparagrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

Ir-rekwiżiti msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi ma għandhomx japplikaw għat-teħid ta' stqarrijiet fil-kuntest ta' verifiki u spezzjonijiet fuq il-post.

"Ir-rekwiżiti msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi ma għandhomx japplikaw għat-teħid ta' stqarrijiet fil-kuntest ta' verifiki u spezzjonijiet fuq il-post. Madankollu, il-persuna kkonċernata għandha tiġi informata bid-drittijiet tagħha qabel ma ssir dikjarazzjoni, b'mod partikolari bid-dritt li tkun assistita minn persuna magħżula minnha."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Ara l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 889/2013 fir-rigward tal-istabbiliment ta' Kontrollur ta' garanziji proċedurali, COM(2014) 340 final.

Emenda    74

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt -aa (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)  fil-paragrafu 4, is-subparagrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

Għal dak il-għan, l-Uffiċċju għandu jibgħat stedina lill-persuna kkonċernata biex tikkummenta bil-miktub jew f'interrogazzjoni mal-persunal magħżul mill-Uffiċċju. Din l-istedina għandha tinkludi ġabra fil-qosor tal-fatti li jikkonċernaw lill-persuna kkonċernata u l-informazzjoni mitluba mill-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, u għandha tindika l-limitu ta' żmien biex jintbagħtu l-kummenti, li ma għandux ikun anqas minn għaxart ijiem ta' xogħol minn meta tasal l-istedina għall-kummenti. Dak il-perijodu ta' avviz jista' jitqassar bil-kunsens espliċitu tal-persuna kkonċernata jew għal skopijiet irraġunati kif xieraq ta' urġenża tal-investigazzjoni. Ir-rapport finali tal-investigazzjoni għandu jagħmel referenza għal kwalunkwe kumment bħal dan.

"Għal dak il-għan, l-Uffiċċju għandu jibgħat stedina lill-persuna kkonċernata biex tikkummenta bil-miktub jew f'interrogazzjoni mal-persunal magħżul mill-Uffiċċju. Din l-istedina għandha tinkludi ġabra fil-qosor tal-fatti li jikkonċernaw lill-persuna kkonċernata u l-informazzjoni mitluba mill-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725, u għandha tindika l-limitu ta' żmien biex jintbagħtu l-kummenti, li ma għandux ikun anqas minn għaxart ijiem ta' xogħol minn meta tasal l-istedina għall-kummenti. Dak il-perijodu ta' avviż jista' jitqassar bil-kunsens espliċitu tal-persuna kkonċernata jew għal skopijiet irraġunati kif xieraq ta' urġenza tal-investigazzjoni. Ir-rapport finali tal-investigazzjoni għandu jagħmel referenza għal kwalunkwe kumment bħal dan."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Technical amendment: fil-11.12.2018, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 ġie revokat u mibdul mir-Regolament (UE) 2018/1725.

Emenda    75

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt aa (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 9 – paragrafu 5 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  jiżdied il-paragrafu 5a:

 

"5a.  Fil-każijiet meta l-Uffiċċju jirrakkomanda segwitu ġudizzjarju, u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-kunfidenzjalità tal-informaturi, il-persuna kkonċernata għandu jkollha aċċess għar-rapport li jkun tfassal mill-Uffiċċju fl-ambitu tal-Artikolu 11 wara l-investigazzjoni tiegħu, u għal kwalunkwe dokument rilevanti, sakemm ikunu relatati ma' dik il-persuna u jekk, fejn japplika, la l-UPPE u lanqas l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali ma joġġezzjonaw fi żmien perjodu ta' sitt xhur. Awtorizzazzjoni mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti tista' tingħata wkoll qabel ma jiskadi dan il-perjodu."

Ġustifikazzjoni

Fil-parti l-kbira, skont l-emenda 51 tar-rapporteur.Hija meħtieġa skadenza sabiex jiġi evitat li l-aċċess għar-rapport jiddewwem bla bżonn. Fl-istess waqt, hija meħtieġa proċedura li tevita aċċess qabel il-waqt għall-fajl li jaf jipperikola l-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti ta' segwitu.

Emenda    76

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  jiddaħħal l-Artikolu 9a:

 

"Artikolu 9a

 

Kontrollur ta' garanziji proċedurali

 

1.   Kontrollur ta' garanziji proċedurali ("il-Kontrollur") għandu jinħatar mill-Kummissjoni, f'konformità mal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 2, għal perjodu ta' ħames snin li ma jiġġeddidx. Malli jiskadi t-terminu tiegħu, huwa għandu jibqa' fil-kariga sakemm jinbidel.

 

2.   Wara sejħa għal applikazzjonijiet f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha toħloq lista ta' kandidati kwalifikati kif adatt għall-pożizzjonijiet tal-Kontrollur. Wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kummissjoni għandha taħtar lill-Kontrollur.

 

3.   Il-Kontrollur għandu jkollu l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa fil-qasam tad-drittijiet u l-garanziji proċedurali.

 

4.   Il-Kontrollur għandu jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu b'indipendenza sħiħa u m'għandux ifittex u jieħu struzzjonijiet mingħand ħaddieħor fil-qadi ta' dmirijietu.

 

5.   Il-Kontrollur għandu jimmonitorja l-konformità tal-Uffiċċju mad-drittijiet u l-garanziji proċedurali. Huwa għandu jkun responsabbli biex jittratta l-ilmenti li l-Uffiċċju jirċievi.

 

6.   Il-Kontrollur għandu jirrapporta dwar l-eżerċizzju ta' din il-funzjoni fuq bażi annwali, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat ta' Sorveljanza u l-Uffiċċju. Huwa m'għandux jirreferi għal każijiet individwali taħt investigazzjoni u għandu jiżgura l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet anki wara l-għeluq tagħhom."

Emenda    77

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8b (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 9b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)  jiddaħħal l-Artikolu 9b:

 

"Artikolu 9b

 

Mekkaniżmu tal-ilmenti

 

1.   L-Uffiċċju għandu, f'kooperazzjoni mal-Kontrollur, jieħu l-miżuri meħtieġa biex joħloq mekkaniżmu tal-ilmenti li jimmonitorja u jiżgura r-rispett tal-garanziji proċedurali fl-attivitajiet kollha tal-Uffiċċju.

 

2.   Kwalunkwe persuna kkonċernata minn investigazzjoni mill-Uffiċċju għandha tkun intitolata biex tippreżenta lment mal-Kontrollur rigward il-konformità tal-Uffiċċju mal-garanziji proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 9. Il-preżentazzjoni ta' lment m'għandu jkollha ebda effett sospensiv dwar it-twettiq tal-investigazzjoni li tkun għaddejja.

 

3.   Jistgħu jsiru lmenti mhux aktar tard minn xahar wara li l-ilmentatur isir konxju tal-fatti rilevanti li jikkostitwixxu l-allegat ksur tal-garanziji proċedurali tiegħu. Ebda lment ma jista' jiġi ppreżentat aktar tard minn xahar wara l-għeluq tal-investigazzjoni. Ilmenti relatati mal-perjodu ta' notifika msemmi fl-Artikolu 9(2) u (4) għandhom ikunu ppreżentati qabel ma jiskadi l-perjodu ta' notifika stabbilit f'dawk id-dispożizzjonijiet.

 

4.  Meta jirċievi lment, il-Kontrollur għandu jinforma lid-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju immedjatament u jagħti lill-Uffiċċju l-possibbiltà li jsolvi l-kwistjoni li tqajmet mill-ilmentatur, fi żmien 15-il jum ta' xogħol.

 

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament, l-Uffiċċju għandu jibgħat lill-Kontrollur l-informazzjoni kollha li tista' tkun meħtieġa biex il-Kontrollur joħroġ rakkomandazzjoni.

 

6.  Il-Kontrollur għandu joħroġ rakkomandazzjoni dwar l-ilment mingħajr dewmien, iżda l-aktar tard fi żmien xahrejn minn meta l-Uffiċċju jinforma lill-Kontrollur dwar l-azzjoni li jkun ħa biex tiġi rimedjata l-kwistjoni jew wara l-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 3. Ir-rakkomandazzjoni tiġi ppreżentata lill-Uffiċċju u kkomunikata lill-ilmentatur. F'każijiet eċċezzjonali, il-Kontrollur jista' jiddeċiedi li jestendi l-perjodu biex tinħareġ ir-rakkomandazzjoni bi 15-il jum addizzjonali. Il-Kontrollur għandu jinforma lid-Direttur Ġenerali dwar ir-raġunijiet għall-estensjoni permezz ta' ittra. Fin-nuqqas ta' rakkomandazzjoni mill-Kontrollur fil-limiti ta' żmien stabbiliti f'dan il-paragrafu, il-Kontrollur għandu jitqies bħala li ċaħad l-ilment mingħajr rakkomandazzjoni.

 

7.  Mingħajr ma jindaħal fit-twettiq tal-investigazzjoni li tkun għaddejja, il-Kontrollur għandu jeżamina l-ilment fi proċedura kontenzjuża. Bil-kunsens tagħhom, il-Kontrollur jista' jitlob xhieda biex jipprovdu spjegazzjonijiet orali jew bil-miktub li huwa jew hija jikkunsidra/tikkunsidra li huma rilevanti biex jiġu aċċertati l-fatti.

 

8.  Id-Direttur Ġenerali għandu jsegwi r-rakkomandazzjoni tal-Kontrollur dwar il-kwistjoni, ħlief f'każijiet debitament ġustifikati li fihom huwa jew hija jista/tista' jiddevja/tiddevja minnha. Jekk id-Direttur Ġenerali jiddevja mir-rakkomandazzjoni tal-Kontrollur, huwa jew hija għandu/għandha jikkomunika/tikkomunika lill-ilmentatur u lill-Kontrollur ir-raġunijiet ewlenin għal dik id-deċiżjoni, peress li din ma taffettwax l-investigazzjoni li tkun għaddejja. Huwa jew hija għandu/għandha jiddikjara/tiddikjara r-raġunijiet għalfejn ma ġietx segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kontrollur f'nota li għandha tinhemeż mar-rapport finali tal-investigazzjoni.

 

9.  Id-Direttur Ġenerali jista' jitlob l-opinjoni tal-Kontrollur dwar kwalunkwe suġġett relatat mar-rispett tal-garanziji proċedurali fil-mandat tal-Kontrollur, inkluż dwar id-deċiżjoni li tiġi ddiferita l-informazzjoni tal-persuna kkonċernata msemmija fl-Artikolu 9(3). Fi kwalunkwe talba bħal din, id-Direttur Ġenerali għandu jindika l-limitu ta' żmien li fih il-Kontrollur għandu jirrispondi.

 

10.  Mingħajr preġudizzju għal-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 90a tar-Regolamenti tal-Persunal, meta jitressaq ilment mad-Direttur Ġenerali minn uffiċjal jew impjegat ieħor tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 90a tar-Regolamenti tal-Persunal u uffiċjal jew impjegat ieħor ikun ressaq ilment mal-Kontrollur relatat mal-istess kwistjoni, id-Direttur Ġenerali għandu jistenna rakkomandazzjoni tal-Kontrollur qabel ma jwieġeb l-ilment."

Emenda    78

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt -a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)  il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

1. L-informazzjoni mogħtija jew miksuba waqt investigazzjonijiet esterni, tkun xi tkun il-forma tagħha, għandha tkun protetta mid-dispożizzjonijiet rilevanti.

"1. L-informazzjoni mogħtija jew miksuba waqt investigazzjonijiet barra minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji, tkun xi tkun il-forma tagħha, għandha tkun protetta mid-dispożizzjonijiet rilevanti fl-ambitu tal-liġi nazzjonali u d-dritt tal-Unjoni."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tieħu post l-emenda 54 mill-abbozz ta' rapport.

Emenda    79

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt -aa (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-aa)  il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

2.  L-informazzjoni mibgħuta jew miksuba matul l-investigazzjonijiet interni, tkun xi tkun il-forma tagħha, għandha tkun soġġetta għas-segretezza professjonali u għandha tgawdi l-protezzjoni mogħtija mir-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

“2.  L-informazzjoni mibgħuta jew miksuba matul l-investigazzjonijiet fi ħdan istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji, tkun xi tkun il-forma tagħha, għandha tkun soġġetta għas-segretezza professjonali u għandha tgawdi l-protezzjoni mogħtija mir-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

F'konformità mat-tneħħija proposta tad-distinzjoni bejn investigazzjonijiet esterni u interni.

Emenda    80

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt -ab (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 10 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-ab)  jiżdied il-paragrafu 3a:

 

"3a.  L-Uffiċċju għandu jiżvela r-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu wara li l-proċeduri nazzjonali u tal-Unjoni relatati kollha jkunu ġew konklużi mill-korpi responsabbli u l-iżvelar ma jaffettwax aktar l-investigazzjonijiet. L-iżvelar għandu jkun konformi mar-regoli u l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data stabbiliti f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 1."

Emenda    81

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Uffiċċju għandu jaħtar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

L-Uffiċċju għandu jaħtar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data f'konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725.

Ġustifikazzjoni

Emenda teknika: fil-11.12.2018, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 ġie revokat u mibdul mir-Regolament (UE) 2018/1725.

Emenda    82

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt aa (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 10 – paragrafu 5 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  jiżdied il-paragrafu 5a:

 

"5a.  Il-persuni li jirrapportaw reati u ksur relatati mal-interessi finanzjarji tal-Unjoni lill-Uffiċċju għandhom jiġu protetti bis-sħiħ, b'mod partikolari permezz tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirrigwarda l-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni."

Emenda    83

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport jista' jiġi akkumpanjat minn rakkomandazzjonijiet tad-Direttur Ġenerali dwar l-azzjoni li għandha tittieħed. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet għandhom, fejn ikun xieraq, jindikaw kwalunkwe azzjoni dixxiplinarja, amministrattiva, finanzjarja u/jew ġudizzjarja mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, u għandhom jispeċifikaw, b'mod partikolari, l-ammonti stmati li għandhom jiġu rkuprati, kif ukoll il-klassifikazzjoni preliminari fil-liġi tal-fatti stabbiliti.

Ir-rapport jeħtieġlu jiġi akkumpanjat minn rakkomandazzjonijiet tad-Direttur Ġenerali dwar l-azzjoni li għandha tittieħed. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet għandhom, fejn ikun xieraq, jindikaw kwalunkwe azzjoni dixxiplinarja, amministrattiva, finanzjarja u/jew ġudizzjarja mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, u għandhom jispeċifikaw, b'mod partikolari, l-ammonti stmati li għandhom jiġu rkuprati, kif ukoll il-klassifikazzjoni preliminari fil-liġi tal-fatti stabbiliti.

Emenda    84

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt b

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Uffiċċju għandu jieħu miżuri interni xierqa sabiex jiżgura l-kwalità konsistenti tar-rapporti finali u tar-rakkomandazzjonijiet, u jikkunsidra jekk hemmx bżonn li jiġu riveduti l-Linji Gwida dwar il-Proċeduri ta' Investigazzjoni, sabiex tiġi indirizzata kwalunkwe inkonsistenza possibbli.

Emenda    85

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt b

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara verifika sempliċi tal-awtentiċità tagħhom, ir-rapporti mfassla fuq dik il-bażi għandhom jikkostitwixxu evidenza ammissibbli fi proċedimenti ġudizzjarji ta' natura mhux kriminali quddiem il-qrati nazzjonali,u fi proċedimenti amministrattivi fl-Istati Membri.

Wara verifika sempliċi tal-awtentiċità tagħhom, ir-rapporti mfassla fuq dik il-bażi, li jinkludu kull evidenza ta' appoġġ u annessa għal dawn ir-rapporti, għandhom jikkostitwixxu evidenza ammissibbli fi proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-qrati nazzjonali, u fi proċedimenti amministrattivi fl-Istati Membri. Is-setgħa tal-qrati nazzjonali li jivvalutaw liberament l-evidenza m'għandhiex tiġi affettwata minn dan ir-Regolament.

Emenda    86

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt b

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapporti mfassla mill-Uffiċċju għandhom jikkostitwixxu evidenza ammissibbli fi proċedimenti kriminali tal-Istat Membru li fih l-użu tagħhom jirriżulta li huwa meħtieġ bl-istess mod u taħt l-istess kundizzjonijiet bħar-rapporti amministrattivi mfassla minn spetturi amministrattivi nazzjonali. Huma għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli ta' evalwazzjoni bħal dawk applikabbli għar-rapporti amministrattivi evalwazzjoni mill-ispetturi amministrattivi nazzjonali u għandu jkollhom l-istess valur ta' prova bħal dawn ir-rapporti.

imħassar

Emenda    87

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt b

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Uffiċċju dwar kwalunkwe regola tal-liġi nazzjonali rilevanti għall-iskopijiet tat-tielet subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Uffiċċju dwar kwalunkwe regola tal-liġi nazzjonali rilevanti għall-iskopijiet tal-ewwel subparagrafu.

Emenda    88

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt b

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-qrati nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Uffiċċju dwar kwalunkwe ċaħda ta' evidenza f'konformità ma' dan il-paragrafu. In-notifika għandha tinkludi l-bażi legali u ġustifikazzjoni dettaljata għaċ-ċaħda. Id-Direttur Ġenerali għandu, fir-rapporti annwali tiegħu skont l-Artikolu 17(4), jevalwa l-ammissibbiltà ta' evidenza fl-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

L-emenda orali tallinja l-emenda 155 mal-approċċ ġenerali għall-ammissibbiltà ta' evidenza u tqis l-indipendenza tal-ġudikatura.

Emenda    89

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt c

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 11 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ir-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet mfassla wara investigazzjoni esterna u kull dokument relatat rilevanti għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati f'konformità mar-regoli relatati mal-investigazzjonijiet esterni u, jekk ikun meħtieġ, lill-istituzzjoni, lill-korp, lill-uffiċċju jew lill-aġenzija kkonfermata. Dik l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija għandha tieħu tali azzjoni bħala l-bażi tar-riżultati tal-investigazzjoni esterna, u għandha tirraporta dwarha lill-Uffiċċju sal-iskadenza stipulata fir-rakkomandazzjonijiet li jakkumpanjaw ir-rapport, u, barra minn hekk, fuq talba tal-Uffiċċju.

3.  Ir-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet mfassla wara investigazzjoni u kull dokument relatat rilevanti għandhom jintbagħtu, skont kif ikun xieraq, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati f'konformità mar-regoli relatati mal-investigazzjonijiet u lill-istituzzjoni, lill-korp, lill-uffiċċju jew lill-aġenzija kkonfermata. Dik l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija għandha tieħu tali azzjoni, b'mod partikolari ta' natura dixxiplinari jew legali, bħala r-riżultati tal-investigazzjoni esterna, u għandha tirrapporta dwarha lill-Uffiċċju sal-iskadenza stipulata fir-rakkomandazzjonijiet li jakkumpanjaw ir-rapport, u, barra minn hekk, fuq talba tal-Uffiċċju. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lura lill-Uffiċċju fi żmien disa' xhur dwar l-azzjonijiet li ttieħdu bi tweġiba għar-rapport tal-każijiet.

Emenda    90

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt ca (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 11 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ca)  il-paragrafu 4 huwa mħassar;

4.  Ir-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet imfassla wara investigazzjoni interna u kull dokument relatat rilevanti li għandu jintbagħat lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija involuta. Dik l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija għandha tieħu tali azzjoni, partikolarment ta' natura dixxiplinarja jew legali, fuq il-bażi tar-riżultati tal-investigazzjoni interna, u għandha tirraporta dwarha lill-Uffiċċju sal-iskadenza stipulata fir-rakkomandazzjonijiet li jakkumpanjaw ir-rapport, u, barra minn hekk, fuq talba tal-Uffiċċju.

 

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Ingħaqad mal-paragrafu 3.

Emenda    91

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt cb (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 11 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(cb)  fl-Artikolu 11, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

5.  Meta r-rapport maħruġ wara investigazzjoni interna juri l-eżistenza ta' fatti li jistgħu iwasslu għal azzjonijiet penali, dik l-informazzjoni għandha tintbagħat lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru kkonċernat.

“5.  Meta r-rapport maħruġ wara investigazzjoni juri l-eżistenza ta' fatti li jistgħu iwasslu għal azzjonijiet penali, dik l-informazzjoni għandha tintbagħat mingħajr dewmien lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru kkonċernat, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 12c u 12d."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Emenda    92

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt cc (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 11 – paragrafu 6 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc)   jiddaħħal il-paragrafu 6a:

 

"6a.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom jiżguraw li tittieħed azzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet dixxiplinari, amministrattivi, finanzjarji u ġudizzjarji li saru mid-Direttur Ġenerali skont il-paragrafi 1 u 3, u għandhom jibagħtu lill-Uffiċċju rapport dettaljat tal-azzjonijiet li ttieħdu sal-31 ta' Marzu kull sena, inklużi r-raġunijiet għan-nuqqas ta' implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Uffiċċju fejn applikabbli."

Ġustifikazzjoni

Żieda mal-emenda 63 proposta mir-rapporteur.

Emenda    93

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt cd (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 11 – paragrafu 8

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(cd)  fl-Artikolu 11, il-paragrafu 8 huwa modifikat kif ġej:

8.  Fejn informant li pprovda lill-Uffiċċju b'informazzjoni li twassal għal investigazzjoni jew relatata magħha, jitlob dan, l-Uffiċċju jista' jinnotifika lill-dak l-informant li l-investigazzjoni tkun ingħalqet. Madankollu l-Uffiċċju jista'jiċħad kwalunkwe talba bħal din jekk iqis li tkun tali li tippreġudika l-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata, l-effettività tal-investigazzjoni u tal-azzjoni li għandha tittieħed warajha, jew kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.

“8.  Fejn informatur ipprovda lill-Uffiċċju b'informazzjoni li wasslet għal investigazzjoni, l-Uffiċċju għandu jinnotifika lil dak l-informatur li l-investigazzjoni tkun ingħalqet. Madankollu l-Uffiċċju jista'jiċħad kwalunkwe talba bħal din jekk iqis li tkun tali li tippreġudika l-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata, l-effettività tal-investigazzjoni u tal-azzjoni li għandha tittieħed warajha, jew kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Emenda    94

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 11 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Wara l-Artikolu 11, jiddaħħal Artikolu ġdid:

 

"Artikolu 11a

 

Azzjoni quddiem il-Qorti Ġenerali

 

Kwalunkwe persuna kkonċernata tista' tressaq azzjoni kontra l-Kummissjoni għall-annullament tar-rapport ta' investigazzjoni li jkun intbagħat lill-awtoritajiet nazzjonali jew lill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 11(3) minħabba raġunijiet ta' nuqqas ta' kompetenza, ksur ta' rekwiżit proċedurali essenzjali, ksur tat-Trattati, inkluż ksur tal-Karta, jew użu ħażin tas-setgħat."

Ġustifikazzjoni

Bħalissa mhuwiex possibbli li tinfetaħ kawża kontra rapport finali tal-OLAF. Din l-emenda tfittex li tistabbilixxi protezzjoni legali effettiva, kif meħtieġ mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

Emenda    95

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt -a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)  il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 11 ta' dan ir-Regolament u għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju jista' jibgħat fiż-żmien dovut lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati informazzjoni miksuba waqt investigazzjonijiet interni biex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni adattat f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.

“1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 11 ta' dan ir-Regolament u għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju jista' jibgħat fiż-żmien dovut lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati informazzjoni miksuba waqt kontrolli jew spezzjonijiet fuq il-post skont l-Artikolu 3 biex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni adattat f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom. Huwa jista' jibgħat ukoll informazzjoni lill-istituzzjoni, lill-korp, lill-uffiċċju jew lill-aġenzija kkonċernata."

Ġustifikazzjoni

F'konformità mat-tneħħija proposta tad-distinzjoni bejn investigazzjonijiet esterni u interni.

Emenda    96

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt a

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12 – paragrafu 1 – l-aħħar sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fil-paragrafu 1 tiżdied is-sentenza li ġejja:

imħassar

"Huwa jista' jibgħat ukoll informazzjoni lill-istituzzjoni, lill-korp, lill-uffiċċju jew lill-aġenzija kkonċernata."

 

Emenda    97

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt aa (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  fil-paragrafu 2, is-subparagrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 11, id-Direttur Ġenerali għandu jibgħat lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru kkonċernat informazzjoni miksuba mill-Uffiċċju, waqt investigazzjonijiet interni, dwar fatti li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ta' awtorità ġudizzjarja nazzjonali.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 11, id-Direttur Ġenerali għandu jibgħat lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru kkonċernat informazzjoni miksuba mill-Uffiċċju, waqt investigazzjonijiet fi ħdan l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji, dwar fatti li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' awtorità ġudizzjarja nazzjonali."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

F'konformità mat-tneħħija proposta tad-distinzjoni bejn investigazzjonijiet esterni u interni.

Emenda    98

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt b

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom, sakemm ma jitwaqqfux mil-liġi nazzjonali, jinfurmaw lill-Uffiċċju fi żmien dovut, dwar l-inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-Uffiċċju, tal-azzjoni meħuda abbażi tal-informazzjoni li ntbagħtet lihom skont dan l-Artikolu.

3.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom, sakemm ma jitwaqqfux mil-liġi nazzjonali, jinfurmaw lill-Uffiċċju fi żmien xahar tal-azzjoni meħuda abbażi tal-informazzjoni li ntbagħtet lilhom skont dan l-Artikolu.

Emenda    99

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12b – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a.  L-obbligi ta' assistenza amministrattiva reċiproka skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/971a u r-Regolament (UE) Nru 608/20131b għandhom japplikaw ukoll għal attivitajiet ta' koordinazzjoni relatati mal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej f'konformità ma' dan l-Artikolu.

 

_________________

 

1a Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 082, 22.3.1997, p. 1).

 

1b Ir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15).

Emenda    100

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12c – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Uffiċċju għandu jirrapporta lill-UPPE mingħajr dewmien żejjed kwalunkwe mġiba kriminali li fir-rispett tagħha l-UPPE jkun jista' jeżerċita l-kompetenza tiegħu f'konformità mal-Artikolu 22 u l-Artikolu 25 (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1939. Ir-rapport għandu jintbagħat f'kwalunkwe stadju qabel jew matul investigazzjoni tal-Uffiċċju.

1.  L-Uffiċċju għandu jirrapporta lill-UPPE mingħajr dewmien żejjed kwalunkwe mġiba kriminali li fir-rispett tagħha l-UPPE jkun jista' jeżerċita l-kompetenza tiegħu f'konformità mal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2017/1939. Ir-rapport għandu jintbagħat mill-aktar fis possibbli qabel jew matul investigazzjoni tal-Uffiċċju.

Ġustifikazzjoni

Jidher li huwa xieraq li hawnhekk issir referenza għall-Kapitolu IV sħiħ tar-Regolament tal-UPPE, sabiex jiġi żgurat li ma titħalla barra ebda dispożizzjoni rilevanti.

Emenda    101

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12c – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-rapport għandu jinkludi bħala minimu, deskrizzjoni tal-fatti, inklużi valutazzjoni tal-ħsara kkawżata jew li x'aktarx tiġi kkawżata, il-kwalifika ġuridika possibbli u kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar vittmi potenzjali, persuni suspettati u kwalunkwe persuna oħra involuta.

2.  Ir-rapport għandu jinkludi bħala minimu, deskrizzjoni tal-fatti, u informazzjoni magħrufa mill-Uffiċċju, inklużi valutazzjoni tal-ħsara kkawżata jew li x'aktarx tiġi kkawżata, meta l-Uffiċċju jkollu tali informazzjoni, il-kwalifika ġuridika possibbli u kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar vittmi potenzjali, persuni suspettati u kwalunkwe persuna oħra involuta. Flimkien mar-rapport, l-Uffiċċju għandu jibgħat lill-UPPE kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li jkollu dwar il-każ.

Emenda    102

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12c – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każijiet fejn l-informazzjoni rċevuta mill-Uffiċċju ma tinkludix l-elementi stabbiliti fil-paragrafu 2, u ma tkun għaddejja l-ebda investigazzjoni tal-Uffiċċju, l-Uffiċċju jista' jwettaq evalwazzjoni preliminari tal-allegazzjonijiet. L-evalwazzjoni għandha titwettaq mingħajr dewmien u f'kull każ fi żmien xahrejn minn meta tiġi rċevuta l-informazzjoni. Matul din l-evalwazzjoni, għamndhom japplikaw l-Artikolu 6 u l-Artikolu 8(2).

F'każijiet fejn l-informazzjoni rċevuta mill-Uffiċċju ma tinkludix l-elementi stabbiliti fil-paragrafu 2, u ma tkun għaddejja l-ebda investigazzjoni tal-Uffiċċju, l-Uffiċċju jista' jwettaq evalwazzjoni preliminari tal-allegazzjonijiet. L-evalwazzjoni għandha titwettaq mingħajr dewmien u f'kull każ fi żmien xahrejn minn meta tiġi rċevuta l-informazzjoni. Matul din l-evalwazzjoni, għandhom japplikaw l-Artikolu 6 u l-Artikolu 8(2). L-Uffiċċju għandu jżomm lura milli jwettaq kwalunkwe miżura li jaf tipperikola xi investigazzjonijiet futuri possibbli tal-UPPE.

Emenda    103

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12c – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji jistgħu jitolbu lill-Uffiċċju jwettaq evalwazzjoni preliminari tal-allegazzjonijiet li ġew irrapportati lilhom. Għall-iskopijiet ta' dawk it-talbiet, għandu japplika l-paragrafu 3.

5.  L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji jistgħu jitolbu lill-Uffiċċju jwettaq evalwazzjoni preliminari tal-allegazzjonijiet li ġew irrapportati lilhom. Għall-iskopijiet ta' dawk it-talbiet, il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw mutatis mutandis. L-Uffiċċju għandu jinforma lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni preliminari, sakemm il-provvista ta' tali informazzjoni ma tkunx tipperikola investigazzjoni li tkun qed titwettaq mill-Uffiċċju jew mill-UPPE.

Ġustifikazzjoni

Kif issuġġerit mill-Kumitat ta' Sorveljanza fl-ittra tiegħu tal-20 ta' Novembru 2018.

Emenda    104

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 2013/833

Artikolu 12d – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-Direttur Ġenerali m'għandux jiftaħ investigazzjoni f'konformità mal-Artikolu 5 jekk l-UPPE jkun qed iwettaq investigazzjoni dwar l-istess fatti, għajr jekk mhux f'koformità mal-Artikolu 12e jew l-Artikolu 12f.

1.   Id-Direttur Ġenerali m'għandux jiftaħ investigazzjoni f'konformità mal-Artikolu 5, u għandu jwaqqaf investigazzjoni li tkun għaddejja, jekk l-UPPE jkun qed iwettaq investigazzjoni dwar l-istess fatti, għajr jekk mhux f'konformità mal-Artikolu 12e jew l-Artikolu 12f. Id-Direttur Ġenerali għandu jinforma lill-UPPE rigward kull deċiżjoni li ma jinfetaħx jew jitwaqqaf każ, meħuda għal dawn ir-raġunijiet.

Ġustifikazzjoni

Żieda mal-emenda 74 proposta mir-rapporteur: jiġi inkluż id-dmir tad-Direttur Ġenerali li jinforma lill-UPPE dwar każ li "ma jinfetaħx".

Emenda    105

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12d – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bl-għan li jiġi applikat l-ewwel subparagrafu, l-Uffiċċju, f'konformità mal-Artikolu 12g(2) u permezz tas-sistema ta' ġestjoni tal-każijiet tal-UPPE, jekk l-UPPE jkun qed iwettaq investigazzjoni. L-Uffiċċju jista' jitlob aktar informazzjoni mill-UPPE. L-UPPE għandu jwieġeb għal din it-talba fi żmien 10 jiem ta' xogħol.

Bl-għan li jiġi applikat l-ewwel subparagrafu, l-Uffiċċju, f'konformità mal-Artikolu 12g(2) u permezz tas-sistema ta' ġestjoni tal-każijiet tal-UPPE, jekk l-UPPE jkun qed iwettaq investigazzjoni. L-Uffiċċju jista' jitlob aktar informazzjoni mill-UPPE. L-UPPE għandu jwieġeb għal din it-talba fi żmien 10 jiem ta' xogħol. Din l-iskadenza tista' tiġi estiża f'każijiet eċċezzjonali soġġetta għal modalitajiet li għandhom jiġu stabbiliti fl-arranġamenti ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 12g(1).

Emenda    106

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12d – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta l-Uffiċċju jagħlaq l-investigazzjoni tiegħu f'konformità mal-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 11 m'għandhomx japplikaw.

Ġustifikazzjoni

Ara wkoll it-test propost mill-Kummissjoni għall-Artikolu 12c(6).

Emenda    107

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12d – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.   Fuq talba mill-UPPE, l-Uffiċċju għandu jżomm lura milli jwettaq ċerti atti jew miżuri li jistgħu jipperikolaw investigazzjoni jew prosekuzzjoni li tkun qed titwettaq mill-UPPE. L-UPPE għandu jinnotifika lill-Uffiċċju mingħajr dewmien żejjed meta r-raġunijiet għal tali talba ma jibqgħux japplikaw.

Ġustifikazzjoni

Abbażi ta' suġġeriment mill-Kumitat ta' Sorveljanza li jinsab fl-ittra tiegħu tal-20 ta' Novembru 2018.

Emenda    108

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 833/2013

Artikolu 12d – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.   Meta l-UPPE jagħlaq jew iwaqqaf investigazzjoni li dwarha jkun irċieva informazzjoni mingħand id-Direttur Ġenerali skont il-paragrafu 1 u li tkun rilevanti għall-eżerċizzju tal-mandat tal-Uffiċċju, dan għandu jinforma lill-Uffiċċju mingħajr dewmien żejjed u jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar investigazzjonijiet amministrattivi ta' segwitu.

Emenda    109

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12e – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Skont il-paragrafu 1, talba għandha tintbagħat bil-miktub u għandha tispeċifika l-miżura jew il-miżuri li l-UPPE jitlob lill-Uffiċċju jwettaq u, fejn ikun xieraq, l-iskeda ta' żmien prevista biex dawn isiru. Hija għandha tinkludi informazzjoni dwar l-investigazzjoni tal-UPPE sa fejn ikun rilevanti għall-għan tat-talba. Fejn ikun meħtieġ, l-Uffiċċju jista' jitlob informazzjoni addizzjonali.

2.  Talba skont il-paragrafu 1, talba għandha tintbagħat bil-miktub u għandha tispeċifika mill-anqas:

 

(a)  informazzjoni dwar l-investigazzjoni tal-UPPE sa fejn ikun rilevanti għall-għan tat-talba;

 

(b)  il-miżura jew il-miżuri li l-UPPE jitlob lill-Uffiċċju jwettaq;

 

(c)  fejn ikun xieraq, l-iskeda ta' żmien prevista biex dawn isiru;

 

(d)  kwalunkwe struzzjoni skont il-paragrafu 2a.

 

Fejn ikun meħtieġ, l-Uffiċċju jista' jitlob informazzjoni addizzjonali.

Ġustifikazzjoni

Struttura u addendum ġodda abbażi ta' suġġeriment mill-Kumitat ta' Sorveljanza li jinsab fl-ittra tiegħu tal-20 ta' Novembru 2018.

Emenda    110

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12e – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Sabiex tiġi protetta l-ammissibbiltà tal-evidenza kif ukoll id-drittijiet fundamentali u l-garanziji proċedurali, meta l-Uffiċċju jwettaq miżuri ta' sostenn jew komplementarji fuq talba tal-UPPE skont dan l-Artikolu, l-UPPE jista' jagħti struzzjonijiet lill-Uffiċċju biex japplika standards ogħla ta' drittijiet fundamentali, garanziji proċedurali u protezzjoni tad-data minn dawk previsti f'dan ir-Regolament. Waqt li jagħmel dan, huwa għandu jispeċifika fid-dettall ir-rekwiżiti formali u l-proċeduri li għandhom jiġu applikati.

 

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe struzzjoni speċifika bħal din mill-UPPE, il-Kapitolu VI (salvagwardji proċedurali) u l-Kapitolu VIII (protezzjoni tad-data) tar-Regolament (UE) 2017/1939 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-miżuri li jitwettqu mill-Uffiċċju skont dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Is-salvagwardji proċedurali u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data li jingħataw mir-Regolament tal-UPPE għandhom japplikaw għall-miżuri kollha li jitwettqu mill-OLAF fuq talba tal-UPPE, sabiex ma jkun hemm l-ebda inċentiv biex l-UPPE jiddelega kompiti lill-OLAF bl-uniku għan li jevita dawn ir-regoli. Jinkludi suġġerimenti mill-Kumitat ta' Sorveljanza li jinsabu fl-ittra tiegħu tal-20 ta' Novembru 2018.

Emenda    111

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12f – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każijiet iġġustifikati debitament fejn l-UPPE jkun qed iwettaq investigazzjoni, fejn id-Direttur Ġenerali jikkunsidra li għandha tinfetaħ investigazzjoni f'konformità mal-mandat tal-Uffiċċju bl-għan li tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta' miżuri ta' prekawzjoni jew ta' azzjoni finanzjarja, dixxiplinarja jew amministrattiva, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-UPPE bil-kitba, fejn jispeċifika n-natura u l-iskop tal-investigazzjoni.

F'każijiet debitament iġġustifikati fejn l-UPPE jkun qed iwettaq investigazzjoni, fejn id-Direttur Ġenerali jikkunsidra li għandha tinfetaħ jew titkompla investigazzjoni f'konformità mal-mandat tal-Uffiċċju bl-għan li tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta' miżuri ta' prekawzjoni jew ta' azzjoni finanzjarja, dixxiplinarja jew amministrattiva, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-UPPE bil-kitba, fejn jispeċifika n-natura u l-iskop tal-investigazzjoni, u jfittex il-kunsens bil-miktub tal-UPPE biex tinfetaħ investigazzjoni komplementari.

Emenda    112

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12f – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien 30 ġurnata wara li din l-informazzjoni tkun ġiet irċevuta, l-UPPE jista' joġġezzjona għall-ftuħ ta' investigazzjoni jew għall-prestazzjoni ta' ċerti atti li jappartjenu għall-investigazzjoni, fejn ikun meħtieġ, sabiex jevita milli jipperikola l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tiegħu stess, u sakemm jippersistu dawn ir-raġunijiet. L-UPPE għandu jinnotifika lill-Uffiċċju mingħajr dewmien żejjed meta r-raġunijiet għall-oġġezzjoni ma jibqgħux japplikaw.

Fi żmien 20 ġurnata ta' xogħol wara li tkun waslet din l-informazzjoni, l-UPPE għandu jew jagħti l-approvazzjoni tiegħu jew joġġezzjona għall-ftuħ jew kontinwazzjoni ta' investigazzjoni jew għall-prestazzjoni ta' kwalunkwe att li jappartjeni għall-investigazzjoni, fejn ikun meħtieġ, sabiex jevita milli jipperikola l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tiegħu stess, u sakemm jippersistu dawn ir-raġunijiet. F'sitwazzjonijiet debitament ġustifikati, l-UPPE jista' jestendi l-iskadenza b'10 ijiem ta' xogħol addizzjonali. Huwa għandu jinforma lill-Uffiċċju dwar dan.

 

F'każ li l-UPPE joġġezzjona, l-Uffiċċju m'għandux jiftaħ investigazzjoni komplementari. F'dak il-każ, l-UPPE għandu jinnotifika lill-Uffiċċju mingħajr dewmien żejjed meta r-raġunijiet għall-oġġezzjoni ma jibqgħux japplikaw.

Emenda    113

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12f – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ li l-UPPE ma joġġezzjonax fi żmien l-iskadenza tas-subparagrafu preċedenti, l-Uffiċċju jista' jiftaħ investigazzjoni, u għandu jwettaqha f'konsultazzjoni mil-qrib mal-UPPE.

Fil-każ li l-UPPE jagħti l-kunsens tiegħu, l-Uffiċċju jista' jiftaħ jew ikompli investigazzjoni, u għandu jwettaqha f'konsultazzjoni mil-qrib mal-UPPE.

Emenda    114

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12f – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jekk l-UPPE ma jweġibx sal-iskadenza stabbilita fit-tieni subparagrafu, l-Uffiċċju jista' jibda konsultazzjonijiet mal-UPPE sabiex jieħu deċiżjoni fi żmien 10 ġranet.

Emenda    115

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12g – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn ikun meħtieġ biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni mal-UPPE kif stabbilit fl-Artikolu 1(4a), l-Uffiċċju għandu jilħaq ftehim mal-UPPE dwar l-arranġamenti amministrattivi. Dawn l-arranġamenti ta' ħidma jistgħu jistabbilixxu dettalji prattiċi għall-iskambju ta' informazzjoni, inkluża data personali, informazzjoni operattiva, strateġika jew teknika u informazzjoni klassifikata. Huma għandhom jinkludu arranġamenti dettaljati dwar l-iskambju kontinwu ta' informazzjoni matul l-irċevuta u l-verifika tal-allegazzjonijiet miż-żewġ uffiċċji.

1.  Fejn ikun meħtieġ biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni mal-UPPE kif stabbilit fl-Artikolu 1(4a), l-Uffiċċju għandu jilħaq ftehim mal-UPPE dwar l-arranġamenti amministrattivi. Dawn l-arranġamenti ta' ħidma jistgħu jistabbilixxu dettalji prattiċi għall-iskambju ta' informazzjoni, inkluża data personali, informazzjoni operattiva, strateġika jew teknika u informazzjoni klassifikata, kif ukoll l-istabbiliment ta' pjattaformi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, inkluż approċċ komuni għall-aġġornamenti u l-kompatibbiltà tas-softwer. Huma għandhom jinkludu arranġamenti dettaljati dwar l-iskambju kontinwu ta' informazzjoni matul l-irċevuta u l-verifika tal-allegazzjonijiet bl-għan li jiġu determinati l-kompetenzi fuq l-investigazzjonijiet imwettqa miż-żewġ uffiċċji. Huma għandhom jinkludu wkoll arranġamenti dwar it-trasferiment tal-evidenza bejn l-Uffiċċju u l-UPPE, kif ukoll arranġamenti dwar id-diviżjoni tal-ispejjeż.

 

Qabel l-adozzjoni tal-arranġamenti ta' ħidma mal-UPPE, id-Direttur Ġenerali għandu jibgħat l-abbozz lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, lill-Kumitat ta' Sorveljanza u lill-Parlament Ewropew bħala informazzjoni. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Kumitat ta' Sorveljanza għandhom jagħtu l-opinjonijiet tagħhom mingħajr dewmien.

Emenda    116

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12g – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kull aċċess indirett għal informazzjoni fis-sistema ta' ġestjoni tal-każijiet tal-UPPE mill-Uffiċċju għandu jitwettaq biss sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-funzjonijiet tal-Uffiċċju kif iddefinit skont dan ir-Regolament u għandu jkun debitament ġustifikat u vvalidat permezz ta' proċedura interna stabbilita mill-Uffiċċju. L-Uffiċċju għandu jżomm reġistru tal-istanzi kollha ta' aċċess għas-sistema ta' ġestjoni tal-każijiet tal-UPPE.

Emenda    117

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12g – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju u l-Kap Prosekutur Pubbliku Ewropew għandhom jiltaqgħu minn tal-inqas darba fis-sena biex jiddiskutu kwistjonijiet ta' interess komuni.

Emenda    118

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid) – punta (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(12a)  l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

 

(a)  fil-paragrafu 1, is-subparagrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

Il-Kumitat ta' Sorveljanza għandu b'mod partikolari jimmonitorja l-iżviluppi dwar l-applikazzjoni ta' garanziji proċedurali u t-tul tal-investigazzjonijiet fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mid-Direttur Ġenerali f'konformità mal-Artikolu 7(8).

"Il-Kumitat ta' Sorveljanza għandu b'mod partikolari jimmonitorja l-iżviluppi dwar l-applikazzjoni ta' garanziji proċedurali u t-tul tal-investigazzjonijiet."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Emenda    119

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid) – punt b (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(b)  fil-paragrafu 1, is-subparagrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

F'sitwazzjonijiet iġġustifikati debitament, il-Kumitat ta' Sorveljanza jista' jitlob lill-Uffiċċju għal aktar informazzjoni dwar investigazzjonijiet, inklużi rapporti u rakkomandazzjonijiet dwar investigazzjonijiet magħluqa, madankollu, mingħajr ma jfixklu t-twettiq tal-investigazzjonijiet li jkunu għaddejja.

"Il-Kumitat ta' Sorveljanza għandu jingħata aċċess għall-informazzjoni u d-dokumenti kollha li jqis li huma meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, inklużi rapporti u rakkomandazzjonijiet dwar investigazzjonijiet magħluqa u każijiet miċħuda, madankollu mingħajr ma jfixklu t-twettiq tal-investigazzjonijiet li jkunu għaddejja, u b'attenzjoni dovuta għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità u ta' protezzjoni tad-data."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Parzjalment abbażi ta' suġġeriment mill-Kumitat ta' Sorveljanza li jinsab fl-ittra tiegħu tal-20 ta' Novembru 2018.

Emenda    120

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid) – punt c (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 15 – paragrafu 8 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(c)  fil-paragrafu 8, is-subparagrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

Il-Kumitat ta' Sorveljanza għandu jaħtar il-president tiegħu. Huwa għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, li, qabel ma jkunu adottati, għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data bħala informazzjoni. Laqgħat tal-Kumitat ta' Sorveljanza għandhom jissejħu fuq inizjattiva tal-president tiegħu jew tad-Direttur Ġenerali. Huwa għandu jlaqqa' mill-inqas 10 laqgħat fis-sena. Il-Kumitat ta' Sorveljanza għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b' maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu. Is-segretarjat tiegħu għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni, b'mod indipendenti mill-Uffiċċju, u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat ta' Sorveljanza. Qabel ma jinħatar kwalunkwe membru tal-persunal fis-segretarjat, il-Kumitat ta' Sorveljanza għandu jiġi kkonsultat u l-fehmiet tiegħu għandhom jitqiesu. Is-segretarjat għandu jaġixxi fuq l-istruzzjonijiet tal-Kumitat ta' Sorveljanza u b'mod indipendenti mill-Kummissjoni. Mingħajr preġudizzju għall-kontroll tagħha fuq il-baġit tal-Kumitat ta' Sorveljanza u tas-segretarjat tiegħu, il-Kummissjoni m'għandhiex tindaħal fil-funzjonijiet ta' monitoraġġ tal-Kumitat ta' Sorveljanza.

"Il-Kumitat ta' Sorveljanza għandu jaħtar il-president tiegħu. Huwa għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, li, qabel ma jkunu adottati, għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data bħala informazzjoni. Laqgħat tal-Kumitat ta' Sorveljanza għandhom jissejħu fuq inizjattiva tal-president tiegħu jew tad-Direttur Ġenerali. Huwa għandu jlaqqa' mill-inqas 10 laqgħat fis-sena. Il-Kumitat ta' Sorveljanza għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b' maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu. Is-segretarjat tiegħu għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat ta' Sorveljanza. Qabel ma jinħatar kwalunkwe membru tal-persunal fis-segretarjat, il-Kumitat ta' Sorveljanza għandu jiġi kkonsultat u l-fehmiet tiegħu għandhom jitqiesu. Is-segretarjat għandu jaġixxi fuq l-istruzzjonijiet tal-Kumitat ta' Sorveljanza u b'mod indipendenti mill-Kummissjoni. Mingħajr preġudizzju għall-kontroll tagħha fuq il-baġit tal-Kumitat ta' Sorveljanza u tas-segretarjat tiegħu, il-Kummissjoni m'għandhiex tindaħal fil-funzjonijiet ta' monitoraġġ tal-Kumitat ta' Sorveljanza."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Kif issuġġerit mill-Kumitat ta' Sorveljanza fl-ittra tiegħu tal-20 ta' Novembru 2018.

Emenda    121

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 – punt -a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 16 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)  il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

1.  Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiltaqgħu darba fis-sena mad-Direttur Ġenerali għal skambju ta' fehmiet fuq livell politiku biex jiddiskutu l-politika tal-Uffiċċju dwar il-metodi ta' prevenzjoni u ta' ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjajri tal-Unjoni. Il-Kumitat ta' Sorveljanza għandu jipparteċipa fl-iskambju ta' fehmiet. Ir-rappreżentanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Eurojust u/jew il-Europol jistgħu jiġu mistiedna biex jattendu fuq bażi ad hoc fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, id-Direttur Ġenerali jew il-Kumitat ta' Sorveljanza.

“1.  Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiltaqgħu darba fis-sena mad-Direttur Ġenerali għal skambju ta' fehmiet fuq livell politiku biex jiddiskutu l-politika tal-Uffiċċju dwar il-metodi ta' prevenzjoni u ta' ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali jew irregolarità oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-Kumitat ta' Sorveljanza għandu jipparteċipa fl-iskambju ta' fehmiet. Il-Kap Prosekutur Pubbliku Ewropew huwa mistieden jipparteċipa fl-iskambju ta' fehmiet. Ir-rappreżentanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Eurojust u/jew il-Europol jistgħu jiġu mistiedna biex jattendu fuq bażi ad hoc fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, id-Direttur Ġenerali jew il-Kumitat ta' Sorveljanza."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Artikolu 1(1).

Emenda    122

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 – punt a

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 16 – paragrafu 1 – it-tielet sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fil-paragrafu 1, it-tielet sentenza tinbidel b'dan li ġej:

imħassar

"Ir-rappreżentanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-UPPE, il-Eurojust u/jew il-Europol jistgħu jiġu mistiedna biex jattendu fuq bażi ad hoc fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, id-Direttur Ġenerali jew il-Kumitat ta' Sorveljanza."

 

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Tħassir tekniku – ara l-emenda preċedenti.

Emenda    123

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 – punt aa (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 16 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  fil-paragrafu 2, il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

2.  L-iskambju ta' fehmiet jista' jkun relatat ma':

“2.  L-iskambju ta' fehmiet jista' jkun relatat ma' kwalunkwe suġġett li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu dwaru. B'mod aktar partikolari, l-iskambju ta' fehmiet jistgħu jkun relatat ma':"

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Emenda    124

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 – punt b

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-qafas tar-relazzjonijiet bejn l-Uffiċċju u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji, b'mod partikolari l-UPPE.

(d)  il-qafas tar-relazzjonijiet bejn l-Uffiċċju u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji, b'mod partikolari l-UPPE, u l-azzjoni meħuda dwar ir-rapporti ta' investigazzjoni finali tal-Uffiċċju u informazzjoni oħra mibgħuta mill-Uffiċċju;

Ġustifikazzjoni

Sabiex l-IBOAs u l-UPPE iwettqu monitoraġġ u titjib tas-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF.

Emenda    125

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 – punt ba (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt e

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba) fil-paragrafu 2, il-punt e jinbidel b'dan li ġej:

(e) il-qafas tar-relazzjonijiet bejn l-Uffiċċju u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

"(e) il-qafas tar-relazzjonijiet bejn l-Uffiċċju u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u r-rapporti ta' investigazzjoni finali tal-Uffiċċju u informazzjoni oħra mibgħuta mill-Uffiċċju;"

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Sabiex l-Istati Membri jwettqu monitoraġġ u titjib tas-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF.

Emenda    126

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 – punt bb (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 16 – paragrafu 4 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  wara l-paragrafu 4, jiddaħħal paragrafu 4a ġdid:

 

"4a.  Il-presidenza tal-iskambju tal-fehmiet għandha t'alterna bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni."

Emenda    127

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14 – punt -a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 17 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)  il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

1.  L-Uffiċċju jitmexxa minn Direttur Ġenerali. Id-Direttur Ġenerali jinħatar mill-Kummissjoni, skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 2. Il-mandat tad-Direttur Ġenerali jkun ta' seba' snin u ma jiġġeddidx.

“1.  L-Uffiċċju jitmexxa minn Direttur Ġenerali. Id-Direttur Ġenerali jinħatar mill-Kummissjoni, skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 2. Il-mandat tad-Direttur Ġenerali jkun ta' seba' snin u ma jiġġeddidx. Id-Direttur Ġenerali għandu jiġi reklutat bħala aġent temporanju skont ir-Regolamenti tal-Persunal."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Emenda    128

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14 – punt -aa (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 17 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-aa)  il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

2.  Biex taħtar Direttur Ġenerali ġdid, il-Kummissjoni tippubblika sejħa għal applikazzjonijiet f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din il-pubblikazzjoni ssir mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-mandat tad-Direttur Ġenerali fil-kariga. Wara li tkun ingħatat opinjoni favorevoli mill-Kumitat Superviżorju dwar il-proċedura ta' għażla applikata mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tħejji lista ta' kandidati li jkunu kkwalifikati kif xieraq. Wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kummissjoni għandha taħtar lid-Direttur Ġenerali.

“2.  Biex taħtar Direttur Ġenerali ġdid, il-Kummissjoni tippubblika sejħa għal applikazzjonijiet f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din il-pubblikazzjoni ssir mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-mandat tad-Direttur Ġenerali fil-kariga. Wara li tkun ingħatat opinjoni favorevoli mill-Kumitat Superviżorju dwar il-proċedura ta' għażla applikata mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tħejji lista ta' kandidati li jkunu kkwalifikati kif xieraq. Id-Direttur Ġenerali għandu jiġi nnominat bi qbil komuni bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u, sussegwentement, għandu jinħatar minn din tal-aħħar."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Emenda    129

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14 – punt a

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 17 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-Direttur Ġenerali la għandu jfittex, u lanqas jieħu istruzzjonijiet mingħand xi gvern jew xi istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija fil-qadi ta' dmirijietu fir-rigward tal-ftuħ u t-twettiq ta' investigazzjonijiet esterni u interni jew attivitajiet ta' koordinament, jew fl-abbozzar ta' rapporti wara investigazzjonijiet attivitajiet ta' koordinament bħal dawk. Jekk id-Direttur iqis li miżura meħuda mill-Kummissjoni titfa' dubju fuq l-indipendenza tiegħu, huwa għandu jinforma minnufih lill-Kumitat ta' Sorveljanza, u għandu jiddeċiedi jekk iressaqx azzjoni kontra l-Kummissjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

3.  Id-Direttur Ġenerali la għandu jfittex, u lanqas jieħu istruzzjonijiet mingħand xi gvern jew xi istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija fil-qadi ta' dmirijietu fir-rigward tal-ftuħ u t-twettiq ta' investigazzjonijiet jew attivitajiet ta' koordinament, jew fl-abbozzar ta' rapporti wara investigazzjonijiet attivitajiet ta' koordinament bħal dawk. Jekk id-Direttur iqis li miżura meħuda mill-Kummissjoni titfa' dubju fuq l-indipendenza tiegħu, huwa għandu jinforma minnufih lill-Kumitat ta' Sorveljanza, u għandu jiddeċiedi jekk iressaqx azzjoni kontra l-Kummissjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Ġustifikazzjoni

F'konformità mat-tneħħija proposta tad-distinzjoni bejn investigazzjonijiet esterni u interni.

Emenda    130

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14 – punt aa (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 17 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

4.  Id-Direttur Ġenerali għandu jirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri dwar is-sejbiet ta' investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju, l-azzjoni meħuda ul-problemi li kien hemm, waqt li jirrispetta l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet, id-drittijiet leġittimi tal-persuni kkonċernati u tal-informanti, u, fejn ikun xieraq, id-dritt nazzjonali applikabbli għal proċedimenti ġudizzjarji.

“4.  Id-Direttur Ġenerali għandu jirrapporta regolarment, u mill-anqas kull sena, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri dwar is-sejbiet ta' investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju, l-azzjoni meħuda, il-problemi li kien hemm u s-segwitu tal-Uffiċċju għar-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kumitat ta' Sorveljanza f'konformità mal-Artikolu 15, waqt li jirrispetta l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet, id-drittijiet leġittimi tal-persuni kkonċernati u tal-informaturi, u, fejn ikun xieraq, id-dritt nazzjonali applikabbli għal proċedimenti ġudizzjarji.

 

Ir-rapport annwali għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-livell ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji, b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 11(2) u (6a)."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Emenda    131

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14 – punt ab (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 17 – paragrafu 4 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)  jiżdied il-paragrafu 4a:

 

"4a.  Fuq talba tal-Parlament Ewropew fil-kuntest tad-drittijiet tiegħu marbuta mal-kontroll baġitarju, id-Direttur Ġenerali jista' jipprovdi informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Uffiċċju filwaqt li jirrispetta l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet u l-proċedimenti ta' segwitu. Il-Parlament Ewropew għandu jiżgura l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni mogħtija f'konformità ma' dan il-paragrafu."

Emenda    132

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14 – punt ac (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 17 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ac)  fil-paragrafu 5, is-subparagrafu 1 huwa mħassar;

Id-Direttur Ġenerali għandu kull sena jiddetermina, fil-kuntest tal-pjan ta' ġestjoni annwali, il-prijoritajiet tal-politika ta' investigazzjoni tal-Uffiċċju u għandu, qabel il-pubblikazzjoni tagħhom, jibgħathom lill-Kumitat ta' Sorveljanza.

 

Ġustifikazzjoni

Jidher li l-introduzzjoni ta' IPPs ma kinitx utli.

Emenda    133

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14 – punt b

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 17 – paragrafu 5 – subparagrafu 3 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  dwar każijiet li fihom l-informazzjoni tkun intbagħtet lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri u lill-UPPE;

(b)  dwar każijiet li fihom l-informazzjoni tkun intbagħtet lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri jew lill-UPPE;

Emenda    134

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14 – punt ba (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 17 – paragrafu 5 – subparagrafu 3 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  fil-paragrafu 5, subparagrafu 3, jiddaħħal punt ġdid wara l-punt b:

 

“(ba)  "ta' każijiet miċħuda;"

Emenda    135

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14 – punt bb (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 17 – paragrafu 7

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(bb)  il-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej:

7.  Id-Direttur Ġenerali għandu jimplimenta mekkaniżmu intern ta' konsulenza u kontroll, inkluż verifika ta' legalità, dwar fost l-oħrajn ir-rispett tal-garanziji proċedurali u d-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati u tal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati, b'referenza partikolari għall-Artikolu 11(2).

“7.  Id-Direttur Ġenerali għandu jimplimenta mekkaniżmu intern ta' konsulenza u kontroll, inkluż verifika ta' legalità, dwar fost l-oħrajn ir-rispett tal-garanziji proċedurali u d-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati u tax-xhieda, u tal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati, b'referenza partikolari għall-Artikolu 11(2). Il-verifika tal-legalità tal-investigazzjonijiet għandha ssir minn esperti tad-dritt u tal-proċeduri ta' investigazzjoni tal-Uffiċċju li huma kkwalifikati biex iwettqu funzjoni ġudizzjarja fi Stat Membru. L-opinjoni tagħhom għandha tkun mehmuża mar-rapport finali tal-investigazzjoni."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija bbażata fuq l-emendi 10 u 23 tas-sessjoni plenarja mit-tieni qari tar-reviżjoni tal-OLAF tal-2006-2013 (ara d-dokument tas-sessjoni plenarja A7-0225/2013 u d-dokument ta' ħidma PE 510.603).

Emenda    136

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14 – punt bc (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 17 – paragrafu 8

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(bc)  il-paragrafu 8 jinbidel b'dan li ġej:

8.  Id-Direttur Ġenerali għandu jadotta linji gwida dwar il-proċeduri ta' investigazzjoni għall-persunal tal-Uffiċċju. Dawk il-linji gwida għandhom ikunu f'konformità ma' dan ir-Regolamenti u għandhom ikopru, fost l-oħrajn:

“8.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 19a dwar l-istabbiliment ta' kodiċi proċedurali għall-investigazzjonijiet li għandu jiġi rrispettat mill-persunal tal-Uffiċċju. Dawn l-atti delegati għandhom ikopru, b'mod partikolari:

(a)  it-twettiq ta' investigazzjonijiet;

(a)  il-prattiki li għandhom jiġu osservati fl-implimentazzjoni tal-mandat u l-istatut tal-Uffiċċju;

(b)  il-garanziji proċedurali;

(b)  ir-regoli dettaljati li jirregolaw il-proċeduri tal-investigazzjoni kif ukoll l-atti ta' investigazzjoni permessi;

(c)  id-dettalji dwar il-proċeduri interni ta' konsulenza u kontroll, inkluża l-verifika ta' legalità;

(c)  id-drittijiet leġittimi tal-persuni kkonċernati;

(d)  il-protezzjoni tad-data;

(d)  il-garanziji proċedurali;

 

(da)  id-dispożizzjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-data u l-politiki dwar il-komunikazzjoni u l-aċċess għad-dokumenti;

 

(db)  id-dispożizzjonijiet dwar il-verifika tal-legalità u l-mezzi ta' rimedju miftuħa għall-persuni kkonċernati;

 

(dc)  ir-relazzjonijiet mal-UPPE.

Dawk il-linji gwida, u kwalunkwe modifika għalihom, għandhom jiġu adottati wara li l-Kumitat ta' Sorveljanza jkun ingħata l-opportunità jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwarhom u wara għandhom jintbagħtu għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u jiġu ppubblikati għal skopijiet ta' informazzjoni fuq is-sit web tal-Uffiċċju fil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat ta' Superviżjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

 

Kwalunkwe att delegat adottat f'konformità ma' dan il-paragrafu għandu jiġi ppubblikat għal skopijiet ta' informazzjoni fuq is-sit web tal-Uffiċċju fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni."

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija bbażata fuq l-emendi 11 u 24 tas-sessjoni plenarja mit-tieni qari tar-reviżjoni tal-OLAF tal-2006-2013 (ara d-dokument tas-sessjoni plenarja A7-0225/2013 u d-dokument ta' ħidma PE 510.603).

Emenda    137

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14 – punt c

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 17 – paragrafu 8 – subparagrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 8, jiżdied il-punt (e) li ġej:

imħassar

"(e)  ir-relazzjonijiet mal-UPPE."

 

Ġustifikazzjoni

Tħassir tekniku – ara l-emenda preċedenti.

Emenda    138

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14 – punt ca (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 17 – paragrafu 9 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ca)  fil-paragrafu 9, is-subparagrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

Qabel ma timponi kwalunkwe penali dixxiplinari fuq id-Direttur Ġenerali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Kumitat ta' Sorveljanza.

"Qabel ma timponi kwalunkwe penali dixxiplinari fuq id-Direttur Ġenerali jew qabel ma tneħħi l-immunità tiegħu jew tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Kumitat ta' Sorveljanza."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02013R0883-20170101&qid=1547480450198&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Abbażi ta' suġġeriment mill-Kumitat ta' Sorveljanza li jinsab fl-ittra tiegħu tal-20 ta' Novembru 2018.

Emenda    139

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 19

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(14a)  l-Artikolu 19 jinbidel b'dan li ġej:

Artikolu 19

"Artikolu 19

Rapport ta' evalwazzjoni

Rapport ta' evalwazzjoni u reviżjoni

Sat-2 ta' Ottubru 2017, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn opinjoni tal-Kumitat ta' Sorveljanza u għandu jiddikjara jekk hemmx bżonn li jiġi emendat dan ir-Regolament.

Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data ddeterminata f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 120(2) tar-Regolament (UE) 2017/1939, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni u l-impatt ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-effettività u l-effiċjenza tal-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-UPPE. Dak ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn opinjoni tal-Kumitat ta' Sorveljanza.

 

Mhux aktar tard minn sentejn wara l-preżentazzjoni tar-rapport ta' evalwazzjoni skont l-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex timmodernizza l-qafas tal-Uffiċċju, inkluż regoli addizzjonali jew aktar dettaljati dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju, il-funzjonijiet tiegħu jew il-proċeduri applikabbli għall-attivitajiet tiegħu, b'attenzjoni partikolari mogħtija lill-kooperazzjoni tiegħu mal-UPPE, lill-investigazzjonijiet transfruntiera lill-investigazzjonijiet fl-Istati Membri li mhux qegħdin jipparteċipaw fl-UPPE."

Emenda    140

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14b (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 19 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)   Jiddaħħal Artikolu 19a ġdid:

 

"Artikolu 19a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 17(8) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' erba' snin minn ... (data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' erba' snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 17(8) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tieħu effett l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 17(8) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

Ġustifikazzjoni

Artikolu standard dwar l-atti delegati (għall-kodiċi ta' proċedura).

(1)

ĠU L 248/1, 18.09.2013.

(2)

Opinjoni Nru 8/2018 tal-QEA.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) huwa wieħed mill-kisbiet ewlenin tal-Parlament matul il-perjodu leġiżlattiv attwali. Aħna nistennew li dan se jġib bidla radikali fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE. Dan se jkollu wkoll impatt estensiv fuq l-istabbiliment istituzzjonali tal-UE fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolaritajiet, fejn l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) ikun l-aktar korp li jiġi affettwat. Fid-dawl ta' dan it-taqlib istituzzjonali imminenti, il-Kummissjoni ssottomettiet proposta biex temenda r-Regolament 883/2013, li tiffoka fuq l-aspetti li ġejjin:

-  tadatta r-Regolament dwar l-OLAF għall-ħolqien tal-UPPE,

-  timplimenta xi sejbiet ewlenin mill-evalwazzjoni tal-2017 biex tiżdied l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF f'ċerti oqsma, bħat-tneħħija tal-ambigwità mid-dispożizzjonijiet għall-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post fl-Istati Membri wara s-sentenza ta' "Sigma Orionis" (kawża T-48/16), u l-faċilitazzjoni tal-aċċess għall-kontijiet tal-bank,

-  diversi kjarifiki u simplifikazzjonijiet.

Ir-rapporteur tilqa' u tappoġġja l-emendi proposti mill-Kummissjoni. Madankollu, ir-rapporteur tqis li jeħtieġ li jittieħdu aktar miżuri biex titħejja aħjar it-triq għall-UPPE. Barra minn hekk, il-ħidma tal-UPPE taħt il-bażi ġuridika attwali tiegħu wriet diversi nuqqasijiet serji. Ir-rapport ta' evalwazzjoni jissottolinja kif ġlieda effettiva kontra l-frodi u l-irregolaritajiet hija mxekkla minn problemi inerenti fir-Regolament. Barra minn hekk, fl-2014, il-Kummissjoni ressqet proposta leġiżlattiva biex jinħoloq Kontrollur tal-garanziji proċedurali, li s'issa għadha ma ġietx implimentata.

Għaldaqstant, ir-rapporteur tipproponi l-approċċ li ġej:

-  it-tneħħija tad-distinzjoni bejn investigazzjonijiet esterni u interni, li ma għaddiex tgħodd, b'mod partikolari bil-fokus il-ġdid tal-OLAF fuq l-irregolaritajiet amministrattivi u l-irkupru (l-Artikoli 3 u 4),

-  it-tneħħija tal-IPPs (l-Artikoli 5(1) u 17(5)),

-  it-titjib tal-aċċess tal-Kumitat ta' Sorveljanza għall-informazzjoni (l-Artikoli 5(6a), 15(1) u 17(5)),

-  il-promozzjoni ta' segwitu aħjar għar-rakkomandazzjonijiet tad-Direttur Ġenerali mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji (l-Artikoli 7(6), 11(3) u (6a), u 17(4)),

-  il-promozzjoni ta' għeluq aktar rapidu tal-investigazzjonijiet (l-Artikolu 7(8)),

-  il-promozzjoni ulterjuri tal-ammissibbiltà tar-rapporti tal-OLAF fil-proċedimenti ġudizzjarji u amministrattivi nazzjonali (l-Artikolu 11(2)),

-  is-semplifikazzjoni tal-kooperazzjoni mal-UPPE (l-Artikolu 12c – 12g),

-  il-ħolqien ta' proċedura ta' tkeċċija għad-Direttur Ġenerali, skont il-proċedura ta' tkeċċija għall-UPPE (l-Artikolu 17(9a)).

Barra minn hekk, huma introdotti diversi emendi bl-għan li titjieb il-protezzjoni tal-garanziji proċedurali u tad-drittijiet fundamentali tal-persuni involuti fl-investigazzjonijiet tal-OLAF:

-  il-kjarifika tal-istatus tal-uffiċċji tal-MEPs (l-Artikolu 4(2a)),

-  il-ħolqien ta' dritt biex il-persuni kkonċernati jaċċessaw ir-rapport finali (l-Artikolu 9(5a)),

-  il-ħolqien ta' Kontrollur tal-garanziji proċedurali (l-Artikolu 9a u 9b),

-  il-ħolqien ta' dritt biex il-persuni kkonċernati jiftħu kawża kontra rapport finali tal-OLAF (l-Artikolu 11a),

-  il-ħolqien ta' kodiċi ta' proċedura, li għandu jiġi adottat bħala att delegat (l-Artikolu 17(8)).

Dawn il-miżuri se jkunu kruċjali biex l-OLAF isir aktar effettiv fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, u biex tiġi żgurata kooperazzjoni mingħajr xkiel bejn l-OLAF u l-UPPE sa mill-bidu nett.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (25.1.2019)

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF

(COM(2018)0338 – C8-0214/2018 – 2018/0170(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jean-Marie Cavada

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Wara l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), ir-Regolament Nru 883/2013 eżistenti, li attwalment jirregola l-investigazzjonijiet min-naħa tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) jeħtieġ li jiġi rivedut bil-għan li tiġi adattata l-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet, sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-funzjoni investigattiva tal-OLAF u jiġu ċċarati u ssimplifikati d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Nru 883/2013.

Kemm l-UPPE kif ukoll l-OLAF, fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom, huma fdati bil-mandat li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

L-UPPE, ladarba jsir operattiv, ser ikollu s-setgħa li jmexxi investigazzjonijiet kriminali u jressaq quddiem il-qrati nazzjonali lil min iwettaq delitti li jaffettwaw il-baġit tal-Unjoni. L-OLAF jinvestiga irregolaritajiet amministrattivi kif ukoll imġiba kriminali. Madankollu, is-setgħat amministrattivi tiegħu huma limitati meta mqabbla mal-investigazzjonijiet kriminali. Għaldaqstant, il-proposta tipprevedi li ż-żewġ korpi jikkooperaw mill-qrib kemm jista' jkun u b'hekk isiru aktar prosekuzzjonijiet, jinqatgħu aktar kundanni u jkun hemm livelli ogħla ta' rkupru;

Bil-għan li tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr xkiel fil-qafas il-ġdid, ir-Regolament 883/2013 emendat għandu jidħol fis-seħħ qabel ma jibda jopera l-UPPE, u dan hu previst għal tmiem l-2020.

Ir-rapporteur jappoġġa l-impenn tal-Kummissjoni li għalissa tipprevedi biss għadd limitat ta' tibdiliet, li huma essenzjali, skont id-dokument analitiku ta' ħidma tal-Persunal li jakkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni, li hija bbażata fuq ir-rapport ta' evalwazzjoni, l-istudji esterni u r-riżultat tal-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati. Għaldaqstant huwa jappoġġa l-proposta mill-Kummissjoni biex tiffoka fuq tliet oqsma: ir-relazzjoni bejn l-UPPE u l-OLAF, it-tisħiħ tal-effikaċja tal-investigazzjonijiet tal-OLAF u l-kjarifiki u s-simplifikazzjonijiet.

I. Ir-relazzjoni bejn l-UPPE u l-OLAF

Il-proposta tintroduċi d-dispożizzjonijiet meħtieġa li ġejjin sabiex tiġi rregolata r-relazzjoni bejn l-OLAF u l-UPPE:

•  L-obbligu tal-OLAF li mingħajr dewmien żejjed jirrapporta lill-UPPE kwalunkwe mġiba li fir-rigward tagħha l-UPPE jista' jeżerċita l-kompetenza tiegħu; l-informazzjoni pprovduta lill-UPPE għandha tkun sostanzjata biżżejjed u jkun fiha l-informazzjoni meħtieġa;

•  in-nondupplikazzjoni tal-investigazzjonjiet: l-OLAF m'għandux jiftaħ investigazzjoni parallela mhux neċessarja dwar fatti identiċi għal dawk li jinsabu taħt investigazzjoni mill-UPPE;

•  ir-regoli proċedurali speċifiċi applikabbli għat-talbiet mill-UPPE għall-OLAF bil-għan li jingħata sostenn jew tiġi kkomplementat l-ħidma tal-UPPE;

II. It-titjib tal-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF

Bil-għan li tiġi implimentata d-deċiżjoni tal-Qorti T-48/16, Sigma Orionis SA v il-Kummissjoni Ewropea, huwa importanti li wieħed jiċċara li l-OLAF iwettaq kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet abbażi tar-Regolament 883/2013 u r-Regolament Nru 2185/1996, sakemm l-operatur ekonomiku ma jkollux oppożizzjoni (l-Artikolu 3). Id-dritt tal-Unjoni jissospendi d-dritt nazzjonali meta kwistjoni hija rregolata mir-Regolamenti Nru 883/2013 u Nru 2185/1996. Il-Qorti ddikjarat ukoll li l-oppożizzjoni tal-operatur ekonomiku ma tinkludix "dritt għal oppożizzjoni" iżda sempliċiment iwassal biex il-kontroll ikun impost permezz tal-assistenti tal-awtoritajiet nazzjonali, skont id-dritt nazzjonali. Fir-rigward tal-garanziji proċedurali, l-OLAF irid jirrispetta d-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

Ir-rapporteur jilqa' l-emendi proposti fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji li jirriflettu l-Ħames Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus (l-Artikolu 7(3)), l-iskambju tal-informazzjoni dwar il-VAT abbażi tar-Regolament Nru 904/2010 (l-Artikolu 12(5)), l-introduzzjoni ta' prinċipju ta' ammissibbiltà tal-evidenza miġbura mill-OLAF (l-Artikolu 11(2)), ir-rwol tas-servizz ta' koordinament kontra l-frodi fl-Istati Membri (l-Artikolu 12a) u d-dispożizzjoni li tispeċifika l-attivitajietta' koordinament li l-OLAF jista' jwettaq (l-Artikolu 12b).

Ir-rapporteur jissuġġerixxi xi emendi, li huma maħsuba biex ikomplu jtejbu t-trasparenza u l-effettività. Ir-rapporteur jissuġġerixxi wkoll referenza għall-protezzjoni tal-informaturi fil-kuntest tal-investigazzjonijiet tal-OLAF.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Bl-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill3 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/19394, l-Unjoni saħħet b'mod sostanzjali l-mezzi disponibbli biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("UPPE") se jkollu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet kriminali u jippreżenta akkużi relatati ma' reati kriminali li jaffettwaw il-baġit tal-Unjoni, kif iddefinit fid-Direttiva (UE) 2017/1371, fl-Istati Membri parteċipanti.

(1)  Bl-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill3 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/19394, l-Unjoni saħħet b'mod sostanzjali d-dispożizzjonijiet tal-qafas legali armonizzat fir-rigward tal-mezzi disponibbli biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("UPPE") huwa prijorità ewlenija tal-Kummissjoni fil-qasam tal-ġustizzja kriminali u l-politika ta' kontra l-frodi, għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet kriminali u jippreżenta akkużi relatati ma' reati kriminali li jaffettwaw il-baġit tal-Unjoni, kif iddefinit fid-Direttiva (UE) 2017/1371, fl-Istati Membri parteċipanti.

_________________

_________________

3 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

3 Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

4 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

4 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi ("l-Uffiċċju") iwettaq investigazzjonijiet amministrattivi f'irregolaritajiet amministrattivi kif ukoll f'imġiba kriminali. Fit-tmiem tal-investigazzjonijiet tiegħu, huwa jagħmel rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji lill-awtoritajiet nazzjonali ta' prosekuzzjoni, immirati biex jippermettu akkużi u prosekuzzjonijiet fl-Istati Membri. Fil-futur, fl-Istati Membri li jipparteċipaw fl-UPPE, huwa se jirrapporta reati kriminali suspettati lill-UPPE, u se jikkollabora miegħu fil-kuntest tal-investigazzjonijiet tiegħu.

(2)  Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi ("l-Uffiċċju") iwettaq investigazzjonijiet amministrattivi f'irregolaritajiet amministrattivi kif ukoll f'imġiba kriminali. Fit-tmiem tal-investigazzjonijiet tiegħu, huwa jagħmel rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji lill-awtoritajiet nazzjonali ta' prosekuzzjoni, immirati biex jippermettu akkużi u prosekuzzjonijiet fl-Istati Membri. Fil-futur, fl-Istati Membri li jipparteċipaw fl-UPPE, huwa se jirrapporta reati kriminali suspettati lill-UPPE, u se jikkollabora miegħu fil-kuntest tal-investigazzjonijiet tiegħu billi pereżempju, joffri appoġġ tekniku u loġistiku.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Għaldaqstant, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill5 jenħtieġ li jiġi emendat wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/1939. Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-relazzjoni bejn l-UPPE u l-Uffiċċju fir-Regolament (UE) 2017/1939 jenħtieġ li jiġu riflessi u kkumplementati bir-regoli fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta' sinerġiji bejn iż-żewġ korpi.

(3)  Għaldaqstant, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jenħtieġ li jiġi emendat u adottat b'mod korrispondenti wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/1939. Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-relazzjoni bejn l-UPPE u l-Uffiċċju fir-Regolament (UE) 2017/1939 jenħtieġ li jiġu riflessi u kkumplementati bir-regoli fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta' sinerġiji bejn iż-żewġ korpi, jiġifieri jiġu implimentati l-prinċipji ta' kooperazzjoni mill-qrib, skambju ta' informazzjoni, komplementarjetà u evitar tad-duplikazzjoni

_________________

_________________

5 Ir-Regolament (UE, EURATOM) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (EURATOM) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

5 Ir-Regolament (UE, EURATOM) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (EURATOM) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Fid-dawl tal-għan komuni tagħhom li jippreservaw l-integrità tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Uffiċċju u l-UPPE jistabbilixxu u jżommu relazzjoni mill-qrib ibbażata fuq kooperazzjoni sinċiera u mmirata biex tiġi żgurata l-kumplimentarjetà tal-mandati rispettivi tagħhom u l-koordinazzjoni tal-azzjoni tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tal-kooperazzjoni msaħħa għall-istabbiliment tal-UPPE. Fl-aħħar mill-aħħar, ir-relazzjoni għandha tagħti kontribut biex tiżgura li jintużaw il-mezzi kollha sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tiġi evitata duplikazzjoni mhux żejda tal-isforzi.

(4)  Fid-dawl tal-għan komuni tagħhom li jippreservaw l-integrità tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Uffiċċju u l-UPPE jistabbilixxu u jżommu relazzjoni mill-qrib ibbażata fuq kooperazzjoni sinċiera u effiċjenti, immirata biex tiġi żgurata l-komplementarjetà tal-mandati rispettivi tagħhom u l-koordinazzjoni tal-azzjoni tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tal-kooperazzjoni msaħħa għall-istabbiliment tal-UPPE. Fl-aħħar mill-aħħar, ir-relazzjoni għandha tagħti kontribut biex tiżgura li jintużaw il-mezzi kollha sabiex jiġu protetti u ggarantiti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tiġi evitata duplikazzjoni żejda tal-isforzi u tiżgura konformità sħiħa mal-garanziji proċedurali u mad-drittijiet tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati. Bil-għan li tiġi mrawma kooperazzjoni tajba, jenħtieġ li l-UPPE u l-Uffiċċju jistabbilixxu skambju regolari bil-għan li jidentifikaw ix-xejriet u r-rabtiet possibbli bejn każijiet differenti, fil-funzjoni tal-kompetenzi rispettivi tagħhom. Minħabba l-mandati differenti tagħhom, peress li l-UPPE jwettaq investigazzjonijiet kriminali u l-OLAF jieħu ħsieb l-investigazzjonijiet amministrattivi, f'xi każijiet il-koordinament tal-attivitajiet tagħhom jaf ma jkunx meħtieġ.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Ir-Regolament (UE) 2017/1939 jenħtieġ li l-Uffiċċju, kif ukoll l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jirrappurtaw lill-UPPE mingħajr dewmien żejjed imġiba kriminali li fir-rigward tagħha l-UPPE jista' jeżerċita l-kompetenza tiegħu. Peress li l-mandat tal-Uffiċċju huwa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi fil-frodi, fil-korruzzjoni u f'kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interess finanzjarju tal-Unjoni, idealment jitqiegħed u jiġi mgħammar biex jaġixxi bħala sieħeb naturali u sors ta' informazzjoni privileġġjat għall-UPPE.

(5)  Ir-Regolament (UE) 2017/1939 jenħtieġ li l-Uffiċċju, kif ukoll l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jirrappurtaw lill-UPPE mingħajr dewmien żejjed imġiba kriminali suspettata li fir-rigward tagħha l-UPPE jista' jeżerċita l-kompetenza tiegħu. Peress li l-mandat tal-Uffiċċju huwa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi fil-frodi, fil-korruzzjoni u f'kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interess finanzjarju tal-Unjoni, idealment jitqiegħed u jiġi mgħammar biex jaġixxi bħala sieħeb naturali u sors ta' informazzjoni privileġġjat għall-UPPE.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Elementi li jippontaw lejn imġiba kriminali possibbli li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-UPPE jistgħu, fil-prattika, ikunu preżenti f'allegazzjonijiet inizjali rċevuti mill-Uffiċċju jew jistgħu jitfaċċaw biss matul investigazzjoni amministrattiva li tkun infetħet mill-Uffiċċju minħabba suspett ta' irregolarità amministrattiva. Għaldaqstant, sabiex jikkonforma mad-dmir tiegħu li jirrapporta lill-UPPE, jenħtieġ li l-Uffiċċju, skont il-każ, jirrapporta mġiba kriminali f'kwalunkwe stadju qabel jew matul investigazzjoni.

6.  Elementi li jippontaw lejn imġiba kriminali possibbli li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-UPPE jistgħu, fil-prattika, ikunu preżenti f'allegazzjonijiet inizjali rċevuti mill-Uffiċċju jew jistgħu jitfaċċaw biss matul investigazzjoni amministrattiva li tkun infetħet mill-Uffiċċju minħabba suspett ta' irregolarità amministrattiva. Għaldaqstant, sabiex jikkonforma mad-dmir tiegħu li jirrapporta lill-UPPE, jenħtieġ li l-Uffiċċju, skont il-każ, jirrapporta minnufih imġiba kriminali f'kwalunkwe stadju qabel jew matul investigazzjoni.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Ir-Regolament (UE) 2017/1939 jispeċifika l-elementi minimi li, bħala regola, ir-rapporti jenħtieġu li jinkludu. L-Uffiċċju jista' jkollu jwettaq evalwazzjoni preliminari tal-allegazzjonijiet sabiex jaċċerta dawn l-elementi u jiġbor l-informazzjoni meħtieġa. L-Uffiċċju jenħtieġ li jwettaq din l-evalwazzjoni mingħajr dewmien u permezz ta' mezzi li ma jinvolvux riskju li jipperikolaw investigazzjoni kriminali futura possibbli. Meta jlesti l-evalwazzjoni tiegħu, huwa jenħtieġ li jirrapporta lill-UPPE meta jiġi identifikat suspett ta' reat fi ħdan il-kompetenza.

(7)  Ir-Regolament (UE) 2017/1939 jispeċifika l-elementi minimi li, bħala regola, ir-rapporti jenħtieġu li jinkludu. L-Uffiċċju jista' jkollu jwettaq evalwazzjoni preliminari tal-allegazzjonijiet sabiex jaċċerta dawn l-elementi u jiġbor l-informazzjoni meħtieġa. L-Uffiċċju jenħtieġ li jwettaq din l-evalwazzjoni mingħajr dewmien mhux ġustifikat u permezz ta' mezzi li ma jinvolvux riskju li jipperikolaw investigazzjoni kriminali futura possibbli. Meta jlesti l-evalwazzjoni tiegħu, huwa jenħtieġ li jirrapporta lill-UPPE mingħajr dewmien mhux ġustifikat meta jiġi identifikat suspett ta' reat fi ħdan il-kompetenza.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Ir-rapportar u l-komunikazzjoni kollha mill-UPPE u mill-Uffiċċju u bejniethom jenħtieġ li jitwettqu b'attenzjoni xierqa għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fis-seħħ dwar l-istandards tal-protezzjoni tad-data u tal-kunfidenzjalità.

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat.)

Ġustifikazzjoni

Minħabba n-natura tal-każijiet ittrattati mill-Uffiċċju u mill-UPPE, dawn għandhom jirrispettaw l-ogħla standards tal-protezzjoni u tal-kunfidenzjalità tad-data.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  F'kunsiderazzjoni tal-għarfien espert tal-Uffiċċju, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jenħtieġ li jkollhom l-għażla li jużaw l-Uffiċċju sabiex iwettqu din l-evalwazzjoni preliminari tal-allegazzjonijiet li jiġu rrapportati lilhom.

(8)  Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effikaċi u f'kunsiderazzjoni tal-għarfien espert, esperjenza, mandat u poteri tal-Uffiċċju, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jenħtieġ li jkollhom l-għażla li jużaw l-Uffiċċju sabiex iwettqu din l-evalwazzjoni preliminari tal-allegazzjonijiet li jiġu rrapportati lilhom.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, jenħtieġ li fil-prinċipju l-Uffiċċju ma jiftaħx investigazzjoni aministrattiva parallela għal investigazzjoni li ssir mill-UPPE dwar l-istess fatti. Madankollu, f'ċerti każijiet, il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni tista' teħtieġ lill-Uffiċċju jwettaq investigazzjoni amministrattiva komplementarja qabel il-konklużjoni tal-proċedimenti kriminali li jkunu ngħataw bidu mill-UPPE bl-għan li jiġi aċċertat jekk ikunux meħtieġa miżuri ta' prekawzjoni, jew jekk għandhiex tittieħed azzjoni finanzjarja, dixxiplinarja jew amministrattiva. Dawn l-investigazzjonijiet kumplimentari jistgħu jkunu xieraq, inter alia, meta jenħtieġ li jiġu rkuprati xi ammonti minħabba li l-baġit tal-Unjoni jkun soġġett għal regoli speċifiċi ta' preskrizzjoni, meta l-ammonti f'riskju jkunu kbar ħafna, jew meta jkun hemm il-ħtieġa li jiġi evitat infiq ulterjuri f'sitwazzjonijiet ta' riskju permezz ta' miżuri amministrattivi.

(9)  F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, jenħtieġ li l-Uffiċċju ma jiftaħx investigazzjoni aministrattiva parallela għal investigazzjoni li ssir mill-UPPE dwar l-istess fatti ħlief f'ċerti każijiet, meta l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni tista' teħtieġ lill-Uffiċċju jwettaq investigazzjoni amministrattiva komplementarja qabel il-konklużjoni tal-proċedimenti kriminali li jkunu ngħataw bidu mill-UPPE bl-għan li jiġi aċċertat jekk ikunux meħtieġa miżuri ta' prekawzjoni, jew jekk għandhiex tittieħed azzjoni finanzjarja, dixxiplinarja jew amministrattiva. Dawn l-investigazzjonijiet kumplimentari jistgħu jkunu xieraq, inter alia, meta jenħtieġ li jiġu rkuprati xi ammonti minħabba li l-baġit tal-Unjoni jkun soġġett għal regoli speċifiċi ta' preskrizzjoni, meta l-ammonti f'riskju jkunu kbar ħafna, jew meta jkun hemm il-ħtieġa li jiġi evitat infiq ulterjuri f'sitwazzjonijiet ta' riskju permezz ta' miżuri amministrattivi.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  Ir-Regolament (UE) 2017/1939 jipprevedi li l-UPPE jista' jitlob dawn l-investigazzjonijiet komplementarji lill-Uffiċċju. F'każijiet fejn l-UPPE ma jitlobhiex, jenħtieġ li din l-investigazzjoni komplementarja tkun possibbli wkoll fuq l-inizjattiva tal-Uffiċċju, taħt ċerti kundizzjonijiet. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-UPPE jkun jista' joġġezzjona għall-ftuħ jew it-tkomplija ta' investigazzjoni mill-Uffiċċju, jew għall-prestazzjoni ta' atti speċifiċi tal-investigazzjoni minnu. Ir-raġunijiet għal din l-oġġezzjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-ħtieġa li tiġi protetta l-effettività tal-investigazzjoni tal-UPPE u għandhom ikunu proporzjonati għal dan il-għan. L-Uffiċċju jenħtieġ li jżomm lura milli jwettaq l-azzjoni li dwarha l-UPPE qajjem oġġezzjoni. Jekk l-UPPE ma joġġezzjonax, l-investigazzjoni tal-Uffiċċju għandha ssir f'konsultazzjoni mill-qrib mal-UPPE.

(10)  Ir-Regolament (UE) 2017/1939 jipprevedi li l-UPPE jista' jitlob dawn l-investigazzjonijiet komplementarji lill-Uffiċċju. F'każijiet fejn l-UPPE ma jitlobhiex, jenħtieġ li din l-investigazzjoni komplementarja tkun possibbli wkoll fuq l-inizjattiva tal-Uffiċċju, taħt ċerti kundizzjonijiet. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-UPPE jkun jista' joġġezzjona għall-ftuħ jew it-tkomplija ta' investigazzjoni mill-Uffiċċju, jew għall-prestazzjoni ta' atti speċifiċi tal-investigazzjoni minnu, jekk din tkun qed tostakola l-effettività tal-investigazzjoni tal-UPPE stess. Tali oġġezzjoni jenħtieġ li dejjem tkun debitament iġġustifikata u proporzjonata. F'dak il-każ, l-Uffiċċju jenħtieġ li jżomm lura milli jwettaq l-azzjoni li dwarha l-UPPE qajjem oġġezzjoni. Jekk l-UPPE ma joġġezzjonax, l-investigazzjoni tal-Uffiċċju għandha ssir f'konsultazzjoni mill-qrib mal-UPPE.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-Uffiċċju jenħtieġ li jappoġġja b'mod attiv lill-UPPE fl-investigazzjonijiet tiegħu. F'dan ir-rigward, l-UPPE jista' jitlob lill-Uffiċċju biex jappoġġja jew jikkumplimenta l-investigazzjonijiet kriminali tiegħu permezz tal-eżerċizzju tas-setgħat taħt dan ir-Regolament. F'dawn il-każijiet, l-Uffiċċju jenħtieġ li jwettaq dawn l-operazzjonijiet fi ħdan il-limiti tas-setgħat tiegħu u fi ħdan il-qafas previst f'dan ir-Regolament.

(11)  L-Uffiċċju jenħtieġ li jappoġġja b'mod attiv u effikaċi lill-UPPE fl-investigazzjonijiet tiegħu, pereżempju billi jipprovdi appoġġ tekniku u loġistiku xieraq. F'dan ir-rigward, l-UPPE jista' jitlob lill-Uffiċċju biex jappoġġja jew jikkumplimenta l-investigazzjonijiet kriminali tiegħu permezz tal-eżerċizzju tal-mandat tiegħu u tas-setgħat taħt dan ir-Regolament. F'dawn il-każijiet, l-Uffiċċju jenħtieġ li jwettaq dawn l-operazzjonijiet fi ħdan il-limiti tas-setgħat tiegħu u fi ħdan il-qafas previst f'dan ir-Regolament.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni effettiva bejn l-Uffiċċju u l-UPPE, l-informazzjoni għandha tiġi skambjata bejniethom fuq bażi kontinwa. L-iskambju ta' informazzjoni fl-istadji ta' qabel il-ftuħ tal-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju u mill-UPPE huwa partikolarment rilevanti sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni xierqa bejn l-azzjonijiet rispettivi u tiġi evitata duplikazzjoni. L-Uffiċċju u l-UPPE għandhom jispeċifikaw il-modalitajiet u l-kundizzjonijiet ta' dan l-iskambju ta' informazzjoni fl-arranġamenti ta' ħidma tagħhom.

(12)  Sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni, kooperazzjoni u trasparenza effikaċi bejn l-Uffiċċju u l-UPPE, l-informazzjoni għandha tiġi skambjata bejniethom fuq bażi kontinwa. L-iskambju ta' informazzjoni fl-istadji ta' qabel il-ftuħ tal-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju u mill-UPPE huwa partikolarment rilevanti sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni xierqa bejn l-azzjonijiet rispettivi li tiggarantixxi komplementarjetà u tiġi evitata duplikazzjoni. L-Uffiċċju u l-UPPE għandhom jispeċifikaw il-modalitajiet u l-kundizzjonijiet ta' dan l-iskambju ta' informazzjoni fl-arranġamenti ta' ħidma tagħhom inkluża l-possibilità li jsir l-iskambju tal-fajls proċedurali komprensivi.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Evalwazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/20136, adottat fit-2 ta' Ottubru 2017, ikkonkluda li l-bidliet tal-2013 għall-qafas legali ġabu titjib ċar, fir-rigward tat-twettiq tal-investigazzjonijiet, il-kooperazzjoni mas-sħab u d-drittijiet tal-persuni kkonċernati. Fl-istess ħin, l-evalwazzjoni wriet xi nuqqasijiet li għandhom impatt fuq l-effettività u l-effettività u l-effikaċja tal-investigazzjonijiet.

(13)  Ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Evalwazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/20136, adottat fit-2 ta' Ottubru 2017, ikkonkluda li l-bidliet tal-2013 għall-qafas legali ġabu titjib ċar, fir-rigward tat-twettiq tal-investigazzjonijiet, il-kooperazzjoni mas-sħab u d-drittijiet tal-persuni kkonċernati. Fl-istess ħin, l-evalwazzjoni wriet xi nuqqasijiet li għandhom impatt fuq l-effettività u l-effiċjenza tal-investigazzjonijiet, pereżempju fl-eżerċizzju tas-setgħat u l-użu tar-riżorsi investigattivi tal-OLAF, jew fir-rigward tal-kundizzjonijiet uniformi għat-twettiq ta' investigazzjonijiet interni, kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tagħhom, fuq in-naħa waħda u l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-UE fuq in-naħa l-oħra, kif ukoll id-differenzi fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-qafas legali tal-Unjoni.

_________________

_________________

6 COM(2017) 589. Ir-rapport ġie akkumpanjat minn evalwazzjoni ta' Dokument ta' Ħidma tal-Persunal SWD(2017) 332 u Opinjoni tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-Uffiċċju, Opinjoni 2/2017.

6 COM(2017) 589. Ir-rapport ġie akkumpanjat minn evalwazzjoni ta' Dokument ta' Ħidma tal-Persunal SWD(2017) 332 u Opinjoni tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-Uffiċċju, Opinjoni 2/2017.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Dawn il-bidliet ma jaffettwawx il-garanziji proċedurali applikabbli fil-qafas tal-investigazzjonijiet. L-Uffiċċju huwa marbut li japplika l-garanziji proċedurali tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/967 u dawk li jinsabu fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni. Dan il-qafas jirrikjedi li l-Uffiċċju jwettaq l-investigazzjonijiet tiegħu b'mod oġġettiv, imparzjali u kunfidenzjali, ifittex għal evidenza favur u kontra l-persuna kkonċernata, u jwettaq atti investigattivi abbażi ta' awtorizzazzjoni bil-miktub wara verifika tal-legalità. L-Uffiċċju jrid jiżgura li d-drittijet tal-persuni kkonċernati mill-investigazzjonijiet tiegħu jiġu rispettati, inkluża l-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt li tiġi evitata l-awtoinkriminazzjoni. Meta jiġu intervistati, il-persuni kkonċernati għandhom, inter alia, id-drittijiet li jingħataw assistenza minn persuna li jagħżlu, li japprovaw ir-reġistrazzjoni tal-intervista, u li nużaw kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Il-persuni kkonċernati għandhom ukoll id-dritt li jikkummentaw dwar il-fatti tal-każ qabel ma jitfasslu l-konklużjonijiet.

(15)  Dawn il-bidliet ma jaffettwawx il-garanziji proċedurali applikabbli fil-qafas tal-investigazzjonijiet. L-Uffiċċju huwa marbut li japplika l-garanziji proċedurali tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/967 u dawk li jinsabu fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni. Dan il-qafas jirrikjedi li l-Uffiċċju jwettaq l-investigazzjonijiet tiegħu b'mod oġġettiv, imparzjali u kunfidenzjali, ifittex għal evidenza favur u kontra l-persuna kkonċernata, u jwettaq atti investigattivi abbażi ta' awtorizzazzjoni bil-miktub wara verifika tal-legalità. Kemm l-Uffiċju kif ukoll l-UPPE jridu jiżguraw li d-drittijet tal-persuni kkonċernati mill-investigazzjonijiet tagħhom jiġu rispettati, inkluża l-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt li tiġi evitata l-awtoinkriminazzjoni. Meta jiġu intervistati, il-persuni kkonċernati għandhom, inter alia, id-drittijiet li jingħataw assistenza minn persuna li jagħżlu, li japprovaw ir-reġistrazzjoni tal-intervista, u li nużaw kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Il-persuni kkonċernati għandhom ukoll id-dritt li jikkummentaw dwar il-fatti tal-każ qabel ma jitfasslu l-konklużjonijiet.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  L-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jaqblu li jikkooperaw mal-UPPE u l-Uffiċċju bil-għan li tiġi ffaċilitata t-tmexxija effiċjenti tal-investigazzjonijiet.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  F'sitwazzjonijiet fejn l-Uffiċċju jrid jiddependi fuq l-assistenza tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b'mod partikolari f'każijiet fejn operatur ekonomiku jopponi verifika u spezzjoni fuq il-post, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjoni tal-Uffiċċju tkun effettiva, u għandhom jagħtu l-assistenza meħtieġa f'konformità mar-regoli rilevanti tal-liġi proċedurali nazzjonali.

(19)  F'sitwazzjonijiet fejn l-Uffiċċju jrid jiddependi fuq l-assistenza tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b'mod partikolari f'każijiet fejn operatur ekonomiku jopponi verifika u spezzjoni fuq il-post, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjoni tal-Uffiċċju tkun effettiva, u għandhom jiggarantixxu l-assistenza meħtieġa f'konformità mar-regoli rilevanti tal-liġi proċedurali nazzjonali.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Bħala parti minn dan id-dmir ta' kooperazzjoni, l-Uffiċċju jenħtieġ li jkun jista' jirrikjedi lil operaturi ekonomiċi li setgħu kienu involuti fil-kwistjoni li tkun qed tiġi investigata, jew li jista' jkollhom informazzjoni rilevanti, biex ifornu informazzjoni rilevanti. Meta jkunu qed jikkonformaw ma' dawn it-talbiet, l-operaturi ekonomiċi mhumiex obbligati jammettu li jkunu wettqu attività illegali, iżda huma obbligati jwieġbu mistoqsijiet fattwali u jipprovdu dokumenti, anki jekk din l-informazzjoni tista' tintuża sabiex tiġi stabbilita l-eżistena ta' attività illegali kontriehom jew kontra operatur ieħor.

(21)  Bħala parti minn dan id-dmir ta' kooperazzjoni, l-Uffiċċju jenħtieġ li jkun jista' jirrikjedi lil operaturi ekonomiċi li setgħu kienu involuti fil-kwistjoni li tkun qed tiġi investigata, jew li jista' jkollhom informazzjoni rilevanti, biex ifornu tali informazzjoni. Fir-rigward tal-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw ksur tad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari reati u ksur relatati mal-interessi finanzjarji tal-UE, tapplika d-Direttiva (UE) 2018/... [referenza għad-Direttiva dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni]. Meta jkunu qed jikkonformaw ma' dawn it-talbiet, l-operaturi ekonomiċi mhumiex obbligati jammettu li jkunu wettqu attività illegali, iżda huma obbligati jwieġbu mistoqsijiet fattwali.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  L-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jużaw kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn issir il-verifika, u d-dritt li jingħataw assistenza minn persuna li jagħżlu, inkluż minn konsulent legali estern, matul il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post. Il-preżenza ta' konsulent legali, madankollu, m'għandhiex tirrappreżenta kundizzjoni legali għall-validità tal-verifiki u tal-ispezzjonijiet fuq il-post. Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-verifiki u tal-ispezzjonijiet fuq il-post, b'mod partikolari fir-rigward tar-riskju li l-evidenza tisparixxi, l-Uffiċċju jenħtieġ li jkun jista' jaċċessa l-bini, l-art, il-mezzi ta' trasport jew oqsma oħra li jintużaw għal skopijiet kummerċjali mingħajr ma jistennew lill-operatur jikkonsulta mal-konsulent legali tiegħu. Huwa jenħtieġ li jaċċetta biss dewmien raġonevoli qasir, fejn jistenna l-konsultazzjoni mal-konsulent legali, qabel jibda jwettaq il-verifika. Kull dewmien bħal dan irid jinżamm strettament għall-inqas żmien possibbli.

(22)  L-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jużaw kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn issir il-verifika, u d-dritt li jingħataw assistenza minn persuna li jagħżlu, inkluż minn konsulent legali estern, matul il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post. Il-preżenza ta' konsulent legali, madankollu, m'għandhiex tirrappreżenta kundizzjoni legali għall-validità tal-verifiki u tal-ispezzjonijiet fuq il-post. Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-verifiki u tal-ispezzjonijiet fuq il-post, b'mod partikolari fir-rigward tar-riskju li l-evidenza tisparixxi, l-Uffiċċju jenħtieġ li jkun jista' jaċċessa l-bini, l-art, il-mezzi ta' trasport jew oqsma oħra li jintużaw għal skopijiet kummerċjali mingħajr ma jistennew lill-operatur jikkonsulta mal-konsulent legali tiegħu, iżda mingħajr ma jipprevjeni tali konsultazzjoni. Huwa jenħtieġ li jaċċetta biss dewmien raġonevoli qasir, fejn jistenna l-konsultazzjoni mal-konsulent legali, qabel jibda jwettaq il-verifika. Kull dewmien bħal dan irid jinżamm strettament għall-inqas żmien possibbli, dment li l-garanziji proċedurali u d-drittijiet tal-operatur ekonomiku kkonċernat jitħarsu kif xieraq.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  L-Uffiċċju jenħtieġ li juża' l-mezzi neċessarji biex isegwi t-traċċa tal-flus sabiex jikxef il-modus operandi tipiku ta' ħafna mġiba frawdolenti. Illum il-ġurnata, huwa jista' jikseb informazzjoni bankarja rilevanti għall-attività investigattiva tiegħu miżmuma minn istituzzjonijiet ta' kreditu f'għadd ta' Stati Membri, permezz ta' kooperazzjoni mal-awotiritajiet nazzjonali u assistenza mingħandhom. Sabiex jiġi żgurat approċċ effettiv fl-Unjoni kollha, ir-Regolament jenħtieġ li jispeċifika d-dmir li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jipprovdu informazzjoni dwar il-kontijiet tal-bank u tal-pagamenti lill-Uffiċċju, bħala parti mid-dmir ġenerali tagħhom li jassistuh. Bħala regola, din il-kooperazzjoni għandha sseħħ permezz tal-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja fl-Istati Membri. Meta jkunu qegħdin jagħtu din l-assistenza lill-Uffiċċju, l-awtoritjaiet nazzjonali għandhom jaġixxu f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi proċedurali previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

(26)  L-Uffiċċju jenħtieġ li juża' l-mezzi neċessarji biex isegwi t-traċċa tal-flus sabiex jikxef il-modus operandi tipiku ta' ħafna mġiba frawdolenti. Illum il-ġurnata, huwa jista' jikseb informazzjoni bankarja rilevanti għall-attività investigattiva tiegħu miżmuma minn istituzzjonijiet ta' kreditu f'għadd ta' Stati Membri, permezz ta' kooperazzjoni mal-awotiritajiet nazzjonali u assistenza mingħandhom. Sabiex jiġi żgurat approċċ effettiv fl-Unjoni kollha, ir-Regolament jenħtieġ li jispeċifika d-dmir li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jipprovdu informazzjoni dwar il-kontijiet tal-bank u tal-pagamenti lill-Uffiċċju, bħala parti mid-dmir ġenerali tagħhom li jassistuh. Bħala regola, din il-kooperazzjoni għandha sseħħ permezz tal-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja fl-Istati Membri. Meta jkunu qegħdin jagħtu din l-assistenza lill-Uffiċċju, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jaġixxu f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi proċedurali previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, filwaqt li jiżguraw il-komunikazzjoni xierqa tal-informazzjoni rilevanti kollha kemm lill-UPPE kif ukoll lill-Uffiċċju fi żmien debitu.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  It-trażmissjoni bikrija tal-informazzjoni mill-Uffiċċju bl-għan li jiġu adottati miżuri ta' prekawzjoni hija għodda essenzjali għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib f'dan ir-rigward bejn l-Uffiċċju u l-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni, huwa xieraq li dawn tal-aħħar ikollhom il-possibbiltà li, meta jridu, jikkonsultaw lill-Uffiċċju bl-għan li jieħdu deċiżjoni dwar kwalunkwe miżura ta' prekawzjoni xierqa, inklużi miżuri biex tiġi salvagwardjata l-evidenza.

(27)  It-trażmissjoni bikrija u mingħajr dewmien tal-informazzjoni mill-Uffiċċju bl-għan li jiġu adottati miżuri ta' prekawzjoni hija għodda essenzjali għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib f'dan ir-rigward bejn l-Uffiċċju u l-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni, huwa xieraq li dawn tal-aħħar ikollhom il-possibbiltà li, meta jridu, jikkonsultaw lill-Uffiċċju bl-għan li jieħdu deċiżjoni dwar kwalunkwe miżura ta' prekawzjoni xierqa, inklużi miżuri biex tiġi salvagwardjata l-evidenza.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)  Bil-għan li jiġi evitat dewmien inutli li jaf ikollu konsegwenzi detrimentali fuq l-investigazzjonijiet l-oħra, bħal f'xi każijiet ta' tneħħija tal-immunità, jenħtieġ li kemm l-UPPE kif ukoll l-Uffiċċju jmexxu l-investigazzjonijiet tagħhom fi żmien debitu.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Il-mandat tal-Uffiċċju jinkludi l-protezzjoni tad-dħul għall-baġit tal-Unjoni li jirriżulta mir-riżorsi proprji tal-VAT. F'dan il-qasam, l-Uffiċċju jenħtieġ li jkun jista' jappoġġja u jikkomplementa l-attivitajiet tal-Istati Membri permezz ta' investigazzjonijiet li jkunu saru f'konformità mal-mandat tiegħu, il-koordinazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f'każijiet kumplessi u transnazzjonali, u l-appoġġ u l-assistenza għall-Istati Membri u għall-UPPE. Għal dan il-għan, l-Uffiċċju jenħtieġ li jkun jista' jiskambja informazzjoni permezz tan-netwerk tal-Eurofisc, stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/20109, sabiex tiġi promossa u tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT.

(29)  Il-mandat tal-Uffiċċju jinkludi l-protezzjoni tad-dħul għall-baġit tal-Unjoni li jirriżulta mir-riżorsi proprji tal-VAT. F'dan il-qasam, l-Uffiċċju jenħtieġ li jkun jista' jappoġġja u jikkomplementa l-attivitajiet tal-Istati Membri permezz ta' investigazzjonijiet li jkunu saru f'konformità mal-mandat tiegħu, il-koordinazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f'każijiet kumplessi u transnazzjonali, u l-appoġġ u l-assistenza għall-Istati Membri u għall-UPPE. Għal dan il-għan, l-Uffiċċju jenħtieġ li jkun jista' jiskambja informazzjoni permezz tan-netwerk tal-Eurofisc, stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/20109, filwaqt li jżomm f'moħħu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9a, sabiex tiġi promossa u tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT.

_________________

_________________

9 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1-18.

9 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1-18.

 

9aIr-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 1 – paragrafu 4a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  L-Uffiċċju għandu jistabbilixxi u jżomm relazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") stabbilit f'kooperazzjoni msaħħa mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193913. Din ir-relazzjoni għandha tkun ibbażata fuq kooperazzjoni reċiproka u fuq skambju ta' informazzjoni. B'mod partikolari, hija għandha tiżgura li l-mezzi disponibbli kollha jintużaw sabiex jipproteġu l-interessi finanzjarji permezz tal-komplementarjetà tal-mandati rispettivi tagħhom u tal-appoġġ li jingħata mill-Uffiċċju lill-UPPE.

4a.  L-Uffiċċju għandu jistabbilixxi u jżomm relazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") stabbilit f'kooperazzjoni msaħħa mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193913. Din ir-relazzjoni għandha tkun ibbażata fuq kooperazzjoni reċiproka, komplementarjetà, evitar ta' duplikazzjoni u fuq skambju ta' informazzjoni. B'mod partikolari, hija għandha tiżgura li l-mezzi disponibbli kollha jintużaw sabiex jipproteġu l-interessi finanzjarji permezz tal-komplementarjetà tal-mandati rispettivi tagħhom u tal-appoġġ li jingħata mill-Uffiċċju lill-UPPE, inkluż appoġġ tekniku u loġistiku.

_________________

_________________

13 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

13 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. l-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitwettqu f'konformità ma' dan ir-Regolament u, sa fejn kwistjoni ma tiġix koperta minn dan ir-Regolament, mar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96.

2.  Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitwettqu f'konformità ma' dan ir-Regolament u, sa fejn kwistjoni ma tiġix koperta minn dan ir-Regolament, mar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u mal-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 3 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-operaturi ekonomiċi għandhom jikkooperaw mal-Uffiċċju matul l-investigazzjonijiet tiegħu. L-Uffiċċju jista' jitlob informazzjoni orali, inkluż permezz ta' interrograzzjonijiet, u informazzjoni bil-miktub mill-operaturi ekonomiċi.

3.  L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu obbligati jikkooperaw mal-Uffiċċju matul l-investigazzjonijiet tiegħu. L-Uffiċċju jista' jitlob informazzjoni orali, inkluż permezz ta' interrograzzjonijiet, u informazzjoni bil-miktub mill-operaturi ekonomiċi, iddokumentata kif xieraq u pproċessata skont l-istandards ta' kunfidenzjalità u l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 3 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali rispettivi tagħhom jiggarantixxu t-tmexxija tajba u effettiva tal-investigazzjonijiet tal-UPPE u l-Uffiċċju;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 3 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fl-eżerċizzju ta' dawn is-setgħat, l-Uffiċċju għandu jikkonforma mal-garanziji proċedurali previsti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96. Meta tkun qed titwettaq verifika jew spezzjoni fuq il-post, l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jkollu d-dritt li ma jagħmilx dikjarazzjonijiet ta' awtoinkriminazzjoni u li jingħata assistenza minn persuna li jagħżel. Meta jagħmel dikjarazzjonijiet matul il-verifiki fuq il-post, l-operatur ekonomiku għandu jingħata l-possibbiltà li juża kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih jinsab. Id-dritt li jingħata assistenza minn persuna li jagħżel m'għandux jipprevjeni l-aċċess tal-Uffiċċju għall-bini tal-operatur ekonomiku, u m'għandux idewwem bla bżonn il-bidu tal-verifika.

5.  Fl-eżerċizzju ta' dawn is-setgħat, l-Uffiċċju għandu jikkonforma mal-garanziji proċedurali previsti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, , kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 2018/1725*. Meta tkun qed titwettaq verifika jew spezzjoni fuq il-post, l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jkollu d-dritt li ma jagħmilx dikjarazzjonijiet ta' awtoinkriminazzjoni u li jingħata assistenza minn persuna li jagħżel. Meta jagħmel dikjarazzjonijiet matul il-verifiki fuq il-post, l-operatur ekonomiku għandu jkun jista' juża kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih jinsab. Id-dritt li jingħata assistenza minn persuna li jagħżel għal perjodu limitat u raġonevoli m'għandux jipprevjeni l-aċċess tal-Uffiċċju għall-bini tal-operatur ekonomiku, u m'għandux idewwem bla bżonn il-bidu tal-verifika.

 

_________________

 

* Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. l-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 3 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq talba tal-Uffiċċju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħti lill-persunal tal-Uffiċċju l-għajnuna li jkollu bżonn biex iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv, kif speċifikat fl-awtorizzazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 7(2).

Fuq talba tal-Uffiċċju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tiggarantixxi mingħajr dewmien lill-persunal tal-Uffiċċju l-għajnuna li jkollu bżonn biex iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv, kif speċifikat fl-awtorizzazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 7(2).

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 3 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura, f'konformità mar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, li l-persunal tal-Uffiċċju jkun jista' jaċċess l-informazzjoni u d-dokumenti kollha relatati mal-kwistjoni li tkun qed tiġi investigata li juru li jkunu meħtieġa sabiex il-verifiki u l-ispezzjoni fuq il-post isiru b'mod effettiv u effiċjenti, u li dan ikun jista' jassumi l-kustodja tad-dokumenti jew tad-data sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda periklu li jisparixxu.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura, f'konformità mar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, li l-persunal tal-Uffiċċju jkun jista' jaċċess l-informazzjoni u d-dokumenti kollha relatati mal-kwistjoni li tkun qed tiġi investigata li juru li jkunu meħtieġa sabiex il-verifiki u l-ispezzjoni fuq il-post isiru b'mod effettiv u effiċjenti u proporzjonalment, u li dan ikun jista' jassumi l-kustodja tad-dokumenti jew tad-data sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda periklu li jisparixxu. Għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali, u b'mod partikolari d-dritt għall-privatezza.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 3 – paragrafu 7 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-persunal tal-Uffiċċju jsib li operatur ekonomiku joffri reżistenza għal verifika jew spezzjoni fuq il-post awtorizzata skont dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħtihom l-assistenza meħtieġa tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex l-Uffiċċju jkun jista' jwettaq il-verifika jew il-kontroll fuq il-post tiegħu b'mod effettiv u mingħajr dewmien żejjed.

Fejn il-persunal tal-Uffiċċju jsib li operatur ekonomiku joffri reżistenza għal verifika jew spezzjoni fuq il-post awtorizzata skont dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiggarantilhom l-assistenza meħtieġa tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex l-Uffiċċju jkun jista' jwettaq il-verifika jew il-kontroll fuq il-post tiegħu b'mod effettiv u mingħajr dewmien żejjed.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 3 − paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Waqt investigazzjoni esterna, l-Uffiċċju jista' jkollu aċċess għal kull informazzjoni u data rilevanti, irrispettivament mill-mezz li fuqu tinħażen, miżmuma mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji konnessi mal-kwistjoni li tkun qed tiġi investigata, meta ikun strettament meħtieġ sabiex jiġi stabbilit jekk ikunux twettqu frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għal dak il-għan, għandu japplika l-Artikolu 4(2) u (4).

9.  Waqt investigazzjoni esterna, l-Uffiċċju jista' jkollu aċċess għal kull informazzjoni u data rilevanti, irrispettivament mill-mezz li fuqu tinħażen, miżmuma mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji konnessi mal-kwistjoni li tkun qed tiġi investigata, meta jkun strettament meħtieġ sabiex jiġi stabbilit jekk ikunux twettqu frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li jiġu rrispettati l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet, id-drittijiet leġittimi tal-persuni kkonċernati u, meta jkun xieraq, id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli għall-proċedimenti ġudizzjarji. Għal dak il-għan, għandu japplika l-Artikolu 4(2) u (4).

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-Uffiċċju jista' jitlob informazzjoni orali, inkluż permezz ta' interrogazzjonijiet, u informazzjoni bil-miktub minn uffiċjali, aġenti oħrajn, membri ta' istituzzjonijiet jew korpi, kapi ta' uffiċċji jew aġenziji, jew membri tal-persunal.

(b)  l-Uffiċċju jista' jitlob informazzjoni orali, inkluż permezz ta' interrogazzjonijiet, u informazzjoni bil-miktub minn uffiċjali, aġenti oħrajn, membri ta' istituzzjonijiet jew korpi, kapi ta' uffiċċji jew aġenziji, jew membri tal-persunal, iddokumentata fid-dettall skont l-istandards regolari tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-data tal-Unjoni.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12d, id-Direttur Ġenerali jista' jiftaħ investigazzjoni meta jkun hemm biżżejjed suspett, li jista' jkun ukoll ibbażat fuq informazzjoni mogħtija minn kwalunkwe pajjiż terz jew informazzjoni anonima, li twettqet frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.;

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12d, id-Direttur Ġenerali jista' jiftaħ investigazzjoni meta jkun hemm biżżejjed suspett jew indikazzjonijiet ċari, li jista' jkun ukoll ibbażat fuq informazzjoni mogħtija minn kwalunkwe pajjiż terz jew informazzjoni anonima, li twettqet frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt a

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jagħtu l-assistenza meħtieġa sabiex jippermettu lill-persunal tal-Uffiċċju jissodisfa l-kompiti tiegħu f'konformità ma' dan ir-Regolament b'mod effettiv u mingħajr dewmien żejjed.;

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-assistenza meħtieġa sabiex jippermettu lill-persunal tal-Uffiċċju jissodisfa l-kompiti tiegħu f'konformità ma' dan ir-Regolament b'mod effettiv u mingħajr dewmien żejjed.;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt d

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 7 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minbarra l-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata tista' fi kwalunkwe ħin tikkonsulta mal-Uffiċċju bl-għan li, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju, tieħu kwalunkwe miżuri prekwazjonarji adatti, inklużi miżuri għas-salvagwardja tal-provi, u għandha tinforma lill-Uffiċċju mingħajr dewmien dwar tali deċiżjoni.;

Minbarra l-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata tista' fi kwalunkwe ħin tikkonsulta mal-Uffiċċju bl-għan li, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju u mingħajr ma tiddupplika l-isforzi tiegħu, tieħu kwalunkwe miżuri prekawzjonarji adatti, inklużi miżuri għas-salvagwardja tal-provi, u għandha tinforma lill-Uffiċċju mingħajr dewmien dwar tali deċiżjoni.; L-Uffiċċju għandu jikkoopera b'mod kostruttiv u f'sinerġija sħiħa mal-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt e

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 7 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"8.  Jekk investigazzjoni ma tkunx tista' tingħalaq fi żmien 12-il xahar wara li tkun infetħet, id-Direttur Ġenerali għandu jirrapporta, malli jiskadi dak il-perjodu ta' 12-il xahar u f'intervalli ta' sitt xhur wara dan, lill-Kumitat ta' Sorveljanza, filwaqt li jindika r-raġunijiet u, fejn ikun xieraq, il-miżuri ta' rimedju previsti bil-ħsieb li titħaffef l-investigazzjoni.";

"8.  Jekk investigazzjoni ma tkunx tista' tingħalaq fi żmien 12-il xahar wara li tkun infetħet, id-Direttur Ġenerali għandu jirrapporta, malli jiskadi dak il-perjodu ta' 12-il xahar u f'intervalli ta' sitt xhur wara dan, lill-Kumitat ta' Sorveljanza, filwaqt li jindika r-raġunijiet u l-miżuri ta' rimedju previsti bil-ħsieb li titħaffef l-investigazzjoni.";

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji jirrapportaw lill-UPPE, f'konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/1939, minflok huma jistgħu jibagħtu lill-Uffiċċju kopja tar-rapport li jkun intbagħat lill-UPPE.;

Meta l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji jirrapportaw lill-UPPE, f'konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/1939, huma għandhom jibagħtu lill-Uffiċċju kopja tar-rapport li jkun intbagħat lill-UPPE.;

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, sakemm ma jkunux imwaqqfa mil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Uffiċċju jew fuq inizjattiva tagħhom stess, jibagħtu lill-Uffiċċju kull dokument jew informazzjoni li jkollhom relatata ma' investigazzjoni li tkun qed issir mill-Uffiċċju.

L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, sakemm ma jkunux imwaqqfa mil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Uffiċċju jew fuq inizjattiva tagħhom stess, jibagħtu mingħajr dewmien lill-Uffiċċju kull dokument jew informazzjoni li jkollhom relatata ma' investigazzjoni li tkun qed issir mill-Uffiċċju.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt c

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 8 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, sakemm ma jkunux imwaqqfa mil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Uffiċċju kull dokument ieħor jew informazzjoni li jkollhom u li jqisu rilevanti għall-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.;

3.  L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, sakemm ma jkunux imwaqqfa mil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jibagħtu mingħajr dewmien lill-Uffiċċju kull dokument ieħor jew informazzjoni li jkollhom u li jqisu rilevanti għall-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt aa (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)   jiżdied il-paragrafu 5a li ġej:

 

"5a.  Il-persuni li jirrapportaw reati u ksur relatati mal-interessi finanzjarji tal-UE lill-Uffiċċju għandhom jiġu protetti bis-sħiħ, b'mod partikolari permezz tal-leġiżlazzjoni Ewropea li tirrigwarda l-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni."

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport jista' jiġi akkumpanjat minn rakkomandazzjonijiet tad-Direttur Ġenerali dwar l-azzjoni li għandha tittieħed. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet għandhom, fejn ikun xieraq, jindikaw kwalunkwe azzjoni dixxiplinarja, amministrattiva, finanzjarja u/jew ġudizzjarja mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, u għandhom jispeċifikaw, b'mod partikolari, l-ammonti stmati li għandhom jiġu rkuprati, kif ukoll il-klassifikazzjoni preliminari fil-liġi tal-fatti stabbiliti.;

Ir-rapport jista' jiġi akkumpanjat minn rakkomandazzjonijiet dokumentati tad-Direttur Ġenerali dwar l-azzjoni li għandha tittieħed. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet għandhom, fejn ikun xieraq, jindikaw kwalunkwe azzjoni dixxiplinarja, amministrattiva, finanzjarja u/jew ġudizzjarja mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, u għandhom jispeċifikaw, b'mod partikolari, l-ammonti stmati li għandhom jiġu rkuprati, kif ukoll il-klassifikazzjoni preliminari fil-liġi tal-fatti stabbiliti.;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt b

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Uffiċċju għandu jieħu miżuri interni xierqa sabiex jiżgura l-kwalità konsistenti tar-rapporti finali u tar-rakkomandazzjonijiet, u jikkunsidra jekk hemmx bżonn li jiġu riveduti l-Linji Gwida dwar il-Proċeduri ta' Investigazzjoni, sabiex tiġi indirizzata kwalunkwe inkonsistenza possibbli.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt b

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapporti magħmula mill-Uffiċċju għandhom jikkostitwixxu evidenza ammissibbli fi proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-qrati tal-Unjoni u fi proċedimenti amministrattivi fl-Unjoni.;

Ir-rapporti magħmula mill-Uffiċċju għandhom jikkostitwixxu evidenza ammissibbli fi proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-qrati tal-Unjoni u fi proċedimenti amministrattivi fl-Unjoni, dment li dawn ikunu tfasslu b'mod legali.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt a

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12 – paragrafu 1 – it-tieni sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Huwa jista' jibgħat ukoll informazzjoni lill-istituzzjoni, lill-korp, lill-uffiċċju jew lill-aġenzija kkonċernata.";

Bil-għan li jiġi evitat dewmien inutli li jaf ikollu konsegwenzi detrimentali fuq l-investigazzjonijiet l-oħra, bħal f'xi każijiet ta' tneħħija tal-immunità, huwa jista' jibgħat ukoll, fuq talba, informazzjoni lill-istituzzjoni, lill-korp, lill-uffiċċju jew lill-aġenzija kkonċernata.";

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12c – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Uffiċċju għandu jirrapporta lill-UPPE mingħajr dewmien żejjed kwalunkwe mġiba kriminali li fir-rispett tagħha l-UPPE jkun jista' jeżerċita l-kompetenza tiegħu f'konformità mal-Artikolu 22 u l-Artikolu 25 (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1939. Ir-rapport għandu jintbagħat f'kwalunkwe stadju qabel jew matul investigazzjoni tal-Uffiċċju.

1.  L-Uffiċċju għandu jinnotifika u jirrapporta minnufih lill-UPPE mingħajr dewmien żejjed kwalunkwe mġiba kriminali li fir-rispett tagħha l-UPPE jkun jista' jeżerċita l-kompetenza tiegħu f'konformità mal-Artikolu 22 u l-Artikolu 25 (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1939. Ir-rapport għandu jintbagħat f'kwalunkwe stadju qabel jew matul investigazzjoni tal-Uffiċċju.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12c – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-rapport għandu jinkludi bħala minimu, deskrizzjoni tal-fatti, inklużi valutazzjoni tal-ħsara kkawżata jew li x'aktarx tiġi kkawżata, il-kwalifika ġuridika possibbli u kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar vittmi potenzjali, persuni suspettati u kwalunkwe persuna oħra involuta.

2.  Ir-rapport għandu jinkludi l-fatti u l-informazzjoni kollha magħrufa mill-Uffiċċju, inklużi valutazzjoni tal-ħsara kkawżata jew li x'aktarx tiġi kkawżata, il-kwalifika ġuridika possibbli u kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar vittmi potenzjali, persuni suspettati u kwalunkwe persuna oħra involuta.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12c – paragrafu 3 - subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Uffiċċju m'għandux ikun marbut li jirrapporta lill-UPPE allegazzjonijiet manifestament mhux sostanzjati.

L-Uffiċċju għandu jirrapporta lill-UPPE allegazzjonijiet sostanzjati biss, u għandu jipprovdi data annwali dwar in-numru u s-suġġett ta' tali allegazzjonijiet.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12fa

 

Investigazzjonijiet simultanji

 

1.  F'sitwazzjonijiet ta' investigazzjoni fi Stat Membru li jagħmel parti mill-UPPE u Stat Membru li ma jagħmilx parti mill-UPPE, l-Uffiċċju u l-UPPE għandhom jikkonkludu arranġament ta' ħidma skont l-Artikolu 99(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939. Dan l-arranġament ta' ħidma għandu jinkludi, tal-anqas, dispożizzjonijiet dwar l-iskambju tal-informazzjoni kollha, l-aċċettazzjoni reċiproka tal-evidenza u tar-rapporti, is-salvagwardji proċedurali ekwivalenti għal dawk elenkati fil-Kapitolu VI fir-Regolament (UE) 2017/1939, l-iskambju tad-data personali.

 

2.  L-Istati Membri għandhom jikkooperaw kemm mal-Uffiċċju kif ukoll mal-UPPE u jappoġġjawhom fl-attivitajiet u fl-investigazzjonijiet rispettivi tagħhom.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF

Referenzi

COM(2018)0338 – C8-0214/2018 – 2018/0170(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

5.7.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

5.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jean-Marie Cavada

9.7.2018

Eżami fil-kumitat

20.11.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

23.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Luis de Grandes Pascual, Pascal Durand, Angelika Niebler, Virginie Rozière, Tiemo Wölken, Kosma Złotowski

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Lola Sánchez Caldentey

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

20

+

ALDE

Jean-Marie Cavada, António Marinho e Pinto

ECR

Sajjad Karim, Kosma Złotowski

GUE/NGL

Lola Sánchez Caldentey

PPE

Rosa Estaràs Ferragut, Luis de Grandes Pascual, Pavel Svoboda, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

S&D

Mady Delvaux, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Evelyn Regner, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Max Andersson, Pascal Durand, Julia Reda

2

-

ENF

Marie-Christine Boutonnet, Gilles Lebreton

1

0

PPE

József Szájer

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (11.1.2019)

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF

(COM(2018)0338 – C8-0214/2018 – 2018/0170(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Monica Macovei

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fil-kuntest tal-isforzi tagħha biex ittejjeb il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni pproponiet, f'Mejju 2018, li jiġi emendat ir-Regolament (UE, Euratom) 883/2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF). Din il-proposta ssegwi l-adozzjoni, f'Lulju 2017, tad-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali, u l-adozzjoni f'Ottubru 2017 tar-Regolament li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE").

Ir-Regolament emendat għandu jidħol fis-seħħ fi tmiem l-2020, qabel ma jibda jopera l-UPPE.

L-objettiv ġenerali tal-proposta huwa li jiġu adattati u msaħħa l-mekkaniżmi għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE. Dan għandu jinkiseb primarjament billi jitqiegħdu l-pedamenti għal kooperazzjoni effiċjenti mal-UPPE, li għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta' kooperazzjoni mill-qrib, l-iskambju ta' informazzjoni, il-komplementarjetà u n-nonduplikazzjoni. Filwaqt li l-UPPE se jwettaq investigazzjonijiet kriminali u prosekuzzjonijiet, l-OLAF se jwettaq biss investigazzjonijiet amministrattivi relatati mal-interessi finanzjarji tal-UE, u jikkomplementa l-ħidma tal-UPPE u jikkonverġi lejn għan komuni.

Ir-Rapporteur hi tal-fehma li huwa ta' importanza kbira li jiġi żgurat li r-relazzjoni futura bejn l-UPPE u l-OLAF mhux se tiġġenera tilwimiet twal dwar il-kompetenzi. Għal dan l-iskop, kemm l-UPPE kif ukoll l-OLAF għandhom jagħmlu użu mill-funzjonijiet ta' "hit/no-hit" tas-sistemi rispettivi ta' ġestjoni tal-każijiet tagħhom, li jippermettu verifika immedjata tal-informazzjoni rilevanti dwar każijiet pendenti. Peress li s-sistema ta' ġestjoni tal-każijiet tal-UPPE teħtieġ livell għoli ta' sigurtà, l-Uffiċċju għandu jinforma persuna ddeżinjata mill-UPPE, li għandha tivverifika mal-ġestjoni tal-każ tal-UPPE dwar jekk l-UPPE jkunx diġà qed iwettaq investigazzjoni dwar l-istess fatti.

Ir-rapport jiddikjara wkoll li l-Uffiċċju għandu jinnotifika lill-UPPE minnufih dwar kwalunkwe mġiba kriminali li fir-rigward tagħha l-UPPE jista' jeżerċita l-kompetenza tiegħu. In-notifika tista' tiġi segwita minn rapport, jekk dan jiġi mitlub mill-UPPE, u jitħejja f'konsultazzjoni mill-qrib mal-UPPE. Dan jippermetti rispons rapidu min-naħa tal-UPPE u jiżgura li kwalunkwe investigazzjoni kriminali titwettaq f'konformità sħiħa mas-salvagwardji proċedurali applikabbli għall-UPPE.

Fil-każ ta' investigazzjonijiet komplementari li jinfetħu jew jitkomplew fuq l-inizjattiva tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju, ir-rapport jiddikjara li l-Uffiċċju għandu jitħalla jwettaq dawn l-investigazzjonijiet unikament bi qbil mal-UPPE. F'każ li l-UPPE joġġezzjona għall-ftuħ ta' tali investigazzjonijiet, l-Uffiċċju għandu jżomm lura milli jwettaqhom.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur tqis li l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom jitolbu direttament lill-UPPE biex iwettaq kwalunkwe evalwazzjoni ta' allegazzjonijiet ta' natura kriminali rrapportati lilhom, f'konformità mal-Artikolu 24 (1) tar-Regolament dwar l-UPPE.

EMENDI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Skont ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Evalwazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, il-punt sa fejn ir-Regolament 883/2013 jibda japplika l-liġi nazzjonali mhuwiex għalkollox ċar. Interpretazzjonijiet differenti tad-dispożizzjonijiet rilevanti, u differenzi fil-liġi nazzjonali, iwasslu għal frammentazzjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat tal-OLAF fl-Istati Membri, li f'xi każijiet ixekklu l-kapaċità tal-OLAF li jwettaq b'suċċess l-investigazzjonijiet u, fl-aħħar mill-aħħar, jikkontribwixxi għall-objettiv tat-Trattat ta' protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji madwar l-Unjoni.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Fid-dawl tal-għan komuni tagħhom li jippreservaw l-integrità tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Uffiċċju u l-UPPE jistabbilixxu u jżommu relazzjoni mill-qrib ibbażata fuq kooperazzjoni sinċiera u mmirata biex tiġi żgurata l-kumplimentarjetà tal-mandati rispettivi tagħhom u l-koordinazzjoni tal-azzjoni tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tal-kooperazzjoni msaħħa għall-istabbiliment tal-UPPE. Fl-aħħar mill-aħħar, ir-relazzjoni għandha tagħti kontribut biex tiżgura li jintużaw il-mezzi kollha sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tiġi evitata duplikazzjoni mhux żejda tal-isforzi.

(4)  Fid-dawl tal-għan komuni tagħhom li jippreservaw l-integrità tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Uffiċċju u l-UPPE jistabbilixxu u jżommu relazzjoni mill-qrib ibbażata fuq kooperazzjoni sinċiera u mmirata biex tiġi żgurata l-komplementarjetà tal-mandati rispettivi tagħhom u l-koordinazzjoni tal-azzjoni tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tal-kooperazzjoni msaħħa għall-istabbiliment tal-UPPE. Fl-aħħar mill-aħħar, ir-relazzjoni għandha tagħti kontribut biex tiżgura li jintużaw il-mezzi kollha sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tiġi evitata duplikazzjoni mhux żejda tal-isforzi. Biex titrawwem kooperazzjoni tajba, l-UPPE u l-Uffiċċju huma mħeġġa jiltaqgħu fuq bażi regolari, b'mod partikolari sabiex ikollhom stampa ġenerali tal-investigazzjonijiet li jkunu qed isiru, bil-għan li jidentifikaw tendenzi u rabtiet possibbli bejn każijiet differenti.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Ladarba jiġi stabbilit l-UPPE, jenħtieġ li l-mandat ġenerali tal-OLAF ma jinbidilx, iżda li l-operazzjoni tiegħu tiġi adattata f'diversi modi għall-eżistenza tal-UPPE. L-OLAF jenħtieġ li jibqa' kompetenti għall-investigazzjoni amministrattiva ta' irregolaritajiet frawdolenti u mhux frawdolenti suspettati fi ħdan l-IBOAs tal-Unjoni u fl-Istati Membri kollha, bil-għan li joħroġ rakkomandazzjonijiet sabiex jingħata bidu għal proċeduri ġudizzjarji, dixxiplinari, finanzjarji jew amministrattivi.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Ir-Regolament (UE) 2017/1939 jenħtieġ li l-Uffiċċju, kif ukoll l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jirrappurtaw lill-UPPE mingħajr dewmien żejjed imġiba kriminali li fir-rigward tagħha l-UPPE jista' jeżerċita l-kompetenza tiegħu. Peress li l-mandat tal-Uffiċċju huwa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi fil-frodi, fil-korruzzjoni u f'kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interess finanzjarju tal-Unjoni, idealment jitqiegħed u jiġi mgħammar biex jaġixxi bħala sieħeb naturali u sors ta' informazzjoni privileġġjat għall-UPPE.

(5)  Ir-Regolament (UE) 2017/1939 jenħtieġ li l-Uffiċċju, kif ukoll l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jirrappurtaw lill-UPPE mingħajr dewmien żejjed imġiba kriminali li fir-rigward tagħha l-UPPE jista' jeżerċita l-kompetenza tiegħu. Peress li l-mandat tal-Uffiċċju huwa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi fil-frodi, fil-korruzzjoni u f'kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interess finanzjarju tal-Unjoni, idealment jitqiegħed u jiġi mgħammar biex jaġixxi bħala sieħeb naturali u sors ta' informazzjoni privileġġjat għall-UPPE. Dan huwa speċjalment il-każ meta l-investigazzjonijiet jinvolvu lil Stati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa għall-ħolqien tal-UPPE u Stati Membri li ma jipparteċipawx.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Elementi li jippontaw lejn imġiba kriminali possibbli li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-UPPE jistgħu, fil-prattika, ikunu preżenti f'allegazzjonijiet inizjali rċevuti mill-Uffiċċju jew jistgħu jitfaċċaw biss matul investigazzjoni amministrattiva li tkun infetħet mill-Uffiċċju minħabba suspett ta' irregolarità amministrattiva. Għaldaqstant, sabiex jikkonforma mad-dmir tiegħu li jirrapporta lill-UPPE, jenħtieġ li l-Uffiċċju, skont il-każ, jirrapporta mġiba kriminali f'kwalunkwe stadju qabel jew matul investigazzjoni.

(6)  Elementi li jippontaw lejn imġiba kriminali possibbli li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-UPPE jistgħu, fil-prattika, ikunu preżenti f'allegazzjonijiet inizjali rċevuti mill-Uffiċċju jew jistgħu jitfaċċaw biss matul investigazzjoni amministrattiva li tkun infetħet mill-Uffiċċju minħabba suspett ta' irregolarità amministrattiva. Għaldaqstant, sabiex jikkonforma mad-dmir tiegħu li jirrapporta lill-UPPE, jenħtieġ li l-Uffiċċju, skont il-każ, jinnotifika minnufih kwalunkwe mġiba kriminali. Din in-notifika jenħtieġ li tiġi segwita minn rapport, li għandu jintbagħat mingħajr dewmien żejjed. In-notifika u r-rapport jistgħu jintbagħtu fi kwalunkwe stadju qabel jew matul investigazzjoni. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li l-informazzjoni riċevuta mill-uffiċċju tiġi rrapportata lill-UPPE malajr kemm jista' jkun.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Ir-Regolament (UE) 2017/1939 jispeċifika l-elementi minimi li, bħala regola, ir-rapporti jenħtieġu li jinkludu. L-Uffiċċju jista' jkollu jwettaq evalwazzjoni preliminari tal-allegazzjonijiet sabiex jaċċerta dawn l-elementi u jiġbor l-informazzjoni meħtieġa. L-Uffiċċju jenħtieġ li jwettaq din l-evalwazzjoni mingħajr dewmien u permezz ta' mezzi li ma jinvolvux riskju li jipperikolaw investigazzjoni kriminali futura possibbli. Meta jlesti l-evalwazzjoni tiegħu, huwa jenħtieġ li jirrapporta lill-UPPE meta jiġi identifikat suspett ta' reat fi ħdan il-kompetenza.

(7)  Ir-Regolament (UE) 2017/1939 jispeċifika l-elementi minimi li, bħala regola, ir-rapporti jenħtieġu li jinkludu, bil-għan li jsaħħu l-effikaċja tar-rappurtar fi kwalunkwe każ kriminali. Minbarra dawn l-elementi, l-Uffiċċju jenħtieġ li jittrażmetti lill-UPPE l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli għalih. L-Uffiċċju jista' jkollu jwettaq evalwazzjoni preliminari tal-allegazzjonijiet sabiex jaċċerta dawn l-elementi u jiġbor l-informazzjoni meħtieġa. L-Uffiċċju jenħtieġ li jwettaq din l-evalwazzjoni malajr kemm jista' jkun u permezz ta' mezzi li ma jinvolvux riskju li jipperikolaw investigazzjoni kriminali futura possibbli. Meta jlesti l-evalwazzjoni tiegħu, huwa jenħtieġ li jirrapporta minnufih lill-UPPE meta jiġi identifikat suspett ta' reat fi ħdan il-kompetenza.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  F'kunsiderazzjoni tal-għarfien espert tal-Uffiċċju, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jenħtieġ li jkollhom l-għażla li jużaw l-Uffiċċju sabiex iwettqu din l-evalwazzjoni preliminari tal-allegazzjonijiet li jiġu rrapportati lilhom.

(8)  F'kunsiderazzjoni tal-għarfien espert tal-Uffiċċju, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jenħtieġ li jkollhom l-għażla li jużaw l-Uffiċċju sabiex iwettqu din l-evalwazzjoni preliminari tal-allegazzjonijiet li jiġu rrapportati lilhom, f'każijiet meta ma jkunux jistgħu jwettqu din il-valutazzjoni. Dan jenħtieġ li ma jdewwimx ir-rappurtar f'waqtu lill-UPPE.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, jenħtieġ li fil-prinċipju l-Uffiċċju ma jiftaħx investigazzjoni aministrattiva parallela għal investigazzjoni li ssir mill-UPPE dwar l-istess fatti. Madankollu, f'ċerti każijiet, il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni tista' teħtieġ lill-Uffiċċju jwettaq investigazzjoni amministrattiva komplementarja qabel il-konklużjoni tal-proċedimenti kriminali li jkunu ngħataw bidu mill-UPPE bl-għan li jiġi aċċertat jekk ikunux meħtieġa miżuri ta' prekawzjoni, jew jekk għandhiex tittieħed azzjoni finanzjarja, dixxiplinarja jew amministrattiva. Dawn l-investigazzjonijiet kumplimentari jistgħu jkunu xieraq, inter alia, meta jenħtieġ li jiġu rkuprati xi ammonti minħabba li l-baġit tal-Unjoni jkun soġġett għal regoli speċifiċi ta' preskrizzjoni, meta l-ammonti f'riskju jkunu kbar ħafna, jew meta jkun hemm il-ħtieġa li jiġi evitat infiq ulterjuri f'sitwazzjonijiet ta' riskju permezz ta' miżuri amministrattivi.

(9)  F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, jenħtieġ li fil-prinċipju l-Uffiċċju ma jiftaħx investigazzjoni amministrattiva parallela għal investigazzjoni li ssir mill-UPPE dwar l-istess fatti. Madankollu, f'ċerti każijiet, il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni tista' teħtieġ lill-Uffiċċju jwettaq investigazzjoni amministrattiva komplementarja qabel il-konklużjoni tal-proċedimenti kriminali li jkunu ngħataw bidu mill-UPPE bl-għan li jiġi aċċertat jekk ikunux meħtieġa miżuri ta' prekawzjoni, jew jekk għandhiex tittieħed azzjoni finanzjarja, dixxiplinarja jew amministrattiva. Dawn l-investigazzjonijiet kumplimentari jistgħu jkunu xieraq, inter alia, meta jenħtieġ li jiġu rkuprati xi ammonti minħabba li l-baġit tal-Unjoni jkun soġġett għal regoli speċifiċi ta' preskrizzjoni, meta l-ammonti f'riskju jkunu kbar ħafna, jew meta jkun hemm il-ħtieġa li jiġi evitat infiq ulterjuri f'sitwazzjonijiet ta' riskju permezz ta' miżuri amministrattivi. Fid-dawl tan-natura komplementarja tagħhom, tali investigazzjonijiet komplementari jenħtieġ li jitwettqu biss malli jkun hemm qbil mal-UPPE.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Ir-Regolament (UE) 2017/1939 jipprevedi li l-UPPE jista' jitlob dawn l-investigazzjonijiet komplementarji lill-Uffiċċju. F'każijiet fejn l-UPPE ma jitlobhiex, jenħtieġ li din l-investigazzjoni komplementarja tkun possibbli wkoll fuq l-inizjattiva tal-Uffiċċju, taħt ċerti kundizzjonijiet. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-UPPE jkun jista' joġġezzjona għall-ftuħ jew it-tkomplija ta' investigazzjoni mill-Uffiċċju, jew għall-prestazzjoni ta' atti speċifiċi tal-investigazzjoni minnu. Ir-raġunijiet għal din l-oġġezzjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-ħtieġa li tiġi protetta l-effettività tal-investigazzjoni tal-UPPE u għandhom ikunu proporzjonati għal dan il-għan. L-Uffiċċju jenħtieġ li jżomm lura milli jwettaq l-azzjoni li dwarha l-UPPE qajjem oġġezzjoni. Jekk l-UPPE ma joġġezzjonax, l-investigazzjoni tal-Uffiċċju għandha ssir f'konsultazzjoni mill-qrib mal-UPPE.

(10)  Ir-Regolament (UE) 2017/1939 jipprevedi li l-UPPE jista' jitlob dawn l-investigazzjonijiet komplementarji lill-Uffiċċju. F'każijiet fejn l-UPPE ma jitlobhiex, jenħtieġ li din l-investigazzjoni komplementarja tkun possibbli wkoll fuq l-inizjattiva tal-Uffiċċju, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, wara konsultazzjoni mal-UPPE. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-UPPE jkun jista' joġġezzjona għall-ftuħ jew it-tkomplija ta' investigazzjoni mill-Uffiċċju, jew għall-prestazzjoni ta' atti speċifiċi tal-investigazzjoni minnu. Ir-raġunijiet għal din l-oġġezzjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-ħtieġa li tiġi protetta l-effettività tal-investigazzjoni tal-UPPE u għandhom ikunu proporzjonati għal dan il-għan. L-Uffiċċju jenħtieġ li jżomm lura milli jwettaq l-azzjoni li dwarha l-UPPE qajjem oġġezzjoni. Jekk l-UPPE jaqbel mat-talba, l-investigazzjoni tal-Uffiċċju għandha ssir f'konsultazzjoni mill-qrib mal-UPPE.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni effettiva bejn l-Uffiċċju u l-UPPE, l-informazzjoni għandha tiġi skambjata bejniethom fuq bażi kontinwa. L-iskambju ta' informazzjoni fl-istadji ta' qabel il-ftuħ tal-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju u mill-UPPE huwa partikolarment rilevanti sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni xierqa bejn l-azzjonijiet rispettivi u tiġi evitata duplikazzjoni. L-Uffiċċju u l-UPPE għandhom jispeċifikaw il-modalitajiet u l-kundizzjonijiet ta' dan l-iskambju ta' informazzjoni fl-arranġamenti ta' ħidma tagħhom.

(12)  Sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni effettiva bejn l-Uffiċċju u l-UPPE, l-informazzjoni għandha tiġi skambjata bejniethom fuq bażi kontinwa. L-iskambju ta' informazzjoni fl-istadji ta' qabel il-ftuħ tal-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju u mill-UPPE huwa partikolarment rilevanti sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni xierqa bejn l-azzjonijiet rispettivi u tiġi evitata duplikazzjoni. Għal dan l-iskop, jenħtieġ li l-Uffiċċju u l-UPPE jagħmlu użu mill-funzjonijiet "hit/no-hit" tas-sistemi ta' ġestjoni tal-każijiet rispettivi tagħhom. L-Uffiċċju u l-UPPE għandhom jispeċifikaw il-modalitajiet u l-kundizzjonijiet ta' dan l-iskambju ta' informazzjoni fl-arranġamenti ta' ħidma tagħhom. Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju u l-Kap Prosekutur Pubbliku Ewropew jenħtieġ li jiltaqgħu fuq bażi regolari biex jiddiskutu kwistjonijiet ta' interess komuni.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  F'sitwazzjonijiet fejn l-Uffiċċju jrid jiddependi fuq l-assistenza tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b'mod partikolari f'każijiet fejn operatur ekonomiku jopponi verifika u spezzjoni fuq il-post, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjoni tal-Uffiċċju tkun effettiva, u għandhom jagħtu l-assistenza meħtieġa f'konformità mar-regoli rilevanti tal-liġi proċedurali nazzjonali.

(19)  F'sitwazzjonijiet fejn l-Uffiċċju jrid jiddependi fuq l-assistenza tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b'mod partikolari f'każijiet fejn operatur ekonomiku jopponi verifika u spezzjoni fuq il-post, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjoni tal-Uffiċċju tkun effettiva, u jenħtieġ li, mingħajr dewmien żejjed, jagħtu l-assistenza meħtieġa f'konformità mar-regoli rilevanti tal-liġi proċedurali nazzjonali.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)  Jenħtieġ li l-persuni li jirrapportaw reati u ksur relatati mal-interessi finanzjarji tal-UE lill-Uffiċċju jiġu protetti bis-sħiħ, b'mod partikolari permezz tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-UE dwar il-protezzjoni tal-informaturi.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jagħtu l-assistenza meħtieġa biex l-Uffiċċju jkun jista' jwettaq il-kompiti tiegħu. Meta l-Uffiċċju jagħmel rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji lill-awtoritajiet nazzjonali ta' prosekuzzjoni ta' Stat Membru u ma jsir l-ebda segwitu, jenħtieġ li l-Istat Membru jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Uffiċċju. Darba fis-sena, jenħtieġ li l-Uffiċċju jfassal rapport sabiex jagħti rendikont tal-assistenza pprovduta mill-Istati Membri u dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 32b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32b)  Jenħtieġ li jinħatar uffiċjal għad-drittijiet fundamentali minn fost il-membri tal-Kumitat ta' Sorveljanza. Jenħtieġ li l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali jimmonitorja l-konformità tal-Uffiċċju mad-drittijiet fundamentali u l-garanziji proċedurali.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 35a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35a)  Sal-31 ta' Diċembru 2022, jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u b'mod partikolari l-effiċjenza tal-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-UPPE.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt d

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)  fl-Artikolu 1, il-paragrafu 3, punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(d)   ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

"(d)   ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u r-Regolament (UE) (UE) 2016/679."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A32013R0883)

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitwettqu f'konformità ma' dan ir-Regolament u, sa fejn kwistjoni ma tiġix koperta minn dan ir-Regolament, mar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96.

2.  Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jsiru mingħajr notifika minn qabel u għandhom jitwettqu f'konformità ma' dan ir-Regolament u, sa fejn kwistjoni ma tiġix koperta minn dan ir-Regolament, mar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 3 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq talba tal-Uffiċċju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħti lill-persunal tal-Uffiċċju l-għajnuna li jkollu bżonn biex iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv, kif speċifikat fl-awtorizzazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 7(2).

Fuq talba tal-Uffiċċju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha, mingħajr dewmien żejjed, tagħti lill-persunal tal-Uffiċċju l-għajnuna li jkollu bżonn biex iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv, kif speċifikat fl-awtorizzazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 7(2).

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 3 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura, f'konformità mar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, li l-persunal tal-Uffiċċju jkun jista' jaċċess l-informazzjoni u d-dokumenti kollha relatati mal-kwistjoni li tkun qed tiġi investigata li juru li jkunu meħtieġa sabiex il-verifiki u l-ispezzjoni fuq il-post isiru b'mod effettiv u effiċjenti, u li dan ikun jista' jassumi l-kustodja tad-dokumenti jew tad-data sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda periklu li jisparixxu.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura, f'konformità mar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, li l-persunal tal-Uffiċċju jkun jista' jaċċessa l-informazzjoni u d-dokumenti kollha relatati mal-kwistjoni li tkun qed tiġi investigata li juru li jkunu meħtieġa sabiex il-verifiki u l-ispezzjoni fuq il-post isiru b'mod effettiv u effiċjenti, u li dan ikun jista' jassumi l-kustodja tad-dokumenti jew tad-data tul iż-żmien neċessarju sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda periklu li jisparixxu.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 3 – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Waqt investigazzjoni esterna, l-Uffiċċju jista' jkollu aċċess għal kull informazzjoni u data rilevanti, irrispettivament mill-mezz li fuqu tinħażen, miżmuma mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji konnessi mal-kwistjoni li tkun qed tiġi investigata, meta ikun strettament meħtieġ sabiex jiġi stabbilit jekk ikunux twettqu frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għal dak il-għan, għandu japplika l-Artikolu 4(2) u (4).

9.  Waqt investigazzjoni esterna, l-Uffiċċju jista' jkollu aċċessmingħajr dewmien żejjed, għal kull informazzjoni u data rilevanti, irrispettivament mill-mezz li fuqu tinħażen, miżmuma mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji konnessi mal-kwistjoni li tkun qed tiġi investigata, meta ikun strettament meħtieġ sabiex jiġi stabbilit jekk ikunux twettqu frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għal dak il-għan, għandu japplika l-Artikolu 4(2) u (4).

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 3 – paragrafu 10 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12c(1), meta, qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar jekk tinfetaħx investigazzjoni esterna jew le, l-Uffiċċju jittratta informazzjoni li tissuġġerixxi li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, huwa jista' jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati u, fejn ikun meħtieġ, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kkonċernati.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12c(1), meta, qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar jekk tinfetaħx investigazzjoni esterna jew le, l-Uffiċċju jittratta informazzjoni li tissuġġerixxi li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, huwa jista' jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati u, fejn ikun meħtieġ, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kkonċernati. Fuq talba, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati u/jew l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata għandha tinforma lill-Uffiċċju dwar kwalunkwe informazzjoni meħuda u dwar is-sejbiet tagħha abbażi ta' tali informazzjoni.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-Uffiċċju għandu jkollu d-dritt ta' aċċess immedjat u minngħajr avviż għal kull informazzjoni u data rilevanti, irrispettivament mill-mezz li fuqu tinħażen, miżmuma mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji, u għall-bini tagħhom. L-Uffiċċju għandu jkollu s-setgħa li jispezzjona l-kotba tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji. L-Uffiċċju jista' jieħu kopja ta' jew jikseb siltiet minn, kull dokument jew il-kontenut ta' kull mezz ta' informazzjoni miżmum mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, jekk ikun hemm bżonn, jieħu l-kustodja ta' dawk id-dokumenti jew informazzjoni sabiex jiżgura li ma jkunx hemm periklu li dawn jgħibu;

(a)  l-Uffiċċju għandu jkollu d-dritt ta' aċċess immedjat u minngħajr avviż għal kull informazzjoni u data rilevanti, irrispettivament mill-mezz li fuqu tinħażen, miżmuma mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji, u għall-bini tagħhom. L-Uffiċċju għandu jkollu s-setgħa li jispezzjona l-kotba tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji. L-Uffiċċju jista' jieħu kopja ta' jew jikseb siltiet minn, kull dokument jew il-kontenut ta' kull mezz ta' informazzjoni miżmum mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, jekk ikun hemm bżonn, jieħu l-kustodja ta' dawk id-dokumenti jew informazzjoni tul iż-żmien neċessarju sabiex jiżgura li ma jkunx hemm periklu li dawn jgħibu;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  F'konformità mal-Artikolu 3, l-Uffiċċju jista' jagħmel verifiki u spezzjonijiet fuq il-post għand operaturi ekonomiċi sabiex jikseb aċċess għall-informazzjoni rilevanti għall-kwistjoni taħt investigazzjoni interna.;

3.  F'konformità mal-Artikolu 3, l-Uffiċċju jista', mingħajr notifika minn qabel, jagħmel verifiki u spezzjonijiet fuq il-post għand operaturi ekonomiċi sabiex jikseb aċċess għall-informazzjoni rilevanti għall-kwistjoni taħt investigazzjoni interna.;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  fil-paragrafu 2, jiddaħħal subparagrafu ġdid wara l-ewwel subparagrafu:

 

"Investigazzjoni esterna mitluba mill-UPPE lill-Uffiċċju għandha tinfetaħ mingħajr dewmien skont l-Artikolu 12e."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:32013R0883&from=EN)

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ab (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ab)  fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Id-deċiżjoni li tinfetaħ investigazzjoni interna għandha tittieħed mid-Direttur Ġenerali, li jaġixxi fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew wara talba mill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija li għandha titwettaq fihom l-investigazzjoni jew minn Stat Membru.

Id-deċiżjoni li tinfetaħ investigazzjoni interna għandha tittieħed mid-Direttur Ġenerali, li jaġixxi fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew wara talba mill-UPPE, l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija li għandha titwettaq fihom l-investigazzjoni jew minn Stat Membru.

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A32013R0883)

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt aa (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  Fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom jiżguraw li l-uffiċjali, l-aġenti oħrajn, il-membri, il-kapi u l-membri tal-persunal tagħhom jagħtu l-għajnuna meħtieġa biex il-persunal tal-Uffiċċju jkun jista' jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv.

L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom jiżguraw li l-uffiċjali, l-aġenti oħrajn, il-membri, il-kapi u l-membri tal-persunal tagħhom jagħtu l-għajnuna meħtieġa biex il-persunal tal-Uffiċċju jkun jista' jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv f'konformità ma' dan ir-Regolament u mingħajr dewmien żejjed.

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A32013R0883)

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt d

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 7 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minbarra l-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata tista' fi kwalunkwe ħin tikkonsulta mal-Uffiċċju bl-għan li, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju, tieħu kwalunkwe miżuri prekwazjonarji adatti, inklużi miżuri għas-salvagwardja tal-provi, u għandha tinforma lill-Uffiċċju mingħajr dewmien dwar tali deċiżjoni.;

Minbarra l-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata tista' fi kwalunkwe ħin tikkonsulta mal-Uffiċċju bl-għan li, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju, tieħu kwalunkwe miżuri prekwazjonarji adatti, inklużi miżuri għas-salvagwardja tal-provi, u għandha tinforma lill-Uffiċċju mingħajr dewmien dwar tali deċiżjoni.; L-Uffiċċju għandu jikkoopera b'mod kostruttiv u f'sinerġija sħiħa mal-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji jirrapportaw lill-UPPE, f'konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/1939, minflok huma jistgħu jibagħtu lill-Uffiċċju kopja tar-rapport li jkun intbagħat lill-UPPE.

Fejn l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji jirrapportaw lill-UPPE, f'konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/1939, minflok huma jistgħu jibagħtu lill-Uffiċċju kopja tar-rapport li jkun intbagħat lill-UPPE u jipprovdu notifika lill-UPPE dwar tali trażmissjoni;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, sakemm ma jkunux imwaqqfa mil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Uffiċċju jew fuq inizjattiva tagħhom stess, jibagħtu lill-Uffiċċju kull dokument jew informazzjoni li jkollhom relatata ma' investigazzjoni li tkun qed issir mill-Uffiċċju.

L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, sakemm ma jkunux imwaqqfa mil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Uffiċċju jew fuq inizjattiva tagħhom stess, jibagħtu, mingħajr dewmien, lill-Uffiċċju kull dokument jew informazzjoni li jkollhom relatata ma' investigazzjoni li tkun qed issir mill-Uffiċċju.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel ma tinfetaħ investigazzjoni, huma għandhom jibagħtu, fuq it-talba tal-Uffiċċju, kwalunkwe dokument jew informazzjoni li jżommu li jkunu meħtieġa sabiex jiġu vvalutat l-allegazzjonijiet jew sabiex jiġu applikati l-kriterji għall-ftuħ ta' investigazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 5(1).;

Qabel ma tinfetaħ investigazzjoni, huma għandhom jibagħtu, fuq it-talba tal-Uffiċċju jew fuq inizjattiva tagħhom stess, kwalunkwe dokument jew informazzjoni li jżommu li jkunu meħtieġa sabiex jiġu vvalutat l-allegazzjonijiet jew sabiex jiġu applikati l-kriterji għall-ftuħ ta' investigazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 5(1).;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt c

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 8 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  -istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, sakemm ma jkunux imwaqqfa mil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Uffiċċju kull dokument ieħor jew informazzjoni li jkollhom u li jqisu rilevanti għall-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.;

3.  L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, sakemm ma jkunux imwaqqfa mil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jibagħtu mingħajr dewmien lill-Uffiċċju, fuq talba tal-Uffiċċju jew b'inizjattiva tagħhom stess, kull dokument ieħor jew informazzjoni li jkollhom u li jqisu rilevanti għall-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt aa (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 9 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"5a.  L-atti investigattivi mwettqa mill-OLAF huma soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 263 tat-TFUE.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt aa (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 10 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Id-Direttur Ġenerali għandu jiżgura li kwalunkwe informazzjoni pprovduta lill-pubbliku tingħata b'mod newtrali u imparzjali, u li l-iżvelar tagħha jirrispetta l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet u jikkonforma mal-prinċipji stabbiliti f'dan l-Artikolu u l-Artikolu 9(1).

Id-Direttur Ġenerali għandu jiżgura li kwalunkwe informazzjoni pprovduta lill-pubbliku tingħata b'mod newtrali u imparzjali, u li l-iżvelar tagħha jirrispetta ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data, il-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet u jikkonforma mal-prinċipji stabbiliti f'dan l-Artikolu u l-Artikolu 9(1).

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A32013R0883)

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt ab (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)  jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"5a.  Il-persuni li jirrapportaw reati u ksur relatati mal-interessi finanzjarji tal-UE lill-Uffiċċju għandhom jiġu protetti bis-sħiħ, b'mod partikolari permezz tal-leġiżlazzjoni Ewropea li tirrigwarda l-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni."

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport jista' jiġi akkumpanjat minn rakkomandazzjonijiet tad-Direttur Ġenerali dwar l-azzjoni li għandha tittieħed. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet għandhom, fejn ikun xieraq, jindikaw kwalunkwe azzjoni dixxiplinarja, amministrattiva, finanzjarja u/jew ġudizzjarja mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, u għandhom jispeċifikaw, b'mod partikolari, l-ammonti stmati li għandhom jiġu rkuprati, kif ukoll il-klassifikazzjoni preliminari fil-liġi tal-fatti stabbiliti.;

Ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn rakkomandazzjonijiet iddokumentati sew tad-Direttur Ġenerali dwar jekk l-azzjoni għandhiex tittieħed. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet għandhom, fejn ikun xieraq, jindikaw kwalunkwe azzjoni dixxiplinarja, amministrattiva, finanzjarja u/jew ġudizzjarja mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, u għandhom jispeċifikaw, b'mod partikolari, l-ammonti stmati li għandhom jiġu rkuprati, kif ukoll il-klassifikazzjoni preliminari fil-liġi tal-fatti stabbiliti.;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt b

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Uffiċċju għandu jieħu miżuri interni xierqa sabiex jiżgura l-kwalità konsistenti tar-rapporti finali u tar-rakkomandazzjonijiet, u jikkunsidra jekk hemmx bżonn li jiġu riveduti l-Linji Gwida dwar il-Proċeduri ta' Investigazzjoni, sabiex tiġi indirizzata kwalunkwe inkonsistenza possibbli.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt b

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapporti mfassla mill-Uffiċċju għandhom jikkostitwixxu evidenza ammissibbli fi proċedimenti kriminali tal-Istat Membru li fih l-użu tagħhom jirriżulta li huwa meħtieġ bl-istess mod u taħt l-istess kundizzjonijiet bħar-rapporti amministrattivi mfassla minn spetturi amministrattivi nazzjonali. Huma għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli ta' evalwazzjoni bħal dawk applikabbli għar-rapporti amministrattivi evalwazzjoni mill-ispetturi amministrattivi nazzjonali u għandu jkollhom l-istess valur ta' prova bħal dawn ir-rapporti.

Ir-rapporti mfassla mill-Uffiċċju għandhom jikkostitwixxu evidenza ammissibbli fi proċedimenti kriminali tal-Istat Membru li fih l-użu tagħhom jirriżulta li huwa meħtieġ bl-istess mod u taħt l-istess kundizzjonijiet bħar-rapporti amministrattivi mfassla minn spetturi amministrattivi nazzjonali. Huma għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli ta' evalwazzjoni bħal dawk applikabbli għar-rapporti amministrattivi evalwazzjoni mill-ispetturi amministrattivi nazzjonali u għandu jkollhom l-istess valur ta' prova bħal dawn ir-rapporti. F'dak ir-rigward, dawn ir-rapporti jikkostitwixxu atti li jistgħu jaffettwaw b'mod ħażin lill-persuni kkonċernati.

Ġustifikazzjoni

F'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, għandu jiġi stipulat li r-rapporti tal-Uffiċċju jistgħu jolqtu lill-individwi b'mod negattiv, biex jiġi żgurat id-dritt ta' dawk l-individwi għal rimedju effettiv.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt ca (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 11 – paragrafu 8a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"8a.  Darba fis-sena, għandu jitfassal rapport, taħt l-awtorità tad-Direttur Ġenerali. Dak ir-rapport għandu jagħti rendikont tas-segwitu mogħti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri wara t-talbiet għal assistenza li jkunu saru mill-Uffiċċju skont dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jagħti wkoll rendikont tas-segwitu mogħti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri abbażi tar-riżultati tal-investigazzjonijiet li jkun għamel l-Uffiċċju. Ir-rapport għandu jirrispetta r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data u l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet u għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni."

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom, għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, jagħżlu servizz ("is-servizz ta' koordinazzjoni kontra l-frodi") biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni effettiva u l-iskambju ta' informazzjoni, inkluża informazzjoni ta' natura operazzjonali, mal-Uffiċċju. Fejn ikun meħtieġ, f'konformità mal-liġi nazzjonali, is-servizz ta' koordinazzjoni kontra l-frodi jista' jitqies bħala awtorità kompetenti għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament.

1.  L-Istati Membri għandhom, għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, jagħżlu servizz ("is-servizz ta' koordinazzjoni kontra l-frodi") biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni rapida u effettiva u l-iskambju ta' informazzjoni, inkluża informazzjoni ta' natura operazzjonali, mal-Uffiċċju. Fejn ikun meħtieġ, f'konformità mal-liġi nazzjonali, is-servizz ta' koordinazzjoni kontra l-frodi jista' jitqies bħala awtorità kompetenti għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fuq talba tal-Uffiċċju, qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar jekk tinfetaħx investigazzjoni jew le, kif ukoll matul u wara investigazzjoni, is-servizzi ta' koordinazzjoni kontra l-frodi għandu jagħtu, jiksbu jew jikkoordinaw l-assistenza meħtieġa biex l-Uffiċċju jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv. Dik l-assistenza għandha tinkludi b'mod partikolari l-assistenza mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti prevista f'konformità mal-Artikolu 3(6) u (7), l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8(2) u (3).

2.  Fuq talba tal-Uffiċċju, jew fuq inizjattiva tagħhom stess, qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar jekk tinfetaħx investigazzjoni jew le, kif ukoll matul u wara investigazzjoni, is-servizzi ta' koordinazzjoni kontra l-frodi għandu jagħtu, jiksbu jew jikkoordinaw l-assistenza meħtieġa biex l-Uffiċċju jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effettiv. Dik l-assistenza għandha tinkludi b'mod partikolari l-assistenza mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti prevista f'konformità mal-Artikolu 3(6) u (7), l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8(2) u (3).

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12c – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Uffiċċju għandu jirrapporta lill-UPPE mingħajr dewmien żejjed kwalunkwe mġiba kriminali li fir-rispett tagħha l-UPPE jkun jista' jeżerċita l-kompetenza tiegħu f'konformità mal-Artikolu 22 u l-Artikolu 25 (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1939. Ir-rapport għandu jintbagħat f'kwalunkwe stadju qabel jew matul investigazzjoni tal-Uffiċċju.

1.  L-Uffiċċju għandu jinnotifika minnufih lill-UPPE kwalunkwe indikazzjoni ta' mġiba kriminali li fir-rispett tagħha l-UPPE jeżerċita l-kompetenza tiegħu f'konformità mal-Artikoli 22 u 25 tar-Regolament (UE) 2017/1939. Din in-notifika għandha tiġi segwita minn rapport, li għandu jintbagħat mingħajr dewmien żejjed. In-notifika u r-rapport għandhom jintbagħtu fi kwalunkwe stadju qabel jew matul investigazzjoni. L-UPPE jista' jitlob lill-Uffiċċju biex jibgħat informazzjoni addizzjonali li tistabbilixxi skadenza għal din it-trażmissjoni.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12c – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-rapport għandu jinkludi bħala minimu, deskrizzjoni tal-fatti, inklużi valutazzjoni tal-ħsara kkawżata jew li x'aktarx tiġi kkawżata, il-kwalifika ġuridika possibbli u kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar vittmi potenzjali, persuni suspettati u kwalunkwe persuna oħra involuta.

2.  Ir-rapport għandu jinkludi bħala minimu, deskrizzjoni tal-fatti, u informazzjoni magħrufa mill-Uffiċċju, inklużi valutazzjoni tal-ħsara kkawżata jew li x'aktarx tiġi kkawżata, meta l-Uffiċċju jkollu tali informazzjoni, il-kwalifika ġuridika possibbli u kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar vittmi potenzjali, persuni suspettati u kwalunkwe persuna oħra involuta. Flimkien mar-rapport, l-Uffiċċju għandu jibgħat lill-UPPE kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li jkollu dwar il-każ.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12c – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każijiet fejn l-informazzjoni rċevuta mill-Uffiċċju ma tinkludix l-elementi stabbiliti fil-paragrafu 2, u ma tkun għaddejja l-ebda investigazzjoni tal-Uffiċċju, l-Uffiċċju jista' jwettaq evalwazzjoni preliminari tal-allegazzjonijiet. L-evalwazzjoni għandha titwettaq mingħajr dewmien u f'kull każ fi żmien xahrejn minn meta tiġi rċevuta l-informazzjoni. Matul din l-evalwazzjoni, għamndhom japplikaw l-Artikolu 6 u l-Artikolu 8(2).

F'każijiet fejn l-informazzjoni rċevuta mill-Uffiċċju ma tinkludix l-elementi stabbiliti fil-paragrafu 2, u ma tkun għaddejja l-ebda investigazzjoni tal-Uffiċċju, l-Uffiċċju jista' jwettaq evalwazzjoni preliminari tal-allegazzjonijiet. L-evalwazzjoni għandha titwettaq malajr kemm jista' jkun u f'kull każ fi żmien xahrejn minn meta tiġi rċevuta l-informazzjoni. Matul din l-evalwazzjoni, għandhom japplikaw l-Artikolu 6 u l-Artikolu 8(2). L-Uffiċċju għandu jżomm lura milli jwettaq kwalunkwe miżura li jaf tipperikola xi investigazzjonijiet futuri possibbli tal-UPPE.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12c – paragrafu 3 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara din l-evalwazzjoni preliminari, l-Uffiċċju għandu jirrapporta lill-UPPE dwar jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jigux issodisfati.

Wara din l-evalwazzjoni preliminari, anki jekk ma jkunux inġabru l-elementi kollha stabbiliti fil-paragrafu 2, l-Uffiċċju għandu jirrapporta minnufih lill-UPPE dwar jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jigux issodisfati.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12c – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bl-għan li jiġi applikat l-ewwel subparagrafu, l-Uffiċċju, f'konformità mal-Artikolu 12g(2) u permezz tas-sistema ta' ġestjoni tal-każijiet tal-UPPE, jekk l-UPPE jkun qed iwettaq investigazzjoni. L-Uffiċċju jista' jitlob aktar informazzjoni mill-UPPE. L-UPPE għandu jwieġeb għal din it-talba fi żmien 10 jiem ta' xogħol.

Bl-għan li jiġi applikat l-ewwel subparagrafu, l-Uffiċċju, f'konformità mal-Artikolu 12g(2) għandu jivverifika jekk l-UPPE jkunx qed iwettaq investigazzjoni. L-Uffiċċju jista' jitlob aktar informazzjoni mill-UPPE. L-UPPE għandu jwieġeb għal din it-talba mingħajr dewmien żejjed.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12c – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji jistgħu jitolbu lill-Uffiċċju jwettaq evalwazzjoni preliminari tal-allegazzjonijiet li ġew irrapportati lilhom. Għall-iskopijiet ta' dawk it-talbiet, għandu japplika l-paragrafu 3.

5.  L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji jistgħu jitolbu lill-Uffiċċju jwettaq evalwazzjoni preliminari tal-allegazzjonijiet li ġew irrapportati lilhom. Għall-iskopijiet ta' dawk it-talbiet, għandu japplika l-paragrafu 3. Dan m'għandux idewwem ir-rappurtar f'waqtu lill-UPPE.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12d – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bl-għan li jiġi applikat l-ewwel subparagrafu, l-Uffiċċju, f'konformità mal-Artikolu 12g(2) u permezz tas-sistema ta' ġestjoni tal-każijiet tal-UPPE, jekk l-UPPE jkun qed iwettaq investigazzjoni. L-Uffiċċju jista' jitlob aktar informazzjoni mill-UPPE. L-UPPE għandu jwieġeb għal din it-talba fi żmien 10 jiem ta' xogħol.

Bl-għan li jiġi applikat l-ewwel subparagrafu, l-Uffiċċju, f'konformità mal-Artikolu 12g(2) għandu jivverifika jekk l-UPPE jkunx qed iwettaq investigazzjoni. L-Uffiċċju jista' jitlob aktar informazzjoni mill-UPPE. L-UPPE għandu jwieġeb għal din it-talba mingħajr dewmien żejjed.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12e – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-istandards tal-garanziji proċedurali stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 għandhom japplikaw ukoll għall-evidenza miġbura mill-Uffiċċju f'dawn il-każijiet. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tibqa' kompetenti biex tirrevedi l-atti proċedurali mwettqa mill-OLAF f'isem l-UPPE, jekk dawk l-atti jkunu maħsuba biex jipproduċu effetti legali fil-konfront ta' partijiet terzi.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12f – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każijiet iġġustifikati debitament fejn l-UPPE jkun qed iwettaq investigazzjoni, fejn id-Direttur Ġenerali jikkunsidra li għandha tinfetaħ investigazzjoni f'konformità mal-mandat tal-Uffiċċju bl-għan li tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta' miżuri ta' prekawzjoni jew ta' azzjoni finanzjarja, dixxiplinarja jew amministrattiva, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-UPPE bil-kitba, fejn jispeċifika n-natura u l-iskop tal-investigazzjoni.

Meta l-UPPE jkun qed iwettaq investigazzjoni, jekk id-Direttur Ġenerali, f'każijiet debitament iġġustifikati, jikkunsidra li għandha tinfetaħ ukoll investigazzjoni mill-Uffiċċju f'konformità mal-mandat tal-Uffiċċju bl-għan li tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta' miżuri ta' prekawzjoni jew ta' azzjoni finanzjarja, dixxiplinarja jew amministrattiva, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-UPPE u jitlob il-qbil tiegħu. Għal dak l-iskop, l-Uffiċċju għandu jibgħat talba bil-miktub fejn jispeċifika n-natura tal-miżura/i u l-persuna/i kkonċernata/i.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12f – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien 30 ġurnata wara li din l-informazzjoni tkun ġiet irċevuta, l-UPPE jista' joġġezzjona għall-ftuħ ta' investigazzjoni jew għall-prestazzjoni ta' ċerti atti li jappartjenu għall-investigazzjoni, fejn ikun meħtieġ, sabiex jevita milli jipperikola l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tiegħu stess, u sakemm jippersistu dawn ir-raġunijiet. L-UPPE għandu jinnotifika lill-Uffiċċju mingħajr dewmien żejjed meta r-raġunijiet għall-oġġezzjoni ma jibqgħux japplikaw.

Fi żmien għaxart ijiem wara li din l-informazzjoni tkun ġiet irċevuta, l-UPPE għandu jew jaqbel jew joġġezzjona għall-ftuħ ta' investigazzjoni jew għall-prestazzjoni ta' kwalunkwe att li jappartjeni għall-investigazzjoni, fejn ikun meħtieġ, sabiex jevita milli jipperikola l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tiegħu stess, u sakemm jippersistu dawn ir-raġunijiet. Jekk l-UPPE joġġezzjona għat-talba, l-Uffiċċju m'għandux jieħu tali azzjoni. F'każijiet eċċezzjonali, minħabba l-kumplessità tal-investigazzjonijiet, l-UPPE jista' jinforma lill-Uffiċċju bil-ħtieġa li jestendi l-iskadenza b'20 jum ta' xogħol. L-UPPE għandu jinnotifika lill-Uffiċċju mingħajr dewmien żejjed meta r-raġunijiet għall-oġġezzjoni ma jibqgħux japplikaw.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12f – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ li l-UPPE ma joġġezzjonax fi żmien l-iskadenza tas-subparagrafu preċedenti, l-Uffiċċju jista' jiftaħ investigazzjoni, u għandu jwettaqha f'konsultazzjoni mil-qrib mal-UPPE.

Jekk l-UPPE jaqbel mat-talba, l-Uffiċċju għandu jieħu tali azzjoni f'konsultazzjoni mill-qrib mal-UPPE.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12f – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Meta l-UPPE jsir jaf, permezz tal-mekkaniżmu ta' kontroll tas-sistema ta' ġestjoni tal-każijiet, imsemmi fl-Artikolu 12g, li l-Uffiċċju qed iwettaq investigazzjoni dwar l-istess fatti, li l-UPPE wkoll jixtieq jinvestiga, huwa għandu jinforma lill-Uffiċċju fi żmien 24 siegħa. F'tali każijiet, l-Uffiċċju għandu jagħlaq l-investigazzjoni tiegħu, sakemm l-UPPE ma jitlobx lill-Uffiċċju biex jappoġġa jew jikkomplementa l-attivitajiet tiegħu, skont l-Artikolu 12e.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12g – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn ikun meħtieġ biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni mal-UPPE kif stabbilit fl-Artikolu 1(4a), l-Uffiċċju għandu jilħaq ftehim mal-UPPE dwar l-arranġamenti amministrattivi. Dawn l-arranġamenti ta' ħidma jistgħu jistabbilixxu dettalji prattiċi għall-iskambju ta' informazzjoni, inkluża data personali, informazzjoni operattiva, strateġika jew teknika u informazzjoni klassifikata. Huma għandhom jinkludu arranġamenti dettaljati dwar l-iskambju kontinwu ta' informazzjoni matul l-irċevuta u l-verifika tal-allegazzjonijiet miż-żewġ uffiċċji.

1.  Fejn ikun meħtieġ biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni mal-UPPE kif stabbilit fl-Artikolu 1(4a), l-Uffiċċju għandu jilħaq ftehim mal-UPPE dwar l-arranġamenti amministrattivi. Dawn l-arranġamenti ta' ħidma jistgħu jistabbilixxu dettalji prattiċi għall-iskambju ta' informazzjoni, inkluża data personali, informazzjoni operattiva, strateġika jew teknika u informazzjoni klassifikata. Huma għandhom jinkludu arranġamenti dettaljati dwar l-iskambju kontinwu ta' informazzjoni matul l-irċevuta u l-verifika tal-allegazzjonijiet miż-żewġ uffiċċji. Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju u l-Kap Prosekutur Pubbliku Ewropew għandhom jiltaqgħu minn tal-inqas darba fis-sena biex jiddiskutu kwistjonijiet ta' interess komuni.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 12g – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Uffiċċju għandu jkollu aċċess indirett għal informazzjoni fis-sistema ta' ġestjoni tal-każijiet tal-UPPE abbażi ta' sistema hit/no-hit. Kull meta jinstab tqabbil bejn data mdaħħla fis-sistema ta' ġestjoni tal-każijiet mill-Uffiċċju u data miżmuma mill-UPPE, il-fatt li jkun hemm tqabbil għandu jiġi kkomunikat kemm lill-UPPE kif ukoll lill-Uffiċċju. L-Uffiċċju għandu jieħu miżuri xierqa biex l-UPPE jkun jista' jkollu aċċess għal informazzjoni fis-sistema tiegħu ta' ġestjoni tal-każijiet abbażi ta' sistema hit/no-hit.;

2.  L-Uffiċċju għandu jkollu aċċess indirett għal informazzjoni fis-sistema ta' ġestjoni tal-każijiet tal-UPPE abbażi ta' sistema hit/no-hit. Kull meta jinstab tqabbil bejn data mdaħħla fis-sistema ta' ġestjoni tal-każijiet mill-Uffiċċju u data miżmuma mill-UPPE, il-fatt li jkun hemm tqabbil għandu jiġi kkomunikat awtomatikament kemm lill-UPPE kif ukoll lill-Uffiċċju. L-Uffiċċju għandu jieħu miżuri xierqa biex l-UPPE jkun jista' jkollu aċċess rapidu għal informazzjoni fis-sistema tiegħu ta' ġestjoni tal-każijiet abbażi ta' sistema hit/no-hit. Kull aċċess indirett għal informazzjoni fis-sistema ta' ġestjoni tal-każijiet tal-UPPE mill-OLAF għandu jitwettaq biss sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-funzjonijiet tal-OLAF kif iddefinit skont dan ir-Regolament u għandu jkun debitament immotivat u vvalidat permezz ta' proċedura interna stabbilita mill-OLAF. L-Uffiċċju għandu jżomm reġistru tal-istanzi kollha ta' aċċess għas-sistema ta' ġestjoni tal-każijiet tal-UPPE. Ir-riżultati miksuba minn dan l-aċċess għandhom ikunu soġġetti għar-regoli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 10.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 15 – paragrafu 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Fl-Artikolu 15 jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"9a.  Il-Kumitat ta' Sorveljanza għandu jaħtar uffiċjal għad-drittijiet fundamentali fost il-membri tiegħu. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jimmonitorja l-konformità tal-Uffiċċju mad-drittijiet fundamentali u l-garanziji proċedurali. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jindirizza l-opinjonijiet u, fejn xieraq, rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat ta' Sorveljanza dwar l-attivitajiet u l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju. L-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-uffiċjal tad-drittijiet fundamentali għandhom jiġu inklużi fir-rapporti tal-Kumitati Superviżorji skont il-paragrafu 9.";

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13 – punt a

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 16 – paragrafu 1 – it-tielet sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rappreżentanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-UPPE, il-Eurojust u/jew il-Europol jistgħu jiġu mistiedna biex jattendu fuq bażi ad hoc fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, id-Direttur Ġenerali jew il-Kumitat ta' Sorveljanza.;

Il-Kap Prosekutur Pubbliku Ewropew huwa mistieden jipparteċipa fl-iskambju ta' fehmiet. Ir-rappreżentanti tal-Qorti tal-Awdituri, il-Eurojust u/jew il-Europol jistgħu jiġu mistiedna biex jattendu fuq bażi ad hoc fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, id-Direttur Ġenerali jew il-Kumitat ta' Sorveljanza.;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14 – punt aa (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 17 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4.  Id-Direttur Ġenerali għandu jirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri dwar is-sejbiet ta' investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju, l-azzjoni meħuda u l-problemi li kien hemm, waqt li jirrispetta l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet, id-drittijiet leġittimi tal-persuni kkonċernati u tal-informanti, u, fejn ikun xieraq, il-liġi nazzjonali applikabbli għal proċedimenti ġudizzjarji.

"4.  Id-Direttur Ġenerali għandu jirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-UPPE u lill-Qorti tal-Awdituri dwar is-sejbiet ta' investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju, l-azzjoni meħuda u l-problemi li kien hemm, waqt li jirrispetta l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet u l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data, id-drittijiet leġittimi tal-persuni kkonċernati u tal-informanti, u, fejn ikun xieraq, il-liġi nazzjonali applikabbli għal proċedimenti ġudizzjarji.

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A32013R0883)

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013

Artikolu 19

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(14a)  L-Artikolu 19 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 19

"Artikolu 19

Rapport ta' evalwazzjoni

Rapport ta' evalwazzjoni

Sat-2 ta' Ottubru 2017, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn opinjoni tal-Kumitat ta' Sorveljanza u għandu jiddikjara jekk hemmx bżonn li jiġi emendat dan ir-Regolament.

Sal-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.   Ir-rapport għandu jevalwa b'mod partikolari l-effiċjenza tal-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-UPPE. Dak ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn opinjoni tal-Kumitat ta' Sorveljanza u għandu jiddikjara jekk hemmx bżonn li jiġi emendat dan ir-Regolament.

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A32013R0883)

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF

Referenzi

COM(2018)0338 – C8-0214/2018 – 2018/0170(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

5.7.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

5.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Monica Macovei

3.9.2018

Eżami fil-kumitat

19.11.2018

10.1.2019

 

 

Data tal-adozzjoni

10.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Martina Anderson, Heinz K. Becker, Monika Beňová, Michał Boni, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Frank Engel, Laura Ferrara, Romeo Franz, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Cécile Kashetu Kyenge, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, Ivari Padar, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Dennis de Jong, Anna Hedh, Lívia Járóka, Marek Jurek, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Fernando Ruas, Adam Szejnfeld

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

40

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Cecilia Wikström

ECR

Monica Macovei, Helga Stevens

EFDD

Laura Ferrara

GUE/NGL

Martina Anderson, Marie-Christine Vergiat

PPE

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Michał Boni, Rachida Dati, Frank Engel, Monika Hohlmeier, Lívia Járóka, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Fernando Ruas, Csaba Sógor, Adam Szejnfeld, Traian Ungureanu, Tomáš Zdechovský

S&D

Monika Beňová, Caterina Chinnici, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Ivari Padar, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Romeo Franz, Jean Lambert, Judith Sargentini, Bodil Valero

4

-

ECR

Marek Jurek, Kristina Winberg

ENF

Auke Zijlstra

NI

Udo Voigt

1

0

GUE/NGL

Dennis de Jong

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF

Referenzi

COM(2018)0338 – C8-0214/2018 – 2018/0170(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

24.5.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

5.7.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

5.7.2018

LIBE

5.7.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Ingeborg Gräßle

8.6.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

11.3.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Jonathan Bullock, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Wolf Klinz, Arndt Kohn, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Indrek Tarand, Marco Valli, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Louis-Joseph Manscour, Julia Pitera, Miroslav Poche, Miguel Viegas

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Werner

Data tat-tressiq

22.3.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

19

+

ALDE

Martina Dlabajová, Wolf Klinz

EFDD

Marco Valli

PPE

Richard Ashworth, Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Arndt Kohn, Louis-Joseph Manscour, Georgi Pirinski, Miroslav Poche, Martina Werner

VERTS/ALE

Bart Staes, Indrek Tarand

1

-

EFDD

Jonathan Bullock

2

0

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan, Miguel Viegas

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' April 2019Avviż legali